EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0128

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/128 tal-21 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza

C/2021/9602

ĠU L 20, 31.1.2022, p. 131–196 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 21/10/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/128/oj

31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/131


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/128

tal-21 ta’ Diċembru 2021

li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-verifiki, il-garanziji u t-trasparenza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 11(2), 12(4), 32(9) u 39(4), ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 41(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(1), l-Artikoli 43(2), 47(2), 51(3), 53(2), 54(5) u 55(7), l-Artikolu 58, l-Artikoli 59(9) u 64(4), l-Artikoli 82 u 92, l-Artikolu 95(1) u l-Artikolu 100 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 223(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2021/2116 jistabbilixxi r-regoli bażiċi dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, inkluż dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u l-korpi ta’ koordinazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-proċeduri ta’ approvazzjoni, inkluż l-iskrutinju tat-tranżazzjonijiet, tal-garanziji u tat-trasparenza. Sabiex jiġi żgurat li l-qafas legali l-ġdid stabbilit minn dak ir-Regolament jiffunzjona mingħajr xkiel u japplika b’mod uniformi, il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tadotta ċerti regoli f’dawk l-oqsma permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni. Ir-regoli l-ġodda jenħtieġ li jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (3).

(2)

L-aġenziji tal-pagamenti jenħtieġ li jiġu akkreditati biss mill-Istati Membri jekk jikkonformaw ma’ ċerti kriterji minimi ta’ akkreditazzjoni stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 (4) u stabbiliti fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-proċeduri għall-ħruġ, għar-rieżami u għall-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta’ koordinazzjoni.

(3)

L-Istati Membri jenħtieġ li jżommu lill-aġenziji tal-pagamenti tagħhom taħt superviżjoni kostanti. Jenħtieġ li jistabbilixxu sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni biex jirrapportaw u jżommu lill-awtoritajiet kompetenti informati dwar każijiet suspettati ta’ nuqqas ta’ konformità. Jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura li permezz tagħha l-Istati Membri għandhom jittrattaw każijiet bħal dawn, li jenħtieġ li tinkludi l-obbligu li jitfassal pjan biex jiġi rrimedjat kwalunkwe nuqqasijiet identifikati f’limitu ta’ żmien stabbilit. Fir-rigward tan-nefqa effettwata mill-aġenziji tal-pagamenti li l-akkreditazzjoni tagħhom tinżamm mill-Istat Membru tagħhom minkejja li jkunu naqsu milli jimplimentaw pjan bħal dan fil-limitu ta’ żmien stabbilit, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li tiddeċiedi li ssegwi n-nuqqasijiet permezz tal-proċedura ta’ konformità prevista fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

(4)

Skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-persuni responsabbli għall-aġenziji tal-pagamenti akkreditati huma meħtieġa jfasslu dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni dwar il-kompetenzi u l-akkuratezza tal-informazzjoni pprovduta, il-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ governanza stabbiliti, kif ukoll dwar il-fatt li n-nefqa saret f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli fir-rigward tal-kontenut u l-format ta’ tali dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni.

(5)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti r-regoli għall-funzjonament tal-korpi ta’ koordinazzjoni msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/2116, kif ukoll il-kompiti tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 12 ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, il-kontenut taċ-ċertifikati u tar-rapporti li għandhom jitfasslu mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni jenħtieġ li jiġi speċifikat sabiex jiġi żgurat li jkunu ta’ assistenza lill-Kummissjoni fil-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni xierqa tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit tal-Unjoni għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħin “il-Fondi”), l-aġenziji tal-pagamenti jenħtieġ li jżommu kontijiet separati relatati esklussivament mal-pagamenti magħmula u mad-dħul assenjat minn u lejn kull wieħed mill-Fondi. Għal dan il-għan, il-kontijiet miżmuma mill-aġenziji tal-pagamenti jenħtieġ li juru b’mod ċar, għal kull wieħed mill-Fondi, in-nefqa effettwata u d-dħul assenjat skont l-Artikolu 5(2) u l-Artikoli 6 u 45 tar-Regolament (UE) 2021/2116, u jippermettu li din in-nefqa u d-dħul ikunu marbuta mar-riżorsi disponibbli għalihom mill-baġit tal-Unjoni.

(7)

Il-politika agrikola komuni hija ffinanzjata bl-euro, filwaqt li tippermetti lill-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro jagħmlu pagamenti lill-benefiċjarji fil-munita nazzjonali tagħhom. Sabiex in-nefqa u d-dħul kollha jkunu jistgħu jiġu kkonsolidati, huwa għalhekk meħtieġ li jiġi previst li l-aġenziji tal-pagamenti rilevanti jridu jkunu jistgħu jipprovdu data relatata man-nefqa u d-dħul kemm fl-euro kif ukoll fil-munita li fiha jkunu ġġarrbu n-nefqa u d-dħul riċevut.

(8)

In-nefqa kofinanzjata mill-baġit tal-Unjoni u l-baġits nazzjonali bħala appoġġ għall-iżvilupp rurali skont l-FAEŻR hija msejsa fuq il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jispeċifikaw tipi differenti ta’ intervent u rati ta’ kontribuzzjoni speċifiċi. F’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, li jenħtieġ li n-nefqa tiġi mmonitorjata u mdaħħla fil-kontijiet abbażi ta’ dan biex l-operazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu identifikati mill-Pjan Strateġiku tal-PAK, tipi ta’ intervent u rati ta’ kontribuzzjoni speċifiċi. Dan se jiżgura li l-korrispondenza bejn in-nefqa effettwata u r-riżorsi finanzjarji assenjati jistgħu jiġu vverifikati. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li jiġu speċifikati l-elementi li għandhom jitqiesu mill-aġenziji tal-pagamenti. B’mod partikolari, l-aġenziji tal-pagamenti jenħtieġ li juru b’mod ċar l-oriġini tal-fondi pubbliċi u tal-Unjoni fil-kontijiet fir-rigward tal-finanzjament li jkun sar. Barra minn hekk, l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mill-benefiċjarji u l-ammonti li jkunu ġew irkuprati jenħtieġ li jiġu identifikati u murija fir-rigward tal-operazzjonijiet oriġinali.

(9)

L-Istati Membri jimmobilizzaw ir-riżorsi meħtieġa biex jiffinanzjaw in-nefqa tal-FAEG imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2021/2116 qabel ma l-Kummissjoni tiffinanzja dik in-nefqa fil-forma ta’ rimborżi ta’ kull xahar tan-nefqa effettwata. B’mod alternattiv, l-Istati Membri jirċievu pagament bil-quddiem għan-nefqa tal-FAEŻR li għandu jiġi approvat aktar tard bl-approvazzjoni finanzjarja annwali skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Sabiex tiġi żgurata ġestjoni tajba tal-flussi finanzjarji, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru l-informazzjoni meħtieġa biex juru l-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tan-nefqa effettwata għal dawn ir-rimborżi ta’ kull xahar u interim u jżommuha għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni kif u meta n-nefqa u d-dħul isiru, jew jiġu trażmessi lill-Kummissjoni f’intervalli regolari. L-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri f’intervalli adattati għall-metodu ta’ ġestjoni ta’ kull wieħed mill-Fondi. Jenħtieġ li l-għoti ta’ informazzjoni f’intervalli bħal dawn ma jaffettwax l-obbligu tal-Istati Membri li jżommu l-informazzjoni sħiħa miġbura għall-monitoraġġ xieraq tan-nefqa għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għall-verifika.

(10)

L-obbligi ġenerali fuq l-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward taż-żamma tal-kontijiet ikopru d-data meħtieġa għall-ġestjoni u l-kontroll tal-fondi tal-Unjoni. Madankollu, dawk l-obbligi ma jkoprux ir-rekwiżiti fir-rigward tar-rimborż tan-nefqa u d-dettalji li jridu jiġu pprovduti lill-Kummissjoni sabiex jinkiseb tali rimborż. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu speċifikati l-informazzjoni u d-dettalji relatati man-nefqa li għandha tiġi ffinanzjata mill-Fondi li jridu jintbagħtu lill-Kummissjoni f’intervalli regolari. In-notifiki ta’ informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni jridu jippermettulha tuża l-informazzjoni mibgħuta direttament u bl-aktar mod effettiv possibbli għall-ġestjoni tal-kontijiet tal-Fondi u l-pagamenti rilevanti. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, l-informazzjoni kollha li għandha ssir disponibbli jew li għandha tiġi kkomunikata bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li tintbagħat b’mod elettroniku.

(11)

Skont il-punt (c) tal-Artikolu 90(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, għal interventi u miżuri relatati ma’ operazzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa, li jaġixxu wkoll bħala talbiet għal pagamenti, iridu jintbagħtu wkoll lill-Kummissjoni akkumpanjati mill-informazzjoni meħtieġa fl-iskadenzi stabbiliti. Biex l-Istati Membri, il-korpi ta’ koordinazzjoni akkreditati u l-aġenziji tal-pagamenti jkunu jistgħu jfasslu dawk id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa f’konformità mar-regoli armonizzati, u biex il-Kummissjoni tkun tista’ tqis it-talbiet għall-pagament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet li taħthom dik in-nefqa tista’ titqies skont il-baġits rispettivi tal-FAEG u tal-FAEŻR. Tali kundizzjonijiet jenħtieġ li jispeċifikaw ir-regoli li japplikaw għar-reġistrazzjoni tan-nefqa u d-dħul, b’mod partikolari d-dħul assenjat u kwalunkwe korrezzjoni li trid issir, u għad-dikjarazzjoni reali tagħhom.

(12)

Fejn, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa riċevuti mill-Istati Membri skont il-FAEG, l-impenji bil-quddiem totali li jistgħu jiġu awtorizzati skont il-punt (b) tal-Artikolu 11(2), tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jaqbżu l-75 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja kurrenti, il-Kummissjoni hija meħtieġa tnaqqas dawk l-ammonti. F’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, dak it-tnaqqis irid ikun kondiviż proporzjonalment bejn l-Istati Membri kollha, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa riċevuti mingħandhom. Għall-allokazzjoni ġusta tal-approprjazzjonijiet disponibbli bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għall-pagamenti ta’ kull xahar skont il-FAEG biex dawn jitnaqqsu b’perċentwal tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa sottomessi minn kull Stat Membru, u għall-bilanċ mhux użat f’xahar partikolari biex dan ikun allokat mill-ġdid b’deċiżjonijiet tal-Kummissjoni f’pagamenti ta’ kull xahar sussegwenti.

(13)

Wara li tapprova l-pagamenti ta’ kull xahar, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri r-riżorsi meħtieġa biex tkopri n-nefqa li trid tiġi ffinanzjata mill-Fondi, f’konformità mal-arranġamenti u l-kundizzjonijiet prattiċi li jridu jiġu stabbiliti abbażi tal-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri u s-sistemi ta’ informazzjoni stabbiliti mill-Kummissjoni.

(14)

Kundizzjoni għar-rimborż tan-nefqa b’intervent pubbliku mġarrba mill-aġenziji tal-pagamenti hija l-inklużjoni fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tagħhom, tal-valuri u tal-ammonti rreġistrati matul ix-xahar ta’ wara x-xahar li għalih huma relatati l-operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku. Sabiex jiġi żgurat li l-proċedura ta’ rimborż taħdem mingħajr xkiel, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat kif tali informazzjoni, li hija meħtieġa biex jiġu kkalkolati l-kostijiet u n-nefqa, trid tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni.

(15)

F’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127, il-kontabbiltà tal-ħażniet ta’ intervent pubbliku trid tagħmilha possibbli li jiġu aċċertati kemm l-ammont ta’ finanzjament tal-Unjoni mħallas kif ukoll is-sitwazzjoni tal-istokkijiet ta’ intervent. Għal dan il-għan, l-aġenziji tal-pagamenti jenħtieġ li jkunu meħtieġa jżommu kontijiet tal-istokk u kontijiet finanzjarji separati, li jkun fihom l-elementi meħtieġa li jimmonitorjaw l-istokkijiet u jiżguraw il-ġestjoni finanzjarja tan-nefqa u tad-dħul iġġenerati mill-miżuri ta’ intervent pubbliku.

(16)

Fir-rigward tal-miżuri ta’ intervent f’forma ta’ ħżin pubbliku, l-aġenziji tal-pagamenti huma meħtieġa jirreġistraw fil-kontijiet tagħhom l-elementi relatati mal-kwantitajiet, il-valuri u ċerti medji. Madankollu, jeżistu ċirkostanzi li fihom ċerti operazzjonijiet u nefqa jenħtieġ li ma jiddaħħlux fil-kontijiet, jew jenħtieġ li jiġu rreġistrati f’konformità ma’ regoli speċifiċi. Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali u jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li tali ċirkostanzi jiġu speċifikati, inkluż fejn applikabbli l-arranġamenti għad-dħul tal-operazzjonijiet u n-nefqa fil-kontijiet.

(17)

Id-data li fiha l-elementi differenti tan-nefqa u tad-dħul li jirriżultaw mill-miżuri ta’ intervent f’forma ta’ ħżin pubbliku jridu jiddaħħlu fil-kontijiet tiddependi mit-tip ta’ operazzjoni li huma relatati magħha u tista’ tiġi ddeterminata skont il-leġiżlazzjoni agrikola settorjali applikabbli. F’dan il-kuntest, huwa meħtieġ li tiġi adottata regola ġenerali li tispeċifika l-elementi differenti li jridu jiddaħħlu fil-kontijiet fid-data li fiha sseħħ l-operazzjoni fiżika li tirriżulta mill-miżura ta’ intervent, u li tispeċifika l-każijiet speċjali li għandhom jiġu kkunsidrati.

(18)

Fl-interess ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu lill-Kummissjoni bi tbassir tal-ammonti li għad iridu jiġu ffinanzjati mill-FAEŻR għal sena finanzjarja agrikola u stimi tat-talbiet għal finanzjament għas-sena finanzjarja ta’ wara. Jenħtieġ li din l-informazzjoni tintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien suffiċjenti biex tkun tista’ tissodisfa l-obbligi tagħha, u fi kwalunkwe każ darbtejn fis-sena, mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar u mill-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena.

(19)

F’konformità mal-Artikolu 32(9) tar-Regolament (UE) 2021/2116, għandhom jiġu stabbiliti l-iskadenzi għat-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa skont l-EAFRD. Fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tar-regoli kontabilistiċi li japplikaw għall-FAEŻR, l-użu ta’ prefinanzjament u l-finanzjament tal-interventi, tal-miżuri u tal-assistenza teknika skont is-sena kalendarja, jenħtieġ li ssir dispożizzjoni biex dik in-nefqa tiġi ddikjarata f’intervalli adattati għal dawn il-kundizzjonijiet speċifiċi.

(20)

L-Istati Membri għandhom jiddikjaraw lill-Kummissjoni n-nefqa kollha tal-FAEŻR li jkunu ħallsu taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess lill-benefiċjarji qabel l-approvazzjoni ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK fl-ewwel dikjarazzjoni tan-nefqa wara dik l-approvazzjoni. L-istess regola tapplika mutatis mutandis f’każ ta’ emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. Għall-fini ta’ kontabilità, jeħtieġ li jiġi kkjarifikat li d-dikjarazzjoni dwar in-nefqa mħallsa mill-aġenziji tal-pagamenti qabel l-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jew qabel l-emenda tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jenħtieġ li tkun tikkorrispondi mal-perjodi ta’ dikjarazzjoni rilevanti. Barra minn hekk, in-nefqa kollha mħallsa mill-aġenziji tal-pagamenti waqt il-perjodu li fih isseħħ l-approvazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK jew l-emenda tiegħu jenħtieġ li tkun iddikjarata sal-iskadenza stabbilita għall-perjodu korrispondenti. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi kkjarifikat li fil-każ ta’ emendi għall-Pjan Strateġiku tal-PAK, jenħtieġ li dik ir-regola ma tapplikax għall-aġġustamenti tal-pjan finanzjarju.

(21)

F’konformità mal-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), jista’ jingħata appoġġ fil-forma ta’ strumenti finanzjarji, kif stabbilit fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), taħt it-tipi ta’ intervent imsemmija fl-Artikoli 73 sa 78 tar-Regolament (UE) 2021/2115. Għalhekk, jixraq li jiġi stabbilit li n-nefqa għandha tiġi ddikjarata fis-sena finanzjarja li fiha jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 32(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u li ġiet effettwata mill-aġenzija tal-pagamenti qabel tmiem is-sena finanzjarja.

(22)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi kif għandha tiġi kkalkolata l-kontribuzzjoni tal-Unjoni li trid titħallas fir-rigward tan-nefqa ddikjarata abbażi tar-rata ta’ kontribuzzjoni jew tar-rata fissa. Jenħtieġ li jiġi ċċarat li d-dispożizzjoni rilevanti tapplika għall-pagamenti relatati mal-FAEŻR skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK u kif imsemmi fil-pjan ta’ finanzjament, b’mod partikolari n-nefqiet tal-FAEŻR imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u għal ċerti tipi eliġibbli ta’ nefqa, imsemmija fl-Artikoli 155 u 157 tar-Regolament (UE) 2021)/2115, abbażi tar-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR u tal-assistenza teknika, bħala rata fissa.

(23)

L-iskambji ta’ informazzjoni u ta’ dokumenti bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, u l-għoti u n-notifika ta’ informazzjoni mill-Istati Membri lill-Kummissjoni ġeneralment jitwettqu b’mod elettroniku. Sabiex jittejjeb il-mod kif tali skambji ta’ informazzjoni relatati mal-Fondi jiġu ttrattati u sabiex jiġi estiż l-użu tagħhom, ġew żviluppati sistemi ta’ informazzjoni. Tali sistemi jenħtieġ li jkomplu jintużaw u jiġu implimentati aktar wara li l-Istati Membri jiġu infurmati permezz tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.

(24)

Il-kundizzjonijiet li taħthom tiġi pproċessata l-informazzjoni minn dawk is-sistemi ta’ informazzjoni u l-forma u l-kontenut tad-dokumenti li jridu jiġu kkomunikati skont ir-Regolament (UE) 2021/2116 iridu jiġu aġġustati ta’ spiss f’konformità mal-bidliet fir-regoli jew fir-rekwiżiti ta’ ġestjoni applikabbli. Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi u sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri u jiġi żgurat li s-sistemi ta’ informazzjoni kkonċernati jkunu jistgħu jsiru operazzjonali malajr, jenħtieġ li l-forma u l-kontenut tad-dokumenti jiġu stabbiliti abbażi ta’ mudelli u protokolli standardizzati, li jenħtieġ li jiġu adattati u aġġornati mill-Kummissjoni wara li jiġi infurmat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.

(25)

Skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Istati Membri permezz tal-aġenziji tal-pagamenti tagħhom huma responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tan-nefqa tal-Fondi. Jenħtieġ li d-data dwar l-operazzjonijiet finanzjarji tkun ikkomunikata u mdaħħla fis-sistemi ta’ informazzjoni u aġġornata taħt ir-responsabbiltà tal-aġenziji tal-pagamenti, mill-aġenziji tal-pagamenti nnifishom jew il-korpi li lilhom tkun ġiet iddelegata l-funzjoni, meta applikabbli permezz tal-korp ta’ koordinazzjoni akkreditat. Kull Stat Membru jenħtieġ li jinnotifika lill-Kummissjoni bl-isem jew bin-numri tal-kont(ijiet) f’konformità mal-format li l-Kummissjoni tkun għamlet disponibbli għalih.

(26)

Il-firem elettroniċi jew l-approvazzjonijiet użati fil-proċedura għad-dikjarazzjoni tan-nefqa u d-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni jeħtieġ li jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Għalhekk, jeħtieġ dispożizzjoni għall-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rekwiżiti.

(27)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar l-istruttura tal-pjanijiet ta’ azzjoni msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2116 peress li huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-Istati Membri jindikaw b’mod ċar l-azzjonijiet ta’ rimedju u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi mudell biex tiggwida lill-Istati Membri dwar l-istruttura mistennija tal-pjanijiet ta’ azzjoni. Jenħtieġ li dak il-mudell jintuża għal skambji f’forma elettronika biex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati. Fir-rigward ta’ każ speċifiku ta’ pjanijiet ta’ azzjoni li jirriżultaw minn nuqqasijiet identifikati taħt l-azzjonijiet ta’ rimedju msemmija fl-Artikoli 68, 69 u 70 ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li jitqiesu l-isforzi li diġà saru biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet.

(28)

Skont il-punt (e) tal-Artikolu 59(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Istati Membri permezz tal-aġenziji tal-pagamenti tagħhom huma responsabbli għall-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti flimkien mal-imgħax. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni effettiva u xierqa ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, jixraq li jiġu stabbiliti regoli fir-rigward tat-tpaċija. Mingħajr preġudizzju għall-ammonti de minimis nazzjonali għan-nuqqas ta’ rkupru, l-obbligu għall-Istati Membri li jirkupraw ammonti mhux dovuti jista’ jiġi eżegwit b’modi differenti. Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni oħra ta’ infurzar prevista fil-liġi nazzjonali, mezz effettiv u kosteffiċjenti ta’ rkupru tad-dejn huwa li jitnaqqas kwalunkwe ammont pendenti minn pagamenti futuri lid-debitur, ladarba d-dejn ikun ġie stabbilit f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Għalhekk għandu jkun obbligatorju għall-Istati Membri li japplikaw dak il-metodu ta’ rkupru tad-dejn. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet komuni għall-applikazzjoni tiegħu.

(29)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dettaljati għall-proċedura għall-approvazzjoni tal-kontijiet prevista fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-approvazzjoni tal-prestazzjoni prevista fl-Artikolu 54 ta’ dak ir-Regolament u l-proċedura ta’ konformità prevista fl-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament, inkluż mekkaniżmu li bih l-ammonti li jirriżultaw, skont il-każ, jitnaqqsu minn jew jiżdiedu ma’ wieħed mill-pagamenti sussegwenti magħmula lill-Istati Membri mill-Kummissjoni.

(30)

Fir-rigward tal-proċedura għall-approvazzjoni tal-kontijiet prevista fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116, huwa meħtieġ li jiġi speċifikat il-kontenut tal-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-pagamenti u li tiġi stabbilita data għat-trażmissjoni ta’ dawk il-kontijiet u dokumenti rilevanti oħra lill-Kummissjoni. Għandu jiġi speċifikat ukoll il-perjodu li matulu l-aġenziji tal-pagamenti jridu jżommu d-dokumenti ta’ sostenn dwar l-infiq u d-dħul assenjat kollu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni.

(31)

Sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-prestazzjoni tiġi adottata sal-iskadenza prevista fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, huwa xieraq li jiġu stabbiliti perjodi ta’ żmien speċifiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni li għandhom jiġu mħarsa mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. Barra minn hekk, il-proċedura tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni jenħtieġ li tagħti lill-Istati Membri d-dritt li jipprovdu ġustifikazzjonijiet dwar kwalunkwe differenza li wieħed jiltaqa’ magħha u jenħtieġ li jivvalutaw kif xieraq l-informazzjoni meħtieġa għal tnaqqis fin-nefqa.

(32)

Sabiex jiġi żgurat li f’każijiet normali l-proċedura ta’ konformità tiġi konkluża f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, huwa xieraq li jiġu stabbiliti perjodi ta’ żmien speċifiċi għall-istadji differenti tal-proċedura li jridu jiġu mħarsa mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. Fl-istess ħin, madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Kummissjoni li testendi dawk il-perjodi ta’ żmien fejn meħtieġ, fid-dawl tal-kumplessità ta’ każ taħt investigazzjoni. Il-proċedura tal-konformità jenħtieġ li tagħti lill-Istati Membri d-dritt għal proċedimenti kontradittorji u li tivvaluta kif xieraq l-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni tar-riskju tal-Fondi.

(33)

Bil-ħsieb li jiġu ssupplimentati u msaħħa l-verifiki tagħhom fuq in-nefqa tal-PAK, inkluż fuq l-identifikazzjoni tal-gruppi, jenħtieġ li jiġi previst li l-Istati Membri jistgħu jużaw għodda unika għall-estrazzjoni ta’ data magħmula disponibbli mill-Kummissjoni.

(34)

Huwa xieraq ukoll li jiġu stabbiliti regoli dwar il-prestazzjoni mill-Istati Membri tal-iskrutinju tat-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) 2021/2116, b’mod partikolari l-għażla ta’ impriżi, ir-rata u l-perjodu ta’ żmien għall-iskrutinju, l-assistenza reċiproka u l-kontenut tal-pjanijiet u tar-rapporti ta’ kontroll.

(35)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/127 jistabbilixxi regoli li jissupplimentaw il-qafas legali dwar il-garanziji, b’mod partikolari fir-rigward tar-rekwiżit li tiġi ppreżentata garanzija, il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-garanziji, kif ukoll regoli dwar l-għoti, ir-rilaxx u t-telf ta’ garanzija. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta’ dawk ir-regoli, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet dwar il-forma u l-proċeduri għall-preżentazzjoni u r-rilaxx ta’ garanzija, kif ukoll dwar l-iskambju ta’ informazzjoni u l-komunikazzjonijiet meħtieġa f’dak ir-rigward.

(36)

F’konformità mat-Titolu V, il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2021/2116 dwar it-trasparenza, l-Istati Membri huma meħtieġa jippubblikaw kull sena l-benefiċjarji tal-Fondi, u, fost l-oħrajn, l-ammonti riċevuti minn kull benefiċjarju taħt kull wieħed mill-Fondi. Għal dak il-għan, u f’konformità mal-Artikolu 98 ta’ dak ir-Regolament, jenħtieġ li tiġi stabbilita l-forma ta’ dik il-pubblikazzjoni. Dik il-pubblikazzjoni jenħtieġ li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ trasparenza segwiti.

(37)

Skont l-Artikolu 98(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-ammonti ta’ pagament li jikkorrispondu għal kull operazzjoni ffinanzjata mill-Fondi riċevuti minn benefiċjarju jridu jiġu ppubblikati. Barra minn hekk, sabiex tinkiseb trasparenza akbar u sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati riċevituri akbar tal-fondi tal-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jippubblikaw l-ammont totali ta’ pagamenti riċevuti minn benefiċjarju.

(38)

Sabiex jikkontribwixxu għal trasparenza akbar fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-Fondi, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru u li jippubblikaw informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni ta’ gruppi ta’ impriżi kif imsemmi fl-Artikolu 59(4) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

(39)

Skont l-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-informazzjoni trid tiġi ppubblikata fuq sit web f’format miftuħ li jinqara mill-magni. Dawk il-formati jistgħu jkunu CVS u XLXS. Sabiex jinkisbu standards komuni u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-informazzjoni ppubblikata, l-Istati Membri jenħtieġ li jużaw format ta’ tabella unifikat li jippreżenta data dwar il-benefiċjarji kollha. Għodda ta’ tiftix fuq il-web jenħtieġ li tiżgura li l-pubbliku inġenerali jkun jista’ jikkonsulta l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji f’forma aċċessibbli faċilment.

(40)

L-Artikolu 98(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li r-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni msemmija fl-Artikolu 49(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/1060 iridu japplikaw fejn rilevanti. Id-data tal-bidu u d-dati tat-tmiem tat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, interventi għall-iżvilupp rurali fil-forma ta’ pagamenti għal restrizzjonijiet naturali jew restrizzjoni speċifika oħra taż-żona u żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji, kif ukoll il-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 (9) u (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) jitqiesu li ma humiex rilevanti peress li dawk l-operazzjonijiet huma annwali. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi previst li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jippubblikawx dik l-informazzjoni.

