Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0598

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/598 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-assenjazzjoni tal-ponderazzjonijiet tar-riskju għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/8242

    ĠU L 127, 14.4.2021, p. 1–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/598/oj

    14.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 127/1


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/598

    tal-14 ta’ Diċembru 2020

    li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-assenjazzjoni tal-ponderazzjonijiet tar-riskju għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 153(9) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Interni (“l-Approċċ IRB”), f’dak li jikkonċerna l-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat li istituzzjoni ma tkunx tista’ tistma l-PDs tagħhom jew l-istimi PD tal-istituzzjonijiet ma jkunux jissodisfaw ċerti rekwiżiti, l-istituzzjonijiet għandhom jassenjaw ponderazzjoni tar-riskju għall-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat skont l-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi tqassamhom f’waħda mill-kategoriji fit-Tabella 1 stipulata fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 153(5) abbażi tal-valutazzjoni tagħhom tal-iskopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat fil-konfront ta’ kull wieħed mill-fatturi msemmija fit-tieni subparagrafu tiegħu. Sabiex jiġi żgurat approċċ armonizzat għall-assenjazzjoni tal-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat f’kategoriji, jenħtieġ li jiġi stipulat kif dawn il-fatturi jridu jitqiesu billi jiġi previst kalkolu ta’ valuri li abbażi tagħhom il-fatturi jkunu jistgħu jitlaqqgħu mal-kategoriji tar-riskju ta’ dik it-Tabella. Billi l-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat jaqgħu taħt il-klassi ta’ skopertura korporattiva fi ħdan l-Approċċ IRB u billi l-metodu għall-assenjazzjoni ta’ ponderazzjoni tar-riskju għal skoperturi bħal dawk speċifikati fl-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 huwa forma ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni, l-istandards tekniċi regolatorji għall-assenjazzjoni tal-ponderazzjonijiet tar-riskju għall-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat stipulati minn dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw flimkien mar-regoli ġenerali li jikkonċernaw l-assenjazzjoni ta’ ponderazzjonijiet għal skoperturi korporattivi u r-riskju u rekwiżiti oħra fir-rigward tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni tal-Approċċ IRB.

    (2)

    Biex l-istituzzjonijiet japplikaw kull waħda minn dawn il-fatturi b’mod xieraq, jenħtieġ li dawn ikunu speċifikati aktar fil-forma ta’ subfatturi bil-għan li jiġu ċċarati l-kriterji ta’ valutazzjoni għal kull sitwazzjoni. Biex is-subfatturi jiġu vvalutati b’mod xieraq, huwa meħtieġ li xi subfatturi jiġu speċifikati aktar f’komponenti tas-subfatturi.

    (3)

    Sabiex l-istandards maqbula internazzjonalment jiġu riflessi fuq l-assenjazzjoni ta’ ponderazzjonijiet tar-riskju għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat, kif inhu speċifikat mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja fil-Qafas ta’ Basel II (2), u biex jitqies l-għadd kbir ta’ varjazzjonijiet ta’ skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat, jenħtieġ li, meta jiġu applikati l-fatturi, jiġu applikati kriterji ta’ valutazzjoni differenti għal kull waħda minn dawk il-klassijiet ta’ skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat. Qabel ma tiġi assenjata ponderazzjoni tar-riskju għal skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jiddeterminaw liema waħda minn dawk il-klassijiet tikkorrispondi l-aktar ma’ skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat.

    (4)

    Fejn debitur ikun inadempjenti, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jassenjaw il-kategorija 5 tal-ponderazzjoni tar-riskju fit-Tabella 1 tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-ogħla kategorija ta’ telf mistenni, jiġifieri l-kategorija 5 fit-Tabella 2 tal-Artikolu 158(6) ta’ dak ir-Regolament, għall-iskopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat skont il-qafas ta’ Basel II.

    (5)

    L-attribuzzjoni min-naħa tal-istituzzjonijiet ta’ kategorija għal kull fattur jenħtieġ li ssir abbażi ta’ valutazzjoni kumplessiva li tqis il-kategoriji attribwiti għas-subfatturi tal-fattur kif ukoll l-importanza relattiva ta’ kull subfattur fir-rigward tat-tip ta’ skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat. L-istess proċedura jenħtieġ li tiġi segwita meta tiġi attribwita kategorija għal subfatturi fejn subfattur jiġi speċifikat aktar f’komponenti tas-subfatturi.

    (6)

    Biex l-assenjazzjoni ta’ skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat f’kategoriji ssir bl-akbar preċiżjoni u konsistenza possibbli, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jattribwixxu ponderazzjoni għal kull fattur b’rabta mal-importanza relattiva tiegħu għat-tip ta’ skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat u jiddeterminaw il-medja ponderata tal-valuri tal-kategoriji li jkunu ġew attribwiti lill-fatturi. Biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jassenjaw dan il-ponderazzjonijiet f’mod prudenti biżżejjed, il-ponderazzjoni li tista’ tiġi assenjata għal kull fattur jenħtieġ li jkollha limitu minimu u limitu massimu.

    (7)

    Skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 l-istituzzjonijiet huma obbligati jżommu rekord tal-assenjazzjoni tal-ponderazzjonijiet tar-riskju fil-kuntest tal-Approċċ IRB b’mod ġenerali. Biex tiġi ffaċilitata l-verifika min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti tal-applikazzjoni korretta tar-regoli dwar l-assenjazzjoni tal-ponderazzjonijiet tar-riskju fir-rigward tal-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li jiġu stipulati ċerti rekwiżiti għal dokumentazzjoni speċifika b’rabta mal-assenjazzjoni ta’ ponderazzjonijiet tar-riskju għal dawk l-iskoperturi.

    (8)

    Fil-parti l-kbira tiegħu dan ir-Regolament huwa bbażat fuq standards maqbula internazzjonali dwar l-assenjazzjoni tal-ponderazzjonijiet tar-riskju għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat. Meta titqies il-varjetà tal-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat u minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ tali skoperturi, dan jista’ ma jaqbadx il-motivaturi kollha tar-riskju li jiġu identifikati ta’ kuljum mill-istituzzjonijiet, kemm minn tipi partikolari ta’ skoperturi skont it-tifsira tal-punt 2 tal-Artikolu 142(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat individwali. Meta jitqies li l-istituzzjonijiet huma obbligati mill-Artikolu 171(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li jikkunsidraw l-informazzjoni rilevanti kollha għall-assenjazzjoni ta’ debituri u faċilitajiet fi gradi jew ġabriet, l-istituzzjonijiet jenħtieġ li jiġu obbligati kull wieħed mill-motivaturi tar-riskju addizzjonali u jqisuhom flimkien mas-subfattur tal-qafas tal-iskopertura għal għoti ta’ self speċjalizzat li jikkorrispondi l-aktar mal-motivatur tar-riskju. Fejn dan isir għal skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat individwali, dan jenħtieġ li jitqies bħala prevalenti għall-finijiet tal-Artikolu 172(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. L-istituzzjoni jenħtieġ li tiddokumenta għaliex kien xieraq li jitqiesu motivaturi tar-riskju addizzjonali u tagħti ġustifikazzjoni għal dan.

    (9)

    Id-dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni ta’ prevalenzi fl-Approċċ IRB japplikaw ukoll għall-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat. Għaldaqstant, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-istituzzjonijiet jitħallew ma japplikawx ċerti subfattur jew komponent ta’ subfattur għal skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat individwali fejn isibu li ma tkunx rilevanti. L-istituzzjonijiet jenħtieġ li jitħallew, fuq bażi eċċezzjonali, ma japplikawx ċertu subfattur jew komponent ta’ subfattur għall-iskoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat kollha li jaqgħu taħt tip ta’ skoperturi kif inhu definit fil-punt (2) tal-Artikolu 142(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 meta subfattur jew komponent ta’ subfattur ma jkunx motivatur tar-riskju rilevanti għal dik it-tip ta’ skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat. L-istituzzjonijiet jenħtieġ li jiġu obbligati jiddokumentaw id-deċiżjoni li ma japplikawx subfattur jew komponent ta’ subfattur u jipprovdu ġustifikazzjoni għal dan.

    (10)

    L-istituzzjonijiet jenħtieġ li jingħataw perjodu biżżejjed ta’ żmien biex jadattaw is-sistemi ta’ klassifikazzjoni tagħhom għall-assenjazzjoni ta’ ponderazzjonijiet tar-riskju għal skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat biex jikkonformaw mar-regoli stipulati f’dan ir-Regolament.

    (11)

    Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea.

    (12)

    L-Awtorità Bankarja Ewropea għamlet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħin dwar l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Kriterji ta’ valutazzjoni applikabbli għal klassijiet differenti ta’ skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat

    1.   Fejn l-iskop tal-iskopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat ikun li tiffinanzja l-iżvilupp jew l-akkwist ta’ stallazzjonijiet kbar, kumplessi u aktar għoljin, inkluż b’mod partikolari impjanti tal-enerġija, impjanti ta’ proċessar tal-kimiki, minjieri, infrastruttura tat-trasport, u l-introjtu li jkun se jiġi ġġenerat mill-assijiet jkunu l-flus iġġenerati mill-kuntratti għall-output tal-istallazzjoni li tinkiseb minn parti waħda jew diversi partijiet li ma jkunux taħt il-kontroll tal-maniġment tal-isponsor (“skoperturi ta’ finanzjament ta’ proġetti”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-kriterji ta’ valutazzjoni stipulati fl-Anness I għal din il-klassi ta’ skoperturi meta jassenjaw ponderazzjonijiet tar-riskju b’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    2.   Fejn l-iskop tal-iskopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat ikun li tiffinanzja l-iżvilupp jew l-akkwist ta’ proprjetà immobbli, inkluż b’mod partikolari bini ta’ uffiċini għall-kiri, spazju għal bejgħ bl-imnut, binjiet residenzjali għal ħafna familji, spazji industrijali jew imħażen, lukandi u art, u l-introjtu li jkun se jiġi ġġenerat mill-proprjetà immobbli jkun pagamenti ta’ lokazzjoni jew kiri jew ir-rikavati mill-bejgħ ta’ tali proprjetà immobbli miksuba minn parti terza jew diversi (“skoperturi ta’ proprjetà immobbli”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-kriterji ta’ valutazzjoni stipulati fl-Anness II għal din il-klassi ta’ skoperturi meta jassenjaw il-ponderazzjonijiet tar-riskju skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    3.   Fejn l-iskop ta’ skoperta fuq għoti ta’ self speċjalizzat ikun li tiffinanzja l-akkwist ta’ assijiet fiżiċi, fosthom partikolarment bastimenti, inġenji tal-ajru, satelliti, awtovaguni, u flotot, u l-introjtu li jiġi ġġenerat minn dawn l-assi jkunu pagamenti ta’ lokazzjoni jew kiri miksuba minn parti terza waħda jew diversi (“skoperturi ta’ finanzjament ta’ oġġetti”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-kriterji ta’ valutazzjoni stipulati fl-Anness III ta’ din il-klassi ta’ skoperturi meta jassenjaw ponderazzjonijiet tar-riskju skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    4.   Fejn l-iskop ta’ skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat ikun li tiffinanzja riżervi, inventarji jew riċevibbli ta’ komoditajiet nnegozjati fil-borża, fosthom partikolarment żejt grezz, metalli, jew għelejjel, u l-introjtu li jiġi ġġenerat minn dawk ir-riżervi, inventarji jew reċivibbli jkunu r-rikavati mill-bejgħ tal-komoditajiet (“skoperturi ta’ finanzjament ta’ komoditajiet”), l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw il-kriterji ta’ valutazzjoni stipulati fl-Anness IV ta’ din il-klassi ta’ skoperturi meta jassenjaw il-ponderazzjonijiet tar-riskju skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    Artikolu 2

    Valutazzjoni fil-livell tal-fatturi u l-assenjazzjoni tal-ponderazzjoni tar-riskju

    1.   Abbażi ta’ valutazzjoni kumplessiva, l-istituzzjonijiet għandhom jattribwixxu kategorija lil kull fattur stabbilit fl-anness li tkun applikabbli għall-klassi ta’ skoperturi għal għoti ta’ self speċjalizzat skont l-Artikolu 1. Għal kull skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat, l-istituzzjoni għandha tagħmel din l-attribuzzjoni b’kunsiderazzjoni tal-kategoriji li jiġu attribwiti għal kull subfattur applikabbli skont l-Artikoli 3 u 4, kif ukoll tal-importanza relattiva ta’ kull subfattur għat-tip ta’ skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat kif inhu definit fil-punt (2) tal-Artikolu 142(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

    2.   L-istituzzjoni għandha tassenja ponderazzjoni f’perċentwal li ma jkunx anqas minn 5 % u mhux aktar minn 60 % għal kull fattur b’kunsiderazzjoni għall-importanza relattiva tiegħu fir-rigward tat-tip ta’ skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat.

