This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0841
Commission Delegated Regulation (EU) 2021/841 of 19 February 2021 amending Delegated Regulation (EU) No 640/2014 as regards the rules on non-compliances in relation to the system for the identification and registration for bovine, ovine and caprine animals and on the calculation of the level of administrative penalties in respect of declared animals under animal aid schemes or animal-related support measures
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/841 tad-19 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014 fir-rigward tar-regoli dwar in-nuqqas ta’ konformità fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini, ovini u kaprini u dwar il-kalkolu tal-livell ta’ penali amministrattivi fir-rigward tal-annimali ddikjarati skont l-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali jew il-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/841 tad-19 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014 fir-rigward tar-regoli dwar in-nuqqas ta’ konformità fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini, ovini u kaprini u dwar il-kalkolu tal-livell ta’ penali amministrattivi fir-rigward tal-annimali ddikjarati skont l-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali jew il-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali
C/2021/993
ĠU L 186, 27.5.2021, p. 12–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022; Impliċitament imħassar minn 32022R1172
27.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 186/12 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/841
tad-19 ta’ Frar 2021
li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014 fir-rigward tar-regoli dwar in-nuqqas ta’ konformità fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini, ovini u kaprini u dwar il-kalkolu tal-livell ta’ penali amministrattivi fir-rigward tal-annimali ddikjarati skont l-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali jew il-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 63(4), 64(6) u 77(7) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 30 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 (2) fih regoli biex jiġi stabbilit l-għadd ta’ annimali determinati għall-finijiet ta’ appoġġ akkoppjat u volontarju bbażat fuq applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-bhejjem imrobbija skont skemi ta’ għajnuna għall-annimali jew appoġġ għall-iżvilupp rurali bbażat fuq talbiet għall-pagament skont miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali. B’mod partikolari, jistabbilixxi regoli għal każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini u għall-annimali ovini u kaprini. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (3) jistipula li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini. Peress li dik is-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni fiha rekwiżiti simili għal dawk tas-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni għall-annimali bovini kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), huwa xieraq li jiġu allinjati r-regoli biex jitqiesu n-nuqqasijiet ta’ konformità relatati mas-sistema ta’ identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ dawk it-tliet kategoriji ta’ annimali. F’dak il-kuntest, huwa xieraq li r-referenza għal “tikketti tal-widnejn” tinbidel b’referenza għal “mezz ta’ identifikazzjoni” f’konformità ma’ dawk iż-żewġ Regolamenti. |
(2) |
Filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, huwa xieraq li jiġu adattati l-penali amministrattivi fir-rigward tal-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali u l-miżuri ta’ appoġġ relatati mal-annimali stabbiliti fl-Artikolu 31 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 640/2014 billi jiġu eżentati sa tliet annimali li jinstabu mhux determinati mill-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi sakemm dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati individwalment permezz ta’ identifikazzjoni jew dokumentazzjoni ta’ sostenn, u billi jiġi aġġustat il-livell ta’ penali li għandhom jiġu applikati jekk jinstab li ma jiġux determinati aktar minn tliet annimali. |
(3) |
B’konformità mal-Artikolu 53(4) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 (5) meta l-miżura tal-appoġġ akkoppjat tkun tikkonċerna annimali bovini u/jew nagħaġ u mogħoż, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu bħala kundizzjoni għall-eliġibbiltà għall-appoġġ, ir-rekwiżiti għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali previsti fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 jew fir-Regolament (KE) Nru 21/2004 rispettivament. Barra minn hekk, b’konformità ma’ dawk ir-Regolamenti, avvenimenti tal-annimali bħal twelid, imwiet u movimenti għandhom jiġu nnotifikati lill-bażi tad-data kompjuterizzata f’ċerti limiti ta’ żmien. In-nuqqas ta’ rispett ta’ dawk il-limiti ta’ żmien jitqies bħala nuqqas ta’ konformità fir-rigward tal-annimal ikkonċernat. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità u mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet oħra ta’ eliġibbiltà stabbiliti mill-Istat Membru, l-annimali bovini, ovini u kaprini jenħtieġ li jitqiesu bħala eliġibbli għall-għajnuna jew għall-appoġġ mingħajr l-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi sakemm tkun saret notifika tard ta’ avveniment tal-annimali qabel il-bidu ta’ perjodu ta’ żamma jew qabel data ta’ referenza partikolari, kif stabbilit mill-Istat Membru skont l-Artikolu 53(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014. |