(41)

Bil-għan li jiġu protetti l-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom, l-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jipprevedi li l-Istati Membri ma għandhomx jippubblikaw l-ismijiet tal-benefiċjarji li jirċievu ammont ugwali għal EUR 1 250 jew inqas. Sabiex jipprovdi informazzjoni dwar l-operazzjoni kkonċernata, l-Istat Membru jenħtieġ li minflok juża kodiċi. Għall-istess raġuni, fejn ikun possibbli li jiġi identifikat benefiċjarju żgħir li jirrisjedi jew li jkun irreġistrat f’muniċipalità fejn in-numru ta’ benefiċjarji jkun limitat, l-Istat Membru jenħtieġ li minflok jippubblika l-entità amministrattiva akbar li jmiss li għaliha tappartjeni dik il-muniċipalità.

(42)

Sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni tad-data, il-benefiċjarji tal-Fondi jenħtieġ li jiġu infurmati bil-pubblikazzjoni tad-data tagħhom qabel ma ssir il-pubblikazzjoni. L-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta lill-benefiċjarji permezz tal-formoli ta’ applikazzjoni għall-għajnuna jew meta tinġabar id-data.

(43)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess pubbliku għad-data ppubblikata, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu siti web uniċi f’konformità mal-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) 2021/2116. Fid-dawl tal-istrutturi organizzazzjonali differenti fl-Istati Membri, jenħtieġ li jiġi deċiż fil-livell nazzjonali liema korp huwa responsabbli għall-istabbiliment u ż-żamma tas-sit web uniku u għall-pubblikazzjoni tad-data. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi sit web li jkun fih links għas-siti web tal-Istati Membri.

(44)

L-Unjoni hija meħtieġa tagħmel ċerti notifiki lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) f’konformità mal-Artikolu 18(2) tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Agrikoltura (11), kif spjegat aktar fid-dettall fil-paragrafu 4 tad-dokument G/AG/2 tad-WTO tat-30 ta’ Ġunju 1995. Sabiex tikkonforma ma’ dawn ir-rekwiżiti, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirrikjedi ċerta informazzjoni mill-Istati Membri, b’mod partikolari informazzjoni relatata mal-appoġġ domestiku.

(45)

Sabiex jiġu ssimplifikati u jitnaqqsu r-rekwiżiti ta’ notifika għall-Istati Membri fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data għall-obbligi ta’ notifika ta’ appoġġ domestiku tad-WTO tal-Unjoni, jixraq li l-Istati Membri, jissottomettu l-ammonti dwar in-nefqa mħallsa minn sorsi nazzjonali fl-istess ħin li jiġu sottomessi l-kontijiet annwali.

(46)

Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jenħtieġ li jitħassar. Madankollu, jenħtieġ li l-Artikoli 21 sa 24 u l-Artikoli 27 sa 34 ta’ dak ir-Regolament ikomplu japplikaw għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u għall-programmi operattivi approvati taħt ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, filwaqt li l-Artikolu 59 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jenħtieġ ikompli japplika għall-pagamenti magħmula għas-snin finanzjarji 2021, 2022 u 2023. Barra minn hekk, l-Annessi II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jenħtieġ li japplikaw għal ċerta data li għandha tiġi inkluża fil-kontijiet annwali.

(47)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess data tar-Regolament (UE) 2021/2116. Madankollu, sabiex tiġi prevista l-kontinwità tar-rapportar fl-istess sena finanzjarja, id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għan-nefqa mġarrba u għad-dħul assenjat riċevut mill-Istati Membri mis-16 ta’ Ottubru 2022.

(48)

Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fit-trattament tal-proċeduri tal-konformità li jkunu għaddejjin, il-perjodi ta’ żmien previsti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li ma japplikawx għall-proċeduri li għalihom il-komunikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 tintbagħat qabel l-1 ta’ Jannar 2024.

(49)

Fl-aħħar, minħabba li t-Titolu VII, il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) 2021/2116 dwar it-trasparenza japplika għall-pagamenti li jsiru mis-sena finanzjarja 2024 ’il quddiem, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan ir-Regolament japplikaw għal dawk il-pagamenti.

(50)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn

Artikolu 1

Proċedura għall-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità fil-livell ministerjali responsabbli minn dawn:

(a)

l-għoti, ir-rieżami u l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti;

(b)

it-twettiq tal-kompiti assenjati lill-awtorità kompetenti skont dan il-Kapitolu.

2.   L-awtorità kompetenti għandha, permezz ta’ att formali, tiddeċiedi dwar il-ħruġ jew, wara r-rieżami, l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-aġenzija tal-pagamenti abbażi ta’ eżami tal-kriterji ta’ akkreditazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar l-akkreditazzjoni u l-irtirar tal-akkreditazzjoni mingħajr dewmien.

3.   L-awtorità kompetenti għandha taħtar korp tal-awditjar biex iwettaq eżami qabel ma tinħareġ kwalunkwe akkreditazzjoni (rieżami ta’ qabel l-akkreditazzjoni). Il-korp tal-awditjar għandu jkun awtorità tal-awditjar, jew organizzazzjoni pubblika jew privata oħra jew unità organizzazzjonali ta’ awtorità bil-profiċjenza, bil-ħiliet u bil-kapaċità meħtieġa biex jitwettqu l-awditi. Il-korp tal-awditjar għandu jkun indipendenti mill-aġenzija tal-pagamenti li trid tiġi akkreditata.

4.   L-eżami (rieżami ta’ qabel l-akkreditazzjoni) li għandu jitwettaq mill-korp tal-awditjar għandu jkopri, b’mod partikolari:

(a)

il-proċeduri u s-sistemi fis-seħħ għall-awtorizzazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-pagamenti u għall-eżekuzzjoni tar-rapportar annwali dwar il-prestazzjoni;

(b)

id-diviżjoni tal-kompiti u l-adegwatezza tal-kontroll intern u estern fir-rigward tat-tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħin “il-Fondi”;

(c)

il-punt kemm il-proċeduri u s-sistemi stabbiliti huma adatti biex jissalvagwardjaw il-baġit tal-Unjoni inklużi miżuri kontra l-frodi bbażati fuq ir-riskju;

(d)

is-sigurtà tas-sistemi ta’ informazzjoni;

(e)

iż-żamma tar-rekords kontabilistiċi.

Il-korp tal-awditjar għandu jħejji rapport li jagħti dettalji dwar ix-xogħol tal-awditjar imwettaq, ir-riżultati ta’ dak ix-xogħol u l-valutazzjoni tiegħu dwar jekk l-aġenzija tal-pagamenti tikkonformax mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni. Ir-rapport għandu jiġi pprovdut lill-awtorità kompetenti li mbagħad għandha tivvaluta r-riżultati u jinħareġ l-att ta’ akkreditazzjoni fejn ikun issodisfat li l-aġenzija tal-pagamenti tikkonforma mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni.

5.   Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-aġenzija tal-pagamenti ma tikkonformax mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni, din għandha tinforma lill-aġenzija tal-pagamenti bil-kundizzjonijiet speċifiċi li hija meħtieġa tissodisfa qabel ma tkun tista’ tinħareġ l-akkreditazzjoni.

Sakemm issir l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe bidla meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati tali kundizzjonijiet speċifiċi, l-akkreditazzjoni tista’ tinħareġ b’mod provviżorju għal perjodu li għandu jiġi ddeterminat filwaqt li titqies is-severità tal-problemi identifikati, li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar. F’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, tagħti estensjoni ta’ dak il-perjodu.

6.   L-informazzjoni prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(1), tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha tiġi kkomunikata immedjatament wara li l-aġenzija tal-pagamenti tiġi akkreditata għall-ewwel darba u fi kwalunkwe każ qabel kwalunkwe nefqa li ssir minnha tiġi ddebitata lill-Fondi. Din l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjonijiet u dokumenti dwar:

(a)

ir-responsabbiltajiet mogħtija lill-aġenzija tal-pagamenti;

(b)

l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn id-dipartimenti tal-aġenzija tal-pagamenti;

(c)

ir-relazzjoni tal-aġenzija tal-pagamenti ma’ korpi oħra, pubbliċi jew privati, li huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe miżura li taħtha l-aġenzija tal-pagamenti tiddebita nefqa mill-Fondi;

(d)

il-proċeduri li bihom jiġu riċevuti, ivverifikati u vvalidati l-pretensjonijiet mill-benefiċjarji, u li bihom tiġi awtorizzata, imħallsa u kontabbilizzata n-nefqa;

(e)

id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ informazzjoni;

(f)

ir-rapport tar-rieżami ta’ qabel l-akkreditazzjoni mwettaq mill-korp tal-awditjar imsemmi fil-paragrafu 3.

7.   Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati f’kull Stat Membru.

Artikolu 2

Rieżami u rtirar tal-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti

1.   L-awtorità kompetenti għandha żżomm lill-aġenziji tal-pagamenti li hija responsabbli għalihom taħt superviżjoni kostanti, fuq il-bażi, b’mod partikolari, taċ-ċertifikati u r-rapporti mfassla mill-korp taċ-ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/2116, u għandha ssegwi kwalunkwe nuqqasijiet identifikati.

Kull 3 snin, l-awtorità kompetenti għandha tirrapporta bil-miktub lill-Kummissjoni dwar is-superviżjoni tagħha tal-aġenziji tal-pagamenti u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħhom. Ir-rapport għandu jinkludi rieżami tal-konformità kontinwa tal-aġenziji tal-pagamenti mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni, flimkien ma’ sommarju tal-azzjonijiet meħuda biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet. L-awtorità kompetenti għandha tikkonferma jekk aġenzija tal-pagamenti li hija responsabbli għaliha għadhiex konformi mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tiżgura li kwalunkwe informazzjoni li tissuġġerixxi li aġenzija tal-pagamenti ma tikkonformax mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni tiġi kkomunikata lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.

3.   Meta l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li aġenzija tal-pagamenti akkreditata ma tibqax tirrispetta wieħed jew aktar mill-kriterji ta’ akkreditazzjoni b’mod li jista’ jfixkel it-twettiq tal-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127, l-awtorità kompetenti għandha tqiegħed l-akkreditazzjoni tal-aġenzija tal-pagamenti taħt prova mingħajr dewmien. Għandha tfassal pjan li jinkludi azzjonijiet u skadenzi biex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet misjuba f’perjodu li jrid jiġi ddeterminat skont is-severità tal-problema, li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar mid-data li fiha l-akkreditazzjoni titqiegħed taħt prova. F’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-Istat Membru kkonċernat, tagħti estensjoni ta’ dak il-perjodu.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li tqiegħed l-akkreditazzjoni ta’ aġenzija tal-pagamenti taħt prova, bil-pjan imfassal skont il-paragrafu 3 u, sussegwentement, bil-progress fl-implimentazzjoni ta’ tali pjanijiet.

5.   Jekk l-akkreditazzjoni tiġi rtirata, l-awtorità kompetenti għandha mingħajr dewmien takkredita aġenzija tal-pagamenti oħra li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 biex tiżgura li l-pagamenti lill-benefiċjarji ma jiġux interrotti.

6.   Meta l-Kummissjoni ssib li l-awtorità kompetenti ma tkunx ikkonformat mal-obbligu tagħha li tfassal pjan ta’ rimedju skont il-paragrafu 3 jew li l-aġenzija tal-pagamenti għadha tiġi akkreditata mingħajr ma tkun implimentat bis-sħiħ tali pjan fil-perjodu ddeterminat, hija għandha titlob lill-awtorità kompetenti tirtira l-akkreditazzjoni ta’ dik l-aġenzija tal-pagamenti sakemm ma jsirux il-bidliet meħtieġa f’perjodu li jrid jiġi ddeterminat mill-Kummissjoni skont is-severità tal-problema. F’sitwazzjoni bħal din, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ssegwi n-nuqqasijiet permezz tal-proċedura ta’ konformità f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 3

Proċedura għall-ħruġ, għar-rieżami u għall-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità fil-livell ministerjali responsabbli għall-ħruġ, għar-rieżami u għall-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/2116 (minn hawn ’il quddiem “l-awtorità kompetenti”).

2.   L-awtorità kompetenti għandha, permezz ta’ att formali, taħtar u tiddeċiedi dwar il-ħruġ jew, wara rieżami, l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni abbażi ta’ eżami tal-kriterji ta’ akkreditazzjoni msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127. Dan l-eżami dwar il-konformità mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni għandu jitwettaq mill-awtorità kompetenti u jista’ jibbaża fuq eżami mwettaq minn korp tal-awditjar. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar il-ħruġ u l-irtirar tal-akkreditazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni mingħajr dewmien.

3.   Il-korp ta’ koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandu jaġixxi bħala l-uniku interlokutur tal-Kummissjoni għall-Istat Membru kkonċernat għall-mistoqsijiet kollha relatati mal-Fondi fir-rigward tal-kompiti tiegħu.

4.   Aġenzija tal-pagamenti tista’ taġixxi bħala korp ta’ koordinazzjoni diment li ż-żewġ funzjonijiet jinżammu separati.

5.   Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-korp ta’ koordinazzjoni jista’, f’konformità mal-proċeduri nazzjonali, jitlob l-għajnuna ta’ korpi jew ta’ dipartimenti amministrattivi oħrajn, b’mod partikolari lil dawk b’għarfien espert kontabilistiku jew tekniku.

6.   Il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tad-data kollha tal-kompjuter miżmuma mill-korp ta’ koordinazzjoni għandhom jiġu żgurati permezz ta’ miżuri adattati għall-istruttura amministrattiva, il-persunal u l-ambjent teknoloġiku ta’ kull korp ta’ koordinazzjoni. L-isforz finanzjarju u teknoloġiku għandu jkun proporzjonat għar-riskji attwali mġarrba.

7.   Il-komunikazzjoni tal-informazzjoni prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha ssir immedjatament wara li l-korp ta’ koordinazzjoni jiġi akkreditat għall-ewwel darba u, fi kwalunkwe każ, qabel kwalunkwe nefqa li għaliha huwa responsabbli, tiġi ddebitata lill-Fondi. Din l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjonijiet u dokumenti dwar:

(a)

ir-responsabbiltajiet mogħtija lill-korp ta’ koordinazzjoni;

(b)

l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet fi ħdan il-korp ta’ koordinazzjoni;

(c)

ir-relazzjoni tal-korp ta’ koordinazzjoni ma’ korpi oħra, pubbliċi jew privati, li huma responsabbli biex jikkollaboraw miegħu fit-twettiq tal-kompiti tiegħu;

(d)

il-proċeduri u s-sistemi fis-seħħ biex jiġi żgurat it-twettiq tal-kompiti tiegħu;

(e)

id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tas-sistemi ta’ informazzjoni;

(f)

ir-riżultat tal-eżami dwar il-konformità mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

8.   Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-korp ta’ koordinazzjoni ma jikkonformax mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni, din għandha tinforma lill-korp ta’ koordinazzjoni bir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati.

Sakemm issir l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe bidla meħtieġa sabiex jintlaħqu l-kriterji ta’ akkreditazzjoni, l-akkreditazzjoni tista’:

(a)

tinħareġ proviżorjament għal korp ta’ koordinazzjoni ġdid;

(b)

titqiegħed taħt prova għal korp ta’ koordinazzjoni eżistenti dment li jiġi segwit pjan ta’ azzjoni biex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni.

L-akkreditazzjoni għandha tiġi rtirata jekk il-kriterji tal-akkreditazzjoni ma jkunux ġew issodisfati u l-awtorità kompetenti tqis li l-korp ta’ koordinazzjoni ma jkunx jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu.

Artikolu 4

Dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni

1.   Id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) u l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jitfasslu fi żmien xieraq biex il-korp taċ-ċertifikazzjoni joħroġ l-opinjoni msemmija fl-Artikolu 12(1) ta’ dak ir-Regolament.

Id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni għandhom ikunu fil-formoli stabbiliti fl-Annessi I u II rispettivament ta’ dan ir-Regolament u jistgħu jiġu kkwalifikati b’riżervi li jikkwantifikaw l-impatt finanzjarju potenzjali. F’każ li jiġu espressi riżervi, id-dikjarazzjoni għandha tinkludi pjan ta’ azzjoni ta’ rimedju u skeda ta’ żmien preċiża għall-implimentazzjoni tiegħu.

2.   Id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq superviżjoni effettiva tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll fis-seħħ matul is-sena.

Artikolu 5

Ċertifikazzjoni

1.   L-awtorità kompetenti għandha taħtar il-korp taċ-ċertifikazzjoni previst fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Fejn ikun hemm aktar minn korp taċ-ċertifikazzjoni wieħed fi Stat Membru, dak l-Istat Membru jista’ jaħtar korp taċ-ċertifikazzjoni pubbliku fil-livell nazzjonali biex ikun responsabbli għall-koordinazzjoni.

2.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jorganizza l-ħidma tiegħu b’mod effettiv u effiċjenti, u jrid iwettaq il-verifiki tiegħu f’perjodu ta’ żmien xieraq, filwaqt li jqis in-natura u ż-żmien tat-tranżazzjonijiet għas-sena finanzjarja kkonċernata.

3.   L-opinjoni li trid tingħata mill-korp taċ-ċertifikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha titfassal kull sena.

Dik l-opinjoni għandha tkun ibbażata fuq ix-xogħol tal-awditjar li jrid jitwettaq f’konformità mal-Artikoli 6 u 7 ta’ dan ir-Regolament.

4.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jfassal rapport bis-sejbiet tiegħu. Ir-rapport għandu jkopri wkoll il-funzjonijiet delegati tal-aġenzija tal-pagamenti f’konformità mat-Taqsima 1.(D) tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127. Ir-rapport għandu jiddikjara jekk, għall-perjodu kopert mir-rapport:

(a)

l-aġenzija tal-pagamenti kkonformatx mal-kriterji ta’ akkreditazzjoni;

(b)

il-proċeduri tal-aġenzija tal-pagamenti kinux tali li jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li n-nefqa imposta fuq il-Fondi kienet effettwata f’konformità mar-regoli tal-Unjoni, u b’hekk jiżguraw li:

i)

fir-rigward tat-tipi ta’ interventi msemmija fir-Regolament (UE) 2021/2115, in-nefqa għandha output irrapportat korrispondenti u li tkun saret f’konformità mas-sistemi ta’ governanza applikabbli, u li r-rakkomandazzjonijiet għat-titjib, jekk ikun hemm, ikunu ġew segwiti;

ii)

it-tranżazzjonijiet sottostanti kienu legali u regolari, fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), kif ukoll għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u għall-appoġġ għall-irtirar bikri skont it-Titolu III, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3, is-Sottotaqsima 2, u l-Artikolu 155(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115, u li r-rakkomandazzjonijiet għat-titjib, jekk ikun hemm, ġew segwiti;

(c)

ir-rapportar tal-prestazzjoni dwar l-indikaturi tal-output għall-fini tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u r-rapportar tal-prestazzjoni dwar l-indikaturi tar-riżultati għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni pluriennali msemmi fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115, li juri li hemm konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2021/2116, kien korrett;

(d)

il-kontijiet annwali msemmija fl-Artikolu 33 ta’ dan ir-Regolament inżammu f’konformità mal-kotba u mar-rekords tal-aġenzija tal-pagamenti;

(e)

id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tal-operazzjonijiet ta’ intervent pubbliku kienu rekord materjalment vera, komplut u akkurat tal-operazzjonijiet imposti fuq il-Fondi;

(f)

l-interessi finanzjarji tal-Unjoni ġew imħarsa kif suppost fir-rigward tal-avvanzi mħallsa, il-garanziji miksubin, l-istokkijiet ta’ intervent u l-ammonti li għandhom jinġabru.

Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar in-numru u l-kwalifiki tal-persunal li jwettaq l-awditu, ix-xogħol li jkun sar, is-sistemi eżaminati, il-livell ta’ materjalità u ta’ fiduċja miksub fejn applikabbli, kwalunkwe dgħufija li tinstab u rakkomandazzjonijiet magħmula għat-titjib u l-operazzjonijiet kemm tal-korp taċ-ċertifikazzjoni kif ukoll ta’ korpi oħra tal-awditjar, interni u esterni għall-aġenzija tal-pagamenti, li minnhom inkisbet l-assigurazzjoni kollha tal-korp taċ-ċertifikazzjoni jew parti minnha dwar il-kwistjonijiet irrapportati.

Artikolu 6

Prinċipji tal-awditjar

1.   L-awditu taċ-ċertifikazzjoni għandu jitwettaq f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati fil-livell internazzjonali.

2.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jħejji strateġija tal-awditjar li tistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni, iż-żmien u d-direzzjoni tal-awditu taċ-ċertifikazzjoni, il-metodi tal-awditjar u l-metodoloġija tal-kampjunar, filwaqt li jiddistingwi t-tipi ta’ intervent imsemmija fir-Regolament (UE) 2021/2115 minn miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1144/2014. Għandu jiġi żviluppat pjan tal-awditjar fir-rigward ta’ kull sena finanzjarja awditjata abbażi tar-riskju stmat tal-awditjar. Fuq talba, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-istrateġija tal-awditjar u l-pjan tal-awditjar.

3.   Il-livell raġonevoli ta’ assigurazzjoni tal-awditu li jrid jinkiseb mill-awditjar għandu jinkiseb fir-rigward tal-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ governanza, il-korrettezza tar-rapportar tal-prestazzjoni, l-opinjoni vera u ġusta tal-kontijiet annwali u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1144/2014, kif ukoll għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u l-appoġġ għall-irtirar bikri skont it-Titolu III tal-Kapitolu II, it-Taqsima 3, is-Sottotaqsima 2 u l-Artikolu 155(2), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2021/2115, li għalihom intalab rimborż mill-Kummissjoni.

Dan għandu jsir permezz tal-awditjar tas-sistema u l-ittestjar tal-konformità fir-rigward tal-funzjonament tas-sistema ta’ governanza, l-ittestjar tal-kompletezza u tal-preċiżjoni u l-proċeduri analitiċi għas-sistema ta’ rapportar tal-prestazzjoni.

Fir-rigward tal-awditjar tal-kontijiet annwali għandu jiġi applikat ittestjar sostantiv tan-nefqa, inkluż test tad-dettalji. Fir-rigward tal-awditjar tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-ittestjar għandu jinkludi verifika fuq il-post.

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida, li jkun fihom, b’mod partikolari:

(a)

kjarifika u gwida ulterjuri fir-rigward tal-awditu taċ-ċertifikazzjoni li jrid jitwettaq;

(b)

id-determinazzjoni tal-livell raġonevoli ta’ assigurazzjoni tal-awditu li jrid jinkiseb mill-awditjar.

Artikolu 7

Metodi tal-awditjar

1.   Il-metodi tal-awditjar rilevanti għall-awditu taċ-ċertifikazzjoni għandhom jiġu definiti fl-istrateġija tal-awditjar prevista fl-Artikolu 6(2).

2.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-awditjar u sabiex tinħareġ l-opinjoni kif stabbilit fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-passi tal-awditjar għandhom jinkludu awditi tas-sistemi, ittestjar sostantiv, fejn meħtieġ, u l-verifika tar-rikonċiljazzjonijiet fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u ta’ ġestjoni.

3.   Fir-rigward tal-awditjar tas-sistemi ta’ governanza, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jwettaq awditi tas-sistemi li jistgħu jinkludu ttestjar tal-konformità kif ukoll l-ittestjar tal-kontrolli ġenerali tal-IT u tal-kontrolli tal-applikazzjoni, għall-fini ta’ verifika tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tas-sistema.

4.   L-ittestjar sostantiv tan-nefqa għandu jkopri l-verifika tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti fil-livell tal-benefiċjarji finali fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1144/2014 kif ukoll għall-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton u l-appoġġ għall-irtirar bikri skont it-Titolu III, il-Kapitolu II, it-Taqsima 3, is-Sottotaqsima 2, u l-Artikolu 155(2), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2021/2115. Għal dawn il-finijiet, il-korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ jakkumpanja lill-aġenzija tal-pagamenti meta twettaq verifiki fuq il-post fil-livell sekondarju. Il-korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ ma jakkumpanjax lill-aġenzija tal-pagamenti meta din twettaq il-verifiki inizjali fuq il-post, bl-eċċezzjoni ta’ dawk is-sitwazzjonijiet fejn ikun fiżikament impossibbli li ssir verifika mill-ġdid tal-kontroll inizjali mwettaq mill-aġenzija tal-pagamenti.

5.   Fir-rigward tal-awditjar tas-sistema ta’ rapportar tal-prestazzjoni, il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu japplika ttestjar tar-rekords u bażijiet tad-data biex jivverifika jekk l-indikaturi tal-output tal-prestazzjoni u tar-riżultati rrapportati humiex irrapportati b’mod korrett u jaqblux man-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni jew mal-objettivi ta’ intervent, rispettivament. Il-ġustifikazzjonijiet ipprovduti għad-differenzi bejn in-nefqa annwali ddikjarata għal intervent u l-ammont li jikkorrispondi għall-indikatur tal-output f’konformità mal-Artikolu 54(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jiġu vverifikati u kkonfermati mill-korp taċ-ċertifikazzjoni. Il-ħidma tal-korp taċ-ċertifikazzjoni għandha tinkludi wkoll il-verifika tal-kalkolu tal-indikaturi.

6.   Il-korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ jibbaża fuq ir-riżultati tal-awditjar tal-awdituri esterni tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji għall-fini ta’ assigurazzjoni ġenerali u fuq din il-bażi, il-korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ jiddeċiedi li jillimita x-xogħol tal-awditjar tiegħu stess.

Fil-kuntest tal-fondi ta’ garanzija, il-korp taċ-ċertifikazzjoni jista’ jwettaq awditi tal-korpi li jipprovdu self sottostanti ġdid biss meta sseħħ waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin jew it-tnejn li huma:

(a)

id-dokumenti ta’ sostenn, li jipprovdu evidenza tal-appoġġ mill-istrument finanzjarju lir-riċevituri finali, ma jkunux disponibbli fil-livell tal-awtorità ta’ ġestjoni jew fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju;

(b)

ikun hemm evidenza li d-dokumenti disponibbli fil-livell tal-awtorità ta’ ġestjoni jew fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju ma jirrappreżentawx rekord vera u akkurata tal-appoġġ ipprovdut.

L-Istat Membru għandu jiddefinixxi l-arranġamenti biex jiżgura r-rekord tal-awditjar għall-istrumenti finanzjarji f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness III, li juri l-issodisfar tal-kundizzjonijiet jew il-kisba tar-riżultati.

7.   Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru jkun azzjonist li jimplimenta strumenti finanzjarji, sa tmiem kull sena kalendarja, għandu jipprovdi lill-Istati Membri bir-rapport annwali tal-awditjar imsemmi fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 imħejji mill-awdituri esterni tagħhom li jkopri l-elementi inklużi fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

8.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi kundizzjonijiet u gwida ulterjuri dwar it-tfassil tal-proċeduri tal-awditjar, l-integrazzjoni tal-kampjunar, l-ippjanar u t-twettiq tal-verifika mill-ġdid fuq il-post tat-tranżazzjonijiet, fejn meħtieġ, permezz tal-linji gwida kif imsemmi fl-Artikolu 6(4).