    3.   L-istituzzjoni għandha tiddetermina l-medja ponderata tal-kategoriji li jiġu attribwiti għall-fatturi skont il-paragrafu 1, u tapplika l-ponderazzjonijiet assenjati skont il-paragrafu 2. Fejn il-medja ponderata tkun numru deċimali, l-istituzzjonijiet għandhom jaġġustaw dak in-numru għall-eqreb numru kardinali.

    4.   L-istituzzjoni għandha tassenja l-iskopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat għall-kategorija stipulata fit-Tabella 1 tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li n-numru tagħha jikkorrispondi mal-medja ponderata kkalkolata skont il-paragrafu 3.

    Artikolu 3

    Valutazzjoni fil-livell tas-subfattur

    1.   Meta subfattur ta’ fattur partikolari elenkat fl-Anness I, II, III jew IV ma jkunx speċifikat aktar fil-komponenti tas-subfattur, l-istituzzjoni għandha tattribwixxi kategorija tas-subfattur abbażi tal-kriterji ta’ valutazzjoni stipulati għal dak is-subfattur.

    2.   Meta subfattur ta’ fattur partikolari elenkat fl-Anness I, II, III jew IV jiġi speċifikat aktar f’komponenti tas-subfattur, l-istituzzjoni għandha:

    (a)

    tattribwixxi kategorija għal kull komponent ta’ subfattur abbażi tal-kriterji ta’ valutazzjoni stipulati għal dak il-komponent ta’ subfattur;

    (b)

    tattribwixxi kategorija lis-subfattur abbażi ta’ valutazzjoni kumplessiva li ssir b’mod li jqis il-kategoriji attribwiti skont il-punt (a) kif ukoll l-importanza relattiva ta’ kull komponent ta’ subfattur għat-tip ta’ skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat.

    3.   Meta l-istituzzjoni tqis l-informazzjoni rilevanti addizzjonali (“motivatur addizzjonali tar-riskju”) skont l-Artikolu 171(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal tip ta’ skoperturi fuq għoti ta’ self speċjalizzat, għandha tqisha flimkien mas-subfattur li l-aktar jikkorrispondi mill-qrib ma’ dak il-motivatur addizzjonali tar-riskju.

    4.   Fejn, b’mod eċċezzjonali, subfattur jew komponent ta’ subfattur ma jkunx rilevanti għall-iskoperturi fuq l-għoti ta’ self speċjalizzat kollha li jaqgħu taħt ċertu tip ta’ skoperturi għal għoti ta’ self speċjalizzat, l-istituzzjoni tista’ tiddeċiedi li ma tapplikax dak is-subfattur jew il-komponent ta’ subfattur għal kwalunkwe skopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat li taqa’ taħt dak it-tip.

    Artikolu 4

    Kriterji sovrapposti fil-livelli tas-subfattur jew tal-komponent ta’ subfattur

    Fejn subfattur jew komponent ta’ subfattur jkollu kriterji ta’ valutazzjoni identiċi f’żewġ kategoriji jew aktar (“kriterji sovrapposti”), u l-iskopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat tikkonforma ma’ dawk il-kriterji sovrapposti, l-istituzzjonijiet għandhom jattribwixxu kategorija lis-subfattur jew lill-komponent ta’ subfattur kif ġej:

    (a)

    fejn il-kriterji sovrapposti jseħħu f’żewġ kategoriji, l-istituzzjonijiet għandhom jattribwixxu l-ogħla waħda miż-żewġ kategoriji;

    (b)

    fejn il-kriterji sovrapposti jseħħu fi tliet kategoriji, l-istituzzjonijiet għandhom jattribwixxu l-kategorija bejn l-anqas u l-ogħla tat-tliet kategoriji.

    Artikolu 5

    Inadempjenza ta’ obbligant

    Permezz ta’ deroga mill-Artikoli 1 sa 4, fejn id-debitur ikun inadempjenti fit-tifsira tal-Artikolu 178 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-istituzzjoni għandha tassenja ponderazzjoni tar-riskju tal-kategorija 5 kif stipulat fit-Tabella 1 tal-Artikolu 153(5) ta’ dak ir-Regolament għall-iskopertura fuq għoti ta’ qligħ speċjalizzat.

    Artikolu 6

    Dokumentazzjoni

    1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw l-informazzjoni li ġejja għal kull tip ta’ skopertura fuq għoti ta’ qligħ speċjalizzat li fir-rigward tagħha jassenjaw ponderazzjonijiet tar-riskju skont dan ir-Regolament:

    (a)

    l-assenjazzjoni ta’ ponderazzjonijiet għal kull fattur skont l-Artikolu 2(2) u l-ġustifikazzjoni għal dik l-assenjazzjoni;

    (b)

    deskrizzjoni ta’ motivaturi addizzjonali tar-riskju u ġustifikazzjoni biex jitqiesu skont l-Artikolu 3(3), kull fejn applikabbli;

    (c)

    ġustifikazzjoni għad-deċiżjoni li ma jiġix applikat ċertu subfattur jew komponent ta’ subfattur skont l-Artikolu 3(4), kull fejn applikabbli.

    2.   L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw l-informazzjoni li ġejja għal kull skopertura fuq għoti ta’ qligħ speċjalizzat li fir-rigward tagħha jassenjaw ponderazzjonijiet tar-riskju skont dan ir-Regolament:

    (a)

    il-klassi tal-iskopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat kif stipulata fl-Artikoli 1;

    (b)

    il-kategorija ta’ Tabella 1 tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 li fir-rigward tagħha l-iskopertura fuq għoti ta’ qligħ speċjalizzat tkun ġiet assenjata;

    (c)

    il-maturità li jifdal kif imsemmi fit-Tabella 1 tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 153(5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

    (d)

    il-valutazzjoni tal-iskopertura fuq għoti ta’ self speċjalizzat f’kull pass tal-proċess stipulat fl-Artikolu 2 sa 5 li jkun wassal għall-assenjazzjoni tal-ponderazzjoni tar-riskju tal-iskopertura.

    Artikolu 7

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-14 ta’ April 2022.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

    (2)  International Convergence of Capital Measurement and Capital Standards, A Revised Framework, Comprehensive Version, Ġunju 2006.

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


    ANNESS I

    Kriterji ta’ valutazzjoni għall-iskoperturi tal-finanzjament ta’ proġetti

     

    Kategorija 1

    Kategorija 2

    Kategorija 3

    Kategorija 4

    Fattur: is-solidità finanzjarja

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: il-kundizzjonijiet tas-suq

    Għadd żgħir ta’ fornituri li jikkompetu jew vantaġġ sostanzjali u durabbli fil-lokalità, fil-kost, jew fit-teknoloġija. Domanda soda u li qed tiżdied.

    Għadd żgħir ta’ fornituri li jikkompetu jew lokalità, kost, jew teknoloġija aħjar mill-medja iżda din is-sitwazzjoni tista’ tinbidel. Domanda soda u stabbli.

    Proġett b’ebda vantaġġ fir-rigward tal-lokalità, tal-kost, jew tat-teknoloġija. Domanda xierqa u stabbli.

    Proġett b’lokalità, kost jew teknoloġija agħar mill-medja. Domanda dgħajfa u qed tonqos.

    (b)

    Subfattur: proporzjonijiet finanzjarji (pereż. il-proporzjon tal-kopertura tas-servizz tad-dejn (“debt service coverage ratio” - DSCR (1)), il-Proporzjon tal-Kopertura tal-Imgħax (“Interest Coverage Ratio- ICR” (2)), il-proporzjon tal-kopertura tat-tul taż-żmien tas-self (loan life coverage ratio - LLCR (3)) u l-proporzjon ta’ dejn-ekwità)

    Proporzjonijiet finanzjarji sodi li jqisu l-livell ta’ riskju tal-proġett; suppożizzjonijiet ekonomiċi robusti ħafna.

    Proporzjonijiet finanzjarji minn sodi sa aċċettabbli li jqisu l-livell ta’ riskju tal-proġett; suppożizzjonijiet ekonomiċi robusti tal-proġett.

    Proporzjonijiet finanzjarji standard li jqisu l-livell ta’ riskju tal-proġett

    Proporzjonijiet finanzjarji aggressivi li jqisu l-livell ta’ riskju tal-proġett.

    (c)

    Subfattur: analiżi tal-istress abbażi tal-introjtu li jiġi ġġenerat matul it-terminu tas-self (4)

    Il-proġett jista’ jissodisfa l-obbligi finanzjarji tiegħu f’kundizzjonijiet ekonomiċi jew settorjali taħt stress sever u fit-tul.

    Il-proġett jista’ jissodisfa l-obbligi tiegħu f’kundizzjonijiet ekonomiċi jew settorjali taħt stress normali. Possibbiltà żgħira li l-proġett ikun inadempjenti taħt kundizzjonijiet ekonomiċi severi.

    Il-proġett huwa vulnerabbli għal stress li huwa komuni matul ċiklu ekonomiku, u jista’ jkun inadempjenti f’perjodu ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku.

    Il-proġett x’aktarx li jkun inadempjenti sakemm il-kundizzjonijiet ma jitjibux malajr.

    (d)

    Subfattur: l-istruttura finanzjarja

     

     

     

     

    L-iskeda tal-ammortizzament (komponent tas-subfattur)

    Ammortizzament tad-dejn mingħajr rimborż b’saldu uniku

    Ammortizzament tad-dejn b’ebda rimborż b’saldu uniku jew b’wieħed insinifikanti

    Ammortizzament tad-dejn b’ebda rimborż b’saldu uniku limitat

    Rimborż b’saldu uniku jew ammortizzament tar-rimborż tad-dejn b’rimborż b’saldu uniku għoli

    Ir-riskju tas-suq/taċ-ċiklu u ta’ rifinanzjament (komponent tas-subfattur)

    Ma hemm l-ebda skopertura jew skopertura limitata għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self u ma jkun hemm ebda dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn.

    Ma hemm ebda riskju ta’ rifinanzjament jew riskju baxx ħafna.

    L-iskopertura għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu hija limitata billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self u ma jkun hemm ebda dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn.

    Hemm riskju ta’ rifinanzjament baxx.

    L-iskopertura għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu hija moderata billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self jew ikun hemm dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn.

    Riskju medju ta’ rifinanzjament.

    Hemm skopertura sinifikanti għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru biss parti żgħira mir-rimborżi tas-self fil-futur matul it-terminu tas-self jew ikun hemm dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn.

    Riskju għoli ta’ rifinanzjament.

    (e)

    Subfattur: riskju tal-kambju

    Ma hemm ebda riskju tal-kambju għaliex ma hemm l-ebda differenza fil-munita tas-self u fl-introjtu tal-proġett jew minħabba li r-riskju tal-kambju jkun totalment iħħeġġjat.

    Ma hemm ebda riskju tal-kambju għaliex ma hemm l-ebda differenza fil-munita tas-self u fl-introjtu tal-proġett jew minħabba li r-riskju tal-kambju jkun totalment iħħeġġjat.

    Hemm differenza bejn il-munita tas-self u l-introjtu tal-proġett, iżda r-riskju tal-kambju jitqies li jkun baxx għaliex ir-rata tal-kambju tkun stabbli jew għaliex ir-riskju tal-kambju jkun iħħeġġjat fil-parti l-kbira tiegħu.

    Hemm differenza fil-munita tas-self u tal-introjtu tal-proġett, u r-riskju tal-kambju jitqies li jkun għoli għaliex ir-rata tal-kambju tkun volatili u r-riskju tal-kambju ma jkunx iħħeġġjat fil-parti l-kbira tiegħu.

