Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0093

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/93 tal-25 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni, tal-Gżejjer Faeroe, tan-Norveġja u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja

    C/2021/165

    ĠU L 31, 29.1.2021, p. 193–195 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/93/oj

    29.1.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 31/193


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/93

    tal-25 ta’ Jannar 2021

    li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni, tal-Gżejjer Faeroe, tan-Norveġja u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 għall-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2020.

    (2)

    Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni, tal-Gżejjer Faeroe, tan-Norveġja u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż, eżawrew il-kwota allokata għalihom għall-2020.

    (3)

    Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Eżawriment tal-kwota

    Il-kwota tas-sajd allokata għall-2020 lill-Polonja għall-istokk tal-aringa fl-ilmijiet tal-Unjoni, tal-Gżejjer Faeroe, tan-Norveġja u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2 imsemmija fl-Anness, għandha titqies li hija eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    1.   Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Polonja jew li huma rreġistrati f’dak il-pajjiż għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jsir tiftix għall-ħut, tfigħ, issettjar jew ġbid tal-irkaptu tas-sajd għall-finijiet tas-sajd ta’ dak l-istokk.

    2.   It-trasbord, iż-żamma abbord, l-ipproċessar abbord, it-trasferiment, it-tqegħid f’gaġeġ, is-simna u l-ħatt l-art ta’ ħut u ta’ prodotti tas-sajd minn dak l-istokk li jinqabdu minn dawk il-bastimenti għandhom jibqgħu awtorizzati għall-qabdiet meħuda qabel dik id-data.

    3.   Il-qabdiet mhux intenzjonati ta’ speċijiet minn dak l-istokk minn dawk il-bastimenti għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd, jiġu rreġistrati, jinħattu l-art u jinqatgħu mill-kwoti f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Jannar 2021.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President

    Virginijus SINKEVIČIUS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).


    ANNESS

    Nru

    33/TQ123

    Stat Membru

    Il-Polonja

    Stokk

    HER/1/2-

    Speċi

    Aringa (Clupea harengus)

    Żona

    L-ilmijiet tal-Unjoni, tal-Gżejjer Faeroe, tan-Norveġja u dawk internazzjonali taż-żoni 1 u 2

    Data tal-għeluq

    17.12.2020


    Top