KAPITOLU II

Ġestjoni finanzjarja tal-Fondi

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 8

Kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti

1.   Kull aġenzija tal-pagamenti għandha żżomm sett ta’ kontijiet li jkopru biss in-nefqa u d-dħul imsemmija fl-Artikolu 5(1) u l-Artikoli 6 u 45 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-użu tal-fondi magħmula disponibbli għaliha biex tħallas in-nefqa korrispondenti. Dawk il-kontijiet għandhom jippermettu li d-data finanzjarja għall-Fondi tiġi distinta u pprovduta separatament.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni l-informazzjoni tan-nefqa effettwata u tad-dħul assenjat riċevut fuq talba tagħha.

2.   L-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro għandhom iżommu kontijiet li jkopru l-ammonti espressi fil-munita li fiha tkun iġġarrbet in-nefqa u d-dħul riċevut. Madankollu, sabiex in-nefqa u d-dħul kollha tagħhom ikunu jistgħu jiġu kkonsolidati, dawn iridu jkunu jistgħu jipprovdu d-data korrispondenti fil-munita nazzjonali u fl-euro.

3.   Fir-rigward tal-FAEŻR, kull aġenzija tal-pagamenti għandha żżomm kontijiet li jippermettu li jiġu identifikati l-operazzjonijiet kollha għal kull pjan u għal kull intervent. Tali kontijiet għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(a)

l-ammont ta’ nefqa pubblika u l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mħallsa għal kull operazzjoni;

(b)

l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mill-benefiċjarji għal irregolaritajiet jew negliġenza misjuba;

(c)

l-ammonti rkuprati, b’indikazzjoni tal-operazzjoni oriġinali.

Taqsima 2

Kontijiet tal-FAEG

Artikolu 9

Stabbiliment tad-dikjarazzjoni tan-nefqa

1.   L-ammont tal-pagament li għandu jingħata lil benefiċjarju skont il-FAEG għandu jiġi ddeterminat mill-Istati Membri fil-qafas tas-sistemi ta’ kontroll kif imsemmi fit-Titolu IV tar-Regolament (UE) 2021/2116.

2.   In-nefqa effettwata u li għandha tiġi ddikjarata lill-FAEG għandha tqis il-penali applikati fil-qafas tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri f’każ ta’ nuqqasijiet ta’ konformità.

3.   L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 għandu jservi għat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u l-programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u l-gżejjer minuri tal-Eġew kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 228/2013 u r-Regolament (UE) Nru 229/2013, rispettivament, bħala bażi għat-tnaqqis tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u għall-applikazzjoni tad-dixxiplina finanzjarja msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

4.   L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 u fil-każ speċifiku ta’ pagamenti diretti u l-programmi msemmija fil-paragrafu 3, l-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 għandu jikkostitwixxi l-ammont li għandu jiġi ddikjarat lill-Kummissjoni.

5.   In-nefqa ddikjarata lill-FAEG għandha sservi bħala bażi għall-verifika tal-limiti massimi finanzjarji stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni.

6.   L-ammont li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 għandu jservi bħala bażi għall-kalkolu tal-penali amministrattivi fir-rigward tal-kundizzjonalità kif imsemmi fit-Titolu IV, il-Kapitoli IV u V, tar-Regolament (UE) 2021/2116.

7.   B’deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jħallsu avvanzi għal pagamenti diretti mingħajr ma japplikaw ir-rata ta’ aġġustament għad-dixxiplina finanzjarja msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/2116 lill-benefiċjarji fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għal sena partikolari. Il-pagament tal-bilanċ li għandu jingħata lill-benefiċjarji mill-1 ta’ Diċembru għandu jqis ir-rata ta’ aġġustament għad-dixxiplina finanzjarja applikabbli f’dak iż-żmien għall-ammont totali ta’ pagamenti diretti fis-sena kalendarja korrispondenti.

Artikolu 10

Komunikazzjoni ta’ informazzjoni mill-Istati Membri

1.   F’konformità mal-punt (c)(i) u (ii) tal-Artikolu 90(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, b’mod elettroniku u mhux aktar tard mis-seba’ jum ta’ kull xahar, l-informazzjoni u d-dokumenti dwar in-nefqa u d-dħul assenjat imsemmija fl-Artikoli 11 u 12 ta’ dan ir-Regolament, u b’mod partikolari d-dikjarazzjoni tan-nefqa mfassla f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

Madankollu, il-komunikazzjoni dwar in-nefqa effettwata u d-dħul assenjat riċevut bejn l-1 u l-15 ta’ Ottubru għandha tintbagħat sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Ottubru.

L-informazzjoni rilevanti kollha għandha tiġi pprovduta abbażi tal-mudell magħmul disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.

2.   Id-dikjarazzjoni tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tikkonsisti minn tal-anqas:

(a)

dikjarazzjoni, imfassla minn kull aġenzija tal-pagamenti, imqassma skont in-nomenklatura tal-baġit tal-Unjoni u skont in-nefqa u d-dħul assenjat, abbażi ta’ nomenklatura dettaljata magħmula disponibbli fis-sistemi ta’ informazzjoni lill-Istati Membri li tkopri:

(i)

in-nefqa effettwata u d-dħul assenjat riċevut matul ix-xahar preċedenti;

(ii)

in-nefqa totali effettwata u d-dħul assenjat riċevut mill-bidu tas-sena finanzjarja sal-aħħar tax-xahar preċedenti;

(iii)

stimi tan-nefqa u tad-dħul assenjat li jkopru separatament it-tliet xhur li ġejjin u, kif xieraq, it-total ta’ stimi tan-nefqa u tad-dħul assenjat sa tmiem is-sena finanzjarja.

Meta l-istimi għat-tliet xhur li ġejjin, kif imsemmi fil-punt (iii) tal-ewwel subparagrafu jaqgħu fis-sena finanzjarja li jmiss, ikun meħtieġ li jiġi pprovdut biss it-total għal kull xahar;

(b)

il-kontijiet li jagħtu prova tan-nefqa u tad-dħul relatati mal-intervent pubbliku.

3.   L-informazzjoni finanzjarja kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata f’euro.

Artikolu 11

Regoli ġenerali dwar id-dikjarazzjoni tan-nefqa u dwar id-dħul assenjat

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tad-dħul relatati mal-ħżin pubbliku msemmija fl-Artikolu 12, in-nefqa u d-dħul assenjat iddikjarati mill-aġenziji tal-pagamenti fir-rigward ta’ xahar partikolari għandhom jikkorrispondu għall-pagamenti u l-irċevuti li effettivament saru matul dak ix-xahar.

Dik in-nefqa u d-dħul assenjat għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet tal-baġit tal-FAEG fir-rigward tas-sena finanzjarja korrispondenti.

Madankollu:

(a)

in-nefqa li tista’ titħallas qabel l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni li tippermetti li din titħallas kompletament jew parzjalment mill-FAEG tista’ tiġi ddikjarata biss:

(i)

fir-rigward tax-xahar li matulu tiġi implimentata d-dispożizzjoni msemmija; jew

(ii)

fir-rigward tax-xahar li jiġi wara l-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija;

(b)

id-dħul assenjat lill-FAEG għandu jiġi ddikjarat fir-rigward tax-xahar li matulu jiskadi ż-żmien tal-pagament tal-ammonti korrispondenti, stipulat fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, . Meta l-korrezzjonijiet tad-dħul assenjat iwasslu, fil-livell tal-aġenzija tal-pagamenti, għad-dikjarazzjoni ta’ dħul assenjat negattiv għal linja tal-baġit, il-korrezzjonijiet żejda għandhom jiddaħħlu fix-xahar ta’ wara.

2.   L-ispejjeż u d-dħul assenjat jitqiesu fid-data li fiha l-kont tal-aġenzija tal-pagamenti jkun ġie debitat jew kreditat. Madankollu, għall-pagamenti, id-data li għandha titqies tista’ tkun id-data li fiha l-aġenzija kkonċernata tkun ħarġet id-dokument ta’ pagament u tibagħtu lil istituzzjoni finanzjarja jew lill-benefiċjarju. Kull aġenzija tal-pagamenti għandha tuża l-istess metodu matul is-sena finanzjarja.

3.   Ordnijiet għall-pagament li ma jiġux eżegwiti u pagamenti debitati lill-kont, imbagħad kreditati mill-ġdid, għandhom jintwerew fil-kontijiet bħala tnaqqis min-nefqa fir-rigward tax-xahar li matulu jiġi rrapportat in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew il-kanċellazzjoni lill-aġenzija tal-pagamenti.

4.   Meta l-pagamenti dovuti skont il-FAEG ikunu mxekkla minn pretensjonijiet, dawn għandhom jitqiesu li jkunu saru fl-intier tagħhom għall-fini tal-applikazzjoni tal-paragrafu 1:

(a)

fid-data tal-pagament tas-somma dovuta lill-benefiċjarju, jekk il-pretensjoni tkun inqas min-nefqa mħallsa;

(b)

fid-data tat-tpaċija, jekk in-nefqa tkun inqas mill-pretensjoni jew daqsha.

Artikolu 12

Regoli speċjali dwar id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa relatati mal-ħżin pubbliku

1.   L-operazzjonijiet li għandhom jitqiesu għat-tfassil tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa relatati mal-ħżin pubbliku għandhom ikunu dawk imdaħħla fl-aħħar ta’ xahar partikolari fil-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti, li seħħew mill-bidu tas-sena kontabilistika skont it-tifsira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 sal-aħħar ta’ dak ix-xahar.

2.   Dikjarazzjonijiet tal-infiq bħal dawn għandhom jinkludu l-valuri u l-ammonti determinati f’konformità mal-Artikoli 17 u 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014 (14) imdaħħla fil-kontijiet mill-aġenziji tal-pagamenti matul ix-xahar li jsegwi dak li huma relatati miegħu l-operazzjonijiet.

Madankollu:

(a)

fil-każ ta’ operazzjonijiet imwettqa matul Settembru, il-valuri u l-ammonti għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet mill-aġenziji tal-pagamenti sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru;

(b)

fil-każ tal-ammonti ta’ deprezzament ġenerali msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014, l-ammonti għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet fid-data stabbilita fid-deċiżjoni li tipprevedihom.

Artikolu 13

Deċiżjoni ta’ pagament mill-Kummissjoni

1.   Abbażi tad-data mibgħuta f’konformità mal-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li tagħmel il-pagamenti ta’ kull xahar skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116, mingħajr preġudizzju għall-korrezzjonijiet li jistgħu jsiru permezz ta’ deċiżjonijiet sussegwenti f’konformità mal-Artikoli 53, 54 u 55 ta’ dak ir-Regolament u b’kont meħud tat-tnaqqis u tas-sospensjonijiet deċiżi f’konformità mal-Artikoli 39 sa 42 ta’ dak ir-Regolament.

2.   Jekk in-nefqa totali ddikjarata mill-Istati Membri għas-sena finanzjarja ta’ wara taqbeż it-tliet kwarti tal-approprjazzjonijiet totali tal-FAEG għas-sena finanzjarja attwali, l-impenji bil-quddiem imsemmija fl-Artikolu 11(2), il-punt (b) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-pagamenti korrispondenti ta’ kull xahar għandhom jingħataw bi proporzjon mad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa, sa massimu ta’ 75 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja attwali. Il-Kummissjoni għandha tqis il-bilanċ tal-ammonti mhux rimborżati lill-Istati Membri fid-deċiżjonijiet dwar ir-rimborżi sussegwenti.

Artikolu 14

Tqegħid ta’ riżorsi għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri

Billi tiddeċiedi li tagħmel il-pagamenti ta’ kull xahar, il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, fil-qafas tal-approprjazzjonijiet tal-baġit, ir-riżorsi meħtieġa biex ikopru n-nefqa li għandha tiġi ffinanzjata mill-FAEG, bl-ammont korrispondenti ta’ dħul assenjat imnaqqas, fil-kont miftuħ minn kull Stat Membru.

Meta l-ammont stabbilit mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-Regolament ikun negattiv għal Stat Membru fit-total jew għal linja baġitarja partikolari, it-tpaċija effettiva tista’ tiġi differita għax-xhur ta’ wara.

Artikolu 15

Komunikazzjoni taħt intervent pubbliku

1.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni:

(a)

fuq talba tal-Kummissjoni, id-dokumenti u l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 3(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali addizzjonali adottati għall-applikazzjoni u l-ġestjoni tal-miżuri ta’ intervent;

(b)

sal-jum previst fl-Artikolu 10(1), ta’ dan ir-Regolament, l-informazzjoni dwar il-ħżin pubbliku, abbażi tal-mudelli magħmula disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.

2.   Is-sistemi ta’ informazzjoni relevanti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 25 għandhom jintużaw biex jitwettqu n-notifiki u l-iskambji ta’ informazzjoni u biex jitħejjew id-dokumenti b’rabta mal-infiq ta' intervent pubbliku.

Artikolu 16

Kontenut tal-kontijiet tal-ħżin pubbliku li għandhom jinżammu mill-aġenziji tal-pagamenti

1.   Il-kontijiet tal-istokk previsti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 għandu jkun fihom il-kategoriji ta’ elementi li ġejjin, murija separatament:

(a)

il-kwantitajiet ta’ prodotti rreġistrati mad-dħul u mat-tneħħija mill-ħżin, b’moviment fiżiku jew mingħajru;

(b)

il-kwantitajiet użati għad-distribuzzjoni b’xejn lill-persuni l-aktar fil-bżonn taħt il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, u li huma kkunsidrati skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014, li jiddistingwi lil dawk li huma s-suġġett ta’ trasferiment lejn Stat Membru ieħor;

(c)

il-kwantitajiet meħuda bħala kampjuni, li jiddistingwu l-kampjuni meħuda mix-xerrejja;

(d)

il-kwantitajiet li, wara li jiġu vverifikati permezz ta’ eżami viżwali fil-kuntest tal-inventarju annwali jew matul l-ispezzjoni wara li jsir l-intervent, ma jistgħux jibqgħu jiġu imballati mill-ġdid u huma s-suġġett ta’ bejgħ dirett;

(e)

il-kwantitajiet neqsin, għal raġunijiet identifikabbli jew mhux identifikabbli, inklużi dawk li jikkorrispondu għal-limiti ta’ tolleranza legali;

(f)

il-kwantitajiet li ddeterjoraw;

(g)

il-kwantitajiet żejda;

(h)

il-kwantitajiet neqsin li jaqbżu l-limiti ta’ tolleranza;

(i)

il-kwantitajiet li jkunu ddaħħlu fil-ħżin u li nstabu li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti u li għalhekk l-akkwiżizzjoni tagħhom ġiet irrifjutata;

(j)

il-kwantitajiet netti maħżuna fl-aħħar ta’ kull xahar jew sena kontabilistika, li jiġu riportati għax-xahar jew għas-sena kontabilistika ta’ wara.

2.   Il-kontijiet finanzjarji previsti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 għandhom jinkludu:

(a)

il-valur tal-kwantitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, li juri separatament il-valur tal-kwantitajiet mixtrija u tal-kwantitajiet mibjugħa;

(b)

il-valur kontabilistiku tal-kwantitajiet użati jew ikkunsidrati taħt l-arranġamenti ta’ distribuzzjoni b’xejn imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu;

(c)

il-kostijiet ta’ finanzjament imsemmija fl-Artikolu 3(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014;

(d)

In-nefqa fuq operazzjonijiet fiżiċi msemmija fl-Artikolu 3(1), il-punti (b) u (c), tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014;

(e)

l-ammonti li jirriżultaw mid-deprezzament kif imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014;

(f)

l-ammonti miġbura jew irkuprati mill-bejjiegħa, mix-xerrejja u mid-depożitanti, minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 21 ta’ dan ir-Regolament;

(g)

l-ammont mill-bejgħ dirett trasferit wara l-inventarju annwali jew wara l-verifiki li jseħħu wara li l-prodotti jittieħdu fil-ħżin tal-intervent;

(h)

it-telf u d-dħul mat-tneħħija tal-prodotti, bil-kunsiderazzjoni tad-deprezzament kif hemm referenza fil-punt (e) ta’ dan il-paragrafu;

(i)

debiti u krediti oħra, b’mod partikolari dawk li jikkorrispondu għall-kwantitajiet imsemmija fil-punti (c) sa (g) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(j)

il-valur kontabilistiku medju, espress għal kull tunnellata

Artikolu 17

Kontabilità relatata ma’ intervent pubbliku

1.   L-elementi li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 16 għandhom jiddaħħlu għall-kwantitajiet, il-valuri, l-ammonti u l-medji reġistrati attwalment mill-aġenziji tal-pagamenti jew għall-valuri u l-ammonti kkalkulati abbażi tal-ammonti standard stabbiliti mill-Kummissjoni.

2.   Ir-rekords u l-kalkoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli li ġejjin:

(a)

il-kostijiet tat-tneħħija relatati mal-kwantitajiet li għalihom ġew irreġistrati telf jew deterjorament kwantitattiv, f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Annessi VI u VII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014, għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet biss għall-kwantitajiet effettivament mibjugħa u mneħħija mill-ħżin;

(b)

il-kwantitajiet irreġistrati bħala neqsin mat-trasferiment bejn l-Istati Membri ma għandhomx jitqiesu li jkunu daħlu fil-ħżin fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u ma għandhomx ikunu koperti mill-kostijiet standard tad-dħul;

(c)

il-kostijiet standard tad-dħul u tat-tneħħija stabbiliti għat-trasport u għat-trasferiment għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet jekk dawk il-kostijiet ma jitqisux, skont ir-regoli tal-Unjoni, bħala parti integrali mill-kostijiet tat-trasport;

(d)

sakemm ir-regoli speċifiċi tal-Unjoni ma jipprovdux mod ieħor, l-ammonti li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ prodotti li ddeterjoraw u kwalunkwe ammont ieħor riċevut f’dan il-kuntest ma għandhomx jiddaħħlu fir-rekords tal-kontijiet tal-FAEG;

(e)

kwalunkwe kwantità żejda rreġistrata għandha tiddaħħal fil-kontijiet bħala ammont negattiv, fil-kwantitajiet neqsin fis-sitwazzjoni tal-istokk u fil-movimenti. Dawn il-kwantitajiet għandhom jiġu inklużi meta jiġu ddeterminati l-kwantitajiet li jaqbżu l-limitu ta’ tolleranza;

(f)

kampjuni oħra barra dawk meħuda mix-xerrejja għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet f’konformità mal-punt 2(a) tal-Anness VII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014.

3.   Korrezzjonijiet li jsiru mill-Kummissjoni, fir-rigward tal-elementi msemmija fl-Artikolu 16 għas-sena ta’ kontabilità attwali, għandhom jiġu notifikati lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli. Dawn jistgħu jiġu nnotifikati lill-Istati Membri fl-okkażjoni ta’ deċiżjoni ta’ pagament ta’ kull xahar jew, fin-nuqqas ta’ dan, fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Dawn għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet mill-aġenziji tal-pagamenti skont it-termini ta’ dik id-deċiżjoni.

Artikolu 18

Dati għad-dħul tan-nefqa u tad-dħul u tal-movimenti tal-prodotti fil-kontijiet għall-intervent pubbliku

1.   Id-diversi entrati ta’ nefqa u dħul għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet fid-data li fiha sseħħ l-operazzjoni fiżika taħt il-miżura ta’ intervent pubbliku u bl-użu tar-rata tal-kambju kif imsemmi fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014.

Madankollu, għandhom japplikaw id-dati li ġejjin fil-każijiet stabbiliti hawn taħt:

(a)

id-data tal-wasla, fil-każ tal-ammonti riċevuti jew irkuprati, kif imsemmi fl-Artikolu 16(2), il-punti (f) u (g), ta’ dan ir-Regolament;

(b)

id-data tal-pagament reali tal-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet fiżiċi, fejn tali kostijiet ma humiex koperti minn ammonti standard.

2.   Id-diversi elementi relatati mal-moviment fiżiku tal-prodotti u mal-ġestjoni tal-istokkijiet għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet fid-data li fiha sseħħ l-operazzjoni fiżika taħt il-miżura ta’ intervent.

Madankollu, għandhom japplikaw id-dati li ġejjin fil-każijiet stabbiliti hawn taħt:

(a)

id-data tal-akkwiżizzjoni tal-prodotti mill-aġenzija tal-pagamenti, f’konformità mal-Artikolu 22(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 (15), għall-kwantitajiet li jidħlu fil-ħżin pubbliku mingħajr ebda bidla fil-post tal-ħżin;

(b)

fir-rigward tal-kwantitajiet neqsin jew iddeterjorati u żejda, id-data tas-sejba dwar il-fatti fil-każ ta’ kwantitajiet nieqsa jew iddeterjorati u żejda;

(c)

id-data tat-tneħħija attwali mill-ħżin, fil-każ ta’ bejgħ dirett ta’ prodotti li jibqgħu fil-ħżin li ma jistgħux jiġu imballati mill-ġdid wara eżami viżwali fil-kuntest tal-inventarju annwali jew matul l-ispezzjoni wara li jsir intervent;

(d)

l-aħħar jum tas-sena kontabilistika, għal kwalunkwe telf li jaqbeż il-limitu ta’ tolleranza msemmi fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127.

Artikolu 19

Ammont iffinanzjat taħt intervent pubbliku

1.   L-ammont li għandu jiġi ffinanzjat skont il-miżuri ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014 għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-kontijiet imfassla u miżmuma mill-aġenziji tal-pagamenti f’konformità mal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127, u li għalih id-diversi entrati ta’ nfiq u dħul imsemmija fl-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament huma ddebitati u kkreditati, rispettivament, filwaqt li jitqiesu, fejn meħtieġ, l-ammonti ta’ nfiq stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni agrikola settorjali.

2.   L-aġenziji tal-pagamenti jew il-korpi ta’ koordinazzjoni kif xieraq għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni, kull xahar u kull sena, permezz ta’ mezzi elettroniċi, abbażi tal-mudelli magħmula disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni, l-informazzjoni meħtieġa għall-finanzjament tan-nefqa fuq il-ħżin pubbliku u l-kontijiet li jixhdu n-nefqa u d-dħul relatati mal-ħżin pubbliku fil-forma ta’ tabelli, sal-jum previst fl-Artikolu 10(1) u sad-data prevista fl-Artikolu 33(2).

Artikolu 20

Dikjarazzjonijiet tan-nefqa u tad-dħul tal-intervent pubbliku

1.   Il-finanzjament mill-FAEG skont il-miżuri ta’ intervent imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 906/2014 għandu jkun ugwali għan-nefqa, ikkalkolat abbażi tal-informazzjoni nnotifikata mill-aġenzija tal-pagamenti, wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe dħul li jirriżulta mill-miżuri ta’ intervent, ivvalidat mis-sistema ta’ informazzjoni stabbilita mill-Kummissjoni u inkluż mill-aġenzija tal-pagamenti fid-dikjarazzjoni tan-nefqa tagħha mfassla f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Is-somom irkuprati f’konformità mal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-ammonti riċevuti jew irkuprati mill-bejjiegħa, mix-xerrejja u mid-depożitanti, li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 45 ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu ddikjarati lill-baġit tal-FAEG f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-Regolament.

Taqsima 3

Kontijiet tal-FAEŻR

Artikolu 21

Previżjoni tar-rekwiżiti ta’ finanzjament

Għal kull Pjan strateġiku tal-PAK kif imsemmi fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2021/2115, u f’konformità mal-Artikolu 90(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(ii), tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, darbtejn fis-sena, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar u mill-31 ta’ Awwissu, il-previżjonijiet tagħhom tal-ammonti li għandhom jiġu ffinanzjati mill-FAEŻR għas-sena finanzjarja. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jibagħtu stima aġġornata tat-talbiet ta’ finanzjament tagħhom għas-sena finanzjarja ta’ wara.

Dawk il-previżjonijiet u dik l-istima aġġornata għandhom jintbagħtu abbażi tal-mudell magħmul disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.

Artikolu 22

Dikjarazzjonijiet tan-nefqa

1.   L-aġenziji tal-pagamenti għandhom jiddikjaraw in-nefqa u l-ammont irkuprat għal kull tip ta’ żvilupp rurali ta’ intervent u assistenza teknika skont il-Pjan Strateġiku tal-PAK, kif imsemmi fl-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għal kull wieħed mill-perjodi ta’ referenza, imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, abbażi tal-mudell li l-Kummissjoni għamlet disponibbli għall-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.

Għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jispeċifikaw f’dikjarazzjoni tan-nefqa tal-anqas dan li ġej:

(a)

l-ammont tan-nefqa pubblika eliġibbli, minbarra l-finanzjament nazzjonali addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 115(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115, li għalih l-aġenzija tal-pagamenti tkun fil-fatt ħallset il-kontribuzzjoni korrispondenti tal-FAEŻR matul kull wieħed mill-perjodi ta’ referenza msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

l-informazzjoni dwar l-istrumenti finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 32(4) u (5) tar-Regolament (UE) 2021/2116;

(c)

l-informazzjoni addizzjonali dwar l-avvanzi mħallsa lill-benefiċjarji kif imsemmi fl-Artikolu 44(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116;

(d)

l-ammont irkuprat matul il-perjodu attwali kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, fir-rigward tal-Pjan Strateġiku tal-PAK;

(e)

l-ammont irkuprat matul il-perjodu attwali kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-programmi ta’ żvilupp rurali tal-FAEŻR mill-2007 ’il quddiem, li għalihom l-Istati Membri ma humiex aktar obbligati jibagħtu dikjarazzjoni interim tan-nefqa;

(f)

l-ammonti relatati mal-assistenza teknika.

In-nefqa effettwata u li għandha tiġi ddikjarata lill-FAEŻR għandha tqis il-penali applikati fil-qafas tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-Istati Membri f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità.

2.   Ladarba l-Kummissjoni tkun approvat Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 90(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(i), tar-Regolament (UE) 2021/2116, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa tagħhom sal-iskadenzi li ġejjin:

(a)

sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April fil-każ ta’ nefqa fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu;

(b)

sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju fil-każ ta’ nefqa fil-perjodu mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju;

(c)

sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Novembru fil-każ ta’ nefqa fil-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-15 ta’ Ottubru;

(d)

sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar fil-każ ta’ nefqa fil-perjodu mis-16 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru.

Jekk fi Stat Membru, il-Pjan Strateġiku tal-PAK jiġi implimentat minn aktar minn aġenzija tal-pagamenti waħda, il-korp ta’ koordinazzjoni għandu jiżgura li d-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jiġu trażmessi fl-istess jum.

Madankollu, in-nefqa kollha mħallsa mill-aġenziji tal-pagamenti lill-benefiċjarji f’konformità mal-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) 2021/2115 sa tmiem l-aħħar perjodu, kif speċifikat fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, qabel l-approvazzjoni ta’ Pjan Strateġiku tal-PAK kif imsemmi fl-Artikolu 118 ta’ dak ir-Regolament, issir taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri u għandha tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni fl-ewwel dikjarazzjoni tan-nefqa wara l-approvazzjoni ta’ dak il-pjan. L-ammonti rkuprati għall-perjodu korrispondenti, kif imsemmi fil-punti (d) u (e) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, għandhom jiġu ddikjarati wkoll f’dik id-dikjarazzjoni. L-istess regola għandha tapplika mutatis mutandis f’każ ta’ emenda ta’ Pjan strateġiku tal-PAK kif imsemmi fl-Artikolu 119 tar-Regolament (UE) 2021/2115, ħlief għall-aġġustamenti tal-pjan ta’ finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu 23 ta’ dan ir-Regolament.

Fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2021/1060 u l-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2021/2115, in-nefqa għandha tiġi ddikjarata fis-sena finanzjarja meta l-kundizzjonijiet kif imsemmija fl-Artikolu 32(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jiġu ssodisfati u tkun saret mill-aġenzija tal-pagamenti qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja.

