This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0050
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/50 of 22 January 2021 authorising an extension of use and a change in the specifications of the novel food ‘2′-fucosyllactose/difucosyllactose mixture’ and amending Implementing Regulation (EU) 2017/2470 (Text with EEA relevance)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/50 tat-22 ta’ Jannar 2021 li jawtorizza estensjoni tal-użu u bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel il-ġdid “taħlita ta’ 2’-fukosillattożju/difukosillattożju” u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/50 tat-22 ta’ Jannar 2021 li jawtorizza estensjoni tal-użu u bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel il-ġdid “taħlita ta’ 2’-fukosillattożju/difukosillattożju” u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/284
ĠU L 23, 25.1.2021, p. 7–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 23/7 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/50
tat-22 ta’ Jannar 2021
li jawtorizza estensjoni tal-użu u bidla fl-ispeċifikazzjonijiet tal-ikel il-ġdid “taħlita ta’ 2’-fukosillattożju/difukosillattożju” u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat. |
(3) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1979 (3) awtorizza t-tqegħid fis-suq tat-taħlita ta’ 2’-fukosillattożju/difukosillattożju (“2’-FL/DFL”) bħala ikel ġdid. Għalhekk, it-2’-FL/DFL iddaħħlet fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid. |
(4) |
Fis-17 ta’ Marzu 2020, il-kumpanija Glycom A/S (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi estiż l-użu u biex jinbidlu l-ispeċifikazzjonijiet tat-2’ FL/DFL f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. L-applikant talab li jiġi estiż l-użu tat-2’ FL/DFL f’xarbiet magħmula bil-ħalib u fi prodotti simili maħsubin għat-tfal iż-żgħar f’livelli ta’ 1,2 g/L fil-prodott finali lest biex jiġi kkunsmat, ikkumerċjalizzat tali kwali jew rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur fl-użi awtorizzati. Barra minn hekk, l-applikant talab li tiġi prevista deskrizzjoni aktar ġenerika tal-proċess tal-produzzjoni tal-ikel il-ġdid, b’mod partikolari biex jitneħħa t-“tnixxif b’atomizzazzjoni” mid-deskrizzjoni tal-fażi finali tat-tnixxif fil-proċess tal-produzzjoni peress li jintużaw ukoll tekniki oħra, pereżempju, il-lijofilizzazzjoni; li jitneħħa t-terminu “amorfu” mid-deskrizzjoni tal-ikel il-ġdid fil-forma finali tiegħu peress li l-ikel il-ġdid huwa trab jew agglomerati, skont il-metodu ta’ tnixxif li jintuża; u, biex it-3-fukosillattożju, li hu wieħed mill-komponenti minuri tal-ikel il-ġdid, jiddaħħal mat-total tal-oligosakkaridi li minnhom huwa magħmul l-ikel il-ġdid, minflok ma jibqa’ inkluż mat-total tal-karboidrati minuri l-oħra fejn huwa elenkat bħalissa. |
(5) |
Il-bidliet mitluba fil-kundizzjonijiet tal-użu li jikkonċernaw l-estensjoni tal-użu tal-ikel il-ġdid f’xarbiet b’bażi ta’ ħalib u f’prodotti simili maħsuba għat-tfal żgħar, u fl-ispeċifikazzjonijiet li jikkonċernaw il-metodu tat-tnixxif u d-dehra tal-ikel il-ġdid, f’konformità mar-Regolament (UE) 2015/2283 kienu jagħmlu parti mill-applikazzjoni oriġinali għall-awtorizzazzjoni tat-2’-FL/DFL bħala ikel ġdid, li ġie vvalutat b’mod favorevoli mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjoni xjentifika tagħha “Safety of 2’ fucosyllactose/difucosyllactose mixture as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (4). Għaldaqstant il-Kummissjoni hija tal-fehma li ma hemmx ħtieġa li l-Awtorità tintalab opinjoni oħra. |
(6) |
It-talba li t-3-fukosillattożju jiddaħħal fit-total tal-oligosakkaridi li minnhom huwa magħmul l-ikel il-ġdid minflok fit-total tal-karboidrati minuri l-oħra fejn huwa elenkat bħalissa, ma kinitx inkluża fl-applikazzjoni oriġinali li kienet ġiet ivvalutata b’mod favorevoli mill-Awtorità. Dik l-applikazzjoni kienet tagħmel referenza għall-potenzjal li d-DFL jiġi idrolizzat biex jipproduċi t-3-fukosillattożju, li nstabu livelli baxxi tiegħu. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li fid-dawl tal-fatt li t-3-fukosillattożju jinsab fl-ikel il-ġdid biss f’livelli baxxi li huma inqas mil-livelli li jinsabu b’mod naturali fil-ħalib tal-bniedem, il-bidla fil-mod kif dan jiġi inkluż fl-ispeċifikazzjonijiet tat-2’-FL/DFL li ntalbet mhijiex mistennija li tbiddel l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem ta’ dan l-ikel il-ġdid awtorizzat. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li mhijiex meħtieġa opinjoni oħra tal-Awtorità. |
(7) |
Għalhekk jixraq li tiġi emendata l-lista tal-kundizzjonijiet tal-użu u tal-ispeċifikazzjonijiet tat-taħlita 2’-FL/DFL tal-Unjoni biex jiġi awtorizzat l-użu tagħha f’xarbiet magħmula bil-ħalib u f’prodotti simili maħsubin għat-tfal iż-żgħar b’livelli ta’ 1,2 g/L fil-prodott finali lest biex jiġi kkunsmat, ikkumerċjalizzat tali kwali jew rikostitwit skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, bl-użi awtorizzati; biex tiġi prevista deskrizzjoni ġenerika tal-proċess tal-produzzjoni għall-ikel il-ġdid, u biex jitneħħa t-“tnixxif b’atomizzazzjoni” mid-deskrizzjoni tal-aħħar pass tat-tnixxif fil-proċess tal-produzzjoni; biex jitneħħa t-terminu “amorfu” mid-deskirizzjoni tal-ikel il-ġdid, u biex jiddaħħal it-3-fukosillattożju fit-total tal-oligosakkaridi li minnhom hu magħmul l-ikel il-ġdid. |
(8) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-entrata fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/2283, li tirreferi għat-“taħlita ta’ 2’-Fukosillattożju/Difukosillattożju (‘2’-FL/DFL’)”, għandha tiġi emendata kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1979 tas-26 ta’ Novembru 2019 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tat-taħlita 2’-Fukosillattożju/Difukosillattożju bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (ĠU L 308, 29.11.2019, p. 62).
(4) EFSA Journal 2019; 17(6):5717.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat), jiżdiedu l-kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel il-ġdid “taħlita ta’ “2’-Fukosillattożju/Difukosillattożju (“2’-FL/DFL”) (sors mikrobjali)”: [OP, please insert in the MT version in the respective columns]:
|
(2) |
Fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), l-entrata għat-taħlita tat-2’-fukosillattożju/Difukosillattożju (“2’-FL/DFL”) (sors mikrobjali) tinbidel b’dan li ġej:
|
(*1) 2’-Fukosil-galattożju, Glukożju, Galattożju, Mannitol, Sorbitol, Galattitol, Trieżożju, Allo-lattożju u karboidrati oħra relatati strutturalment.”