    Fattur: l-ambjent politiku u legali

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: riskju politiku, fosthom it-trasferiment tar-riskju, meta jitqies it-tip u l-mitiganti tal-proġett

    Skopertura baxxi ħafna; strumenti ta’ mitigazzjoni sodi, jekk meħtieġa

    Skopertura baxxa; strumenti ta’ mitigazzjoni sodisfaċenti, jekk meħtieġa

    Skopertura moderata; strumenti ta’ mitigazzjoni ekwi

    Skopertura għolja; ebda strument ta’ mitigazzjoni jew strumenti dgħajfa

    (b)

    Subfattur: riskji ta’ force majeure (gwerra, diżordni ċivili, eċċ)

    Ebda skopertura jew skopertura baxxa għal riskju ta’ force majeure

    Skopertura limitata għal riskju ta’ force majeure

    Skopertura sinifikanti għal riskju ta’ force majeure li ma jkunx mitigat biżżejjed

    Skopertura sinifikanti għal riskju ta’ force majeure li ma jkunx mitigat

    (c)

    Subfattur: l-appoġġ tal-gvern u l-importanza tal-proġett għall-pajjiż fit-tul

    Proġett ta’ importanza strateġika għall-pajjiż (preferibbilment orjentat lejn l-esportazzjoni). Appoġġ sod mill-Gvern.

    Proġett meqjus importanti għall-pajjiż. Livell tajjeb ta’ appoġġ mill-Gvern.

    Proġett li jista’ jkun strateġiku iżda jwassal benefiċċju mingħajr dubju għall-pajjiż. Appoġġ mill-Gvern li ma jkunx espliċitu.

    Proġett li ma jkunx ewlieni għall-pajjiż. Ebda appoġġ jew appoġġ dgħajjef mill-Gvern.

    (d)

    Subfattur: l-istabbiltà tal-ambjent ġuridiku u regolatorju (riskju ta’ bidla fil-liġi)

    Ambjent regolatorju favorevoli u stabbli fit-tul

    Ambjent favorevoli u stabbli fuq it-terminu ta’ żmien medju

    Bidliet regolatorji jistgħu jitbassru b’livell tajjeb ta’ ċertezza

    Kwistjonijiet regolatorji attwali jew futuri jistgħu jaffettwaw il-proġett

    (e)

    Subfattur: l-akkwist tal-appoġġ kollu meħtieġ u approvazzjonijiet għal għajnuna minn liġijiet dwar il-kontenut lokali

    Sod

    Sodisfaċenti

    Mhux Ħażin

    Dgħajjef

    (f)

    Subfattur: l-eżegwibbiltà tal-kuntratti, tal-kollateral u tat-titoli

    Kuntratti, kollateral u titoli eżegwibbli.

    Kuntratti, kollateral u titoli eżegwibbli.

    Kuntratti, kollateral u titoli meqjusa bħala eżegwibbli anke jekk ma jkunux jeżistu ċerti kwistjonijiet mhux ewlenin.

    Hemm kwistjonijiet ewlenin mhux solvuti fir-rigward tal-eżegwibbiltà reali tal-kuntratti, tal-kollateral u tat-titoli.

    Fattur: il-karatteristiċi tat-tranżazzjoni

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: ir-riskju tad-disinn u tat-teknoloġija

    Teknoloġija u disinn kompletament ipprovati

    Teknoloġija u disinn kompletament ipprovati

    Teknoloġija u disinn ipprovati - kwistjonijiet ta’ negozji ġodda jiġu mitigati minn pakkett ta’ kkompletar sod

    Teknoloġija jew disinn mhux ipprovati; jeżistu kwistjonijiet kumplessi ta’ teknoloġija u/jew ta’ disinn.

    (b)

    Subfattur: ir-riskju ta’ kostruzzjoni

     

     

     

     

    L-għoti ta’ permess u l-għażla ta’ sit (komponent tas-subfattur)

    Il-permessi kollha miksuba

    Xi permessi jkunu għadhom pendenti iżda x’aktarx li jinħarġu

    Xi permessi jkunu għadhom pendenti iżda l-proċess tal-għoti tal-permess ikun definit sew u meqjus bħala ta’ rutina.

    Permessi ewlenin li jkun għadhom iridu jinkisbu u ma jkunux meqjusa ta’ rutina. Jistgħu jiżdiedu kundizzjonijiet sinifikanti.

    Tip ta’ kuntratt ta’ kostruzzjoni (il-komponent tas-subfattur)

    Kostruzzjoni turnkey EPC bi prezz fiss u b’data ċerta (5) (kuntratt ta’ inġinerija u ta’ akkwist)

    Kostruzzjoni turnkey EPC bi prezz fiss u b’data ċerta

    Kuntratt ta’ kostruzzjoni turnkey EPC bi prezz fiss u b’data ċerta b’kuntrattur wieħed jew diversi

    Kuntratt turnkey mingħajr prezz fiss jew bi prezz fiss parzjali u/jew kwistjonijiet ta’ interfaċċa b’diversi kuntratturi

    Possibbiltà li l-proġett jitlesta fiż-żmien miftiehem u skont il-kost maqbul (komponent tas-subfattur)

    Huwa kważi ċert li l-proġett ikun se jitlesta fiż-żmien miftiehem u skont il-kost maqbul.

    X’aktarx li l-proġett se jitlesta fiż-żmien miftiehem u skont il-kost maqbul.

    Huwa inċert jekk il-proġett hux se jitlesta fiż-żmien miftiehem u skont il-kost maqbul.

    Hemm indikazzjonijiet li l-proġett ma jkunx se jitlesta fiż-żmien miftiehem u skont il-kost maqbul.

    Garanziji tal-ikkompletar (6) jew danni likwidati (7) (komponent tas-subfattur)

    Danni likwidati sostanzjali appoġġati minn sustanza finanzjarja u/jew garanzija soda tal-ikkompletar minn sponsors b’pożizzjoni finanzjarja eċċellenti

    Danni sinifikanti likwidati appoġġati minn sustanza finanzjarja u/jew garanzija tal-ikkompletar minn sponsors b’pożizzjoni finanzjarja tajba

    Danni likwidati xierqa appoġġati minn sustanza finanzjarja u/jew garanzija tal-ikkompletar minn sponsors b’pożizzjoni finanzjarja tajba

    Danni likwidati mhux xierqa jew mhux appoġġati minn sustanza finanzjarja jew garanziji tal-ikkompletar dgħajfa

    Ir-rekord u s-solidità finanzjarja tal-kuntrattur fil-kostruzzjoni ta’ proġetti simili (komponent tas-subfattur)

    Sod

    Tajbin

    Sodisfaċenti

    Dgħajfa

    (c)

    Subfattur: ir-riskju operazzjonali

     

     

     

     

    Skop, natura u kumplessità tal-kuntratti ta’ operazzjonijiet u tal-manutenzjoni (O & M) (komponent tas-subfattur)

    Kuntratt O&M sod fit-tul (8), preferibbilment b’inċentivi kuntrattwali dwar il-prestazzjoni (9), u/jew kont ta’ riżerva O&M (10), għalkemm kuntratt O&M ma jkunx strettament neċessarju biex issir il-manutenzjoni meħtieġa minħabba attivitajiet ta’ O&M sempliċi u trasparenti.

    L-attivitajiet O&M huma relattivament sempliċi u trasparenti, u hemm kuntratt O&M fit-tul, u/jew kont ta’ riżerva O&M.

    L-attivitajiet O&M huma kumplessi u jenħtieġ kuntratt O&M. Hemm kuntratt O&M limitat fit-tul u/jew kuntratt ta’ riżerva.

    L-attivitajiet O&M huma kumplessi u jenħtieġ strettament kuntratt O&M. Ma hemm ebda kuntratt O&M. Għaldaqstant hemm ir-riskju li l-kostijiet operazzjonali imorru lil hinn mill-mitiganti.

    L-għarfien espert, rekord u s-solidità finanzjarja tal-operatur (komponent tas-subfattur)

    Assistenza teknika soda ħafna jew impenjata tal-isponsors

    Soda

    Aċċettabbli

    Limitata/dgħajfa, jew operatur lokali dipendenti fuq l-awtoritajiet lokali

    (d)

    Subfattur: valutazzjoni tad-dħul, fosthom ir-riskju tar-riżultat ta’ proġett (11)

     

     

     

     

    X’inhi s-sodezza tal-kuntratti ta’ dħul (pereż. kuntratti off-take (12), ftehimiet ta’ konċessjoni, fluss ta’ introjtu minn sħubija pubblika privata, u kuntratti oħra ta’ dħul)? X’inhi l-kwalità tal-klawsoli ta’ terminazzjoni (13)? (komponent tas-subfattur)

    Dħul sod ħafna

    Dħul sod

    Dħul aċċettabbli

    Id-dħul minn proġett mhuwiex ċert u hemm indikazzjonijiet li ċertu dħul jista’ ma jinkisibx.

    Jekk ikun hemm kuntratt take-or-pay (14) jew kuntratt off-take bi prezz fiss (komponent tas-subfattur)

    Affidabbiltà kreditizja eċċellenti tal-off-taker; klawsoli ta’ terminazzjoni sodi; terminu tal-kuntratt li faċilment jeċċedi l-maturità tad-dejn.

    Affidabbiltà kreditizja tajba tal-off-taker; klawsoli ta’ terminazzjoni sodi; terminu tal-kuntratt li jeċċedi l-maturità tad-dejn.

    Pożizzjoni finanzjarja aċċettabbli tal-off-taker; klawsoli ta’ terminazzjoni normali; terminu tal-kuntratt li jeċċedi l-maturità tad-dejn.

    Off-taker dgħajjef; klawsoli ta’ terminazzjoni dgħajfa; terminu tal-kuntratt li ma jeċċedix il-maturità tad-dejn.

    Jekk ma jkunx hemm kuntratt take-or-pay jew kuntratt off-take bi prezz fiss (komponent tas-subfattur)

    Proġett li jipproduċi servizzi essenzjali jew komodità li tinbiegħ b’mod mifrux f’suq dinji; output li jista’ jiġi assorbit minnufih bi prezzijiet proġettati anke jekk ikunu anqas mir-rati ta’ tkabbir storiċi tas-suq.

    Proġett li jipproduċi servizzi essenzjali jew komodità li tinbiegħ b’mod mifrux f’suq reġjonali li jassorbihom bi prezzijiet proġettati b’rati ta’ tkabbir storiċi.

    Komodità tinbiegħ f’suq limitat li jkun jista’ jassorbiha biss bi prezzijiet anqas milli proġettat.

    Output ta’ proġett li d-domanda għalih tiġi biss mingħand għadd żgħir ta’ bejjiegħa jew li ġeneralment ma jinbiegħx f’suq organizzat.

    (e)

    Subfattur: riskju tal-provvista

     

     

     

     

    Prezz, volum u riskju ta’ trasport ta’ stokkijiet ta’ għalf; ir-rekord u s-solidità finanzjarja tal-fornitur (komponent tas-subfattur)

    Kuntratt ta’ provvista fit-tul ma’ fornitur b’pożizzjonijiet finanzjarji eċċellenti.

    Kuntratt ta’ provvista fit-tul ma’ fornitur b’pożizzjoni finanzjarja tajba.

    Kuntratt ta’ provvista fit-tul ma’ fornitur b’pożizzjoni finanzjarja tajba — jista’ jkun għad hemm livell ta’ riskju fil-prezz.

    Kuntratt ta’ provvista fuq żmien qasir jew kuntratt ta’ provvista fit-tul ma’ fornitur finanzjarjament dgħajjef — żgur li jibqa’ livell ta’ riskju fil-prezz.

    Riskju ta’ riżerva (15) (pereż. l-iżvilupp ta’ riżorsa naturali) (komponent tas-subfattur)

    Riżervi pprovati u żviluppati awditjati indipendentement li jeċċedu ħafna l-ħtiġijiet tul il-ħajja tal-proġett.

    Riżervi awditjati, pprovati u żviluppati li jeċċedu l-ħtiġijiet tul il-ħajja tal-proġett.