(4) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza u simplifikazzjoni, jenħtieġ li l-formulazzjoni tal-Artikolu 31(3) tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 tiġi allinjata bejn is-sistema bbażata fuq il-pretensjonijiet u s-sistema mingħajr pretensjonijiet. |
(5) |
Għalhekk, ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Sabiex l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex jaġġustaw is-sistemi tagħhom biex jimplimentaw ir-regoli emendati, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna, l-applikazzjonijiet għall-appoġġ u t-talbiet għall-pagament imressqa għas-snin tat-talba jew għall-perjodi tal-primjum li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2021, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 640/2014 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 30 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
l-Artikolu 31 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 31 Penali amministrattivi fir-rigward ta’ annimali fil-qafas tal-iskemi ta’ għajnuna għall-annimali jew tal-miżuri ta’ appoġġ marbuta mal-annimali 1. L-ammont totali ta’ għajnuna jew appoġġ li għalih huwa intitolat il-benefiċjarju skont skema ta’ għajnuna għall-annimali jew miżura ta’ appoġġ relatata mal-annimali jew tip ta’ operazzjoni taħt tali miżura ta’ appoġġ għas-sena tat-talba kkonċernata għandu jitħallas abbażi tal-għadd ta’ annimali stabbilit skont l-Artikolu 30(3), dment li wara l-verifiki amministrattivi jew il-kontrolli fuq il-post:
2. Jekk jinstabu aktar minn tliet annimali mhux determinati, l-ammont totali ta’ għajnuna jew ta’ appoġġ li jkun intitolat għalih il-benefiċjarju fil-qafas tal-iskema ta’ għajnuna jew tal-miżura ta’ appoġġ jew tat-tip ta’ operazzjoni fil-qafas ta’ tali miżura ta’ appoġġ, imsemmija fil-paragrafu 1 għas-sena tat-talba kkonċernata għandu jitnaqqas:
Jekk il-perċentwal stabbilit f’konformità mal-paragrafu 3 ikun iżjed minn 30 %, l-ebda għajnuna jew appoġġ li għalihom kieku l-benefiċjarju jkun intitolat skont l-Artikolu 30(3) ma għandhom jingħataw fil-qafas tal-iskema ta’ għajnuna jew tal-miżura ta’ appoġġ jew tat-tip ta’ operazzjoni fil-qafas ta’ din il-miżura ta’ appoġġ għas-sena tat-talba kkonċernata. Jekk il-perċentwal stabbilit skont il-paragrafu 3 ikun iżjed minn 50 %, l-ebda għajnuna jew appoġġ li għalihom kieku l-benefiċjarju jkun intitolat skont l-Artikolu 30(3) ma għandhom jingħataw fil-qafas tal-iskema ta’ għajnuna jew tal-miżura ta’ appoġġ jew tat-tip ta’ operazzjoni fil-qafas ta’ din il-miżura ta’ appoġġ għas-sena tat-talba kkonċernata. Barra minn hekk, il-benefiċjarju għandu jkun soġġett għal penali addizzjonali ta’ ammont li jkun daqs l-ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn l-għadd ta’ annimali ddikjarati u l-għadd ta’ annimali stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 30(3). Jekk dak l-ammont ma jkunx jista’ jiġi paċut għalkollox matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara s-sena kalendarja tas-sejba, f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 908/2014, il-bilanċ pendenti għandu jiġi kkanċellat. Għal speċijiet oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 30(4) ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu għadd ta’ annimali li jkun differenti mill-livell limitu ta’ tliet annimali li huwa previst fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Meta jistabbilixxu dak l-għadd, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun sostanzjalment ekwivalenti għal dak il-livell limitu, billi fost l-oħrajn iqisu l-unitajiet ta’ bhejjem u/jew l-ammont ta’ għajnuna jew ta’ appoġġ li jkun ingħata. 3. Sabiex jiġu stabbiliti l-perċentwali msemmija fil-paragrafu 2, l-għadd ta’ annimali ta’ skema ta’ għajnuna jew miżura ta’ appoġġ jew tip ta’ operazzjoni li jinstab li ma jkunx determinat għandu jiġi diviż bl-għadd ta’ annimali determinati għal dik l-iskema ta’ għajnuna jew miżura ta’ appoġġ jew tip ta’ operazzjoni taħt tali miżura ta’ appoġġ għas-sena tat-talba kkonċernata. 4. Meta l-kalkolu tal-ammont totali ta’ għajnuna jew ta’ appoġġ li jkun intitolat għalih il-benefiċjarju fil-qafas ta’ skema ta’ għajnuna jew ta’ miżura ta’ appoġġ jew ta’ tip ta’ operazzjoni fil-qafas ta’ tali miżura ta’ appoġġ għas-sena tat-talba kkonċernata jkun ibbażat fuq l-għadd ta’ jiem li fihom l-annimali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà jkunu preżenti fl-azjenda, il-kalkolu tal-għadd ta’ annimali li jkunu nstabu mhux determinati kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun ibbażat ukoll fuq l-għadd ta’ jiem li fihom dawk l-annimali jkunu preżenti fl-azjenda.” |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-appoġġ u tat-talbiet għall-pagament sottomessi għas-snin tat-talba jew għall-perjodi tal-primjum li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istat Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 640/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonijiet għar-rifjut jew l-irtirar ta’ pagamenti u penali amministrattivi applikabbli għall-pagamenti diretti, l-appoġġ għall-iżvilupp rurali u l-kundizzjonalità (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 48).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014, li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni u li jemenda l-Anness X ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 1).