L-informazzjoni finanzjarja kollha meħtieġa skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata f’euro.

Artikolu 23

Kalkolu tal-ammont li għandu jitħallas

1.   Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni li għandha titħallas fir-rigward tan-nefqa pubblika eliġibbli, minbarra l-finanzjament nazzjonali addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 115 (5) tar-Regolament (UE) 2021/2115, għandha tissemma’ fil-pjan ta’ finanzjament fis-seħħ fl-ewwel jum tal-perjodu ta’ referenza u għandha tiġi kkalkolata fir-rigward tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fl-Artikolu 118 ta’ dak ir-Regolament kif ġej:

(a)

għal kull perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 22(2) ta’ dan ir-Regolament abbażi tar-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR kif previst fl-Artikolu 91 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u approvata mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 118 ta’ dak ir-Regolament;

(b)

għal ċerti tipi eliġibbli ta’ nefqa, imsemmija fl-Artikolu 155 tar-Regolament (UE) 2021/2115 fil-perjodu 2023-2027, abbażi tar-rata ta’ kontribuzzjoni tal-intervent stabbilita fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, soġġett għall-kundizzjonijiet f’dak l-Artikolu;

(c)

assistenza teknika abbażi ta’ rata fissa, kif imsemmi fl-Artikolu 94(2) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

Il-kalkolu għandu jqis il-korrezzjonijiet għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif iddikjarati fid-dikjarazzjoni tan-nefqa għal dak il-perjodu.

2.   Mingħajr preġudizzju għal-limitu massimu previst fl-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, meta t-total ikkombinat tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mħallsa lill-Pjan Strateġiku tal-PAK jaqbeż il-kontribuzzjoni għal tip ta’ intervent, fir-rigward tal-FAEŻR, l-ammont li għandu jitħallas għandu jitnaqqas għall-ammont ipprogrammat għal dak it-tip ta’ intervent. Kwalunkwe kontribuzzjoni tal-Unjoni eskluża b’riżultat ta’ dan tista’ titħallas aktar tard dment li jkun ġie sottomess pjan ta’ finanzjament aġġustat mill-Istat Membru u jkun ġie approvat mill-Kummissjoni.

Artikolu 24

Diżimpenn awtomatiku

F’każ li Stat Membru ma jissottomettix pjan ta’ finanzjament rivedut, kif previst fl-Artikolu 34(6) tar-Regolament (UE) 2021/2116, u l-emenda relatata tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tnaqqas l-ammonti allokati għal kull tip ta’ intervent pro rata, billi temenda d-deċiżjoni li tapprova l-Pjan Strateġiku tal-PAK tal-Istat Membru mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru.

Taqsima 4

Dispożizzjonijiet komuni għall-Fondi

Artikolu 25

Skambju elettroniku ta’ informazzjoni u dokumenti

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi s-sistemi ta’ informazzjoni li jippermettu skambji elettroniċi ta’ dokumenti u informazzjoni bejniethom u l-Istati Membri għall-komunikazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ informazzjoni prevista fl-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-arranġamenti meħtieġa għall-applikazzjoni tagħhom. Din għandha tinforma lill-Istati Membri dwar il-kundizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni ta’ dawk is-sistemi permezz tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.

2.   Is-sistemi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu jistgħu jipproċessaw b’mod partikolari:

(a)

id-data meħtieġa għat-tranżazzjonijiet finanzjarji, b’mod partikolari dawk relatati mal-kontijiet annwali tal-aġenziji tal-pagamenti, id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa u d-dħul assenjat u t-trażmissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 u l-Artikoli 8, 10, 11, 12, 14, 18, 19, 21, 22, 23 u 32 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

dokumenti ta’ interess komuni li jippermettu li jiġu mmonitorjati d-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar u interim tan-nefqa u tal-kontijiet annwali u l-informazzjoni u d-dokumenti li l-aġenziji tal-pagamenti jridu jagħmlu disponibbli għall-Kummissjoni li għandhom jiġu kkonsultati;

(c)

it-testi tal-Unjoni u l-linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni mill-awtoritajiet akkreditati u maħtura skont ir-Regolament (UE) 2021/2116, u l-linji gwida dwar l-applikazzjoni armonizzata tal-leġiżlazzjoni rilevanti.

3.   Il-forma u l-kontenut tad-dokumenti msemmija fl-Artikoli 10, 18, 19, 21, 22, 23 u 32 għandhom ikunu magħmulin disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri b’mudelli permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.

Dawn il-mudelli għandhom jiġu adattati u aġġornati mill-Kummissjoni, wara li tkun infurmat lill-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.

4.   Is-sistemi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jista’ jkun fihom l-għodod meħtieġa għall-ħżin tad-data u għall-ġestjoni tal-kontijiet tal-Fondi mill-Kummissjoni.

5.   Id-data dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji għandha tiġi kkomunikata, imdaħħla u aġġornata fis-sistemi ta’ informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 taħt ir-responsabbiltà tal-aġenziji tal-pagamenti, mill-aġenziji tal-pagamenti nfushom jew minn korpi li lilhom tkun ġiet iddelegata dik il-funzjoni, fejn applikabbli permezz tal-korpi ta’ koordinazzjoni akkreditati f’konformità mal-Artikolu 9(4) u l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

6.   Meta dokument mibgħut skont l-Artikolu 90(1), il-punt (c),(i) u (iii), tar-Regolament (UE) 2021/2116 jew proċedura fis-sistemi tal-informazzjoni jkun jeħtieġ il-firma jew l-approvazzjoni ta’ persuna awtorizzata f’wieħed jew aktar mill-istadji ta’ dik il-proċedura, dik il-firma elettronika obbligatorja jew l-approvazzjoni għandha ssir f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 910/2014.

7.   Id-dokumenti elettroniċi u diġitalizzati għandhom jinżammu għall-perjodu kollu previst fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127.

8.   Meta jkun hemm ħsara f’sistema ta’ informazzjoni jew l-ebda konnessjoni stabbli, l-Istat Membru jista’, bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, jibgħat id-dokumenti f’forma oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni.

Artikolu 26

Rekwiżiti għar-rimborż tan-nefqa għall-Fondi

1.   Id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa għall-Fondi għandhom jiddaħħlu fil-forma ta’ data strutturata mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati jew mill-korp ta’ koordinazzjoni akkreditat abbażi tal-mudell magħmul disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.

2.   In-nefqa tal-FAEG u tal-FAEŻR u d-dħul assenjat tal-FAEG iddikjarati fir-rigward ta’ perjodu jista’ jkun fihom korrezzjonijiet għad-data ddikjarata fir-rigward tal-perjodi ta’ dikjarazzjoni preċedenti tal-istess sena finanzjarja.

3.   In-nefqa tal-FAEG u tal-FAEŻR u d-dħul assenjat li għandhom jiġu imposti għas-sena finanzjarja mhux introdotti rispettivament fid-dikjarazzjonijiet ta’ kull xahar u interim jistgħu jiġu kkoreġuti biss fil-kontijiet annwali li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni f’konformità mal-punt (c)(iii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

4.   Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandha titħallas mill-Kummissjoni, soġġetta għad-disponibbiltà tar-riżorsi, fil-kont(ijiet) miftuħ(in) minn kull Stat Membru.

5.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-isem jew bin-numri tal-kont(ijiet) f’konformità mal-format li l-Kummissjoni tkun għamlet disponibbli għalih.

Artikolu 27

Sospensjoni tal-pagamenti

L-atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw il-pagamenti ta’ kull xahar imsemmija fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jew il-pagamenti interim imsemmija fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament għandhom iqisu s-sospensjoni tal-pagamenti deċiżi f’konformità mal-Artikoli 40(1) u (2), 41(2) u 42(2) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 28

Pjanijiet ta’ azzjoni fir-rigward tal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni

1.   Wara l-valutazzjoni tal-ġustifikazzjoni sottomessa mill-Istat Membru fil-kuntest tar-rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 135 tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istat Membru kkonċernat jissottometti pjan ta’ azzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) 2021/2116. L-Istat Membru għandu jissottometti pjan ta’ azzjoni fi żmien xahrejn wara li jirċievi t-talba tal-Kummissjoni. F’dak il-pjan ta’ azzjoni, l-Istat Membru għandu jipproponi azzjonijiet ta’ rimedju konkreti biex jindirizza n-nuqqasijiet u jidentifika l-interventi, li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK, b’mod partikolari fir-rigward tad-devjazzjonijiet mill-istadji importanti stabbiliti biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115. L-azzjonijiet ta’ rimedju għandhom jiġu deskritti f’dettall suffiċjenti biex il-Kummissjoni tkun tista’ tivvaluta jekk il-pjan ta’ azzjoni huwiex xieraq biex jiġu rrimedjati dawn in-nuqqasijiet, inkluż, fejn rilevanti, l-azzjonijiet biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-interventi kkonċernati.

2.   Għal kull waħda mill-azzjonijiet, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi l-iskadenza ppjanata għall-implimentazzjoni li ma għandhiex tkun aktar tard minn sentejn minn meta jitnieda l-pjan ta’ azzjoni. Sabiex ikun jista’ jsir ir-rieżami tal-perjodu ta’ żmien mistenni għall-eżekuzzjoni tal-pjan ta’ azzjoni, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi wkoll indikaturi tal-progress lejn dik l-iskadenza li għandhom ikunu mill-inqas kull 3 xhur matul id-durata tal-pjan ta’ azzjoni.

3.   Fi żmien xahrejn wara li tirċievi l-pjan ta’ azzjoni mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tinforma lil dak l-Istat Membru bil-miktub bl-oġġezzjonijiet tagħha għall-pjan ta’ azzjoni sottomess u titlob il-modifika tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi kjarifiki ulterjuri jew għandu jissottometti pjan ta’ azzjoni aġġornat fi żmien xahrejn wara li jirċievi l-kummenti tal-Kummissjoni.

4.   Wara l-perjodu msemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru bil-miktub fi żmien xahrejn, jekk tqisx li l-pjan ta’ azzjoni huwa biżżejjed biex jindirizza n-nuqqasijiet li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK. F’każ ta’ valutazzjoni pożittiva, il-wasla ta’ dik il-valutazzjoni mill-Istat Membru għandha titqies bħala d-data tat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni. Id-data tat-tnedija hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istat Membru kkonċernat jibda jimplimenta azzjonijiet ta’ rimedju aktar kmieni. F’każ ta’ valutazzjoni negattiva, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-intenzjoni tagħha dwar is-sospensjoni tal-pagamenti, imsemmija fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

5.   L-Istati Membri għandhom iħejju l-pjanijiet ta’ azzjoni u jirrapportaw dwar il-progress fl-implimentazzjoni tagħhom f’konformità mal-mudell rispettiv ipprovdut mill-Kummissjoni fil-mument tas-sottomissjoni tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, f’konformità mal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3)( tar-Regolament (UE) 2021/2116. Il-mudell għandu jkun disponibbli u użat f’forma elettronika.

Artikolu 29

Pjanijiet ta’ azzjoni fir-rigward tan-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ governanza

1.   L-Istat Membru għandu jissottometti l-pjan ta’ azzjoni msemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2116 fi żmien xahrejn wara li jirċievi t-talba tal-Kummissjoni. Fil-pjan ta’ azzjoni tiegħu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jipproponi azzjonijiet konkreti biex jindirizza kull wieħed min-nuqqasijiet serji indikati mill-Kummissjoni. L-azzjonijiet korrettivi għandhom jiġu deskritti b’mod adegwat sabiex il-Kummissjoni tivvaluta jekk il-pjan ta’ azzjoni huwiex biżżejjed biex jirrimedja n-nuqqasijiet.

2.   Għal kull waħda mill-azzjonijiet, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi l-iskadenza ppjanata għall-implimentazzjoni li ma għandhiex tkun aktar tard minn sentejn mid-data tat-tnedija tal-pjan ta’ azzjoni. Sabiex ikun jista’ jsir ir-rieżami tal-indikaturi tal-progress, l-Istat Membru għandu jistabbilixxi wkoll stadji importanti lejn dik l-iskadenza li għandhom ikunu mill-inqas kull 3 xhur matul id-durata tal-pjan ta’ azzjoni.

3.   Fi żmien xahrejn wara li tirċievi l-pjan ta’ azzjoni mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tinforma lil dak l-Istat Membru bil-miktub bl-oġġezzjonijiet tagħha għall-pjan ta’ azzjoni sottomess u titlob il-modifika tiegħu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi kjarifiki ulterjuri jew għandu jissottometti pjan ta’ azzjoni aġġornat fi żmien xahrejn wara li jirċievi l-kummenti tal-Kummissjoni. F’każijiet debitament ġustifikati, dan il-perjodu jista’ jiġi estiż.

4.   Wara l-iskambji msemmija fil-paragrafu 3, u mhux aktar tard minn xahrejn wara li tirċievi l-aħħar komunikazzjoni mill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru bil-miktub dwar il-valutazzjoni tagħha. F’każ ta’ valutazzjoni pożittiva, il-wasla ta’ dik il-valutazzjoni mill-Istat Membru għandha titqies bħala d-data tat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni. Id-data tat-tnedija hija mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istat Membru kkonċernat jibda jimplimenta azzjonijiet ta’ rimedju aktar kmieni. F’każ ta’ valutazzjoni negattiva minħabba pjan ta’ azzjoni manifestament insuffiċjenti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-intenzjoni tagħha dwar is-sospensjoni tal-pagamenti, imsemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

5.   Fejn ma jkunx hemm progress suffiċjenti fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni jew ma jkunx ġie sottomess f’konformità mat-talba bil-miktub tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-intenzjoni tagħha dwar is-sospensjoni tal-pagamenti, imsemmija fl-Artikolu 42(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

6.   Għal nuqqasijiet serji rikorrenti żvelati fir-rapporti ta’ valutazzjoni tal-kwalità msemmija fl-Artikoli 68(3), 69(6) u 70(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, il-Kummissjoni għandha titlob pjan ta’ azzjoni f’konformità mal-Artikolu 42(1) ta’ dak ir-Regolament, jekk l-istess nuqqasijiet jiġu identifikati mingħajr ebda titjib fit-tieni sena konsekuttiva.

7.   L-Istati Membri għandhom iħejju l-pjanijiet ta’ azzjoni u jirrapportaw dwar il-progress fl-implimentazzjoni tagħhom f’konformità mal-mudell rispettiv ipprovdut mill-Kummissjoni. Il-mudell għandu jkun disponibbli u użat f’forma elettronika.

KAPITOLU III

Approvazzjoni tal-kontijiet

Taqsima 1

Irkupru tad-djun

Artikolu 30

Irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti

1.   Għal kwalunkwe pagament mhux dovut wara l-okkorrenza ta’ irregolarità jew negliġenza, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema li tiżgura talba għall-irkupru mill-benefiċjarji fi żmien raġonevoli wara, fejn applikabbli, l-aġenzija tal-pagamenti jew il-korp responsabbli għall-irkupru jkun irċieva rapport ta’ kontroll jew dokument simili, li jiddikjara li seħħet irregolarità. Is-sistema għandha tiżgura li l-ammonti korrispondenti jiġu rreġistrati fil-ħin tat-talba għall-irkupru fil-ktieb tad-debituri tal-aġenzija tal-pagamenti.

2.   L-Istati Membri għandu jkollhom sistema fis-seħħ biex jiżguraw li l-proċeduri ta’ rkupru, inkluż il-kalkolu tal-imgħax f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli kif imsemmi fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2021/2116, it-tpaċija u l-infurzar ta’ ammonti mħallsa mhux dovuti, jiġu mnedija u segwiti fil-ħin. Għandu jiġi żgurat is-segwitu ta’ dejn skont il-proċedura nazzjonali ta’ rkupru applikabbli u l-ammonti rkuprati għandhom jiġu rimborżati lill-Fondi fi żmien xieraq.

3.   Il-korrezzjoni ta’ dejn lejn il-Fondi għandha sseħħ biss jekk in-nuqqas ta’ kwalunkwe irregolarità jiġi rreġistrat minn strument amministrattiv jew legali ta’ natura finali.

4.   L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw kif xieraq it-tħassir ta’ dejn u d-deċiżjoni li ma jiġix segwit l-irkupru ta’ dejn f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli.

Artikolu 31

Irkupru permezz ta’ tpaċija

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe azzjoni oħra ta’ infurzar prevista mil-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkumpensaw kwalunkwe ammont mhux dovut li jirriżulta minn irregolarità pendenti ta’ benefiċjarju stabbilita f’konformità mal-liġi nazzjonali kontra kwalunkwe pagament futur favur dak il-benefiċjarju, li għandu jsir mill-aġenzija tal-pagamenti responsabbli għall-irkupru tad-dejn.

Taqsima 2

Approvazzjoni

Artikolu 32

Kontenut tal-kontijiet annwali

1.   Il-kontijiet annwali msemmija fl-Artikolu 90(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (c)(iii), tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jinkludu:

(a)

id-dħul assenjat imsemmi fl-Artikolu 45 ta’ dak ir-Regolament;

(b)

in-nefqa tal-FAEG wara t-tnaqqis ta’ kwalunkwe pagament mhux dovut mhux irkuprat fi tmiem is-sena finanzjarja minbarra dawk imsemmija fil-punt (f) ta’ dan il-paragrafu, inkluż kwalunkwe imgħax fuqhom, miġbura fil-qosor skont l-entrata u s-subpartita tal-baġit tal-Unjoni;

(c)

in-nefqa tal-FAEŻR, skont il-programm, il-miżura jew it-tip ta’ intervent kif applikabbli u r-rata ta’ kontribuzzjoni speċifika. Id-dikjarazzjoni annwali tan-nefqa għandha tinkludi wkoll informazzjoni dwar l-ammonti rkuprati. Ladarba jingħalaq programm jew Pjan Strateġiku tal-PAK, kwalunkwe pagament mhux dovut li ma jkunx irkuprat għajr dawk imsemmija fil-punt (f) ta’ dan il-paragrafu, inkluż kwalunkwe imgħax fuqu, għandu jitnaqqas min-nefqa tas-sena finanzjarja inkwistjoni;

(d)

tabella tad-differenzi skont l-entrata u s-subpartita jew, fil-każ tal-FAEŻR skont il-programm, il-miżura jew skont it-tip ta’ intervent kif applikabbli u skont ir-rata ta’ kontribuzzjoni speċifika u l-qasam ta’ prijorità fejn applikabbli, bejn in-nefqa u d-dħul assenjat iddikjarat fil-kontijiet annwali u dak iddikjarat għall-istess perjodu fid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 10(2), il-punt b), ta’ dan ir-Regolament, sa fejn huwa kkonċernat il-FAEG, u l-Artikolu 22(2) ta’ dan ir-Regolament, sa fejn huwa kkonċernat il-FAEŻR, akkumpanjata minn spjegazzjoni għal kull differenza;

(e)

separatament, l-ammonti li għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat u mill-Unjoni, rispettivament, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) fir-rigward ta’:

(i)

in-nefqa mġarrba u l-pagamenti li jsiru għal skemi ta’ appoġġ skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) fir-rigward tas-sena kalendarja 2022 u qabel;

(ii)

il-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1144/2014 sal-31 ta’ Diċembru 2022;

(iii)

għajnuna għal programmi operazzjonali ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u programmi ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 5(6) u (7), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) fir-rigward tan-nefqa mġarrba u l-pagamenti magħmula għal operazzjonijiet implimentati skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 wara l-31 ta’ Diċembru 2022 sa tmiem il-programmi operazzjonali jew il-programmi ta’ appoġġ f’konformità mal-Artikolu 5(6)(c) u (7), rispettivament, tar-Regolament (UE) 2021/2117;

(iv)

id-dħul iddikjarat fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali approvati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (19) u r-Regolament tal-Kummissjoni Nru 27/2004 (20);

(f)

estratt tal-pagamenti mhux dovuti li għad iridu jiġu rkuprati fi tmiem is-sena finanzjarja bħala konsegwenza ta’ irregolaritajiet skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (21), inkluż kwalunkwe penali previsti mir-regoli settorjali applikabbli tal-Unjoni u l-imgħax fuqhom, li għandhom jiġu ppreżentati f’tabella f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament. Għan-nefqa msemmija fil-punt (e) ta’ dan il-paragrafu, għandu jiġi ppreżentat f’tabella estratt ta’ pagamenti mhux dovuti f’konformità mas-sett ta’ mudell stabbilit fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014;

(g)

estratt mill-ktieb tad-debituri tal-ammonti li għandhom jiġu rkuprati u kkreditati lill-FAEG jew lill-FAEŻR minbarra dawk imsemmija fil-punti (b), (c) (e) u (f) ta’ dan il-paragrafu, inkluż kwalunkwe penali u imgħax fuqhom, li għandhom jiġu ppreżentati f’tabella f’konformità mal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 fir-rigward tan-nefqa msemmija fil-punt (e) ta’ dan il-paragrafu;

(h)

sommarju tal-operazzjonijiet ta’ intervent u dikjarazzjoni tal-kwantità u l-post tal-ħażniet fi tmiem is-sena finanzjarja;

(i)

konferma li n-nefqa, id-dħul assenjat u d-dettalji ta’ kull moviment tal-ħżin tal-intervent jinżammu fuq il-fajls u r-rekords kontabilistiċi tal-aġenzija tal-pagamenti;

(j)

il-bilanċ tal-għeluq fi tmiem is-sena finanzjarja ta’ avvanzi akkumulati mhux użati/mhux approvati mħallsa mill-Istati Membri lill-benefiċjarji, iddettaljati għall-FAEG skont l-intervent u għall-FAEŻR skont il-programm, jew skont it-tip ta’ intervent kif applikabbli u għal dan tal-aħħar, inklużi l-istrumenti finanzjarji. Għall-istrumenti finanzjarji, il-bilanċ tal-għeluq jikkonċerna l-ammonti mħallsa bħala avvanzi mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 32(4) il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2021/2116 li la ntużaw mill-Istati Membri għal pagamenti lil jew għall-benefiċċju tar-riċevituri finali u lanqas ma ġew impenjati għal kuntratti ta’ garanzija jew imħallsa bħala tariffi u kostijiet ta’ ġestjoni f’konformità mal-Artikolu 80(5) tar-Regolament (UE) 2021/2115.

2.   Il-kontijiet annwali għandhom ikunu l-bażi tar-Rapport Annwali dwar il-Prestazzjoni li għandhom jiġu sottomessi skont l-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

Artikolu 33

Trażmissjoni ta’ informazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-approvazzjoni tal-kontijiet skont l-Artikoli 53 u 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni:

(a)

l-entrati inklużi fil-kontijiet annwali, kif imsemmi fl-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, imsemmi fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115;

(c)

l-opinjoni u r-rapporti stabbiliti mill-korp jew mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) u (4) ta’ dan ir-Regolament;

(d)

id-dikjarazzjonijiet ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament;

(e)

sommarju annwali tar-rapporti finali tal-awditjar u tal-kontrolli mwettqa, inkluża analiżi tan-natura u tal-firxa tal-iżbalji u tan-nuqqasijiet identifikati fis-sistemi, kif ukoll azzjoni korrettiva meħuda jew ippjanata, kif previst fil-punt (b) tal-Artikolu 63(5) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u l-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) 2021/2116, sottomess mad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni tal-Pagament tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jipprovdi r-rekords kompluti tal-informazzjoni kontabilistika kollha meħtieġa għall-finijiet tal-istatistika u tal-kontroll, relatata man-nefqa fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1144/2014. Il-forma u l-kontenut tal-informazzjoni kontabilistika għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni.

2.   Id-dokumenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar tas-sena ta’ wara t-tmiem tas-sena finanzjarja li jkunu relatati magħha. Id-dokumenti għandhom jiġu sottomessi b’mod elettroniku f’konformità mal-format u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 25.

Dawk id-dokumenti għandu jkollhom firma elettronika obbligatorja skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 910/2014.

3.   Fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva ta’ Stat Membru, aktar informazzjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tista’ tiġi indirizzata lill-Kummissjoni f’perjodu ta’ żmien iddeterminat mill-Kummissjoni, filwaqt li jitqies l-ammont ta’ xogħol meħtieġ għall-għoti ta’ dik l-informazzjoni. Fin-nuqqas ta’ tali informazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tapprova l-kontijiet abbażi tal-informazzjoni fil-pussess tagħha.

4.   F’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ taċċetta talba għal sottomissjoni tard tal-informazzjoni, jekk dik it-talba tiġi indirizzata lilha qabel l-iskadenza għas-sottomissjoni.

Artikolu 34

Konservazzjoni tal-informazzjoni kontabilistika

1.   Id-dokumenti ta’ sostenn dwar in-nefqa ffinanzjata u d-dħul assenjat li għandu jinġabar mill-FAEG għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal tliet snin wara s-sena li fiha l-Kummissjoni tapprova l-kontijiet tas-sena finanzjarja kkonċernata skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

2.   Id-dokumenti ta’ sostenn rigward in-nefqa ffinanzjata u d-dħul assenjat li għandu jinġabar mill-FAEŻR għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal mill-inqas 3 snin wara s-sena li fiha jkun sar il-pagament finali mill-aġenzija tal-pagamenti.

3.   Fil-każ ta’ irregolaritajiet jew negliġenza, id-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal mill-inqas 3 snin wara s-sena li fiha s-somom jiġu rkuprati kompletament mill-benefiċjarju u jiġu kkreditati lill-Fondi.

4.   Id-dokumenti ta’ sostenn rigward l-outputs li jikkorrispondu għan-nefqa ddikjarata taħt il-FAEG skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 u taħt il-FAEŻR għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal mill-inqas 3 snin wara s-sena li fiha l-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2115 għas-sena finanzjarja kkonċernata.

5.   Fil-każ ta’ proċedura ta’ konformità prevista fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116, id-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni għal mill-inqas sena wara s-sena li fiha tkun ġiet konkluża dik il-proċedura jew, jekk deċiżjoni ta’ konformità tkun is-suġġett ta’ proċedimenti legali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, għal mill-inqas sena wara s-sena li fiha jiġu konklużi dawk il-proċedimenti.

6.   Id-dokumenti ta’ sostenn imsemmija fil-paragrafi 1 sa 5 għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni jew f’forma stampata, f’forma elettronika u/jew fiż-żewġ forom.

Id-dokumenti jistgħu jinżammu esklussivament f’forma elettronika jekk il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat tippermetti l-użu ta’ dokumenti elettroniċi bħala evidenza tat-tranżazzjonijiet sottostanti fi proċedimenti tal-qorti nazzjonali.

Jekk id-dokumenti jinżammu f’forma elettronika biss, is-sistema għal dan għandha tikkonforma mat-Taqsima 3.(B) tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127.

Artikolu 35

Approvazzjoni finanzjarja

1.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha tiddetermina l-ammonti tan-nefqa magħmula f’kull Stat Membru matul is-sena finanzjarja kkonċernata li għandhom jiġu rikonoxxuti bħala li għandhom jitħallsu mill-Fondi abbażi tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament u kwalunkwe tnaqqis u sospensjoni skont l-Artikoli 39, 40 u 41 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Għall-FAEŻR, l-ammont iddeterminat mid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet għandu jinkludi l-fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw permezz ta’ riallokazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

2.   Fir-rigward tal-FAEG, l-ammont li, bħala riżultat tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, ikun jista’ jiġi rkuprat minn jew ikun pagabbli lil kull Stat Membru għandu jiġi stabbilit billi jitnaqqsu l-pagamenti ta’ kull xahar fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata min-nefqa rikonoxxuta għall-istess sena f’konformità mal-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-pagament ta’ kull xahar relatat man-nefqa li tkun saret fit-tieni xahar wara d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet jew iżżidu miegħu.