    Riżervi pprovati li jistgħu jfornu l-proġett b’mod adegwat permezz tal-maturità tad-dejn.

    Proġett li sa ċertu jiddependi fuq riżervi potenzjali u mhux żviluppati.

    Fattur: is-solidità tal-isponsor (inkluża kull sħubija pubblika privata)

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: is-solidità finanzjarja tal-isponsor

    Sponsor sod b’pożizzjonijiet finanzjarja eċċellenti

    Sponsor tajjeb b’pożizzjonijiet finanzjarja tajba

    Sponsor b’pożizzjoni finanzjarja adegwata

    Sponsor dgħajjef b’dgħufijiet finanzjarji ċari

    (b)

    Subfattur: rekord tal-isponsor u l-esperjenza tal-pajjiż/tas-settur tiegħu

    Sponsor b’ rekord u esperjenza eċċellenti ta’ pajjiż/settur

    Sponsor b’rekord u esperjenza sodisfaċenti ta’ pajjiż/settur

    Sponsor b’rekord u esperjenza xierqa ta’ pajjiż/settur

    Sponsor b’ebda rekord jew b’rekord u esperjenza dubbjużi ta’ pajjiż/settur

    (c)

    Subfattur: appoġġ minn sponsor, bi provi minn ekwità, klawsola ta’ sjieda (16) u inċentiv li jekk meħtieġ jiġu injettati flus addizzjonali

    Qawwija. Proġett strateġiku ħafna għall-isponsor (negozju ewlieni — strateġija fit-tul).

    Tajba. Proġett strateġiku għall-isponsor (negozju ewlieni — strateġija fit-tul).

    Aċċettabbli. Proġett meqjus bħala importanti għall-isponsor (negozju ewlieni).

    Limitata. Proġett li mhux ewlieni għall-istrateġija fit-tul jew għan-negozju ewlieni tal-isponsor.

    Fattur: il-pakkett tas-sigurtà

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: l-għoti ta’ kuntratti u kontijiet

    Komprensiv għalkollox

    Komprensiv

    Aċċettabbli

    Dgħajjef

    (b)

    Subfattur: wiegħda ta’ assi, b’kunsiderazzjoni tal-kwalità, tal-valur u tal-likwidità tal-assijiet

    L-ewwel interess ta’ garanzija pperfezzjonat (17) fl-assijiet kollha tal-proġett, fil-kuntratti, fil-permessi u fil-kontijiet neċessarja għat-tħaddim tal-programm

    Interess ta’ garanzija pperfezzjonat għall-assijiet kollha tal-proġett, fil-kuntratti, fil-permessi u fil-kontijiet neċessarji għat-tħaddim tal-programm

    Interess ta’ garanzija aċċettabbli għall-assijiet kollha tal-proġett, fil-kuntratti, fil-permessi u fil-kontijiet neċessarja għat-tħaddim tal-programm

    Sigurtà jew kollateral żgħar għas-selliefa; klawsola ta’ rahan negattiv dgħajfa (18)

    (c)

    Subfattur: kontroll tas-sellief fuq il-fluss tal-flus (pereż. “cash sweeps” (19), kontijiet indipendenti miżmuma minn terzi (20))

    Sod

    Sodisfaċenti

    Mhux Ħażin

    Dgħajjef

    (d)

    Subfattur: is-solidità ta’ pakkett ta’ patt (prepagamenti obbligatorji (21), pagamenti differiti (22), pagament kaskata (23), restrizzjonijiet fuq id-dividendi (24) …)

    Pakkett ta’ patt b’saħħtu għal dan it-tip ta’ proġett.

    Proġett li ma jistax joħroġ dejn addizzjonali.

    Pakkett ta’ patt li huwa sodisfaċenti għal dan it-tip ta’ proġett.

    Proġett li jista’ joħroġ dejn addizzjonali limitat ferm.

    Pakkett ta’ patt ġust għal dan it-tip ta’ proġett.

    Proġett li jista joħroġ dejn addizzjonali limitat.

    Pakkett ta’ patt Insuffiċjenti għal dan it-tip ta’ proġett.

    Proġett li jista’ joħroġ dejn addizzjonali bla limitu.

    (e)

    Subfattur: fondi ta’ riżerva (servizz tad-dejn, O&M, tiġdid u sostituzzjoni, ċirkostanzi imprevisti, eċċ.)

    Perjodu ta’ kopertura itwal mill-medja, il-fondi ta’ riżerva ffinanzjati kollha bi flus jew b’ittri ta’ kreditu minn bank bi klassifikazzjoni għolja

    Perjodu ta’ kopertura medju, il-fondi ta’ riżerva ffinanzjati kollha

    Perjodu ta’ kopertura medju, il-fondi ta’ riżerva ffinanzjati kollha

    Perjodu ta’ kopertura iqsar mill-medja, fondi ta’ riżerva ffinanzjati minn flussi ta’ flus operattivi


    (1)  Il-Proporzjon tal-Kopertura tas-Servizz tad-Dejn (“DSCR”) jirreferi għall-proporzjon tal-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn li jista’ jiġi ġġenerat mill-assi għar-rimborż meħtieġ tal-kapital u l-pagament tal-imgħax matul il-ħajja tas-self, meta l-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn ikun ikkalkolat billi jitnaqqsu n-nefqa operazzjonali, in-nefqa kapitali, il-finanzjament tad-dejn u tal-ekwità, it-taxxi u l-aġġustamenti tal-kapital operatorju mid-dħul iġġenerat mill-proġett.

    (2)  Il-Proporzjon tal-Kopertura tal-Imgħax (“ICR”) jirreferi għall-proporzjon tal-fluss tal-flus għas-servizz tad-dejn li jista’ jiġi ġġenerat mill-assi għar-rimborż meħtieġ tal-pagament tal-imgħax matul il-ħajja tas-self, meta l-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn jiġi kkalkolat billi jitnaqqsu n-nefqa operazzjonali, in-nefqa kapitali, il-finanzjament tad-dejn u tal-ekwità, it-taxxi u l-aġġustamenti tal-kapital operatorju mid-dħul iġġenerat mill-proġett.

    (3)  Il-Kopertura tat-Tul taż-Żmien tas-Self (“LLCR”) jirreferi għall-proporzjon tal-valur preżenti nett tal-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn għall-bilanċ tad-dejn pendenti, u jirreferi għall-għadd ta’ drabi li l-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn li jkun jista’ jiġi ġġenerat mill-assi jkun jista’ jħallas lura l-bilanċ tad-dejn pendenti fuq it-tul ta’ żmien tas-self, meta l-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn jiġi kkalkolat billi jitnaqqsu n-nefqa operazzjonali, in-nefqa kapitali, il-finanzjament tad-dejn u tal-ekwità, it-taxxi u l-aġġustamenti tal-kapital operatorju mid-dħul iġġenerat mill-proġett.

    (4)  It-terminu ta’ self jirreferi għall-ammont ta’ żmien li jkun għad fadal għar-rimborż tas-self.

    (5)  Kuntratt ta’ Inġinerija u Akkwist (“EPC”) jew “kuntratt turnkey” jirreferi għal ftehim bejn il-kuntrattur tal-inġinerija u tal-akkwist (“il-kuntrattur EPC”) u l-iżviluppatur, fejn il-kuntrattur EPC jaqbel li jiżviluppa d-disinn dettaljat tal-inġinerija tal-proġett, jakkwista t-tagħmir u l-materjal kollu, jibni u jwettaq faċilità jew assi ta’ funzjonament lill-iżviluppatur, normalment b’perjodu ta’ żmien u baġit miftiehma.

    (6)  Garanzija tal-ikkompletar tirreferi għal garanzija li tingħata minn kuntrattur lis-selliefa tal-proġett biex jikkometti li jlesti l-proġett fiż-żmien speċifikat, u li jħallas il-kost aktar milli ppjanat, jekk dan iseħħ.

    (7)  Danni likwidati jirreferu għal kumpens monetarju għal telf, ħsara jew dannu fuq id-drittijiet jew il-proprjetà ta’ persuna, mogħti minn sentenza ta’ qorti jew minn stipulazzjoni ta’ kuntratt dwar il-ksur ta’ kuntratt.

    (8)  Kuntratt ta’ Operazzjoni u Manutenzjoni (“O & M”) jirreferi għal kuntratt bejn l-iżviluppatur u l-operatur. L-iżviluppatur jiddelega l-operazzjoni, il-manutenzjoni u, ta’ sikwit, il-ġestjoni tal-prestazzjoni tal-proġett lil operatur b’għarfien espert fl-industrija skont it-termini tal-kuntratt O & M (jiġifieri l-iskop, it-terminu, ir-responsabbiltà tal-operatur, it-tariffi, u d-danni likwidati).

    (9)  Inċentivi tal-prestazzjoni jew ikkuntrattar ibbażat fuq il-prestazzjoni jirreferu għall-kejl tal-prestazzjoni li jirrigwarda direttament l-ikkuntrattar tal-pagament għal dan il-kejl tal-prestazzjoni. Kejl tal-prestazzjoni li jista’ jkejjel id-disponibbiltà, l-affidabbiltà, il-kapaċità ta’ manutenzjoni u appoġġ.

    (10)  Kont ta’ riżerva O&M jirreferi għal fond li fih jiġu depożitati flus biex jintużaw għall-finijiet li jitħallsu l-kostijiet tal-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-proġett.

    (11)  Riskju tal-output ta’ proġett jirreferi għar-riskju li d-domanda għall-output jew servizz ma tkunx teżisti bil-prezz li tingħata jew off-taker ma jkunx jista’ jew jirrifjuta li jonora l-impenn li jixtri l-output jew is-servizz.

    (12)  Kuntratt off-take jirreferi għal kuntratt bejn produttur ta’ riżorsa/prodott/servizz u xerrej (“off-taker”) ta’ riżorsa li jixtri/jbigħ il-porzjonijiet kollha tal-produzzjoni futura tal-produttur. Normalment kuntratt off-take jiġi nnegozjat qabel il-kostruzzjoni ta’ faċilità sabiex jiġi garantit suq għall-output futur tal-faċilità. L-għan huwa li l-produttur jiġi pprovdut bi dħul stabbli u suffiċjenti biex iħallas l-obbligu ta’ dejn tiegħu, jiġu koperti l-kostijiet operazzjonali u jiġi ġġenerat ċertu redditu meħtieġ.

    (13)  Klawsola ta’ terminazzjoni tirreferi għad-dispożizzjoni f’kuntratt li tippermetti t-terminazzjoni tiegħu f’ċirkostanzi speċifikati.

    (14)  Kuntratt take-or-pay jirreferi għal kuntratt fejn jintlaħaq ftehim li klijent jixtri l-output jew servizz mingħand fornitur jew il-klijent iħallas penali lill-fornitur. Kemm il-prezz kif ukoll il-penali jiġu stabbiliti fil-kuntratt.

    (15)  Riskju ta’ riżerva jirreferi għar-riskju li r-riżervi aċċessibli jkun iżgħar milli stmat.

    (16)  Klawsola ta’ sjieda tirreferi għal dispożizzjoni li tiddikjara li proġett ma jkunx jista’ jkun sjieda ta’ entità differenti mis-sid attwali (l-isponsor).

    (17)  L-ewwel interess ta’ garanzija pperfezzjonat jirreferi għall-interess ta’ garanzija f’assi (ipotekat bħala kollateral) li jkun protett minn pretensjonijiet min-naħa ta’ partijiet oħra. Rahan jiġi pperfezzjonat billi jiġi rreġistrat għand awtorità statutorja biex isir eżegwibbli legalment u kwalunkwe pretensjoni sussegwenti għal dawk l-assi tingħata status inferjuri.

    (18)  Klawsola ta’ rahan negattiv tirreferi għal dispożizzjoni li tindika li l-istituzzjoni ma tkunx se twiegħed kwalunkwe wieħed mill-assijiet tagħha jekk dan ikun ifisser li s-selliefa jkunu garantiti anqas.

    (19)  “Cash sweep” tirreferi għall-użu obbligatorju ta’ flussi ta’ flus ħielsa eċċessivi biex jitħallas id-dejn pendenti u mhux biex jitqassmu fost l-azzjonisti.

    (20)  Kont indipendenti miżmum minn terzi jirreferi għal kont miżmum f’isem l-isponsor minn bank li jkun qed jiġi appoġġat minn ftehim ta’ kont indipendenti miżmum minn terzi bejn is-sellief u l-mutwatarju li jipprevedu struzzjonijiet irrevokabbli mill-mutwatarju bl-effett li d-dħul operazzjonali jew ir-rikavati kollha mill-bejgħ ta’ assijiet tal-proġett jkunu se jitħallsu f’dan il-kont, u fejn il-bank ikun awtorizzat li jagħmel pagamenti minn fondi disponibbli skont kif ikun ġie miftiehem fid-dokument ta’ finanzjament tal-proġett.

    (21)  Prepagament obbligatorju jirreferi għal dispożizzjoni li tirrekjedi lill-mutwatarju li jħallas porzjon tad-dejn minn qabel b’ċerti rikavati jekk u meta jiġu rċevuti qabel id-data tal-maturità.

    (22)  Pagament differit jirreferi għal dispożizzjoni li tindika li l-mutwatarju jitħalla jibda jagħmel pagamenti fi żmien speċifikat fil-futur.

    (23)  Pagament kaskata jirreferi għal dispożizzjoni li permezz tagħha l-flus tal-flus tal-proġett jinġabru fil-qosor permezz ta’ flus minn kaskata, li turi l-prijorità ta’ kull dħul u ħruġ ta’ flus.

    (24)  Restrizzjoni fuq dividend tirreferi għal dispożizzjoni li tiddefinixxi ċ-ċirkostanzi fejn is-sellief ikun jista’ jipprevjeni distribuzzjonijiet ta’ ekwità.


    ANNESS II

    Kriterji ta’ valutazzjoni għall-iskoperturi tal-proprjetà immobbli

     

    Kategorija 1

    Kategorija 2

    Kategorija 3

    Kategorija 4

    Fattur: is-solidità finanzjarja

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: il-kundizzjonijiet tas-suq

    Id-domanda u l-provvista għat-tip u l-lokalità tal-proġett bħalissa jinsabu f’bilanċ. L-għadd ta’ proprjetajiet kompetittivi li jidħlu fis-suq ikun l-istess jew inqas mid-domanda prevista.

    Id-domanda u l-provvista għat-tip u l-lokalità tal-proġett bħalissa jinsabu f’bilanċ. L-għadd ta’ proprjetajiet kompetittivi li jidħlu fis-suq ikun kważi l-istess għal dak tad-domanda prevista.

    B’mod ġenerali l-kundizzjonijiet tas-suq jinsabu f’bilanċ. Proprjetajiet kompetittivi li jidħlu fis-suq u oħrajn jinsabu fi stadji ta’ tħejjija. Id-disinn u l-kapaċitajiet tal-proprjetajiet komparabbli eżistenti ma jkunux tal-ogħla livell meta mqabbla ma’ proġetti ġodda.

    Kundizzjonijiet tas-suq dgħajfa. Inċertezza dwar il-kundizzjonijiet ikunux se jitjiebu u jirritornaw f’bilanċ. Proprjetajiet komparabbli fis-suq ikunu qed jitilfu l-inkwilini meta tiskadi l-lokazzjoni. Termini ta’ lokazzjoni ġodda ta’ proprjetajiet komparabbli li jkunu anqas favorevoli meta mqabbla ma’ dawk eżistenti.

    (b)

    Subfattur: proporzjonijiet finanzjarji, jiġifieri indikaturi tal-kapaċità tal-mutwatarju li jirrimborża

    Proporzjonijiet finanzjarji tal-proprjetà, mkejla skont il-proporzjon tal-kopertura tas-servizz tad-dejn (DSCR (1)) jew proporzjon tal-kopertura tal-imgħax (ICR (2)), meqjusa sodi u mistennija jibqgħu sodi meta titqies l-evoluzzjoni tal-proporzjonijiet finanzjarji fil-passat. DSCR jew ICR mhumiex rilevanti u jenħtieġ li ma jiġux ikkalkolati għall-proprjetajiet li jkunu fil-fażi ta’ kostruzzjoni.

    Proporzjonijiet finanzjarji tal-proprjetà, mkejla skont id-DSCR jew l-ICR tal-proprjetà, meqjusa bħala tajbin u mistennija jibqgħu tajbin meta titqies l-evoluzzjoni tal-proporzjonijiet finanzjarji fil-passat. Id-DSCR jew l-ICR mhumiex rilevanti u jenħtieġ li ma jiġux ikkalkolati għall-proprjetajiet li jkunu fil-fażi ta’ kostruzzjoni.

    Il-proporzjonijiet finanzjarja tal-proprjetà, imkejla skont id-DSCR jew l-ICR tal-proprjetà ikunu sodisfaċenti u ikunu mistennija jibqgħu sodisfaċenti meta titqies l-evoluzzjoni tal-proporzjonijiet finanzjarji fil-passat. Id-DSCR jew l-ICR mhumiex rilevanti u jenħtieġ li ma jiġux ikkalkolati għall-proprjetajiet li jkunu fil-fażi ta’ kostruzzjoni.

    Proporzjonijiet finanzjarji tal-proprjetà, mkejla skont id-DSCR jew l-ICR tal-proprjetà, li jkunu dgħajfa u mistennija jibqgħu dgħajfa meta titqies l-evoluzzjoni tal-proporzjonijiet finanzjarji fil-passat. Id-DSCR jew l-ICR mhumiex rilevanti u jenħtieġ li ma jiġux ikkalkolati għall-proprjetajiet li jkunu fil-fażi ta’ kostruzzjoni.

    (c)

    Subfattur: il-proporzjon tal-avvanz, jiġifieri il-proporzjon bejn is-self u l-valur (LTV (3)) ikun indikatur tar-rieda tal-mutwatarju li jirrimborża

    Il-proporzjon bejn is-self u l-valur (LTV) tal-proprjetà meqjus bħala baxx meta titqies it-tip ta’ proprjetà. Fejn ikun jeżisti suq sekondarju, it-tranżazzjoni tiġi sottoskritta għall-istandards tas-suq.

    L-LTV tal-proprjetà jitqies sodisfaċenti meta jitqies it-tip ta’ proprjetà. Fejn ikun jeżisti suq sekondarju, it-tranżazzjoni tiġi sottoskritta għall-istandards tas-suq.

    L-LTV tal-proprjetà meqjus bħala relattivament għoli meta jitqies it-tip ta’ proprjetà.

    Il-proporzjon tal-LTV tal-proprjetà ikun ferm ogħla mill-istandards ta’ sottoskrizzjoni tal self ġdid.

    (d)

    Subfattur: l-analiżi tal-istress abbażi tal-introjtu li jiġi ġġenerat matul it-terminu tas-self (4)

    Ir-riżorsi, kontinġenzi u l-istruttura tal-obbligazzjonijiet tal-proprjetà jippermettulha tissodisfa l-obbligi finanzjarja tagħha matul perjodu ta’ stress finanzjarju qawwi (pereż. ir-rati tal-imgħax, it-tkabbir ekonomiku).

    Il-proprjetà tista’ tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha f’perjodu ta’ stress finanzjarju twil (pereż. Ir-rati tal-imgħax, it-tkabbir ekonomiku). Il-proprjetà x’aktarx li tkun inadempjenti f’kundizzjonijiet ekonomiċi severi biss.

    Matul tnaqqis fir-ritmu ekonomiku, il-proprjetà tintlaqat minn tnaqqis fid-dħul li jżid ir-riskju ta’ inadempjenza b’mod sinifikanti.

    Il-kundizzjoni finanzjarja tal-proprjetà tkun taħt stress u x’aktarx li tkun inadempjenti sakemm il-kundizzjonijiet ma jitjibux fil-futur qarib.

    (e)

    Subfattur: il-prevedibbiltà tal-fluss tal-flus

     

     

     

     

    Għal proprjetà kompluta u stabbilizzata (komponent tas-subfattur)

    Il-lokazzjoni tal-proprjetà hija fit-tul b’inkwilini b’sodezza kreditizja u d-dati tal-maturità huma mferrxa, jew garanziji ta’ sħubijiet pubbliċi privati meqjusa bħala parti mill-kuntratti tal-kera.

    Il-proprjetà jkollha rekord li żżomm l-inkwilini wara l-iskadenza tal-lokazzjoni. Ir-rata ta’ kemm il-proprjetà tkun battala tagħha tkun baxxa. Spejjeż (manutenzjoni, assigurazzjoni, sigurtà, u taxxi fuq il-proprjetà) prevedibbli.

    Il-maġġoranza tal-proprjetà jkollha diversi kuntratti ta’ lokazzjoni mal-inkwilini fit-tul, u b’inkwilini li fuq medja jkollhom sodezza kreditizja għolja, u b’dati ta’ maturità mferrxa. Sħubija pubblika privata tista’ tiggarantixxi parti mill-kuntratti tal-kiri. Fejn proprjetà jkollha kuntratt ta’ lokazzjoni wieħed biss jew inkwilin wieħed ikollu sehem sinifikanti ħafna tal-introjtu li jiġi ġġenerat mill-proprjetà, dan l-inkwilin affidabbli fin-naħa tal-kreditu u l-kuntratt jinkludi patti li jiżguraw il-ħlas tal-lokazzjoni sa ma jintemm il-proġett jew anke wara.

    Il-proprjetà jkollha livell normali ta’ bdil ta’ inkwilini wara l-iskadenza tal-lokazzjoni. Ir-rata ta’ kemm il-proprjetà tkun battala tkun baxxa. Spejjeż prevedibbli.

    Il-parti l-kbira tal-lokazzjonijiet tal-proprjetà jkunu aktar fuq tul ta’ żmien medju milli twil b’kerrejja b’livelli differenti ta’ affidabbiltà kreditizja. Sħubija pubblika privata tista’ tiggarantixxi parti żgħira biss mill-kuntratti tal-kiri. Fejn proprjetà jkollha kuntratt tal-lokazzjoni wieħed biss jew inkwilin wieħed ikollu sehem sinifikanti ħafna tal-introjtu li jiġi ġġenerat mill-proprjetà, il-kuntratti ikun jinkludi patti li jiżguraw il-ħlas tal-lokazzjoni sa tmiem il-proġett u anke wara, iżda l-inkwilin b’affidabbiltà kreditizja moderata.

    Il-proprjetà jkollha livell moderat ta’ bdil ta’ inkwilini wara l-iskadenza tal-lokazzjoni. Ir-rata ta’ kemm il-proprjetà tkun battala tkun moderata. Spejjeż relattivament prevedibbli iżda jvarjaw fir-rigward tad-dħul.

    Il-proporzjon ta’ kuntratti ta’ lokazzjonijiet fil-qosor b’inkwilini b’diversi livelli ta’ affidabbiltà kreditizja, jew il-proprjetà ikollha kuntratt ta’ lokazzjoni wieħed biss, jew inkwilin wieħed ikollu sehem sinifikanti ħafna mill-introjtu ġġenerat mill-proprjetà, fejn l-inkwilin ikollu affidabbiltà kreditizja baxxa u/jew il-kuntratt ma jkunx inkluda il-patti meħtieġa li jiżguraw il-ħlas tal-lokazzjoni sa meta jintemm il-proġett u anke wara.

    Il-proprjetà jkollha livell għoli ta’ bdil ta’ inkwilini wara l-iskadenza tal-lokazzjoni. Ir-rata ta’ kemm il-proprjetà tkun battala tkun għolja. Jiġġarrbu spejjeż sinifikanti fit-tħejjija tal-ispazju għal inkwilini ġodda.

    Għal proprjetà kompluta iżda mhux stabbilizzata (komponent tas-subfattur)

    Il-flussi tal-flus miksuba mill-attività tal-kiri, pereżempju miksuba minn sħubija pubblika privata, jilħqu jew jeċċedu l-flussi tal-flus mistennija użati fil-valwazzjoni tal-proprjetà. Dan il-proġett għandu jikseb l-istabbilizzazzjoni fil-futur qarib.