Fir-rigward tal-FAEŻR, l-ammont li, bħala riżultat tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, ikun jista’ jiġi rkuprat minn jew ikun pagabbli lil kull Stat Membru għandu jiġi stabbilit billi jitnaqqsu l-pagamenti intermedji fir-rigward tas-sena finanzjarja kkonċernata min-nefqa rikonoxxuta għall-istess sena f’konformità mal-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni għandha tnaqqas dak l-ammont mill-ewwel pagament jew iżżidu miegħu li għalih tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni tan-nefqa mill-Istat Membru wara li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni skont l-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

3.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istat Membru kkonċernat ir-riżultati tal-verifika tagħha tal-informazzjoni pprovduta, flimkien ma’ kwalunkwe emenda li tipproponi, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ April wara t-tmiem tas-sena finanzjarja.

4.   Jekk, għal raġunijiet attribwibbli għall-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni ma tkunx tista’ tapprova l-kontijiet ta’ Stat Membru qabel il-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lil dak l-Istat Membru bl-investigazzjonijiet addizzjonali li tipproponi li twettaq skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

5.   Il-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għad-dħul assenjat imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 36

Approvazzjoni tal-prestazzjoni

1.   Meta jiġi ddeterminat liema ammonti għandhom jitnaqqsu mill-finanzjament tal-Unjoni, meta jinstab li n-nefqa ma għandhiex output korrispondenti kif irrapportat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 54 (1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115, il-Kummissjoni għandha tuża s-sejbiet tagħha stess u s-sejbiet tal-korp taċ-ċertifikazzjoni, u għandha tqis l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Istati Membri, sakemm din l-informazzjoni tal-aħħar tiġi pprovduta fil-limiti ta’ żmien stabbiliti mill-Kummissjoni fil-qafas tal-proċedura annwali tal-approvazzjoni tal-prestazzjoni li ssir f’konformità mal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

2.   Meta, b’riżultat tad-dokumenti ta’ approvazzjoni annwali sottomessi mill-Istat Membru u fin-nuqqas ta’ ġustifikazzjonijiet suffiċjenti, il-Kummissjoni tqis li n-nefqa ma għandhiex output korrispondenti, hija għandha tikkomunika s-sejbiet tagħha lill-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li tispeċifika d-differenza misjuba. Il-komunikazzjoni għandha tagħmel referenza għal dan l-Artikolu.

L-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien skadenza li għandha tiġi stabbilita fil-komunikazzjoni, li ma għandhiex tkun inqas minn 30 jum kalendarju minn meta jirċievi l-komunikazzjoni. Fit-tweġiba tiegħu, l-Istat Membru għandu jkollu l-opportunità, b’mod partikolari, li:

(a)

jipprovdi kummenti u ġustifikazzjonijiet dwar id-differenzi stabbiliti;

(b)

juri lill-Kummissjoni li d-differenza attwali misjuba jew l-ammont li ma għandux outputs korrispondenti huwa inqas minn dak indikat mill-Kummissjoni;

(c)

jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri korrettivi li jkun ħa biex jiżgura rapportar korrett tal-outputs jew biex jiżgura li n-nefqa jkollha output korrispondenti u d-data effettiva tal-implimentazzjoni tagħhom.

Il-komunikazzjoni msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi tista’ ssir permezz ta’ mezzi elettroniċi.

3.   Il-Kummissjoni, wara li tkun ivvalutat il-ġustifikazzjonijiet tal-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, għandha tadotta, fejn xieraq, deċiżjoni skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116 sabiex titnaqqas min-nefqa ta’ finanzjament tal-Unjoni li ma għandhiex output korrispondenti għas-sena finanzjarja inkwistjoni.

4.   Fir-rigward tal-FAEG, it-tnaqqis mill-finanzjament tal-Unjoni għandu jsir mill-Kummissjoni mill-pagamenti ta’ kull xahar relatati man-nefqa effettwata fit-tieni xahar wara d-deċiżjoni skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

5.   Fir-rigward tal-FAEŻR, it-tnaqqis mill-finanzjament tal-Unjoni għandu jsir mill-Kummissjoni mill-pagament li għalih tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni tan-nefqa mill-Istat Membru wara li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

6.   Il-paragrafi 1 sa 5 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għad-dħul assenjat msemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 37

Proċedura ta’ konformità

1.   Sabiex tiddetermina liema ammonti għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament tal-Unjoni, meta ssib li n-nefqa ma tkunx saret f’konformità mar-regoli tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tuża s-sejbiet tagħha stess u għandha tqis l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-Istati Membri, sakemm din l-informazzjoni tal-aħħar tiġi pprovduta fil-limiti ta’ żmien stabbiliti mill-Kummissjoni fil-qafas tal-proċedura ta’ konformità li ssir f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u f’konformità ma’ dan l-Artikolu. Għall-interventi taħt is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, imsemmija fl-Artikolu 65 ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll ir-rapporti ta’ valutazzjoni dwar il-kwalità tas-sistema ta’ identifikazzjoni għall-bċejjeċ ta’ raba’, tal-applikazzjoni ġeospazjali u tas-sistema ta’ monitoraġġ taż-żona.

2.   Meta, bħala riżultat ta’ kwalunkwe investigazzjoni, il-Kummissjoni tqis li n-nefqa ma saritx f’konformità mar-regoli tal-Unjoni, din għandha tikkomunika s-sejbiet tagħha lill-Istat Membru kkonċernat, filwaqt li tispeċifika l-miżuri korrettivi meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità futura ma’ dawk ir-regoli, u li billi tindika l-livell proviżorju ta’ korrezzjoni finanzjarja li f’dak l-istadju tal-proċedura tqis li jikkorrispondi għas-sejbiet tagħha. Dik il-komunikazzjoni għandha wkoll tiskeda laqgħa bilaterali fi żmien 5 xhur wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tweġiba mill-Istat Membru. Il-komunikazzjoni għandha tagħmel referenza għal dan l-Artikolu.

L-Istat Membru għandu jwieġeb fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-komunikazzjoni. Fit-tweġiba tiegħu, l-Istat Membru għandu jkollu l-opportunità, b’mod partikolari, li:

(a)

juri lill-Kummissjoni li l-firxa attwali tan-nuqqas ta’ konformità jew tar-riskju għall-Fondi hija inqas minn dik li ġiet indikata mill-Kummissjoni;

(b)

jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri korrettivi li jkun ħa biex jiżgura l-konformità mar-regoli tal-Unjoni u d-data effettiva tal-implimentazzjoni tagħhom.

F’każijiet iġġustifikati u meta l-Istat Membru jagħmel talba motivata, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza estensjoni tal-perjodu ta’ xahrejn b’massimu ta’ xahrejn. Ir-raġuni ġġustifikata tista’ tkun il-valutazzjoni tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tal-kalkolu tal-Istat Membru. It-talba għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu.

Jekk l-Istat Membru jqis li ma hijiex meħtieġa laqgħa bilaterali, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni kif xieraq fit-tweġiba tiegħu għall-komunikazzjoni.

3.   Fil-laqgħa bilaterali, iż-żewġ partijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jaslu għal ftehim dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu kif ukoll dwar l-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u tad-dannu finanzjarju kkawżat lill-baġit tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 30 jum tax-xogħol mil-laqgħa bilaterali, tfassal il-minuti u tibgħathom lill-Istat Membru. L-Istat Membru jista’ jibgħat l-osservazzjonijiet tiegħu lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol wara li jirċievi l-minuti.

Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 6 xhur wara li tibgħat il-minuti tal-laqgħa bilaterali, tikkomunika formalment il-konklużjonijiet tagħha lill-Istat Membru abbażi tal-informazzjoni riċevuta fil-qafas tal-proċedura tal-konformità. Dik il-komunikazzjoni għandha tevalwa n-nefqa li għandha tiġi eskluża mill-finanzjament tal-Unjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127. Il-komunikazzjoni għandha tagħmel referenza għall-Artikolu 43(1) ta’ dan ir-Regolament.

Jekk Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni li ma hijiex meħtieġa laqgħa bilaterali, il-perjodu ta’ 6 xhur jibda mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi n-notifika.

4.   Meta l-Istat Membru jkun għamel użu mill-proċedura ta’ konċiljazzjoni msemmija fl-Artikolu 43, il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha lill-Istat Membru mhux aktar tard minn 6 xhur wara:

(a)

il-wasla tar-rapport tal-korp ta’ konċiljazzjoni;

(b)

il-wasla ta’ informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru sal-iskadenza msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(3), diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.

5.   Sabiex jiġu applikati l-paragrafi 3 u 4 fil-perjodi ta’ żmien rispettivi, il-Kummissjoni għandu jkollha disponibbli l-informazzjoni kollha rilevanti f’dak l-istadju partikolari tal-proċedura. Meta l-Kummissjoni tqis li hija nieqsa mill-informazzjoni, fi kwalunkwe ħin fil-perjodi ta’ żmien stabbiliti f’dawk il-paragrafi, din tista’:

(a)

titlob informazzjoni addizzjonali mill-Istat Membru, li l-Istat Membru għandu jwieġeb għaliha fi żmien xahrejn minn meta jirċievi l-komunikazzjoni; u/jew

(b)

tinforma lill-Istat Membru bl-intenzjoni tagħha li twettaq missjoni ta’ awditjar addizzjonali biex twettaq il-verifiki meħtieġa.

F’dak il-każ, il-perjodi ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jerġgħu jibdew jew mal-wasla mill-Kummissjoni tal-informazzjoni addizzjonali mitluba jew mill-aħħar jum tal-missjoni ta’ awditjar addizzjonali.

Meta l-perjodi ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 u f’dan il-paragrafu li jinkludu bis-sħiħ jew parzjalment ix-xahar ta’ Awwissu, id-dekorrenza ta’ dawk il-perjodi ta’ żmien se tiġi sospiża matul dak ix-xahar.

6.   Meta tiġi evalwata n-nefqa li għandha tiġi eskluża mill-finanzjament tal-Unjoni, l-informazzjoni kkomunikata mill-Istat Membru wara l-komunikazzjoni formali tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3, it-tielet paragrafu, tista’ titqies biss:

(a)

meta jkun meħtieġ li tiġi evitata sovrastima grossa tad-dannu finanzjarju kkawżat lill-baġit tal-Unjoni; u

(b)

jekk it-trażmissjoni tard tal-informazzjoni tkun iġġustifikata kif xieraq minn fatturi esterni u ma tikkompromettix l-adozzjoni f’waqtha mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

7.   Il-Kummissjoni, wara li tkun ikkomunikat il-konklużjonijiet tagħha lill-Istati Membri f’konformità mal-paragrafu 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, għandha tadotta, fejn xieraq, deċiżjoni waħda jew aktar skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 sabiex teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni n-nefqa affettwata min-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista’ ssegwi proċeduri konsekuttivi tal-konformità sakemm l-Istat Membru jkun fil-fatt implimenta l-miżuri korrettivi.

8.   Fir-rigward tal-FAEG, it-tnaqqis mill-finanzjament tal-Unjoni għandu jsir mill-Kummissjoni mill-pagamenti ta’ kull xahar relatati man-nefqa effettwata fit-tieni xahar wara d-deċiżjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Fir-rigward tal-FAEŻR, it-tnaqqis mill-finanzjament tal-Unjoni għandu jsir mill-Kummissjoni mill-pagament li għalih tiġi sottomessa d-dikjarazzjoni tan-nefqa mill-Istat Membru wara li tkun ġiet adottata d-deċiżjoni skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Madankollu, fuq talba tal-Istat Membru u wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, il-Kummissjoni tista’ tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tistabbilixxi data differenti għat-tnaqqis jew li tawtorizza r-rimborż tiegħu f’mhux aktar minn tliet pagamenti akkonti meta dan ikun iġġustifikat mill-materjalità tat-tnaqqis inkluż f’att ta’ implimentazzjoni adottat abbażi tal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116. Din it-talba għal pagamenti akkont għandha tiġi sottomessa mill-Istat Membru lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 5 ijiem wara l-konsultazzjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli dwar id-deċiżjoni skont l-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament.

9.   Għall-Istati Membri li huma soġġetti għal assistenza finanzjarja skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 (22), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 (23) u t-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-Kummissjoni tista’, fuq talba tal-Istat Membru u wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, tadotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tiddifferixxi, għal perjodu ta’ mhux aktar minn 24 xahar mid-data tal-adozzjoni tagħha, l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet adottati wara l-1 ta’ Mejju 2025 skont l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 (“deċiżjoni ta’ differiment”).

Id-deċiżjoni ta’ differiment għandha tawtorizza t-tnaqqis li għandu jsir wara t-tmiem tal-perjodu ta’ differiment fi tliet pagamenti akkonti annwali. Meta l-ammont totali soġġett għad-deċiżjoni ta’ differiment jirrappreżenta aktar minn 0,02 % tal-prodott domestiku gross tal-Istat Membru, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza r-rimborż f’massimu ta’ ħames pagamenti akkonti annwali.

Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fuq talba tal-Istat Membru u wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, li testendi darba, għal perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xahar, il-perjodu ta’ żmien ta’ differiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

L-Istat Membru li jibbenefika minn deċiżjoni ta’ differiment għandu jiżgura li n-nuqqasijiet li kienu r-raġunijiet għat-tnaqqis u li jippersistu fiż-żmien tal-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ differiment qed jiġu rrimedjati abbażi ta’ pjan ta’ azzjoni, stabbilit f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, inklużi skadenzi u indikaturi ċari tal-progress. Il-Kummissjoni għandha temenda jew tħassar id-deċiżjoni ta’ differiment, filwaqt li tqis il-prinċipju tal-proporzjonalità, f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru jonqos milli jieħu l-azzjonijiet meħtieġa biex jirrimedja n-nuqqasijiet kif previst fil-pjan ta’ azzjoni;

(b)

il-progress tal-azzjonijiet ta’ rimedju ma huwiex biżżejjed skont l-indikaturi tal-progress; jew

(c)

l-eżitu tal-azzjonijiet ma huwiex sodisfaċenti.

10.   Id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 8 u 9 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 102(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116.

11.   F’każijiet debitament ġustifikati li għandhom jiġu nnotifikati lill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni tista’ testendi l-perjodi ta’ żmien stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5.

12.   Il-komunikazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu tista’ ssir permezz ta’ mezzi elettroniċi.

13.   Il-paragrafi 1 sa 11 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għad-dħul assenjat msemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 38

Deċiżjoni li ma tinbediex jew ma titwettaqx investigazzjoni dwar il-konformità

1.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma tibdiex jew ma twettaqx investigazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116 meta tistenna li l-korrezzjoni finanzjarja possibbli, għan-nuqqas ta’ konformità identifikata bħala riżultat ta’ investigazzjoni msemmija fl-Artikolu 37(2) ta’ dan ir-Regolament, ma taqbiżx EUR 50 000 u 2 % tan-nefqa rilevanti jew l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati.

2.   Meta l-Kummissjoni tnaqqas il-pagamenti ta’ kull xahar f’konformità mal-Artikolu 39(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2021/2116, din tista’ tiddeċiedi li ma tibdiex jew ma twettaqx investigazzjoni tal-konformità f’konformità mal-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament, diment li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx esprima l-oġġezzjoni tiegħu għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu fil-qafas tal-proċedura prevista fl-Artikolu 39(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 39

Korp ta’ konċiljazzjoni

Għall-fini tal-proċedura tal-konformità prevista fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) 2021/2116, għandu jiġi stabbilit korp ta’ konċiljazzjoni. Dan għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

li jeżamina kwalunkwe kwistjoni rriferuta lilu minn Stat Membru li jkun irċieva komunikazzjoni formali mill-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 37(3) ta’ dan ir-Regolament, inkluża evalwazzjoni tan-nefqa li l-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni;

(b)

li jipprova jirrikonċilja l-pożizzjonijiet diverġenti tal-Kummissjoni u tal-Istat Membru kkonċernat;

(c)

fi tmiem l-eżami tiegħu, li jfassal rapport dwar ir-riżultati tal-isforzi ta’ rikonċiljazzjoni tiegħu, u jagħmel kwalunkwe kumment li jqis bħala utli jekk il-punti kollha ta’ tilwim jew uħud minnhom jibqgħu mhux solvuti.

Artikolu 40

Kompożizzjoni tal-korp ta’ konċiljazzjoni

1.   Il-korp ta’ konċiljazzjoni għandu jkun magħmul minn mill-inqas ħames membri magħżula fost persuni eminenti li joffru kull garanzija ta’ indipendenza u li huma kkwalifikati ħafna fi kwistjonijiet dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni, inkluż l-iżvilupp rurali, jew fil-prattika tal-awditjar finanzjarju.

Dawn iridu jkunu ċittadini ta’ Stati Membri differenti.

2.   Il-president, il-membri u l-membri sostituti għandhom jinħatru mill-Kummissjoni għal mandat inizjali ta’ 3 snin wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.

Il-mandati jistgħu jiġġeddu għal sena separatament biss, wara li jkun ġie infurmat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli. Madankollu, jekk il-president li għandu jinħatar ikun diġà membru tal-Korp ta’ Konċiljazzjoni, il-mandat inizjali bħala president għandu jkun ta’ tliet snin.

L-ismijiet tal-president, tal-membri u tal-membri sostituti għandhom jiġu ppubblikati fis-serje “C” ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-membri tal-korp ta’ konċiljazzjoni għandhom jiġu remunerati wara li jitqies il-ħin li huma meħtieġa jiddedikaw għall-kompitu. Il-kostijiet għandhom jiġu kkumpensati f’konformità mar-regoli fis-seħħ għall-persunal tal-Kummissjoni.

4.   Wara l-iskadenza tal-mandat, il-president u l-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti jew sakemm jiġġedded il-mandat tagħhom.

5.   Il-mandat tal-membri li ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom mal-korp ta’ konċiljazzjoni jew li, għal kwalunkwe raġuni, ma jkunux disponibbli għal perjodu indeterminat jista’ jintemm mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.

F’dak il-każ, il-membru kkonċernat għandu jiġi sostitwit għall-bqija tal-perjodu li għalih dak il-membru jkun inħatar minn membru sostitut, u l-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli għandu jiġi infurmat.

Jekk il-mandat tal-president jintemm, il-membru li għandu jwettaq id-dmirijiet tal-president għall-bqija tal-perjodu li għalih ikun inħatar il-president għandu jinħatar mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.

Artikolu 41

Indipendenza tal-korp ta’ konċiljazzjoni

1.   Il-membri tal-korp ta’ konċiljazzjoni għandhom iwettqu dmirijiethom b’mod indipendenti, mingħajr ma jfittxu jew jaċċettaw struzzjonijiet mill-Kummissjoni, minn kwalunkwe gvern jew korp.

Il-membri ma għandhomx jieħdu sehem fil-ħidma tal-korp ta’ konċiljazzjoni jew jiffirmaw rapport jekk, f’uffiċċju preċedenti, ikunu ġew involuti personalment fil-kwistjoni taħt kunsiderazzjoni.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 287 tat-Trattat, il-membri ma għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni miksuba minnhom matul il-ħidma tagħhom għall-korp ta’ konċiljazzjoni. Tali informazzjoni għandha tkun kunfidenzjali u koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali.

Artikolu 42

Arranġamenti ta’ ħidma

1.   Il-korp ta’ konċiljazzjoni għandu jiltaqa’ fil-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni. Il-president għandu jħejji u jorganizza x-xogħol. Fin-nuqqas tal-president, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40(5), l-ewwel subparagrafu, l-aktar membru anzjan għandu jkun il-president.

Is-segretarjat tal-korp ta’ konċiljazzjoni għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 41(1), it-tieni subparagrafu, ir-rapporti għandhom jiġu adottati b’maġġoranza assoluta tal-membri preżenti, bil-kworum għad-deliberazzjonijiet li jkun ta’ tlieta.

Ir-rapporti għandhom jiġu ffirmati mill-President u mill-membri li jkunu ħadu sehem fid-deliberazzjonijiet. Dawn għandhom jiġu ffirmati b’mod konġunt mis-segretarjat.

Artikolu 43

Proċedura ta’ konċiljazzjoni

1.   Stat Membru jista’ jirreferi kwistjoni lill-korp ta’ konċiljazzjoni fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta jirċievi l-komunikazzjoni formali tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 37(3) it-tielet subparagrafu, billi jibgħat talba motivata għal konċiljazzjoni lis-segretarjat tal-korp ta’ konċiljazzjoni.

2.   Il-proċedura li għandha tiġi segwita u l-indirizz tas-segretarjat għandhom jiġu nnotifikati lill-Istati Membri permezz tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.

3.   Talba għal konċiljazzjoni għandha tkun ammissibbli biss meta l-ammont previst jiġi eskluż mill-finanzjament tal-Unjoni skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni jew:

(a)

ikun jaqbeż EUR 1 miljun;

jew

(b)

jirrappreżenta mill-inqas 25 % tan-nefqa annwali totali tal-Istat Membru taħt il-partiti tal-baġit ikkonċernati.

Barra minn hekk, jekk matul id-diskussjonijiet preċedenti l-Istat Membru jkun iddikjara u wera li l-kwistjoni hija waħda mill-prinċipji relatati mal-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni, il-president tal-korp ta’ konċiljazzjoni jista’ jiddikjara li talba għal konċiljazzjoni tkun ammissibbli. Madankollu, talba bħal din ma għandhiex tkun ammissibbli jekk tkun relatata biss ma’ kwistjoni ta’ interpretazzjoni legali.

4.   Il-korp ta’ konċiljazzjoni għandu jwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu b’mod kemm jista’ jkun informali u fil-pront, billi jibbaża ruħu biss fuq l-evidenza disponibbli għall-Kummissjoni fiż-żmien meta jiġu kkomunikati l-konklużjonijiet formali f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 37(3) u jagħti lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati seduta ġusta.

Madankollu, jekk l-Istat Membru jqis li jkun meħtieġ li jippreżenta fit-talba tiegħu għal informazzjoni ta’ konċiljazzjoni li tkun għadha ma ġietx ikkomunikata lill-Kummissjoni, il-korp ta’ konċiljazzjoni jista’ jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta dik l-informazzjoni l-ġdida biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 37(6). L-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahrejn wara li jintbagħat ir-rapport imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 39.

5.   Meta, fi żmien 4 xhur minn meta jiġi riferut każ lilu, il-korp ta’ konċiljazzjoni ma jkunx jista’ jirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Istat Membru, il-proċedura ta’ konċiljazzjoni għandha titqies li ma tkunx irnexxiet.

6.   Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 39, il-punt (c), għandu jiddikjara r-raġunijiet għaliex il-pożizzjonijiet ma setgħux jiġu rrikonċiljati. Dan għandu jiddikjara jekk ikunx intlaħaq kwalunkwe ftehim parzjali matul il-proċedimenti u jekk il-korp ta’ konċiljazzjoni jistidinx lill-Kummissjoni tivvaluta informazzjoni ġdida f’konformità mal-paragrafu 4, it-tieni subparagrafu.

7.   Ir-rapport għandu jintbagħat lil:

(a)

l-Istat Membru kkonċernat;

(b)

il-Kummissjoni, biex teżaminah qabel ma tikkomunika l-konklużjonijiet tagħha lill-Istat Membru;

(c)

l-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli.

8.   Meta l-perjodi ta’ żmien imsemmija fil-paragrafi 1, it-tieni subparagrafu tal-4 u 5 li jinkludu bis-sħiħ jew parzjalment ix-xahar ta’ Awwissu, id-dekorrenza ta’ dawk il-perjodi ta’ żmien se tiġi sospiża matul dak ix-xahar.

KAPITOLU IV

Verifiki

Taqsima 1

Regoli ġenerali

Artikolu 44

Informazzjoni li għandha tinġabar dwar l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna u fit-talbiet għall-pagamenti għall-identifikazzjoni tagħhom, inkluż, meta applikabbli, l-identifikazzjoni tal-grupp, kif definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) li jipparteċipaw fih sa minn ċerta data li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru. Din l-informazzjoni għandha tinkludi minn tal-inqas:

(a)

l-isem l-entità;

(b)

in-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-taxxa;

(c)

l-isem l-entità omm u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-taxxa;

(d)

l-entità omm apikali u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-taxxa;

(e)

is-sussidjarji u n-numri ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-taxxa.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tintuża meta jitfassal il-kampjun tal-verifika imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116. Din l-informazzjoni tista’ b’mod partikolari tintuża biex jitwettqu verifiki fir-rigward taċ-ċirkomvenzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 62 ta’ dak ir-Regolament.

2.   L-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni tal-gruppi kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, għandha tiġi ppubblikata ex-post mill-Istat Membru, f’konformità mal-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2021/2116.

Artikolu 45

Rekwiżiti għall-għodda tal-estrazzjoni ta’ data

1.   Sabiex jagħmlu użu fuq bażi volontarja mill-għodda tal-estrazzjoni ta’ data msemmija fl-Artikolu 59(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 li għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni għall-verifiki skont l-Artikolu 60 ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, inkluża s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll imsemmija fl-Artikolu 65(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 jistgħu jkunu marbuta b’mod elettroniku mal-għodda u, sabiex jiġu minimizzati l-piż amministrattiv u l-intervent manwali, l-iskambju tad-data għandu jkun awtomatiku u f’format li jinqara mill-magni;

(b)

l-informazzjoni u l-verifiki mwettqa bl-għodda tal-estrazzjoni ta’ data jistgħu awtomatikament jintbagħtu lura fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, u jistgħu jiġu rreġistrati u maħżuna hemmhekk.

2.   Meta l-Istat Membru jiddeċiedi li juża l-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 44 ta’ dan ir-Regolament meta jfassal il-kampjun tal-verifika msemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 60(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, l-informazzjoni tista’ tiġi vverifikata permezz ta’ dik l-għodda tal-estrazzjoni ta’ data.

Taqsima 2

Skrutinju tat-tranżazzjonijiet

Artikolu 46

Skrutinju mill-Istati Membri

1.   L-iskrutinju sistematiku tad-dokumenti kummerċjali tal-impriżi msemmija fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandu japplika, għal kull perjodu ta’ skrutinju msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, għal għadd ta’ impriżi li ma jistgħux ikunu anqas minn nofs l-impriżi li l-irċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew is-somma tagħhom, qabżu taħt is-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG l-EUR 150 000 għas-sena finanzjarja tal-FAEG qabel il-bidu tal-perjodu ta’ skrutinju inkwistjoni.

2.   Fir-rigward ta’ kull perjodu ta’ skrutinju, l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 77(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116, jagħżlu l-impriżi li għandhom jiġu skrutinizzati abbażi ta’ analiżi tar-riskju għall-miżuri kollha fejn ikun prattikabbli li jsir dan. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-analiżi tar-riskju lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjan ta’ kontroll imsemmi fl-Artikolu 80(1) ta’ dak ir-Regolament.

3.   Għal miżuri li għalihom Stat Membru jqis li l-użu ta’ analiżi tar-riskju ma huwiex prattikabbli, għandu jkun obbligatorju li jiġu skrutinizzati l-impriżi li jirċievu pagamenti li jaqbżu l-EUR 350 000 fis-sistema ta’ finanzjament mill-FAEG u li ma ġewx skrutinizzati f’konformità ma’ dan ir-Regolament u t-Titolu IV, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/2116 matul xi wieħed miż-żewġ perjodi ta’ skrutinju preċedenti.