    Il-flussi tal-flus miksuba mill-attività tal-kiri, pereżempju miksuba minn sħubija pubblika privata, jilħqu jew jeċċedu l-flussi tal-flus mistennija użati fil-valwazzjoni tal-proprjetà. Dan il-proġett għandu jikseb l-istabbilizzazzjoni fil-futur qarib.

    Il-parti l-kbira tal-flussi tal-flus miksuba mill-attività tal-kiri jilħqu l-flussi tal-flus mistennija użati fil-valwazzjoni tal-proprjetà, iżda l-istabbilizzazzjoni se ddum biex isseħħ.

    Il-flussi tal-flus miksuba mill-attività tal-kiri ma jilħqux il-flussi tal-flus mistennija użati fil-valwazzjoni tal-proprjetà. Minkejja li ntlaħqet ir-rata ta’ okkupazzjoni, il-kopertura tal-flus tal-flus hija stretta minħabba dħul diżappuntanti.

    Għall-fażi tal-kostruzzjoni (il-komponent tas-subfattur)

    Il-proprjetà hija mogħtija b’lokazzjoni kompletament minn qabel permezz tat-terminu tas-self (5) jew mibjugħa minn qabel lil xerrej b’affidabbiltà kreditizja għolja, jew il-bank ikollu impenn vinkolanti għal finanzjament “take-out” mingħand inkwilin jew xerrej b’affidabbiltà kreditizja għolja, pereżempju permezz ta’ sħubija pubblika privata.

    Il-proprjetà hija mogħtija b’lokazzjoni jew mibjugħa kompletament minn qabel lil inkwilin jew xerrej b’affidabbiltà kreditizja, jew il-bank ikollu impenn vinkolanti għall-finanzjament permanenti ta’ inkwilin b’affidabbiltà kreditizja, pereżempju permezz ta’ sħubija pubblika privata.

    L-attività tal-kiri tkun fil-limiti tal-projezzjonijiet iżda l-binja tista’ ma tingħatax b’lokazzjoni minn qabel u jista’ ma jkunx hemm finanzjament “take-out”. Il-bank jista’ jkun is-sellief permanenti.

    Il-proprjetà tkun qiegħda tiddeterjora minħabba kostijiet żejda, id-deterjorament tas-suq, kanċellazzjonijiet minn inkwilin jew fatturi oħra. Jista’ jkun hemm tilwima mal-parti li tipprovdi finanzjament permanenti.

    Fattur: l-ambjent politiku u ġuridiku

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: riskji legali u regolatorji

    Ġuriżdizzjoni favorevoli ħafna għar-ripussess u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti.

    Ġuriżdizzjoni ġeneralment favorevoli għar-ripussess u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti.

    Ġuriżdizzjoni ġeneralment favorevoli għar-ripussess u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti, iżda r-ripussess jista’ jdum u/jew ikun diffiċli.

    Ambjent ġuridiku u regolatorju batut jew instabbli. Ġuriżdizzjoni li tista’ tieħu r-ripussess u teżegwixxi kuntratti twal jew impossibbli.

    (b)

    Subfattur: riskju politiku, fosthom it-trasferiment tar-riskju, meta jitqies it-tip tal-proprjetà u l-mitiganti tal-proġett

    Skopertura baxxa ħafna; strumenti ta’ mitigazzjoni sodi, jekk meħtieġa

    Skopertura baxxa; strumenti ta’ mitigazzjoni sodisfaċenti, jekk meħtieġa

    Skopertura moderata; strumenti ta’ mitigazzjoni ekwi

    Skopertura għolja; ebda strument ta’ mitigazzjoni jew strumenti dgħajfa

    Fattur: karatteristiċi tal-ass/tat-tranżazzjoni

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: lokalità

    Proprjetà li tinsab f’lokalità mixtieqa ħafna li jkun konvenjenti għas-servizzi mixtieqa mill-inkwilini.

    Proprjetà li tnsab f’lokalità mixtieqa li tkun konvenjenti għas-servizzi mixtieqa mill-inkwilini.

    Il-lokalità tal-proprjetà ma jkollhiex vantaġġ kompetittiv.

    Il-proprjetà tinsab f’lokalità mhux mixtieqa.

    (b)

    Subfattur: disinn u kundizzjoni

    Proprjetà favorita minħabba d-disinn, il-konfigurazzjoni, u l-manutenzjoni tagħha, u tkun tikkompeti tajjeb ħafna ma’ proprjetajiet ġodda.

    Proprjetà adegwata b’rabta mad-disinn, il-konfigurazzjoni u l-manutenzjoni tagħha. Id-disinn u l-kapaċitajiet tal-proprjetà jikkompeti ma’ dawk ta’ proprjetajiet ġodda.

    Proprjetà adegwata b’rabta mal-konfigurazzjoni, id-disinn u l-manutenzjoni tagħha.

    Il-konfigurazzjoni, id-disinn u l-manutenzjoni tal-proprjetà kkontribwew għad-diffikultajiet tal-proprjetà. Jeżistu dgħufijiet fil-konfigurazzjoni, fid-disinn jew fil-manutenzjoni tal-proprjetà.

    (c)

    Subfattur: proprjetà li għadha qed tinbena

    Baġit tal-kostruzzjoni konservattiv u perikli tekniċi limitati. Kuntratturi kwalifikati ħafna u pożizzjoni kreditizja tajba ħafna.

    Baġit tal-kostruzzjoni konservattiv u perikli tekniċi limitati. Kuntratturi kwalifikati ħafna u b’pożizzjoni kreditizja tajba.

    Baġit tal-kostruzzjoni adegwat u kuntratturi li normalment ikunu kwalifikati u b’pożizzjoni kreditizja medja.

    Proġett li qed jaqbeż il-baġit stabbilit jew mhux realistiku minħabba l-perikli tekniċi tiegħu. Kuntratturi li jistgħu ma jkunx kwalifikati biżżejjed u b’pożizzjoni kreditizja baxxa.

    (d)

    Subfattur: l-istruttura finanzjarja:

     

     

     

     

    Skeda tal-ammortizzament (komponent tas-subfattur)

    Ammortizzament tad-dejn mingħajr rimborż b’saldu uniku

    Ammortizzament tad-dejn b’ebda rimborż b’saldu uniku jew b’wieħed insinifikanti

    Ammortizzament tad-dejn b’ebda rimborż b’saldu uniku limitat

    Rimborż b’saldu uniku jew ammortizzament tar-rimborż tad-dejn b’rimborż b’saldu uniku għoli

    Riskju tas-suq/taċ-ċiklu u ta’ rifinanzjament (komponent tas-subfattur)

    Ma hemm l-ebda skopertura jew skopertura limitata għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self u ma jkun hemm ebda dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn.

    Ma hemm ebda riskju ta’ rifinanzjament jew riskju baxx ħafna.

    L-iskopertura għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu hija limitata billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self u ma jkun hemm ebda dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn.

    Hemm riskju ta’ rifinanzjament baxx.

    L-iskopertura għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu hija moderata billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self jew ikun hemm dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn.

    Riskju ta’ rifinanzjament medju.

    Hemm skopertura sinifikanti għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self jew ikun hemm dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn.

    Riskju għoli ta’ rifinanzjament.

    Fattur: is-solidità tal-isponsor/tal-iżviluppatur (fosthom kwalunkwe sħubija pubblika privata)

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: kapaċità finanzjarja u rieda li l-proġett jiġi appoġġat.

    L-isponsor/l-iżviluppatur ikun għamel kontribuzzjoni sostanzjali ta’ flus għall-kostruzzjoni jew ix-xiri tal-proprjetà. L-isponsor/l-iżviluppatur ikollu riżorsi sostanzjali u obbligazzjonijiet diretti u kontinġenti limitati. Il-proprjetajiet ta’ isponsor/l-iżviluppatur ikunu diversifikati ġeografikament kif ukoll fir-rigward tat-tip.

    L-isponsor/l-iżviluppatur ikun għamel kontribuzzjoni materjali ta’ flus għall-kostruzzjoni jew ix-xiri tal-proprjetà. Il-kundizzjoni finanzjarja tal-isponsor/l-iżviluppatur tippermettilu jappoġġa l-proprjetà fil-każ ta’ tnaqqis fil-fluss tal-flus. Il-proprjetajiet tal-isponsor/l-iżviluppatur ikunu jinsabu f’diversi reġjuni ġeografiċi.

    Il-kontribuzzjoni tal-isponsor/l-żviluppatur tista’ immaterjali jew mhux fi flus. L-isponsor/l-iżviluppatur ikollu riżorsi finanzjarji bejn medji għal taħt il-medja.

    L-isponsor/l-iżviluppatur ma jkollux kapaċità jew rieda li jappoġġa l-proprjetà.

    (b)

    Subfattur: ir-reputazzjoni u rekord bi proprjetajiet simili.

    Maniġment ta’ esperjenza u kwalità għola tal-isponsor; reputazzjoni soda u twila u rekord ta’ suċċess bi proprjetajiet simili

    Maniġment u sponsor ta’ kwalità adegwata. L-isponsor jew il-maniġment ikollhom rekord ta’ suċċess bi proprjetajiet simili.

    Maniġment u sponsor ta’ kwalità moderata. Rekord tal-maniġment jew tal-isponsor li ma jqajjem ebda tħassib serju.

    Maniġment mhux effettiv u sponsor ta’ kwalità inferjuri. Diffikultajiet tal-maniġment u tal-isponsor ikkontribwew għal diffikultajiet fl-immaniġġjar tal-proprjetajiet fil-passat.

    (c)

    Subfattur: relazzjoni ma’ atturi rilevanti tal-proprjetà immobbli

    Relazzjonijiet sodi ma’ atturi ewlenin bħal aġenti tal-kiri

    Relazzjonijiet ipprovati ma’ atturi ewlenin bħal aġenti tal-kiri

    Relazzjonijiet adegwati ma’ aġenti tal-kiri u ma’ partijiet oħra li jipprovdi servizzi importanti ta’ proprjetà immobbli

    Relazzjonijiet ħżiena ma’ aġenti tal-kiri u/jew ma’ partijiet oħra li jipprovdi servizzi importanti ta’ proprjetà immobbli

    Fattur: pakkett tas-sigurtà

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: in-natura tar-rahan

    L-ewwel rahan ipperfezzjonat (6)

    L-ewwel rahan ipperfezzjonat

    L-ewwel rahan ipperfezzjonat

    Il-kapaċità tas-sellief li jipprekludi tkun limitata.

    (b)

    Subfattur: assenjazzjoni ta’ kirjiet

    Is-sellief ikun kiseb assenjazzjoni għall-maġġoranza tal-kirjiet. Ikollhom informazzjoni attwali dwar l-inkwilin li tiffaċilita l-avżar ta’ kirjiet tal-proġett direttament lis-sellief, bħall-pagament tal-kirja u kopji tal-lokazzjonijiet tal-proġett.

    Is-sellief ikun kiseb assenjament għal parti sinifikanti tal-kirjiet. Ikollhom informazzjoni attwali dwar l-inkwilini li tiffaċilita l-avżar lill-inkwilini dwar il-kirjiet tal-proġett direttament lis-sellief, bħall-pagament tal-kirja u kopji tal-lokazzjonijiet tal-proġett.

    Is-sellief ikun kiseb assenjazzjoni għal parti relattivament żgħira tal-kirja. Is-sellief ma jkunx żamm informazzjoni attwali dwar l-inkwilin li jiffaċilita l-avżar lill-inkwilini dwar il-kirjiet tal-proġett direttament lis-sellief, bħall-pagament tal-kirja u kopji tal-lokazzjonijiet tal-proġett.

    Is-sellief ma tkunx kisbet assenjament ta’ lokazzjonijiet.

    (c)

    Subfattur: il-Kwalità tal-kopertura tal-assigurazzjoni

    Kwalità tajba ħafna

    Kwalità tajba

    Kwalità adegwata

    Kwalità inferjuri


    (1)  Il-Proporzjon tal-Kopertura tas-Servizz tad-Dejn (“DSCR”) jirreferi għall-proporzjon tal-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn li jista’ jiġi ġġenerat mill-assi għar-rimborż meħtieġ tal-kapital u l-pagament tal-imgħax matul il-ħajja tas-self, meta l-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn ikun ikkalkolat billi jitnaqqsu n-nefqa operazzjonali, in-nefqa kapitali, il-finanzjament tad-dejn u tal-ekwità, it-taxxi u l-aġġustamenti tal-kapital operatorju mid-dħul iġġenerat mill-proġett.

    (2)  Il-Proporzjon tal-Kopertura tal-Imgħax (“ICR”) jirreferi għall-proporzjon tal-fluss tal-flus għas-servizz tad-dejn li jista’ jiġi ġġenerat mill-assi għar-rimborż meħtieġ tal-pagament tal-imgħax matul il-ħajja tas-self, meta l-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn jiġi kkalkolat billi jitnaqqsu n-nefqa operazzjonali, in-nefqa kapitali, il-finanzjament tad-dejn u tal-ekwità, it-taxxi u l-aġġustamenti tal-kapital operatorju mid-dħul iġġenerat mill-proġett.

    (3)  Il-proporzjon bejn is-Self u l-Valur (“LTV”) jirreferi għall-proporzjon tal-ammont tas-self fil-konfront tal-valur tar-rahan tal-assijiet.

    (4)  It-terminu ta’ self jirreferi għall-ammont ta’ żmien li jkun għad fadal għar-rimborż tas-self.

    (5)  It-terminu ta’ self jirreferi għall-ammont ta’ żmien li jkun għad fadal għar-rimborż tas-self.

    (6)  Selliefa f’xi swieq jużaw biss strutturi ta’ self li jinkludu rahan inferjuri. Rahan inferjuri jista’ jkun indikattiv ta’ dan il-livell ta’riskju jekk l-LTV inklużiv totali tal-pożizzjonijiet għolja kollha ma jkunx jeċċedi l-ewwel self LTV tipiku.


    ANNESS III

    Kriterji ta’ valutazzjoni għall-iskoperturi tal-finanzjament ta’ oġġetti (“object finance”)

     

    Kategorija 1

    Kategorija 2

    Kategorija 3

    Kategorija 4

    Fattur: is-solidità finanzjarja

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: kundizzjonijiet tas-suq

    Domanda li hija qawwija u qed tiżdied, ostakli kbar għad-dħul, sensittività baxxa għall-bidliet fit-teknoloġija u għall-perspettiva ekonomika.

    Domanda soda u stabbli. Xi ostakli għad-dħul, element ta’ sensittività għat-tibdil fit-teknoloġija u għall-perspettiva ekonomika.

    Domanda li hija adegwata u stabbli, ostakli limitati għad-dħul, sensittività sinifikanti għall-bidliet fit-teknoloġija u għall-perspettiva ekonomika.

    Domanda dgħajfa u li qed tonqos, vulnerabbli għat-tibdil fit-teknoloġija u għall-perspettiva ekonomika, ambjent inċert ħafna.

    (b)

    Subfattur: proporzjonijiet finanzjarji, jiġifieri d-DSCR (1) jew l-ICR (2)

    Proporzjonijiet finanzjarji sodi li jqisu t-tip tal-assi. Suppożizzjonijiet ekonomiċi robusti ħafna.

    Proporzjonijiet finanzjarji minn sodi sa aċċettabbli li jqisu t-tip tal-assi. Suppożizzjonijiet ekonomiċi robusti tal-proġett.

    Proporzjonijiet finanzjarji standard għat-tip tal-assi

    Proporzjonijiet finanzjarji aggressivi li jqisu t-tip tal-assi

    (c)

    Subfattur: proporzjon avvanzat, jiġifieri l-proporzjoni bejn is-self u l-valur (LTV (3))

    Proporzjonijiet finanzjarji b’saħħithom li jqisu t-tip tal-assi

    Proporzjonijiet LTV minn qawwija sa tajbin li jqisu t-tip tal-assi

    Proporzjonijiet LTV standard għat-tip tal-assi

    Proporzjonijiet LTV aggressivi li jqisu t-tip tal-assi

    (d)

    Subfattur: analiżi tal-istress abbażi tal-introjtu li jiġi ġġenerat matul it-terminu tas-self (4)

    Dħul stabbli fit-tul, kapaċi li jiflaħ għal kundizzjonijiet ta’ stress sever ta’ ċiklu ekonomiku

    Dħul sodisfaċenti fuq terminu qasir ta’ żmien. Self li jkun jiflaħ element ta’ diffikultajiet finanzjarji. L-inadempjenza x’aktarx li sseħħ biss taħt kundizzjonijiet ekonomiċi severi

    Dħul inċert fuq terminu qasir ta’ żmien. Flussi tal-flus li huma vulnerabbli għal stress li ma jkunx komuni f’ċiklu ekonomiku. Is-selfa tista’ tkun inadempjenti fi tnaqqis fir-ritmu ekonomiku

    Dħul suġġett għal inċertezza soda; l-assi jista’ jisfa inadempjenti anke f’kundizzjonijiet ekonomiċi normali, sakemm il-kundizzjonijiet ma jitjibux

    (e)

    Subfattur: il-likwidità tas-suq

    Suq strutturat fuq bażi dinjija; assi likwidi ħafna.

    Suq dinji jew reġjonali; assi relattivament likwidi.

    Suq reġjonali bi prospetti limitati fuq żmien qasir, li jimplika anqas likwidità.

    Suq lokali u/jew viżibbiltà baxxa. Likwidità baxxa jew ebda likwidità, partikolari fi swieq speċjalizzati.

    Fattur: l-ambjent politiku u ġuridiku

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: riskji legali u regolatorji

    Ġuriżdizzjoni favorevoli għar-ripussess u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti.

    Ġuriżdizzjoni favorevoli għar-ripussess u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti.

    Ġuriżdizzjoni ġeneralment favorevoli ir-ripussess u l-eżekuzzjoni tal-kuntratti, anke jekk ir-ripussess jista’ jdum u/jew ikun diffiċli.

    Ambjent ġuridiku u regolatorju batut jew instabbli. Ġuriżdizzjoni li tista’ tieħu r-ripussess u teżegwixxi kuntratti twal jew impossibbli.

    (b)

    Subfattur: riskju politiku, fosthom it-trasferiment tar-riskju, meta jitqies it-tip ta’ oġġett u l-mitiganti

    Skopertura baxxa ħafna; strumenti ta’ mitigazzjoni sodi, jekk meħtieġa

    Skopertura baxxa; strumenti ta’ mitigazzjoni sodisfaċenti, jekk meħtieġa

    Skopertura moderata; strumenti ta’ mitigazzjoni ekwi

    Skopertura għolja; ebda strument ta’ mitigazzjoni jew strumenti dgħajfa

    Fattur: karatteristiki tat-tranżazzjoni

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: skeda ta’ ammortizzament

    Ammortizzament tad-dejn mingħajr rimborż b’saldu uniku

    Ammortizzament tad-dejn b’ebda rimborż b’saldu uniku jew b’wieħed insinifikanti

    Ammortizzament tad-dejn b’ebda rimborż b’saldu uniku limitat

    Rimborż b’saldu uniku jew ammortizzament tar-rimborż tad-dejn b’rimborż b’saldu uniku għoli

    (b)

    Subfattur: suq/ċiklu u riskju ta’ rifinanzjament

    Ma hemm l-ebda skopertura jew skopertura limitata għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self (5) u ma jkun hemm ebda dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn.

    Ma hemm ebda riskju ta’ rifinanzjament jew riskju baxx ħafna.

    L-iskopertura għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu hija limitata billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self u ma jkun hemm ebda dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn.

    Hemm riskju ta’ rifinanzjament baxx.

    L-iskopertura għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu hija moderata billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self jew ikun hemm dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn.

    Riskju ta’ rifinanzjament medju.

    Hemm skopertura sinifikanti għal riskju tas-suq jew riskju taċ-ċiklu billi l-flussi tal-flus mistennija jkopru r-rimborżi tas-self kollha tal-futur matul it-terminu tas-self jew ikun hemm dewmien sinifikanti bejn il-flussi tal-flus u r-rimborżi tad-dejn.

    Riskju għoli ta’ rifinanzjament.

    (c)

    Subfattur: riskju operazzjonali

     

     

     

     

    Permessi/liċenzjar (komponent tas-subfattur)

    Il-permessi kollha nkisbu; assijiet li jissodisfaw ir-regolamenti ta’ sikurezza attwali u dawk prevedibbli.

    Permessi kollha miksuba jew fil-proċess li jinkisbu; assijiet li jissodisfaw ir-regolamenti ta’ sikurezza attwali u dawk prevedibbli.

    Il-parti l-kbira tal-permessi miksuba jew fil-proċess li jinkisbu, dawk pendenti meqjusa bħala normali, assijiet li jissodisfaw ir-regolament attwali dwar is-sikurezza.

    Problemi biex jinkisbu l-permessi kollha meħtieġa, parti mill-konfigurazzjoni ppjanata u/jew l-operazzjonijiet ippjanati jista’ jkollhom jiġu riveduti.

    Ambitu u natura tal-kuntratti O&M (komponent tas-subfattur)

    Kuntratt O&M sod fuq żmien qasir (6), preferibbilment b’inċentivi kuntrattwali dwar il-prestazzjoni, u/jew kontijiet riżerva O&M (jekk meħtieġa)

    Kuntatt O&M fit-tul, u/jew kontijiet ta’ riżerva O&M (7) (jekk meħtieġa)

    Kuntratt O&M limitat jew kont ta’ riżerva O&M (jekk meħtieġ)

    Ebda kuntratt O&M: riskju li l-kostijiet operazzjonali jaqbżu l-mitiganti

    Is-solidità finanzjarja u r-rekord tal-operatur finanzjarju biex jimmaniġġja t-tip tal-ass u l-kapaċità li l-assi jerġgħu jitpoġġew fis-suq meta tispiċċa l-lokazzjoni (komponent tas-subfattur)

    Rekord eċċellenti u kapaċità soda li jerġgħu jitpoġġew fis-suq

    Rekord sodisfaċenti u kapaċità li jerġgħu jitpoġġew fis-suq

    Rekord dgħajjef jew qasir u kapaċità inċerta li jerġgħu jitpoġġew fis-suq

    Ebda rekord jew rekord mhux magħruf u inkapaċità li l-assijiet jerġgħu jitpoġġew fis-suq

    Fattur: il-karatteristiċi tal-assijiet

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: konfigurazzjoni, daqs, disinn u manutenzjoni (jiġifieri ż-żmien, id-daqs ta’ pjan) meta mqabbel ma’ assijiet oħrajn fl-istess suq

    Vantaġġ sod fid-disinn u l-manutenzjoni. Konfigurazzjoni standard b’tali mod li l-oġġett jissodisfa suq likwidu.

    Disinn u manutenzjoni aħjar mill-medja. Konfigurazzjoni standard, forsi b’eċċezzjonijiet limitati ħafna — b’tali mod li l-oġġett jissodisfa suq likwidu

    Disinn u manutenzjoni medji. Konfigurazzjoni kemxejn speċifika, u għaldaqstant tista’ tikkaġuna suq aktar limitat għall-oġġett.

    Disinn u manutenzjoni agħar mill-medja. Assi qiegħed joqrob tmiem il-ħajja ekonomika tiegħu. Konfigurazzjoni speċifika ħafna; is-suq għall-oġġett huwa limitat ħafna.

    (b)

    Subfattur: valur tar-rivendita

    Il-valur attwali tar-rivendita huwa ferma ogħla mill-valur tad-dejn.

    Il-valur tar-rivendita huwa moderatament ogħla mill-valur tad-dejn.

    Il-valur tar-rivendita huwa kemxejn ogħla mill-valur tad-dejn.

    Il-valur tar-rivendita huwa anqas mill-valur tad-dejn.

    (c)

    Subfattur: is-sensittività tal-valur tal-assi u l-likwidità għaċ-ċikli ekonomiċi

    Il-valur tal-assi u l-likwidità huma relattivament insensittivi għaċ-ċikli ekonomiċi.

    Il-valur tal-assi u l-likwidità huma sensittivi għaċ-ċikli ekonomiċi.

    Il-valur tal-assi u l-likwidità huma pjuttost sensittivi għaċ-ċikli ekonomiċi.

    Il-valur tal-assi u l-likwidità huma sensittivi ħafna għaċ-ċikli ekonomiċi.