4.   Il-perjodu ta’ skrutinju għandu jdum mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

Artikolu 47

Assistenza reċiproka

L-Istati Membri għandhom jibagħtu talba għal assistenza reċiproka msemmija fl-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) 2021/2116 lil kull Stat Membru li fih tkun stabbilita tali impriża kif msemmi f’dak l-Artikolu. It-talba għandu jkun fiha d-dettalji kollha meħtieġa biex l-Istat Membru tad-destinazzjoni jkun jista’ jidentifika l-impriżi u jwettaq l-obbligi ta’ skrutinju tiegħu. L-Istat Membru tad-destinazzjoni għandu jkun responsabbli għall-iskrutinju ta’ tali impriżi f’konformità mal-Artikolu 77 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 48

Pjanijiet u rapporti ta’ kontroll annwali

1.   Il-pjan ta’ kontroll għall-iskrutinju u r-rapport imsemmi fl-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandhom jitfasslu f’konformità mal-formola mudell stabbilita fl-Annessi VI u VII ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa skont dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata f’forma elettronika.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinforma kull sena lill-Istati Membri bir-riżultati tal-iskrutinju.

KAPITOLU V

Garanziji

Taqsima 1

Kamp ta’ applikazzjoni, teknoloġija tal-informazzjoni, force majeure

Artikolu 49

Kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Kapitolu għandu japplika fil-każijiet kollha fejn il-leġiżlazzjoni agrikola tipprevedi garanzija, kemm jekk jintuża t-terminu partikolari “garanzija” kif ukoll jekk le.

Dan il-Kapitolu ma għandux japplika għall-garanziji ppreżentati biex jiżguraw il-pagament tad-dazji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni msemmija fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).

Artikolu 50

Amministrazzjoni elettronika

Il-komunikazzjonijiet, id-dokumenti u l-garanziji jistgħu jiġu prodotti, ipproċessati, u ġestiti bl-użu ta’ sistemi tal-IT bil-kundizzjoni li s-sistemi applikabbli jiġu ġestiti skont il-protokolli ta’ kwalità u ta’ sigurtà approvati uffiċjalment li huma adattati għal dawk is-sistemi.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux jistgħu jaċċessaw id-dokumenti meħtieġa għall-verifika minħabba differenzi fis-sistemi tal-IT, dawk id-dokumenti għandhom jiġu stampati u ċċertifikati bħala ġenwini mill-awtorità kompetenti għall-ġestjoni ta’ dawk is-sistemi tal-IT (“l-awtorità emittenti”) jew minn awtorità kompetenti għaċ-ċertifikazzjoni tad-dokumenti bħala kopji ġenwini.

Tali stampar jista’ jiġi sostitwit b’messaġġ elettroniku bejn l-awtorità emittenti u l-benefiċjarju jew l-awtorità kompetenti, bil-kundizzjoni li l-awtorità emittenti tipprovdi fi protokoll ta’ ċertifikazzjoni approvat uffiċjalment li jiżgura l-ġenwinità tal-messaġġ.

Artikolu 51

Limiti ta’ żmien force majeure

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika meta Regolament speċifiku jirreferi għalih.

2.   Talba għar-rikonoxximent ta’ każ ta’ force majeure ma għandhiex tkun ammissibbli jekk tiġi riċevuta mill-awtorità kompetenti aktar minn 30 jum kalendarju wara d-data li fiha l-operatur ikun ġie infurmat mill-awtorità kompetenti dwar in-nuqqas ta’ twettiq stabbilit tal-obbligu rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 24(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127, l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għat-twettiq tal-obbligu rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 24(3) ta’ dak ir-Regolament jew l-iskadenza tat-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-prova għat-twettiq tal-obbligu rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 24(4) ta’ dak ir-Regolament.

3.   L-operaturi għandhom, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, jipprovdu prova taċ-ċirkostanzi li huma jqisu li jikkostitwixxu force majeure fi żmien 181 jum kalendarju mill-iskadenza tal-perjodu li fih l-obbligu kellu jiġi ssodisfat kompletament. L-operaturi jistgħu jingħataw aktar żmien jekk ma jkunux jistgħu jipproduċu prova f’dak il-limitu ta’ żmien minkejja li jkunu aġixxew bid-diliġenza dovuta kollha.

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-każijiet ta’ force majeure li jkunu rrikonoxxew, billi jipprovdu l-informazzjoni rilevanti ta’ kull każ.

Taqsima 2

Forma ta’ garanziji

Artikolu 52

Forma

1.   Garanzija tista’ tingħata:

(a)

bħala depożitu ta’ flus kif imsemmi fl-Artikolu 20(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127; u/jew

(b)

billi jiġi pprovdut garanti f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127.

2.   Fid-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti, garanzija tista’ tingħata permezz ta’:

(a)

rahan ta’ depożiti ta’ flus f’bank;

(b)

rahan ta’ pretensjonijiet rikonoxxuti kontra korp pubbliku jew fondi pubbliċi, li huma dovuti u pagabbli u li kontrihom l-ebda pretensjoni oħra ma għandha preċedenza; u/jew

(c)

ir-rahan ta’ kollateral negozjabbli fl-Istat Membru kkonċernat sakemm jinħareġ jew jiġi garantit minn dak l-Istat Membru.

3.   L-awtorità kompetenti tista’ timponi termini addizzjonali għall-aċċettazzjoni ta’ garanziji tat-tip elenkat fil-paragrafu 2.

Artikolu 53

Kollateral negozjabbli

1.   Il-kollateral mirhun f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 52(2), għandu, fiż-żmien li tingħata l-garanzija, ikollu valur disponibbli ta’ mill-inqas 115 % tal-valur tal-garanzija meħtieġa.

2.   Awtorità kompetenti tista’ taċċetta garanzija kif imsemmi fil-punt (c) tal-l-Artikolu 52(2), biss jekk il-parti li tkun qed toffriha timpenja ruħha, bil-miktub, jew li tagħti garanzija addizzjonali jew li tissostitwixxi l-garanzija oriġinali jekk għal perjodu ta’ 3 xhur, il-valur disponibbli tal-garanzija inkwistjoni kien inqas minn 105 % tal-valur tal-garanzija meħtieġa. Dak l-impenn bil-miktub ma għandux ikun meħtieġ meta l-liġi nazzjonali tkun diġà tipprevedi dan. L-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina regolarment il-valur ta’ tali garanzija.

3.   Il-valur disponibbli ta’ garanzija kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 52(2) għandu jiġi vvalutat mill-awtorità kompetenti, filwaqt li jitqies kwalunkwe kost tad-disponiment.

4.   Il-valur disponibbli tal-garanziji għandu jiġi vvalutat permezz tal-aħħar kwotazzjoni disponibbli.

5.   Il-parti li tagħti l-garanzija għandha, fuq talba tal-awtorità kompetenti, tipprovdi prova tal-valur disponibbli tagħha.

Artikolu 54

Sostituzzjoni u assenjazzjoni

1.   Kwalunkwe forma ta’ garanzija tista’ tiġi sostitwita b’oħra.

Madankollu, il-ftehim tal-awtorità kompetenti għandu jkun meħtieġ fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-garanzija oriġinali tkun intilfet iżda tkun għadha ma ġietx realizzata; jew

(b)

meta l-garanzija ta’ sostituzzjoni tkun ta’ tip elenkat fl-Artikolu 52(2).

2.   Garanzija waħda f'daqqa tista’ tiġi sostitwita b’garanzija oħra f’daqqa bil-kundizzjoni li l-garanzija f’daqqa l-ġdida tkopri mill-inqas dik il-parti tal-garanzija f’daqqa oriġinali assenjata fi żmien is-sostituzzjoni biex jiġi żgurat l-issodisfar ta’ obbligu wieħed jew aktar mill-obbligi li jkunu għadhom pendenti.

3.   Hekk kif parti minn garanzija f’daqqa tiġi assenjata għal obbligu partikolari, għandu jiġi nnotat il-bilanċ tal-garanzija f’daqqa li jifdal.

Taqsima 3

Rilaxx u konfiska

Artikolu 55

Rilaxx parzjali

Meta r-regoli speċifiċi tal-Unjoni ma jispeċifikawx kwantità minima, l-awtorità kompetenti tista’ hija stess tirrestrinġi n-numru ta’ rilaxxi parzjali ta’ kwalunkwe garanzija u tista’ tispeċifika somma minima għal kwalunkwe tali rilaxx.

Qabel ma tirrilaxxa l-garanzija kollha jew parti minnha, l-awtorità kompetenti tista’ titlob li tiġi pprovduta talba bil-miktub għar-rilaxx.

Fil-każ ta’ garanziji li jkopru aktar minn 100 % tas-somma meħtieġa li tkun garantita, dik il-parti tal-garanzija li taqbeż il-100 % għandha tiġi rilaxxata meta l-bqija tas-somma garantita tiġi finalment rilaxxata jew tiġi kkonfiskata.

Artikolu 56

Konfiska

1.   Ladarba l-awtorità kompetenti tkun konxja minn ċirkostanzi li jwasslu għat-telf tal-garanzija, kollha kemm hi jew parti minnha, din għandha mingħajr dewmien titlob lill-parti meħtieġa tissodisfa l-obbligu li tħallas is-somma konfiskata, waqt li tagħti ċans massimu ta’ 30 jum mill-jum li fih tirċievi d-domanda għall-pagament.

Jekk il-pagament ma jsirx sa tmiem dak il-perjodu, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tneħħi mingħajr dewmien kwalunkwe garanzija tat-tip deskritt fil-punt (a) tal-Artikolu 52(1) għall-kont xieraq;

(b)

tirrikjedi mingħajr dewmien li l-garanti msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 52(1) iħallas, waqt li tagħti sa 30 jum ċans mill-ġurnata tal-wasla tad-domanda għall-pagament;

(c)

mingħajr dewmien tieħu passi biex:

(i)

tikkonverti l-garanziji deskritti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 52(2), fi flus suffiċjenti biex tirkupra s-somma dovuta;

(ii)

tapprova depożiti ta’ flus mirhuna msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 52(2) f’isimha stess.

L-awtorità kompetenti tista’, mingħajr dewmien, tittrasferixxi kwalunkwe garanzija tat-tip deskritt fil-punt (a) tal-Artikolu 52(1), għall-kont xieraq mingħajr ma l-ewwel titlob lill-persuna kkonċernata biex tagħmel il-pagament.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1,

(a)

meta tittieħed id-deċiżjoni li tintilef garanzija iżda wara appell din tiġi posposta f’konformità mal-liġi nazzjonali, il-parti kkonċernata għandha tħallas l-imgħax fuq is-somma effettivament mitlufa matul il-perjodu li jibda 30 jum mill-jum li fih tirċievi d-domanda għall-pagament kif imsemmi fil-paragrafu 1 u li jintemm fil-jum qabel il-pagament tas-somma effettivament mitlufa;

(b)

meta wara l-eżitu tal-proċedura ta’ appell, il-parti kkonċernata tintalab tħallas fi żmien 30 jum is-somma mitlufa, għall-fini tal-kalkolu tal-imgħax, l-Istat Membru jista’ jikkunsidra li l-pagament isir fl-għoxrin jum wara d-data ta’ tali talba;

(c)

ir-rata tal-imgħax applikabbli tiġi kkalkolata f’konformità mal-liġi nazzjonali, iżda fl-ebda każ ma għandha tkun anqas mir-rata tal-imgħax applikabbli f’każ ta’ rkupru tal-ammonti nazzjonali;

(d)

l-aġenziji tal-pagamenti għandhom inaqqsu l-imgħax imħallas min-nefqa tal-FAEG jew tal-FAEŻR f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2116;

(e)

l-Istati Membri jistgħu jitolbu perjodikament żieda fil-garanzija fir-rigward tal-imgħax involut.

3.   Meta tintilef garanzija u l-ammont ikun diġà ġie kkreditat lill-Fondi u, wara l-eżitu ta’ proċedura ta’ appell, ikollha titħallas is-somma mitlufa kollha jew parzjalment, inkluż l-imgħax b’rata f’konformità mal-liġi nazzjonali, is-somma li għandha terġa’ titħallas għandha tiġi mġarrba mill-Fondi, sakemm il-pagament mill-ġdid tal-garanzija ma jkunx attribwibbli għan-negliġenza jew għal żball serju tal-awtoritajiet amministrattivi jew korpi oħra tal-Istat Membru.

Taqsima 4

Informazzjoni

Artikolu 57

Informazzjoni dwar it-telf ta’ garanziji , it-tipi ta’ garanziji u l-garanti

1.   L-Istati Membri għandhom iżommu disponibbli għall-Kummissjoni, għal kull sena, in-numru totali u s-somma tal-garanziji mitlufa, ikun xi jkun l-istadju tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56 li jkun intlaħaq, waqt li ssir distinzjoni fi kwalunkwe każ bejn dawk ikkreditati lill-baġits nazzjonali u dawk ikkreditati lill-baġit tal-Unjoni. Dik l-informazzjoni għandha tinżamm fir-rigward tal-garanziji kollha mitlufa għal ammont akbar minn EUR 1 000 u kull dispożizzjoni tal-Unjoni li tirrikjedi li tingħata garanzija. L-informazzjoni għandha tkopri kemm is-somom imħallsa direttament mill-parti interessata kif ukoll is-somom irkuprati mir-realizzazzjoni ta’ garanzija.

2.   L-Istati Membri għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni lista ta’:

(a)

it-tipi ta’ istituzzjonijiet awtorizzati li jaġixxu bħala garanti u r-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-rigward;

(b)

it-tipi ta’ garanziji aċċettati skont l-Artikolu 52(2) u r-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-rigward.

KAPITOLU VI

Trasparenza

Artikolu 58

Forma u mod ta’ preżentazzjoni

1.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2021/2116 b’rabta mal-punti (a), (b), (d), (f) sa (l) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3), tar-Regolament (UE) 2021/1060 għandha tiġi ppubblikata f’formati miftuħa u li jinqraw mill-magni, bħal CSV jew XLXS, u għandu jkun fiha l-informazzjoni speċifikata fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament, inkluż il-kodiċi tal-operazzjoni, kif deskritt fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jippubblikawx l-informazzjoni msemmija fil-punti (f) u (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3), tar-Regolament (UE) 2021/1060, fir-rigward tat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/2115, it-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2021/2115 u l-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 228/2013 u (UE) Nru 229/2013.

3.   L-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli permezz ta’ għodda ta’ tiftix fuq il-web li tippermetti lill-utent ifittex għall-benefiċjarji jew bl-isem, bil-grupp ta’ benefiċjarji, bil-muniċipalità, bl-ammonti riċevuti jew bl-operazzjoni, jew b’taħlita tagħhom, u sabiex jikseb l-informazzjoni korrispondenti kollha bħala sett uniku ta’ data.

4.   L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru u/jew b’waħda mit-tliet lingwi ta’ ħidma tal-Kummissjoni.

5.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi espressa f’euro. Stat Membru li ma jkunx adotta l-euro għandu jesprimi l-ammonti kemm fl-euro kif ukoll fil-munita nazzjonali tiegħu, bl-użu ta’ żewġ tabelli separati f’formati miftuħa u li jinqraw mill-magni.

6.   Ir-rata tal-kambju speċifikata fl-Artikolu 12 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/127 għandha tapplika għall-muniti nazzjonali.

7.   L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 98(2) tar-Regolament (UE) 2021/2116 b’rabta mal-punt (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060, għandha tiġi ppubblikata f’dokument separat, li għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li tinsab fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 59

Pubblikazzjoni tal-benefiċjarji f’każ ta’ ammonti żgħar

1.   Meta l-ammont ta’ għajnuna riċevut f’sena minn benefiċjarju jkun daqs jew inqas minn EUR 1 250, dak il-benefiċjarju għandu jiġi identifikat b’kodiċi. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu fuq il-forma ta’ dak il-kodiċi.

2.   Meta l-informazzjoni dwar il-benefiċjarji msemmija fil-paragrafu 1, minħabba n-numru limitat ta’ benefiċjarji li jirrisjedu jew li huma rreġistrati f’muniċipalità partikolari, tippermetti l-identifikazzjoni ta’ persuna fiżika bħala benefiċjarju, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippubblika bħala informazzjoni, għall-finijiet tal-punt (l) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3) tar-Regolament (UE) 2021/1060, l-entità amministrattiva akbar li jmiss li l-muniċipalità inkwistjoni hija parti minnha.

Artikolu 60

Data tal-pubblikazzjoni

L-informazzjoni msemmija f’dan il-Kapitolu għandha tiġi ppubblikata sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena għas-sena finanzjarja preċedenti.

Artikolu 61

Informazzjoni tal-benefiċjarji

L-informazzjoni lill-benefiċjarji msemmija fl-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2021/2116 għandha tiġi pprovduta billi tiġi inkluża fil-formoli ta’ applikazzjoni għar-riċevuta ta’ appoġġ mill-FAEG jew mill-FAEŻR, jew inkella fiż-żmien meta tinġabar id-data.

Artikolu 62

Kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm sit web tal-Unjoni taħt l-indirizz tal-internet ċentrali tagħha li jinkludi links għas-siti web tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 98(4) tar-Regolament (UE) 2021/2116. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi links tal-internet aġġornati skont l-informazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-indirizzi tal-internet tas-siti web tagħhom malli dawn ikunu ġew stabbiliti kif ukoll kwalunkwe bidla sussegwenti tagħhom li jkollha influwenza fuq l-aċċessibbiltà tas-siti web tagħhom mis-sit web tal-Unjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jinnominaw korp inkarigat mill-istabbiliment u miż-żamma tas-sit web. Dawn għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-isem u bl-indirizz tad-dettalji ta’ dak il-korp.

KAPITOLU VII

Data għan-notifika tad-WTO ta’ appoġġ domestiku

Artikolu 63

Data u trażmissjoni

1.   Fl-istess data li fiha jiġu sottomessi l-kontijiet annwali lill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jibagħtu data dwar l-ammonti mħallsa minn sorsi nazzjonali għall-infiq kollu relatat mal-Fondi kif indikat fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 32(1).

2.   Id-data meħtieġa skont il-paragrafu 1 għandha tiġi sottomessa fl-istess struttura bħad-data li għandha tiġi sottomessa skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 32(1). Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta abbażi tal-mudell magħmul disponibbli mill-Kummissjoni lill-Istati Membri permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni.

KAPITOLU VIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 64

Tħassir

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.

Madankollu:

(a)

L-Artikoli 21 sa 24 u l-Artikoli 27 sa 34 ta’ dak ir-Regolament għandhom ikomplu japplikaw fir-rigward tal-FAEŻR b’rabta man-nefqa mġarrba mill-benefiċjarji u l-pagamenti effettwati bl-aġenziji tal-pagamenti fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u fir-rigward tal-FAEG b’rabta mal-programmi operattivi approvati skont ir-Regolament (UE) 1308/2013;

(b)

L-Artikolu 59 ta’ dak ir-Regolament għandu jkompli japplika għall-pagamenti magħmula għas-snin finanzjarji 2021, 2022 u 2023.

(c)

L-Annessi II u III ta’ dak ir-Regolament għandhom ikompli japplikaw għall-finijiet tal-punti (f) u (g) tal-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 65

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

Madankollu:

(a)

L-Artikoli 9, 10 u 11 għandhom japplikaw għan-nefqa mġarrba u għad-dħul assenjat riċevut mill-Istati Membri mis-16 ta’ Ottubru 2022;

(b)

Il-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(1) għandu japplika fir-rigward tad-dħul assenjat irkuprat mill-1 ta’ Jannar 2026 għall-programmi ta’ żvilupp rurali approvati mill-Kummissjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(c)

Il-Kapitolu VI għandu japplika għall-pagamenti magħmula mis-sena finanzjarja 2024 ’il quddiem.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 59).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/127 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħrajn, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (Ara l-paġna 20 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435 tas-6.12.2021, p.1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri fil-Baħar Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

(11)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(13)  Ir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni rigward prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern u f’pajjiżi terzi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 (ĠU L 317, 4.11.2014, p.56).

(14)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 906/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-infiq b’intervent pubbliku (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 1).

(15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta’ Mejju 2016 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ intervent pubbliku u ta’ għajnuna għall-ħżin privat (ĠU L 206, 30.7.2016, p. 71).

(16)  Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 549).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347 20.12.2013, p. 608).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzati u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262).

(19)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1).

(20)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri ta’ l-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, l-Islovenja u l-Islovakkja (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36).

(21)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(22)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1).

(23)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta’ Mejju 2010 li jistabbilixxi mekkaniżmu Ewropew ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p. 1).

(24)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(25)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269 10.10.2013, p. 1)


ANNESS I

Dikjarazzjoni ta’ ġestjoni – aġenzija tal-pagamenti kif imsemmija fl-Artikolu 4

Jiena, …, id-Direttur tal-Aġenzija tal-Pagamenti …, nippreżenta l-kontijiet għal din l-Aġenzija tal-Pagamenti għas-sena finanzjarja 16/10/xx sa 15/10/xx+1.

Niddikjara, abbażi tal-ġudizzju tiegħi stess u tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħi, inklużi, fost l-oħrajn, ir-riżultati tal-ħidma tas-servizz tal-awditjar intern, li:

il-kontijiet ippreżentati jagħtu, sa fejn naf jien, stampa vera, sħiħa u akkurata tan-nefqa u tar-riċevuti għas-sena finanzjarja msemmija hawn fuq. B’mod partikolari, id-djun, l-avvanzi, il-garanziji u l-istokkijiet kollha li naf dwarhom ġew irreġistrati fil-kontijiet, u r-riċevuti kollha miġbura relatati mal-FAEG u mal-FAEŻR ġew ikkreditati kif xieraq lill-fondi xierqa;

Jiena implimentajt sistema li tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli:

(i)

li l-pagamenti huma legali u regolari fir-rigward tal-miżuri stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 229/2013 u (UE) 1144/2014;

(ii)

li s-sistemi ta’ governanza kif imsemmija fil-punt (c)(ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 2021/2116 qed jiffunzjonaw kif suppost u jiżguraw li n-nefqa tkun saret f’konformità mal-Artikolu 37 ta’ dak ir-Regolament;

(iii)

dwar il-kwalità u l-affidabbiltà tas-sistema ta’ rapportar u tad-data dwar l-indikatur fir-rigward tat-tipi ta’ interventi msemmija fir-Regolament (UE) 2021/2115 u li n-nefqa taqbel mal-output irrapportat korrispondenti u li jkun sar f’konformità mas-sistemi ta’ governanza applikabbli.

In-nefqa mdaħħla fil-kontijiet intużat għall-għan maħsub tagħha, kif definit fir-Regolament (UE) 2021/2116.

Barra minn hekk, nikkonferma li hemm stabbiliti miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) 2021/2116 u li jqisu r-riskji identifikati.

Madankollu, dik l-assigurazzjoni hija soġġetta għar-riżervi li ġejjin:

Fl-aħħar nett, nikkonferma li ma naf b’ebda materja mhux żvelata li tista’ tkun ta’ ħsara għall-interess finanzjarju tal-Unjoni.

Firma


ANNESS II

Dikjarazzjoni ta’ Ġestjoni – korp ta’ koordinazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4

Jiena, …, id-Direttur tal-Korp ta’ Koordinazzjoni …, nippreżenta r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni ta’…… (Stat Membru) għas-sena finanzjarja 16/10/xx sa 15/10/xx+1.

Niddikjara, abbażi tal-ġudizzju tiegħi stess u tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tiegħi, inklużi, fost l-oħrajn, ir-riżultati tal-ħidma tal-korp ta’ ċertifikazzjoni, li:

ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 54(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 134 tar-Regolament (UE) 2021/2115 ġie kkompilat skont il-proċedura u s-sistemi akkreditati stabbiliti fil-korp ta’ koordinazzjoni u abbażi tad-data ċċertifikata pprovduta mill-aġenziji tal-pagamenti (lista…..) fi ……… (Stat Membru).

Madankollu, dik l-assigurazzjoni hija soġġetta għar-riżervi li ġejjin:

Fl-aħħar nett, nikkonferma li ma naf b’ebda materja mhux żvelata li tista’ tkun ta’ ħsara għall-interess finanzjarju tal-Unjoni.

Firma


ANNESS III

Elementi għar-rekord tal-awditjar għall-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 7(6)

1.   

dokumenti dwar l-istabbiliment tal-istrument finanzjarju, bħal ftehimiet ta’ finanzjament, eċċ.;

2.   

dokumenti li jidentifikaw l-ammonti li l-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkontribwixxa għalihom u taħt kull tip ta’ intervent għall-istrument finanzjarju, in-nefqa li hija eliġibbli fl-ambitu tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-imgħax u dħul ieħor iġġenerat permezz tas-sostenn mill-FAEŻR u l-użu mill-ġdid ta’ riżorsi attribwibbli għall-FAEŻR f’konformità mal-Artikoli 60 u 62 tar-Regolament (UE) 2021/1060;

3.   

dokumenti dwar il-funzjonament tal-istrument finanzjarju, inklużi dawk relatati mal-monitoraġġ, mar-rapportar u mal-kontroll;

4.   

dokumenti dwar il-ħruġ tal-kontribuzzjonijiet tal-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-istralċ tal-istrument finanzjarju;

5.   

dokumenti dwar il-kostijiet u t-tariffi ta’ ġestjoni;

6.   

formoli ta’ applikazzjoni, jew ekwivalenti, sottomessi mir-riċevituri finali b’dokumenti ta’ sostenn, inklużi pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju u, fejn rilevanti, kontijiet annwali preċedenti;

7.   

listi ta’ kontroll u rapporti mill-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju;

8.   

dikjarazzjonijiet magħmula b’rabta mal-għajnuna de minimis, fejn applikabbli;

9.   

ftehimiet iffirmati b’rabta mal-appoġġ ipprovdut mill-istrument finanzjarju, inkluż għall-ekwità, self, garanziji jew forom oħrajn ta’ investiment ipprovduti lir-riċevituri finali;

10.   

evidenza li l-appoġġ ipprovdut permezz tal-istrument finanzjarju għandu jintuża għall-għan maħsub tiegħu;

11.   

rekords tal-flussi finanzjarji bejn l-aġenzija tal-pagamenti u l-istrument finanzjarju, u fi ħdan l-istrument finanzjarju fil-livelli kollha, sar-riċevituri finali, u, għall-garanziji, prova tal-iżborż tas-self sottostanti;

12.   

rekords separati jew kodiċijiet kontabilistiċi għal kontribuzzjoni mill-Pjan Strateġiku tal-PAK imħallsa jew garanzija impenjata mill-istrument finanzjarju għall-benefiċċju tar-riċevitur finali.


ANNESS IV

Mudell għar-rapport annwali tal-awditjar dwar l-istrumenti finanzjarji kif imsemmija fl-Artikolu 7(7)

1.   Introduzzjoni

1.1.

Identifikazzjoni tad-ditta tal-awditjar esterna li kienet involuta fit-tħejjija tar-rapport.

1.2.

Perjodu ta’ referenza (mis-16 ta’ Ottubru N-1 sal-15 ta’ Ottubru N).

1.3

Identifikazzjoni tal-istrument(i) finanzjarju/i jew mandat(i) u l-Pjan(ijiet) Strateġiku/Strateġiċi tal-PAK kopert(i) mir-rapport tal-awditjar. Identifikazzjoni tal-ftehim ta’ finanzjament li miegħu huwa relatat ir-rapport (il-“Ftehim ta’ finanzjament”).