    Fattur: is-solidità tal-isponsor (inkluża sħubija pubblika privata)

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: ir-rekord u s-solidità finanzjarja tal-isponsors

    Sponsors b’rekord eċċellenti u b’pożizzjoni finanzjarja tajba ħafna

    Sponsors b’rekord tajjeb u pożizzjoni finanzjarja tajba

    Sponsors b’rekord adegwat u pożizzjoni finanzjarja tajba

    Sponsors mingħajr rekord jew b’rekord dubbjuż u/jew dgħufijiet finanzjarji

    Fattur: il-pakkett tas-sigurtà

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: kontroll tal-assi

    Dokumentazzjoni legali li tipprovdi lis-sellief kontroll effettiv (pereż. L-ewwel interess ta’ garanzija pperfezzjonat (8), jew struttura ta’ kiri fosthom tali garanzija) tal-assi, jew tal-kumpanija sidu.

    Dokumentazzjoni legali li tipprovdi lis-sellief kontroll effettiv (pereż. interess ta’ garanzija pperfezzjonat, jew struttura tal-kiri li tinkludi tali garanzija) tal-assi, jew tal-kumpanija sidu.

    Dokumentazzjoni legali li tipprovdi lis-sellief kontroll effettiv (pereż. interess ta’ garanzija pperfezzjonat, jew struttura tal-kiri li tinkludi tali garanzija) tal-assi, jew tal-kumpanija sidu.

    Il-kuntratt ftit li xejn jipprovdi garanzija lis-sellief u jagħti lok għal element ta’ riskju li jintilef il-kontroll tal-assi.

    (b)

    Subfattur: id-drittijiet u l-mezzi għad-dispożizzjoni tas-sellief biex isegwi l-post u l-kundizzjoni tal-assi

    Is-sellief kapaċi jsegwi l-kiri u l-kundizzjoni tal-assi, fi kwalunkwe ħin u post (rapporti regolari, possibbiltà li jagħmel spezzjonijiet).

    Is-sellief kapaċi jsegwi l-kiri u l-kundizzjoni tal-assi, fi kważi kull ħin u post.

    Is-sellief kapaċi jsegwi l-kiri u l-kundizzjoni tal-assi, fi kważi kull ħin u post.

    Il-kapaċità tas-sellief li jsegwi l-kiri u l-kundizzjoni tal-assi hija limitata.

    (c)

    Subfattur: assigurazzjoni kontra danni

    Kopertura tal-assigurazzjoni soda inkluż ħsara kollaterali ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni tal-aħjar kwalità

    Kopertura tal-assigurazzjoni sodisfaċenti (li ma tinkludix ħsara kollaterali) ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni ta’ kwalità tajba

    Kopertura tal-assigurazzjoni adegwata (li ma tinkludix ħsara kollaterali) ma’ assigurazzjoni ta’ kwalità aċċettabbli

    Kopertura tal-assigurazzjoni dgħajfa (li ma tinkludix ħsara kollaterali) jew ma’ assigurazzjoni ta’ kwalità dgħajfa


    (1)  Il-Proporzjon tal-Kopertura tas-Servizz tad-Dejn (“DSCR”) jirreferi għall-proporzjon tal-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn li jista’ jiġi ġġenerat mill-assi għar-rimborż meħtieġ tal-kapital u l-pagament tal-imgħax matul il-ħajja tas-self, fejn il-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqsu n-nefqa operazzjonali, in-nefqa kapitali, il-finanzjament tad-dejn u tal-ekwità, it-taxxi u l-aġġustamenti tal-kapital operatorju mid-dħul iġġenerat mill-proġett.

    (2)  Il-Proporzjon tal-Kopertura tal-Imgħax (“ICR”) jirreferi għall-proporzjoni tal-fluss tal-flus għas-servizz tad-dejn li jista’ jiġi ġġenerat mill-assi għar-rimborż meħtieġ tal-pagament tal-imgħax matul il-ħajja tas-self, meta l-fluss tal-flus disponibbli għas-servizz tad-dejn għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqsu n-nefqa operazzjonali, in-nefqa kapitali, il-finanzjament tad-dejn u tal-ekwità, it-taxxi u l-aġġustamenti tal-kapital operatorju mid-dħul iġġenerat mill-proġett.

    (3)  Il-proporzjon bejn is-Self u l-Valur (“LTV”) jirreferi għall-proporzjon tal-ammont tas-self fil-konfront tal-valur tar-rahan tal-assijiet.

    (4)  It-terminu ta’ self jirreferi għall-ammont ta’ żmien li jkun għad fadal għar-rimborż tas-self.

    (5)  It-terminu ta’ self jirreferi għall-ammont ta’ żmien li jkun għad fadal għar-rimborż tas-self.

    (6)  Kuntratt ta’ Operazzjoni u Manutenzjoni (“O & M”) jirreferi għal kuntratt bejn l-iżviluppatur u l-operatur. L-iżviluppatur jiddelega l-operazzjoni, il-manutenzjoni u, sikwit, il-ġestjoni tal-prestazzjoni tal-proġett lil operatur b’għarfien espert fl-industrija skont it-termini tal-kuntratt O & M (jiġifieri l-iskop, it-terminu, ir-responsabbiltà tal-operatur, it-tariffi, u d-danni likwidati).

    (7)  Kont ta’ riżerva O&M jirreferi għal fond li fih jiġu depożitati flus biex jintużaw għall-finijiet li jitħallsu l-kostijiet tal-operazzjoni u l-manutenzjoni tal-proġett.

    (8)  L-ewwel interess ta’ garanzija pperfezzjonat jirreferi għall-interess ta’ garanzija f’assi (ipotekat bħala kollateral) li jkun protett minn pretensjonijiet min-naħa ta’ partijiet oħra. Rahan jiġi pperfezzjonat billi jiġi rreġistrat għand awtorità statutorja biex isir eżegwibbli legalment u kwalunkwe pretensjoni sussegwenti għal dawk l-assi tingħata status inferjuri.


    ANNESS IV

    Kriterji ta’ valutazzjoni għall-iskoperturi tal-finanzjament ta’ komoditajiet

     

    Kategorija 1

    Kategorija 2

    Kategorija 3

    Kategorija 4

    Fattur: is-sodezza finanzjarja

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: livell ta’ sovrakollateralizzazzjoni tan-negozju

    Qawwi

    Tajjeb

    Sodisfaċenti

    Dgħajjef

    Fattur: l-ambjent politiku u ġuridiku

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: ir-riskju għal pajjiż

    L-ebda riskju għal pajjiż

    Skopertura limitata għar-riskju għal pajjiż (partikolarment, riżervi li jkunu jinsabu offshore f’pajjiż emerġenti)

    Skopertura għar-riskju għal pajjiż (partikolarment, riżervi li jkunu jinsabu offshore f’pajjiż emerġenti)

    Skopertura soda għar-riskju għal pajjiż (partikolarment, riżervi interni f’pajjiż emerġenti)

    (b)

    Subfattur: mitigazzjoni tar-riskju għal pajjiż

    Mitigazzjoni soda ħafna:

    Mekkaniżmi offshore sodi

    Xerrej tal-1el klassi ta’ komodità strateġika

    Mitigazzjoni soda:

    Mekkaniżmi offshore

    Xerrej sod ta’ komodità strateġika

    Mitigazzjoni aċċettabbli:

    Mekkaniżmi offshore

    Xerrej aċċettabbli ta’ komodità anqas strateġika

    Mitigazzjoni parzjali biss:

    Ebda mekkaniżmu offshore

    Xerrej dgħajjef ta’ komodità mhux strateġika

    Fattur: karatteristiċi tal-assijiet

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: il-likwidità u s-suxxettibbiltà għad-danni

    Komodità kkwotata u tista’ tiġi ħħeġġjata permezz ta’ futuri jew strumenti OTC. Komodità mhux suxxettibbli għal dannu.

    Komodità kkwotata u tista’ tiġi ħħeġġjata permezz ta’ strumenti OTC. Komodità mhux suxxettibbli għal dannu.

    Komodità mhux kkwotata iżda likwida. Hemm inċertezza dwar il-possibbiltà ta’ ħħeġġjar. Komodità mhux suxxettibbli għal dannu.

    Komodità mhux ikkwotata. Likwidità limitata meta jitqies id-daqs u l-profondità tas-suq. L-ebda strument ta’ ħħeġġjar xieraq. Komodità suxxettibbli għal dannu.

    Fattur: is-solidità tal-isponsor (inkluża sħubija pubblika privata)

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: is-solidità finanzjarja tal-kummerċjant

    Soda ħafna, fir-rigward tal-filosofija u r-riskji kummerċjali

    Qawwija

    Adegwata

    Dgħajfa

    (b)

    Subfattur: rekord, fosthom il-kapaċità tal-immaniġġjar tal-proċess loġistiku

    Esperjenza estensiva bit-tip ta’ tranżazzjoni inkwistjoni. Rekord sod ta’ suċċess operazzjonali u kosteffiċjenza.

    Esperjenza suffiċjenti bit-tip ta’ tranżazzjoni inkwistjoni. Rekord aqwa mill-medja ta’ suċċess operazzjonali u kosteffiċjenza.

    Esperjenza limitata bit-tip ta’ tranżazzjoni inkwistjoni. Rekord medju ta’ suċċess operazzjonali u kosteffiċjenza.

    Rekord limitat jew inċert inġenerali. Kostijiet u profitti volatili.

    (c)

    Subfattur: kontrolli kummerċjali u politiki ta’ ħħeġġjar

    Standards sodi għall-għażla, l-iħħeġġjar u l-monitoraġġ tal-kontroparti

    Standards xierqa għall-għażla, l-iħħeġġjar u l-monitoraġġ tal-kontroparti

    Il-ftehimiet fil-passat ma esperjenzaw l-ebda problema jew problemi minuri

    Il-kummerċjant esperjenza telf sinifikanti f’ftehimiet fil-passat

    (d)

    Subfattur: il-kwalità tad-divulgazzjoni finanzjarja

    Eċċellenti

    Tajjeb

    Sodisfaċenti

    Id-divulgazzjoni finanzjarja fiha xi inċertezzi jew hija insuffiċjenti

    Fattur: il-pakkett tas-sigurtà

     

     

     

     

    (a)

    Subfattur: kontroll tal-assi

    L-ewwel interess ta’ garanzija pperfezzjonat  (1) jipprovdi lis-sellief bil-kontroll legali tal-assi fi kwalunkwe żmien jekk meħtieġ.

    L-ewwel interess ta’ garanzija pperfezzjonat jipprovdi lis-sellief bil-kontroll legali tal-assi fi kwalunkwe żmien jekk meħtieġ.

    F’ċertu punt fil-proċess ikun hemm qasma fil-kontroll tal-assi mis-sellief. Il-qasma hija mmitigata mill-għarfien tal-proċess kummerċjali jew minn parti terza skont kif ikun il-każ.

    Il-kuntratt jagħti lok għal xi riskju li jintilef il-kontroll tal-assi. L-irkupru jista’ jiġi pperikolat.

    (b)

    Subfattur: l-assigurazzjoni kontra d-danni

    Kopertura tal-assigurazzjoni soda inkluż danni kollaterali ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni tal-aħjar kwalità

    Kopertura tal-assigurazzjoni sodisfaċenti (li ma tinkludix danni kollaterali) ma’ kumpaniji tal-assigurazzjoni ta’ kwalità tajba

    Kopertura ta’ assigurazzjoni adegwata (li ma tinkludix danni kollaterali) ma’ kumpaniji ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità aċċettabbli

    Kopertura tal-assigurazzjoni dgħajfa (li ma tinkludix danni kollaterali) jew ma’ kumpaniji ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità dgħajfa


    (1)  L-ewwel interess ta’ garanzija pperfezzjonat jirreferi għall-interess ta’ garanzija f’assi (ipotekat bħala kollateral) li jkun protett minn pretensjonijiet min-naħa ta’ partijiet oħra. Rahan jiġi pperfezzjonat billi jiġi rreġistrat għand awtorità statutorja biex isir eżegwibbli legalment u kwalunkwe pretensjoni sussegwenti għal dawk l-assi tingħata status inferjuri.


    Top