2.   Awditu tas-sistemi ta’ kontroll intern applikati mill-BEI/FEI jew minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn

Ir-riżultati tal-awditjar estern tas-sistema ta’ kontroll intern tal-BEI jew ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFIs) oħrajn, li fihom Stat Membru jkun azzjonist, li jivvaluta l-istabbiliment u l-effettività ta’ din is-sistema ta’ kontroll intern u li jkopri l-elementi li ġejjin:

2.1

Proċess ta’ aċċettazzjoni tal-mandat.

2.2.

Proċess għall-evalwazzjoni u l-għażla ta’ intermedjarji finanzjarji: valutazzjoni formali u tal-kwalità.

2.3

Proċess għall-approvazzjoni tat-tranżazzjonijiet ma’ intermedjarji finanzjarji u l-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ finanzjament rilevanti.

2.4

proċessi għall-monitoraġġ ta’ intermedjarji finanzjarji b’rabta ma’:

2.4.1

Rapportar minn intermedjarji finanzjarji;

2.4.2

Żamma tar-rekords;

2.4.3

Żborżi lil riċevituri finali;

2.4.4

Eliġibbiltà tal-appoġġ għal riċevituri finali;

2.4.5

Tariffi u l-kostijiet ta’ ġestjoni imposti mill-intermedjarji finanzjarji;

2.4.6

Rekwiżiti ta’ viżibbiltà, trasparenza u komunikazzjoni;

2.4.7

Implimentazzjoni ta’ rekwiżiti dwar l-għajnuna mill-Istat u l-akkumulazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-għajnuna mill-intermedjarji finanzjarji;

2.4.8

Trattament differenzjat tal-investituri, fejn rilevanti;

2.4.9

Konformità mad-dritt tal-Unjoni applikabbli relatat mal-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, l-evitar tat-taxxa, il-frodi tat-taxxa jew l-evażjoni tat-taxxa.

2.5

Sistemi għall-ipproċessar ta’ pagamenti riċevuti mill-aġenzija tal-pagamenti.

2.6

Sistemi għall-kalkolu u l-pagament tal-ammonti relatati mal-kostijiet u t-tariffi ta’ ġestjoni.

2.7

Sistemi għall-ipproċessar tal-pagamenti lil intermedjarji finanzjarji.

2.8

Sistemi għall-ipproċessar tal-imgħax u qligħ ieħor iġġenerat permezz tal-appoġġ mill-Pjan(ijiet) Strateġiku/Strateġiċi tal-PAK għall-istrumenti finanzjarji.

2.9

Għar-rapport annwali tal-awditjar dwar is-sena kontabilistika finali, l-informazzjoni dwar l-elementi li ġejjin għandha tiġi koperta flimkien ma’ dawk tal-punti 2.1 sa 2.8:

2.9.1

Użu ta’ trattament differenzjat tal-investituri;

2.9.2

Proporzjon multiplikatur miksub meta mqabbel mal-proporzjon multiplikatur miftiehem fil-ftehimiet ta’ garanzija għall-istrumenti finanzjarji li jagħtu garanziji;

2.9.3

Użu tal-imgħax u ta’ qligħ ieħor attribwibbli għall-appoġġ mill-Pjan Strateġiku tal-PAK imħallas lill-istrumenti finanzjarji skont l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) 2021/1060;

2.9.4

Użu ta’ riżorsi mħallsa lura lill-istrumenti finanzjarji, li huma attribwibbli għall-appoġġ mill-FAEŻR, sa tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà u l-arranġamenti stabbiliti għall-użu ta’ dawk ir-riżorsi wara tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà skont l-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) 2021/1060.

Għall-punti 2.1, 2.2 u 2.3, wara s-sottomissjoni tal-ewwel rapport annwali tal-awditjar, jeħtieġ li tiġi pprovduta biss informazzjoni dwar l-aġġornamenti jew il-bidliet fil-proċeduri jew fl-arranġamenti stabbiliti.

3.   Konklużjonijiet tal-awditjar

3.1.

Konklużjoni dwar jekk id-ditta tal-awditjar esterna tistax tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar l-istabbiliment u l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern stabbilita mill-BEI jew minn IFIs oħrajn, li fihom Stat Membru jkun azzjonist, f’konformità mar-regoli applikabbli, skont l-elementi msemmija fit-taqsima 2.

3.2.

Sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-ħidma tal-awditjar imwettqa.

Il-punti 3.1 u 3.2 għandhom jiġu bbażati fuq ir-riżultati tal-ħidma tal-awditjar imsemmija fit-taqsima 2 u fejn rilevanti, iqisu r-riżultati ta’ ħidma ta’ awditjar nazzjonali jew tal-Unjoni oħra mwettqa fir-rigward tal-istess korp li jimplimenta strumenti finanzjarji u/jew tal-istess mandat għal strumenti finanzjarji.


ANNESS V

Mudell tat-tabella msemmi fil-punt (f) tal-Artikolu 32(1), dwar l-irregolaritajiet

L-informazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 32(1) għandha tiġi pprovduta għal kull aġenzija tal-pagamenti billi tintuża t-tabella li ġejja:

a

b

c

d

e

f

g

h

i

j

Aġenzija tal-Pagamenti

Fond

Unità tal-munita

Bilanċ 15 ta’ Ottubru N-1

“Każijiet ġodda” totali (sena finanzjarja N)

“Korrezzjonijiet” totali (sena finanzjarja N)

“Imgħax” totali (sena finanzjarja N)

“Irkupri” totali (sena finanzjarja N)

Ammonti “irrekuperabbli” totali (sena N)

Ammont li għalih l-irkupru għadu għaddej (Bilanċ 15 ta’ Ottubru N)


ANNESS VI

Pjan ta’ kontroll għall-iskrutinju kif imsemmi fl-Artikolu 80(1) tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament

PJAN TA’ KONTROLL PROPOST GĦALL-PERJODU TA’ SKRUTINJU …

Parti 1.   Il-proċeduri u l-analiżi tar-riskju

1.1.   Il-proċedura tal-għażla

Għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni tal-proċedura li għandha tiġi applikata sabiex jintgħażlu l-impriżi li għandhom jiġu skrutinizzati.

Barra minn hekk, għandu jkun hemm indikazzjoni ċara dwar l-użu tal-analiżi tar-riskju li tispeċifika jekk tali proċedura hijiex ikkomplementata minn għażla aleatorja u/jew manwali.

Barra minn hekk, għandha tiġi pprovduta spjegazzjoni dwar kif is-setturi/il-miżuri u r-reġjuni differenti se jiġu koperti fl-għażla tal-impriżi.

1.2.   Il-fatturi tar-riskju, il-valuri tar-riskju u l-ponderazzjoni li għandhom jiġu applikati

Fejn għandha tiġi applikata analiżi tar-riskju, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-fatturi tar-riskju kollha kkunsidrati u l-valuri possibbli sussegwenti assenjati għal dawk il-fatturi tar-riskju. Dik l-informazzjoni għandha tiġi inkluża fit-tabelli pprovduti hawn taħt.

Fejn xieraq, se tiġi pprovduta deskrizzjoni tal-proċedura li għandha tiġi applikata biex jiġu ponderati l-fatturi tar-riskju.

Fatturi tar-riskju u valuri tar-riskju applikabbli għas-setturi/miżuri kollha soġġetti għal analiżi tar-riskju

Ponderazzjoni tal-fatturi tar-riskju

Fatturi tar-riskju

Valuri tar-riskju

Deskrizzjoni

Valuri

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Fatturi tar-riskju u valuri tar-riskju speċifiċi applikabbli għal … (settur/miżura)

Ponderazzjoni tal-fatturi tar-riskju

Fatturi tar-riskju

Valuri tar-riskju

Deskrizzjoni

Valuri

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fejn applikabbli, għandhom jiżdiedu kaxxi addizzjonali għall-fatturi tar-riskju u l-valuri tar-riskju għas-settur/għall-miżuri.

1.3.   Riżultati tal-proċedura tal-għażla

Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar kif ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju u l-proċeduri adottati wasslu għall-għażla tal-impriżi fil-pjan finali ta’ kontroll tal-iskrutinju.

Is-setturi/il-miżuri li għandhom jiġu esklużi għandhom jiġu identifikati b’mod ċar u r-raġunijiet għall-esklużjoni għandhom jiġu deskritti.

Għandhom jiġu pprovduti r-raġunijiet għall-għażla ta’ impriżi li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu inqas minn EUR 40 000.

Parti 2.   Pjan ta’ kontroll

2.1.   Ħarsa ġenerali lejn l-għażla

Kalkolu tan-numru minimu ta’ impriżi:

(A)

In-numru ta’ impriżi li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, ammontaw għal aktar minn EUR 150 000 għas-sena finanzjarja tal-FAEG …

 

(B)

In-numru minimu (1/2 ta’ A).

 

Popolazzjoni li minnha ssir l-għażla:

(C)

In-numru totali

 

(D)

In-numru totali li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu ogħla minn EUR 350 000

 

(E)

In-numru totali li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu EUR 350 000 jew inqas, iżda mhux inqas minn EUR 40 000

 

(F)

In-numru totali li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu inqas minn EUR 40 000

 

Impriżi proposti għal skrutinju:

(G)

In-numru totali

 

(H)

Total ibbażat fuq analiżi tar-riskju*

 

(I)

In-numru totali li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu ogħla minn EUR 350 000

 

(J)

In-numru totali li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu EUR 350 000 jew inqas, iżda mhux inqas minn EUR 40 000

 

(K)

In-numru totali li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu inqas minn EUR 40 000

 

Nota dwar it-tabella:

*

L-impriżi f’din il-kategorija jinkludu biss dawk magħżula permezz tal-analiżi tar-riskju u jeskludu dawk miżjuda b’mod aleatorju u/jew b’mod manwali mal-pjan ta’ kontroll li ma huma soġġetti għall-ebda analiżi tar-riskju.

2.2.   L-għażla tal-impriżi proposti għal skrutinju

(A)

Partita tal-Baġit tal-FAEG Nru.

(B)

Artikolu Baġitarju tal-FAEG

(C)

In-nefqa totali skont l-intestatura tal-baġit tal-FAEG (EUR)

(D)

In-nefqa totali skont l-intestatura tal-baġit tal-FAEG relatata ma’ impriżi li r-riċevuti jew il-pagamenti tagħhom, jew it-total tagħhom, kienu ogħla minn EUR 40 000 (EUR)

(E)

In-nefqa totali skont l-intestatura tal-baġit tal-FAEG relatata mal-impriżi inklużi fil-pjan ta’ kontroll tal-iskrutinju (EUR)

(F)

In-numru ta’ impriżi skont l-intestatura tal-baġit tal-FAEG inklużi fil-pjan ta’ kontroll tal-iskrutinju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali:

 

 

 

 

 

Nota dwar it-tabella:

Fejn applikabbli, għandhom jiżdiedu ringieli addizzjonali.


ANNESS VII

Rapport ta’ skrutinju kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 80(2), tar-Regolament (UE) 2021/2116 u fl-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament

RAPPORT GĦALL-PERJODU TA’ SKRUTINJU …

1.   Ħarsa ġenerali lejn il-kontrolli

(A)

In-numru totali ta’ impriżi li għandhom jiġu skrutinizzati:

 

(B)

In-numru totali ta’ impriżi skrutinizzati:

 

(C)

In-numru totali ta’ impriżi li qed jiġu skrutinizzati:

 

(D)

In-numru totali ta’ impriżi li għadhom ma ġewx skrutinizzati

 

2.   Ħarsa ġenerali lejn il-kontrolli (għal kull artikolu baġitarju jew in-numru tal-partita tal-baġit)

(A)

Partita tal-Baġit tal-FAEG Nru.

(B)

Artikolu Baġitarju tal-FAEG

(C)

In-nefqa totali relatata mal-impriżi magħżula għall-iskrutinju…

(EUR) (C=E+F+G)

Impriżi skrutinizzati

(F)

Impriżi li qed jiġu skrutinizzati - nefqa totali relatata ma’ dawk l-impriżi

(EUR)

(G)

Impriżi mhux skrutinizzati - nefqa totali relatata ma’ dawk l-impriżi

(EUR)

(D)

In-nefqa effettivament skrutinizzata

(EUR)*

(E)

In-nefqa totali relatata ma’ dawk l-impriżi

(EUR)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali:

 

 

 

 

 

 

Noti dwar it-tabella:

*

Hija relatata biss man-nefqa tal-fatturi li ġew skrutinizzati b’mod effettiv (li huma dawk magħżula għall-verifika u/jew kontroverifikati).

Fejn applikabbli, għandhom jiżdiedu ringieli addizzjonali.

3.   Irregolaritajiet potenzjali identifikati

(A)

Artikolu Baġitarju tal-FAEG

(B)

Partita tal-Baġit tal-FAEG Nru.

(C)

In-numru ta’ referenza tal-impriża kkonċernata

(D)

Deskrizzjoni u natura ta’ kull irregolarità potenzjali identifikata

(E)

In-numru ta’ irregolaritajiet potenzjali identifikati

(F)

Il-valur stmat tal-irregolaritajiet potenzjali

(G)

In-numru/i ta’ referenza tal-OLAF (in-numri ta’ notifika tal-IMS)

(H)

Il-perjodu ta’ skrutinju li fih ġie ppjanat l-iskrutinju *

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali:

 

 

 

 

 

 

 

Noti dwar it-tabella:

*

Għal perjodi ta’ skrutinju preċedenti, dawk biss li ma ġewx irrapportati f’rapporti preċedenti.

Kull impriża b’irregolarità/irregolaritajiet jenħtieġ li tiġi rrapportata f’linja separata.

Fejn applikabbli, għandhom jiżdiedu ringieli addizzjonali.

4.   L-eżekuzzjoni tal-iskrutinji relatati mal-pjanijiet preċedenti ta’ kontroll tal-iskrutinju.

L-eżekuzzjoni tal-iskrutinji relatati mal-pjanijiet preċedenti ta’ kontroll tal-iskrutinju

(A)

In-numru ta’ impriżi

(B)

In-nefqa kkonċernata

(C)

In-nefqa effettivament skrutinizzata relatata mal-impriżi *

4.1.

Impriżi ddikjarati fir-rapport preċedenti bħala li qed jiġu skrutinizzati (4.1. = 4.2.+ 4.3.)

 

 

x

4.2.

Impriżi f’4.1. li għalihom ikunu tlestew l-iskrutinji

 

 

 

4.3.

Impriżi f’4.1. li għalihom għadhom għaddejjin l-iskrutinji

 

 

x

4.4.

Impriżi li għalihom l-iskrutinji fir-rapport preċedenti ġew iddikjarati bħala mhux mibdija (4.4. = 4.5.+4.6.+4.7.)

 

 

x

4.5.

Impriżi f’4.4. li għalihom ikunu tlestew l-iskrutinji

 

 

 

4.6.

Impriżi f’4.4. li għalihom għadhom għaddejjin l-iskrutinji

 

 

x

4.7.

Impriżi f’4.4. li għalihom ma bdewx l-iskrutinji

 

 

x

Noti dwar it-tabella:

*

Hija relatata biss man-nefqa tal-fatturi li ġew skrutinizzati b’mod effettiv (dawk magħżula għall-verifika u/jew kontroverifikati).

5.   Assistenza reċiproka

Għandu jiġi pprovdut sommarju tat-talbiet għal assistenza reċiproka magħmula u riċevuti skont it-Titolu IV, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/2116.

L-informazzjoni dwar it-talbiet mibgħuta u t-tweġibiet riċevuti għandha tiġi inkluża fit-tabelli pprovduti hawn taħt:

(A)

Stat Membru li ntbagħtitlu t-talba

(B)

Id-data tat-talba

(C)

Id-data tat-tweġiba u sommarju tar-riżultati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nota dwar it-tabella:

Fejn applikabbli, għandhom jiżdiedu ringieli addizzjonali.

6.   Riżorsi

Għandu jiġi pprovdut in-numru ta’ persunal, espress f’persuna/snin, allokat għall-iskrutinji, għal kull korp ta’ kontroll u, fejn xieraq, għal kull reġjun.

7.   Diffikultajiet u suġġerimenti għal titjib

Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar kwalunkwe diffikultà li wieħed jiltaqa’ magħha fl-applikazzjoni tat-Titolu IV, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/2116 u l-miżuri meħuda biex jingħelbu jew il-proposti għal dak il-għan.

Fejn xieraq, għandhom isiru suġġerimenti għat-titjib tal-applikazzjoni tat-Titolu IV, il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/2116.


ANNESS VIII

Informazzjoni għall-finijiet ta’ trasparenza skont l-Artikolu 58

Isem il-benefiċjarju/l-entità ġuridika/l-assoċjazzjoni

Kunjom il-benefiċjarju

Jekk jappartjeni għal grupp, l-isem tal-entità omm u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT jew tat-Taxxa

Muniċipalità

Kodiċi tal-miżura/tip ta’ intervent/settur kif stabbilit fl-Anness IX

Objettiv speċifiku (1)

Data tal-bidu (2)

Data tat-tmiem (3)

L-ammont skont l-operazzjoni fl-ambitu tal-FAEG

Total tal-ammont tal-FAEG għal dak il-benefiċjarju

Ammont skont l-operazzjoni fl-ambitu tal-FAEŻR

Total tal-ammont tal-FAEŻR għal dak il-benefiċjarju

L-ammont skont l-operazzjoni fl-ambitu tal-kofinanzjament

Total tal-ammont kofinanzjat għal dak il-benefiċjarju

It-total tal-FAEŻR u l-ammonti kofinanzjati

Total tal-ammont tal-UE għal dak il-benefiċjarju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

50

 

70

 

40

110

120

 

 

 

 

Kodiċi A

 

 

 

20

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kodiċi B

 

 

 

 

 

40

 

25

 

 

 

 

 

 

 

Kodiċi C

 

 

 

30

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kodiċi D

 

 

 

 

 

30

 

15

 

 

 


(1)  L-objettiv speċifiku tal-operazzjoni jrid jikkorrispondi ma’ objettiv wieħed jew aktar stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-operazzjoni kkonċernata kif deskritta fl-Anness IX. B’mod partikolari, l-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi ta’ operazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 irid(u) jikkorrispondi/u mal-objettivi speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 6 tiegħu u jkun(u) konsistenti mal-Pjan tal-PAK tal-Istat Membru. Barra minn hekk, l-objettiv(i) speċifiku/speċifiċi ta’ operazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 irid(u) jikkorrispondi/u mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (għal aktar gwida, l-Istati Membri jistgħu jirreferu għall-Manwal Tekniku dwar il-Qafas ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni tal-Politika Agrikola Komuni 2014 – 2020).

(2)  L-informazzjoni dwar id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tat-tipi ta’ intervent fil-forma ta’ pagamenti diretti, it-tipi ta’ interventi għal interventi għall-iżvilupp rurali fir-rigward ta’ restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra taż-żona u għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji kif ukoll mill-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 u skont ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 ma humiex rilevanti bħal dawk il-miżuri u t-tipi tal-operazzjonijiet ta’ intervent huma annwali.

(3)  L-informazzjoni dwar id-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tat-tipi ta’ interventi fil-forma ta’ pagamenti diretti, it-tipi ta’ intervent għal interventi għall-iżvilupp rurali fir-rigward ta’ restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi għaż-żona u għal żvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji kif ukoll mill-miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 u skont ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 ma humiex rilevanti bħal dawk il-miżuri u t-tipi tal-operazzjonijiet ta’ intervent huma annwali.


ANNESS IX

Miżura/tip ta’ intervent/settur kif imsemmi fl-Artikolu 58

Kodiċi tal-miżura/tip ta’ intervent/settur

Isem il-miżura/tip ta’ intervent/settur

L-għan tal-miżura/tip ta’ intervent/settur

 

Operazzjonijiet fil-forma ta’ tipi ta’ intervent għall-pagamenti diretti kif previst fl-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

 

 

1.

Appoġġ diżakkoppjat għall-Introjtu

 

I.1

L-appoġġ bażiku għall-introjtu għas-sostenibbiltà;

L-appoġġ bażiku għall-introjtu huwa pagament skont l-erja diżakkoppjat mill-produzzjoni. L-għan huwa li jiġu appoġġati l-introjtu u r-reżiljenza vijabbli tal-azjendi agrikoli madwar l-Unjoni biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-ikel.

I.2

L-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà;

L-appoġġ ridistributtiv komplementari għall-introjtu għas-sostenibbiltà huwa pagament skont l-erja diżakkoppjat mill-produzzjoni. L-għan huwa li tittejjeb id-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti permezz tar-ridistribuzzjoni tal-appoġġ minn azjendi agrikoli akbar għal dawk iżgħar jew ta’ daqs medju.

I.3

L-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ;

L-appoġġ komplementari għall-introjtu għall-bdiewa żgħażagħ huwa pagament diżakkoppjat mill-produzzjoni li jipprovdi appoġġ imtejjeb għall-introjtu lill-bdiewa żgħażagħ li għadhom qed jistabbilixxu ruħhom għall-ewwel darba. L-għan huwa li jiġi mmodernizzat is-settur agrikolu billi jiġu attirati ż-żgħażagħ u jittejjeb l-iżvilupp tan-negozju tagħhom.

I.4

L-iskemi għall-klima u għall-ambjent.

L-ekoskemi huma pagament diżakkoppjat mill-produzzjoni. L-għan huwa li l-appoġġ għall-introjtu jiġi mmirat lejn prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-ambjent, għall-klima u għall-benesseri tal-annimali.

I.5

Il-pagamenti għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira

Il-pagamenti għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira huma diżakkoppjati mill-produzzjoni u jissostitwixxu l-pagamenti diretti l-oħrajn kollha għall-benefiċjarji kkonċernati. L-għan tal-pagamenti għall-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira huwa li jippromwovu distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-appoġġ u li jnaqqsu l-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji ta’ ammonti żgħar kif ukoll għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni.

 

2.

Pagamenti diretti akkoppjati

 

I.6

L-appoġġ akkoppjat għall-Introjtu;

L-appoġġ akkoppjat għall-introjtu ikopri pagamenti għal kull ettaru jew għal kull ras ta’ bhima marbuta ma’ produzzjonijiet speċifiċi. L-għan huwa li jittejbu l-kompetittività, is-sostenibbiltà, u/jew il-kwalità f’ċerti setturi u prodotti li huma partikolarment importanti għal raġunijiet soċjali, ekonomiċi jew ambjentali u li jiltaqgħu ma’ ċerti diffikultajiet.

I.7

Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton

Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton huwa pagament akkoppjat mogħti għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli tal-qoton. Din hija skema obbligatorja għall-Istati Membri tal-produtturi tal-qoton biex jappoġġaw il-produzzjoni tal-qoton f’reġjuni fejn huwa importanti għall-ekonomija agrikola.

 

Miżuri stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

 

II.1

L-iskema ta’ pagament bażiku - (Titolu III, Taqsimiet 1, 2, 3 u 5)

L-iskema ta’ pagament bażiku hija pagament skont l-erja diżakkoppjat mill-produzzjoni operat abbażi tal-intitolamenti għall-pagament allokati lill-bdiewa. L-għan huwa li jiġi appoġġat l-introjtu tal-bdiewa li, bħala medja, huwa ferm inqas mill-introjtu medju fil-bqija tal-ekonomija.

II.2

L-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja (l-Artikolu 36)

L-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja hija pagament skont l-erja diżakkoppjat mill-produzzjoni mħallas għal ettari eliġibbli ddikjarati minn bidwi. L-għan huwa li jiġi appoġġat l-introjtu tal-bdiewa li, bħala medja, huwa ferm inqas mill-introjtu medju fil-bqija tal-ekonomija.

II.3

Il-pagament ridistributtiv (Titolu III, Kapitolu 2)

Il-pagament ridistributtiv huwa pagament diżakkoppjat skont l-erja. L-għan huwa li jiġu appoġġati azjendi agrikoli iżgħar billi jingħataw appoġġ addizzjonali fl-ewwel ettari tagħhom iddikjarati fl-ambitu tal-pagament bażiku.

II.4

Il-pagament għal prattiki agrikoli ta’ benefiċċju għall-klima u l-ambjent (Titolu III, Kapitolu 3)

L-ekoloġizzazzjoni hija pagament diżakkoppjat skont l-erja għal kull ettaru mħallas. L-għan huwa li jiġu osservati tliet prattiki agrikoli favur il-klima u l-ambjent: id-diversifikazzjoni tal-għelejjel, iż-żamma ta’ bur permanenti u l-pussess ta’ żona ta’ konċentrazzjoni ekoloġika fiż-żona agrikola

II.5

Il-pagament għal żoni b’restrizzjonijiet naturali (Titolu III, Kapitolu 4)

Il-pagament lil żoni b’restrizzjonijiet naturali huwa pagament diżakkoppjat ibbażat fuq l-erja, li jingħata apparti mill-pagament bażiku lill-bdiewa. L-għan huwa li jingħata appoġġ lill-bdiewa li jinsabu f’żoni b’restrizzjonijiet naturali.

II.6

Il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ (Titolu III, Kapitolu 5)

Il-pagament għall-bdiewa żgħażagħ huwa pagament diżakkoppjat mill-produzzjoni li jipprovdi appoġġ imtejjeb għall-introjtu lill-bdiewa żgħażagħ li jkunu għadhom kif bdew joperaw għall-ewwel darba. L-għan huwa li jiġu promossi l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi ġodda fis-settur agrikolu, li huma essenzjali għall-kompetittività tas-settur agrikolu fl-Unjoni.

II.7

L-appoġġ akkoppjat volontarju (Titolu IV, Kapitolu 1)

L-appoġġ akkoppjat volontarju jkopri l-pagamenti għal kull ettaru jew għal kull ras ta’ bhima marbuta ma’ produzzjonijiet speċifiċi. L-għan huwa li jittejbu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-setturi li huma partikolarment importanti għal raġunijiet ekonomiċi, soċjali jew ambjentali u li jesperjenzaw ċerti diffikultajiet.

II.8

Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton (Titolu IV, Kapitolu 2)

Il-pagament speċifiku għall-għelejjel għall-qoton huwa pagament akkoppjat mogħti għal kull ettaru ta’ erja eliġibbli tal-qoton. Din hija skema obbligatorja għall-Istati Membri li jipproduċu l-qoton sabiex tappoġġa l-produzzjoni tiegħu f’reġjuni fejn huwa importanti għall-ekonomija agrikola.

II.9

L-iskema għall-bdiewa żgħar (Titolu V)

L-iskema għall-bdiewa żgħar hija diżakkoppjata mill-produzzjoni u tissostitwixxi l-pagamenti diretti l-oħrajn kollha għall-benefiċjarji kkonċernati. L-għan huwa li tiġi promossa distribuzzjoni aktar ibbilanċjata tal-appoġġ u li jitnaqqas il-piż amministrattiv kemm għall-benefiċjarji ta’ ammonti żgħar kif ukoll għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni.

II.10

Miżuri stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009  (1)

L-għan ta’ dawn il-pagamenti diretti huwa li jiġi diżakkoppjat l-appoġġ mill-produzzjoni tal-għelejjel u tal-bhejjem sabiex jittejjeb l-appoġġ għall-introjtu tal-bdiewa.

 

Operazzjonijiet fil-forma ta’ interventi settorjali kif previst fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

 

III.1

Fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex (mill-Artikolu 49 sal-Artikolu 53)

L-għan huwa li tiġi appoġġata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur tal-frott u tal-ħxejjex. Dan isir permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (PO) jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom (APO) rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u li jmexxu programmi operazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-benefiċjarji huma l-POs u l-APOs. It-tul ta’ żmien tal-programmi huwa ta’ bejn 3 u 7 snin u dawn huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. L-Istati Membri jridu japprovaw kull programm uniku.

III.2

Fis-settur tal-prodotti tal-apikultura (mill-Artikolu 54 , 55 u 56)

L-għan huwa li jiġu appoġġati dawk li jrabbu n-naħal, il-kwalità u s-suq għall-prodotti tal-apikultura

III.3

Fis-settur tal-inbid (mill-Artikolu 57 sal-Artikolu 60)

L-għan huwa li jiġu appoġġati l-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur tal-inbid. Il-programmi huma mmexxija mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali bħala parti mill-Pjan Strateġiku tagħhom u huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. Il-benefiċjarji huma vitikulturi kif ukoll operaturi fil-produzzjoni u fil-kummerċ tal-inbid jew l-assoċjazzjonijiet/organizzazzjonijiet tagħhom. L-operazzjonijiet li għandhom jiġu approvati mill-Istati Membri jistgħu jkunu annwali jew pluriennali.

III.4

Fis-settur tal-ħops (l-Artikoli 61 u 62)

L-għan huwa li tiġi appoġġata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur tal-ħops permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (PO) jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom (APO) rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u t-tmexxija ta’ programmi operazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-benefiċjarji huma l-POs jew l-APOs. It-tul ta’ żmien tal-programmi huwa ta’ bejn 3 u 7 snin u dawn huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. L-Istati Membri jridu japprovaw kull programm uniku.

III.5

Fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda (Artikoli 63, 64 u 65)

L-għan huwa li tiġi appoġġata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (PO) u l-assoċjazzjonijiet tagħhom (APO) rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u t-tmexxija ta’ programmi operazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-benefiċjarji huma l-POs jew l-APOs. It-tul ta’ żmien tal-programmi huwa ta’ bejn 3 u 7 snin u dawn huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. L-Istati Membri jridu japprovaw kull programm uniku.

III.6

F’setturi oħrajn imsemmija fil-punti (a) sa (h), (k), (m), (o) sa (t) u (w) tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u f’setturi li jkopru l-prodotti elenkati fl-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2021/2115. (Artikoli 66, 67 u 68)

L-għan huwa li tiġi appoġġata l-konċentrazzjoni tal-provvista, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tas-setturi relatati permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (PO), l-assoċjazzjonijiet tagħhom (APO) rikonoxxuti skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll il-Gruppi ta’ Produtturi (PG) approvati temporanjament mill-Istati Membri, u li jmexxu programmi operazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/2115. Il-benefiċjarji huma l-POs, l-APOs jew il-PGs. It-tul ta’ żmien tal-programmi huwa ta’ bejn 3 u 7 snin u huma ġestiti fuq bażi ta’ sena finanzjarja. L-Istati Membri jridu japprovaw kull programm uniku.

 

Miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

 

IV.1

L-intervent pubbliku

Meta l-prezzijiet tas-suq għal ċerti prodotti agrikoli jaqgħu taħt livell predeterminat, l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri jistgħu jintervjenu biex jistabbilizzaw is-suq billi jixtru provvisti żejda, li mbagħad jistgħu jinħażnu sakemm jiżdied il-prezz tas-suq. L-entitajiet li jridu jiġu ppubblikati huma dawk li jibbenefikaw mill-għajnuna, fi kliem ieħor l-entitajiet li minnhom ikun inxtara l-prodott.

IV.2

L-għajnuna għall-ħżin privat

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa temporanjament lill-produtturi ta’ ċerti prodotti fir-rigward tal-kost tal-ħżin privat.

IV.3

L-iskema tal-iskejjel

L-għan tal-għajnuna pprovduta huwa li tappoġġa d-distribuzzjoni ta’ prodotti agrikoli lit-tfal fl-iskejjel preprimarji, primarji u sekondarji bl-objettiv li jżidu l-konsum tal-frott, tal-ħxejjex u tal-ħalib tagħhom u jtejbu d-drawwiet alimentari tagħhom.

IV.5

Il-miżuri eċċezzjonali

L-għan tal-miżuri eċċezzjonali mogħtija skont l-Artikoli 219(1), 220(1) u 221(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 huwa li jappoġġaw is-swieq agrikoli f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 2021/2116.

IV.6

L-għajnuna fis-settur tal-frott u tal-ħxejjex (Kapitolu II, Taqsima 3)

Il-kultivaturi huma mħeġġa jingħaqdu ma’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (OP). Dawn jirċievu għajnuna għall-implimentazzjoni ta’ programmi operazzjonali, abbażi ta’ strateġija nazzjonali. L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa wkoll li timmitiga l-fluttwazzjoni tal-introjtu mill-kriżijiet. Tiġi offruta l-għajnuna għall-miżuri ta’ prevenzjoni/ġestjoni ta’ kriżi taħt il-programmi operazzjonali jiġifieri għall-irtirar mis-suq, il-ħsad bikri/in-nuqqas ta’ ħsad, l-għodod ta’ promozzjoni/komunikazzjoni, it-taħriġ, l-assigurazzjoni tal-ħsad, għajnuna biex jiġi żgurat is-self bankarju u jiġu koperti l-kostijiet amministrattivi tal-istabbiliment ta’ fondi mutwi (fondi ta’ stabbilizzazzjoni li jkunu proprjetà tal-bdiewa).

IV.7

L-appoġġ fis-settur tal-inbid (Kapitolu II, Taqsima 4)

L-għan tad-diversi għajnuniet mogħtija huwa li jiġi żgurat il-bilanċ tas-suq u tiżdied il-kompetittività tal-inbid tal-Unjoni: appoġġ għall-promozzjoni tal-inbid fis-swieq ta’ pajjiżi terzi u informazzjoni dwar il-konsum responsabbli tal-inbid u s-sistema tal-Unjoni tad-DOP/IĠP; il-kofinanzjament tal-kostijiet għar-ristrutturar u għall-konverżjoni tal-vinji, għall-investimenti fil-fabbriki tal-inbid u fil-faċilitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni kif ukoll għall-innovazzjoni; appoġġ għall-ħsad bikri, fondi mutwi, assigurazzjoni tal-ħsad u distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji.

IV.8

L-appoġġ fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda (Kapitolu II, Taqsima 2)

Appoġġ mogħti lill-programmi ta’ ħidma ta’ tliet snin li għandhom jitfasslu mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, mill-assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-organizzazzjonijiet interprofessjonali f’wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin: segwitu u l-ġestjoni tas-suq fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda; it-titjib tal-impatt ambjentali tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ; it-titjib tal-kompetittività tal-kultivazzjoni taż-żebbuġ permezz tal-modernizzazzjoni; it-titjib tal-produzzjoni tal-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda; it-tixrid ta’ informazzjoni dwar il-miżuri implimentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew mill-assoċjazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali biex tittejjeb il-kwalità taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda.

IV.9

L-għajnuna fis-settur tal-apikultura (Kapitolu II, Taqsima 5)

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa dan is-settur permezz ta’ programmi tal-apikultura sabiex tittejjeb il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura.

IV.10

L-għajnuna fis-settur tal-ħops (Kapitolu II, Taqsima 6)

Għajnuna mogħtija biex tappoġġa lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-ħops.

 

Operazzjoni fil-forma ta’ tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali kif previst fl-Artikolu 69 tar-Regolament (UE) 2021/2115.

 

V.1

L-impenji ambjentali u klimatiċi kif ukoll impenji ta’ ġestjoni oħrajn

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tikkumpensa lill-bdiewa, lid-detenturi tal-foresti u lil ġestjonarji oħra tal-art għall-kostijiet addizzjonali u l-introjtu mitluf b’rabta mal-impenji ambjentali u klimatiċi kif ukoll impenji ta’ ġestjoni oħrajn imwettqa fuq bażi volontarja li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji u li jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi tal-PAK, b’mod partikolari fil-qasam tal-ambjent, tal-klima u tal-benessri tal-annimali.

V.2

Ir-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tikkumpensa lill-bdiewa għall-kostijiet addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf, relatati mar-restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħrajn taż-żona fiż-żona kkonċernata, bħal żoni muntanjużi.

V.3

L-iżvantaġġi speċifiċi għaż-żona li jirriżultaw minn ċerti rekwiżiti obbligatorji

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tikkumpensa lill-bdiewa, lid-detenturi tal-foresti u lil ġestjonarji oħra tal-art għall-ispejjeż addizzjonali kollha jew parti minnhom u għall-introjtu mitluf relatati ma’ ċerti żvantaġġi speċifiċi għaż-żona kkonċernata li huma imposti minn rekwiżiti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi ta’ Natura 2000 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (2) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3)) jew, għaż-żoni agrikoli, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)).

V.4

L-investimenti, inklużi investimenti fl-irrigazzjoni

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa investimenti f’assi tanġibbli jew intanġibbli, inklużi investimenti fl-irrigazzjoni, li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi tal-PAK.

V.5

L-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ, ta’ bdiewa ġodda u l-bidu ta’ negozji rurali

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa l-appoġġ għall-istabbiliment ta’ bdiewa żgħażagħ, żgħażagħ ġodda u, taħt ċerti kundizzjonijiet, il-bidu ta’ negozji rurali bil-ħsieb li jsir kontribut għall-kisba ta’ waħda jew aktar mill-objettivi speċifiċi tal-PAK.

V.6

L-għodod għall-ġestjoni tar-riskju

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tippromwovi l-għodod għall-ġestjoni tar-riskju, li jgħinu lill-bdiewa jimmaniġġjaw ir-riskji tal-produzzjoni u tal-introjtu relatati mal-attività agrikola tagħhom li huma barra mill-kontroll tagħhom.

V.7

Il-kooperazzjoni

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa l-kooperazzjoni bil-għan li tikkontribwixxi għall-kisba ta’ wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi tal-PAK. Dan jinkludi appoġġ għall-kooperazzjoni għal:

(a)

it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Grupp Operazzjonali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikoli;

(b)

it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-approċċ LEADER

(c)

il-promozzjoni u l-appoġġ ta’ skemi tal-kwalità rikonoxxuti tal-Unjoni u nazzjonali u l-użu tagħhom mill-bdiewa;

(d)

l-appoġġ ta’ gruppi ta’ produtturi, organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali;

(e)

it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-Irħula Intelliġenti;

(f)

l-appoġġ ta’ forom oħrajn ta’ kooperazzjoni.

V.8

L-iskambju tal-għarfien u l-informazzjoni

L-għan tal-għajnuna mogħtija huwa li tappoġġa azzjonijiet ta’ skambju tal-għarfien u ta’ informazzjoni li jikkontribwixxu għal wieħed jew aktar mill-objettivi speċifiċi tal-PAK, speċifikament immirati lejn il-protezzjoni tan-natura, tal-ambjent u tal-klima, inklużi l-edukazzjoni ambjentali u azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni u l-iżvilupp ta’ negozji u komunitajiet rurali. Tali azzjonijiet jistgħu jinkludu azzjonijiet għall-promozzjoni tal-innovazzjoni, tat-taħriġ u tal-pariri kif ukoll għall-iskambju u għat-tixrid tal-għarfien u tal-informazzjoni.

 

Miżuri previsti fit-Titolu III tal-Kapitolu I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013

 

VI.1

It-trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni (l-Artikolu 14)

Din il-miżura tikkonċerna t-taħriġ u tipi oħra ta’ attivitajiet bħal workshops, coaching, attivitajiet ta’ dimostrazzjoni, azzjonijiet ta’ informazzjoni, skemi ta’ skambju u żjarat tal-azjendi agrikoli u tal-foresti għal żmien qasir. L-għan huwa li jittejjeb il-potenzjal uman tal-persuni involuti fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija, tal-ġestjonarji tal-art u tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (l-SMEs) li joperaw f’żoni rurali.

VI.2

Is-servizzi ta’ konsulenza, ta’ ġestjoni tal-azjendi agrikoli u ta’ għajnuna għall-azjendi agrikoli (l-Artikolu 15)

Din il-miżura, permezz tal-użu ta’ servizzi ta’ konsulenza kif ukoll l-istabbiliment ta’ servizzi ta’ konsulenza, ta’ ġestjoni tal-azjendi agrikoli u ta’ għajnuna għall-azjendi agrikoli, għandha l-għan li ttejjeb il-ġestjoni sostenibbli u l-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjendi agrikoli u tal-foresti u tal-SMEs li joperaw f’żoni rurali. Din tippromwovi wkoll it-taħriġ tal-konsulenti.

VI.3

L-iskemi ta’ kwalità għall-prodotti agrikoli u alimentari (l-Artikolu 16)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa lill-parteċipanti l-ġodda kollha fl-Unjoni, l-iskemi ta’ kwalità nazzjonali u volontarji. L-appoġġ jista’ jkopri wkoll il-kostijiet li jinħolqu minn attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni sabiex tittejjeb is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar l-eżistenza u l-ispeċifikazzjonijiet ta’ prodotti magħmula skont dawn l-iskemi ta’ kwalità tal-Unjoni u nazzjonali.

VI.4

L-investimenti f’assi fiżiċi (l-Artikolu 17)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li ttejjeb il-prestazzjoni ekonomika u ambjentali tal-azjendi agrikoli u tal-intrapriżi rurali, ittejjeb l-effiċjenza tas-settur tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, tipprovdi infrastruttura meħtieġa għall-iżvilupp tal-agrikoltura u tal-forestrija u tappoġġa investimenti mhux remunerattivi meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali.

VI.5

Ir-restawr tal-potenzjal tal-produzzjoni agrikola li saritlu ħsara b’diżastri naturali u introduzzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prevenzjoni xierqa (l-Artikolu 18)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tgħin lill-bdiewa jipprevjenu diżastri naturali u eventi katastrofiċi jew li jirrestawraw il-potenzjal agrikolu, li tkun saritlu ħsara, wara r-rikonoxximent formali tiegħu mill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti tal-Istati Membri, sabiex tgħin fil-vijabbiltà u fil-kompetittività tal-azjendi agrikoli fid-dawl ta’ tali avvenimenti.

VI.6

L-iżvilupp tal-azjenda agrikola u tan-negozju (l-Artikolu 19)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa l-ħolqien u l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi vijabbli ġodda bħal azjendi ġodda mmexxija minn bdiewa żgħażagħ, negozji ġodda f’żoni rurali, jew l-iżvilupp ta’ azjendi agrikoli żgħar. Jingħata wkoll appoġġ lil intrapriżi ġodda jew eżistenti għal investimenti u żvilupp ta’ attivitajiet mhux agrikoli li huma essenzjali għall-iżvilupp u għall-kompetittività taż-żoni rurali u tal-bdiewa kollha li jiddiversifikaw l-attivitajiet agrikoli tagħhom. Il-miżura tipprovdi pagamenti għall-bdiewa eliġibbli għall-iskema għall-bdiewa żgħar li jittrasferixxu l-azjenda tagħhom b’mod permanenti lil bidwi ieħor.

VI.7

Is-servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f’żoni rurali (l-Artikolu 20)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa l-interventi li jistimulaw it-tkabbir u jippromwovu s-sostenibbiltà ambjentali u soċjoekonomika taż-żoni rurali, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura lokali (inklużi l-broadband, l-enerġija rinnovabbli u l-infrastruttura soċjali) u s-servizzi bażiċi lokali, kif ukoll permezz tat-tiġdid tal-irħula u l-attivitajiet immirati lejn ir-restawr u t-titjib tal-wirt kulturali u naturali. Il-miżura tappoġġa wkoll ir-rilokazzjoni tal-attivitajiet u l-konverżjoni tal-faċilitajiet bil-għan li tittejjeb il-kwalità tal-ħajja jew tiżdied il-prestazzjoni ambjentali taż-żona.

VI.8

L-investimenti fl-iżvilupp taż-żona tal-foresti u titjib tal-vijabbiltà tal-foresti (l-Artikolu 21; minn Artikolu 22 sa 26)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tippromwovi l-investimenti fl-iżvilupp tal-imsaġar, fil-protezzjoni tal-foresti, fl-innovazzjoni fil-forestrija, fit-teknoloġiji tal-forestrija u fil-prodotti tal-foresti, sabiex tikkontribwixxi għall-potenzjal tat-tkabbir taż-żoni rurali.

VI.9

It-tisġir u l-ħolqien ta’ msaġar (l-Artikolu 22)

L-għan ta’ din is-sottomiżura huwa li tipprovdi appoġġ għal operazzjonijiet ta’ tisġir u l-ħolqien ta’ msaġar f’art agrikola u mhux agrikola.

VI.10

L-istabbiliment, ir-riġenerazzjoni jew ir-rinnovament ta’ sistemi agroforestali (l-Artikolu 23)

L-għan ta’ din is-sottomiżura huwa li tappoġġa l-istabbiliment ta’ sistemi u prattiki agroforestali fejn il-perenni tal-injam jiġu integrati deliberatament ma’ għelejjel u/jew annimali fuq l-istess unità tal-art.

VI.11

Il-prevenzjoni u r-restawr tal-ħsara lill-foresti minn nirien fil-foresti, diżastri naturali u eventi katastrofiċi (l-Artikolu 24)

Din is-sottomiżura għandha l-għan li tipprevjeni u tirrestawra l-potenzjal tal-forestrija (tqaċċit u tħawwil mill-ġdid) wara l-okkorrenza ta’ nirien fil-foresti, diżastri naturali oħrajn inklużi tifqigħat ta’ pesti u mard, kif ukoll theddid relatat mat-tibdil fil-klima.

VI.12

L-investimenti li jtejbu r-reżiljenza u l-valur ambjentali tal-ekosistemi tal-foresti (l-Artikolu 25)

L-għan ta’ din is-sottomiżura huwa li tappoġġa azzjonijiet li jtejbu l-valur ambjentali tal-foresta, jiffaċilitaw l-adattament tal-foresti għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, jipprovdu servizzi tal-ekosistema u jtejbu l-valur tal-faċilitajiet pubbliċi tal-foresti. Jenħtieġ li tiġi żgurata ż-żieda fil-valur ambjentali tal-foresta.

VI.13

L-investimenti fit-teknoloġiji tal-foresti, fl-ipproċessar, fil-mobilizzazzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-foresti (l-Artikolu 26)

Din is-sottomiżura għandha l-għan li tipprovdi appoġġ għall-investiment f’makkinarju u/jew f’tagħmir relatat mal-ħsad, mat-tqattigħ, mal-mobilizzazzjoni, mal-ipproċessar tal-injam qabel is-serrar industrijali tiegħu. L-għan ewlieni ta’ din is-sottomiżura huwa li ttejjeb il-valur ekonomiku tal-foresti.

VI.14

L-istabbiliment ta’ gruppi u ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi (l-Artikolu 27)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tappoġġa l-istabbiliment ta’ gruppi u organizzazzjonijiet ta’ produtturi, speċjalment fis-snin bikrija, meta jiġġarrbu kostijiet addizzjonali sabiex jiġu indirizzati b’mod konġunt l-isfidi tas-suq u jissaħħaħ il-poter ta’ negozjar fir-rigward tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, inkluż fis-swieq lokali.

VI.15

Il-miżura agroambjentali klimatika (l-Artikolu 28)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tħeġġeġ lill-ġestjonarji tal-art japplikaw prattiki tal-biedja li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent, tal-pajsaġġ, tar-riżorsi naturali u tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. Dan jista’ jikkonċerna mhux biss it-titjib li huwa ta’ benefiċċju għall-ambjent fil-prattika tal-biedja iżda wkoll iż-żamma ta’ prattiki ta’ benefiċċju eżistenti.

VI.16

Il-biedja organika (l-Artikolu 29)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tiffoka fuq l-appoġġ tal-konverżjoni għal prattiki u metodi tal-biedja organika u/jew iż-żamma tagħhom, bil-għan li tħeġġeġ lill-bdiewa jipparteċipaw fi skemi bħal dawn, u b’hekk twieġeb għad-domanda tas-soċjetà għall-użu ta’ prattiki tal-biedja li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent.

VI.17

Il-pagamenti ta’ Natura 2000 u tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (l-Artikolu 30)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tagħti appoġġ kumpensatorju lill-benefiċjarji li jsofru minn żvantaġġi partikolari minħabba rekwiżiti obbligatorji speċifiċi fiż-żoni kkonċernati li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tad-Direttivi 92/43/KEE, 2009/147/KE u 2000/60/KE meta mqabbla mas-sitwazzjoni tal-bdiewa u tal-forestiera f’żoni oħrajn mhux affettwati b’dawn l-iżvantaġġi.

VI.18

Il-pagamenti għal żoni b’restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra (l-Artikolu 31)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tagħti appoġġ lill-benefiċjarji li jsofru minn restrizzjonijiet partikolari minħabba li jinsabu f’żoni muntanjużi jew f’żoni oħrajn li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali sinifikanti jew restrizzjonijiet speċifiċi.

VI.19

It-trattament xieraq tal-annimali (l-Artikolu 33)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tipprovdi pagamenti lill-bdiewa li jimpenjaw ruħhom, fuq bażi volontarja, li jwettqu operazzjonijiet ta’ impenn wieħed jew aktar għall-benesseri tal-annimali.

VI.20

Is-servizzi ambjentali b’rabta mal-foresti u servizzi tal-klima u l-konservazzjoni tal-foresti (l-Artikolu 34)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li twieġeb għall-ħtiġijiet tal-promozzjoni tal-ġestjoni u t-titjib sostenibbli tal-foresti u tal-imsaġar, inklużi ż-żamma u t-titjib tal-bijodiversità, tar-riżorsi tal-ilma u tal-ħamrija u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u anke għall-ħtieġa li jiġu kkonservati r-riżorsi ġenetiċi tal-foresti, inklużi attivitajiet bħall-iżvilupp ta’ varjetajiet differenti ta’ speċijiet ta’ foresti sabiex jiġu adattati għal kundizzjonijiet lokali speċifiċi.

VI.21

Il-kooperazzjoni (l-Artikolu 35)

L-għan tal-miżura huwa li tippromwovi forom ta’ kooperazzjoni li jinvolvu mill-inqas żewġ entitajiet u li jimmiraw li jiżviluppaw (fost oħrajn): proġetti pilota; prodotti ġodda, prattiki, proċessi u teknoloġiji fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija; servizzi tat-turiżmu; katini tal-provvista qosra u swieq lokali; proġetti konġunti / prattiki dwar l-ambjent / tibdil fil-klima; proġetti għall-provvista sostenibbli tal-bijomassa; strateġiji mhux tal-LEADER għall-iżvilupp lokali; pjanijiet għall-ġestjoni tal-foresti; u d-diversifikazzjoni f’attivitajiet ta’ “biedja soċjali”.

VI.22

Il-ġestjoni tar-riskju (l-Artikolu 36)

Din il-miżura tirrappreżenta sett ġdid ta’ għodod għall-ġestjoni tar-riskju u tmexxi ’l quddiem il-possibbiltajiet li jeżistu bħalissa biex jiġu appoġġati l-assigurazzjonijiet u l-fondi mutwi permezz tal-pakketti nazzjonali ta’ pagamenti diretti tal-Istati Membri biex jgħinu lill-bdiewa esposti għal riskji ekonomiċi u ambjentali dejjem akbar. Il-miżura tintroduċi wkoll għodda għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu biex tipprovdi kumpens lill-bdiewa li qed isofru minn tnaqqis serju fl-introjtu tagħhom.

VI.22bis

L-appoġġ temporanju eċċezzjonali lill-bdiewa u lill-SMEs partikolarment milquta mill-kriżi tal-COVID-19 (l-Artikolu 39b)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li toffri lill-bdiewa appoġġ temporanju minħabba l-kriżi tal-COVID-19

VI.23

Il-finanzjament ta’ pagamenti diretti nazzjonali komplementari għall-Kroazja (l-Artikolu 40)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li toffri lill-bdiewa eliġibbli għal pagamenti diretti nazzjonali komplimentari fil-Kroazja pagament supplimentari fl-ambitu tat-tieni pilastru.

VI.24

L-appoġġ għall-iżvilupp lokali LEADER (żvilupp lokali mmexxi mill-komunità) (l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5))

L-għan ta’ din il-miżura huwa li żżomm l-approċċ LEADER bħala għodda integrata għall-iżvilupp territorjali fuq livell (“lokali”) sottoreġjonali li se tikkontribwixxi direttament għall-iżvilupp territorjali bbilanċjat taż-żoni rurali, li huwa wieħed mill-objettivi ġenerali tal-politika għall-iżvilupp rurali.

VI.25

L-assistenza teknika (Artikoli 51 sa 54)

L-għan ta’ din il-miżura huwa li tagħti lill-Istati Membri l-kapaċità li jipprovdu assistenza teknika biex jappoġġaw azzjonijiet li jsostnu l-kapaċità amministrattiva marbuta mal-ġestjoni tal-Fondi SIE. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu indirizzati għat-tħejjija, għall-ġestjoni, għall-monitoraġġ, għall-evalwazzjoni, għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni, għan-networking, għar-riżoluzzjoni tal-ilmenti u għall-kontroll u l-awditjar tal-Programmi ta’ Żvilupp Rurali.

VII.1

Miżuri previsti fir-Regolament (UE) Nru 228/2013

Il-miżuri POSEI huma skemi agrikoli speċifiċi li għandhom l-għan li jqisu r-restrizzjonijiet tar-Reġjuni Ultraperiferiċi kif meħtieġ mill-Artikolu 349 tat-TFUE. POSEI jikkonsisti minn żewġ elementi ewlenin: l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista u l-miżuri biex tiġi appoġġata l-produzzjoni lokali. Tal-ewwel għandhom l-għan li jnaqqsu l-kostijiet addizzjonali għall-provvista ta’ prodotti essenzjali li jirriżultaw mill-pożizzjoni remota ta’ dawn ir-reġjuni (permezz ta’ għajnuna għal prodotti mill-Unjoni u eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni għal prodotti minn pajjiżi terzi) u tal-aħħar li jgħinu fl-iżvilupp tas-settur agrikolu lokali (pagamenti diretti u miżuri tas-suq). POSEI jippermetti wkoll il-finanzjament ta’ programmi tas-saħħa tal-pjanti.

VIII.1

Miżuri previsti fir-Regolament (UE) Nru 229/2013

Ir-reġim għall-Gżejjer minuri tal-Eġew huwa simili għal dak ta’ POSEI, iżda ma għandux l-istess bażi ġuridika fit-TFUE u jopera fuq skala iżgħar minn POSEI. Dan jinkludi kemm l-arranġamenti speċifiċi ta’ provvista (limitati madankollu għall-għajnuna għal prodotti mill-Unjoni) kif ukoll il-miżuri biex jiġu appoġġati l-attivitajiet agrikoli lokali li jikkonsistu f’pagamenti supplimentari għal prodotti lokali definiti b’mod speċifiku.

IX.1

Miżuri ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni previsti fir-Regolament (UE) Nru 1144/2014

Il-miżuri ta’ għoti ta’ informazzjoni u ta’ promozzjoni dwar prodotti agrikoli u ċerti prodotti tal-ikel ibbażati fuq prodotti agrikoli implimentati fis-suq intern jew f’pajjiżi terzi kif elenkati fir-Regolament (UE) Nru 1144/2014 jistgħu jiġu ffinanzjati kompletament jew parzjalment mill-baġit tal-Unjoni, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dawn il-miżuri għandhom jieħdu l-forma ta’ programmi ta’ informazzjoni u promozzjoni.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(3)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(4)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327 22.12.2000, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).


Top