EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021L0746

Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/746 tas-6 ta’ Mejju 2021 li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u ta’ speċijiet ta’ ħxejjex, u li temenda d-Direttiva 2003/90/KE fir-rigward ta’ ċerti ismijiet botaniċi ta’ pjanti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2021/3122

ĠU L 160, 7.5.2021, p. 94–103 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2021/746/oj

7.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 160/94


DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/746

tas-6 ta’ Mejju 2021

li temenda d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE fir-rigward tal-protokolli għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u ta’ speċijiet ta’ ħxejjex, u li temenda d-Direttiva 2003/90/KE fir-rigward ta’ ċerti ismijiet botaniċi ta’ pjanti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) u (b) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/90/KE (3) u 2003/91/KE (4) għandhom l-għan li jiżguraw li l-varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u ta’ speċijiet ta’ ħxejjex li l-Istati Membri jinkludu fil-katalgi nazzjonali tagħhom jikkonformaw mal-protokolli stabbiliti mill-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (Community Plant Variety Office/CPVO). B’mod partikolari, dawk id-Direttivi għandhom l-għan li jiżguraw konformità mar-regoli li jikkonċernaw il-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u mill-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċijiet ta’ pjanti agrikoli u ta’ ħxejjex. Għall-ispeċijiet mhux koperti mill-protokolli tas-CPVO, dawk id-Direttivi għandhom l-għan li jiżguraw konformità mal-linji gwida tal-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta’ Varjetajiet Ġodda tal-Pjanti (UPOV).

(2)

Is-CPVO u l-UPOV stabbilew protokolli u linji gwida ulterjuri u aġġornaw dawk eżistenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-piżelli, in-nevew, il-qoton, il-ħafur, it-timothy, il-mustarda kannella, il-brokkoli li qed inibbet, il-bżar, il-bettieħ, il-qaqoċċ, it-tadam, il-piżelli, l-ispinaċi u s-selvaġġ tat-tadam. Jenħtieġ li d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE jiġu adattati sabiex jirriflettu dawk l-iżviluppi.

(3)

Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/415 (5) emendat id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE (6) u 66/402/KEE (7) fir-rigward ta’ ċerti ismijiet botaniċi tal-qamħ taż-żwien iebes tal-ġeneru Festuca, tal-qamħ durum, tal-qamħ spelt, tas-sorgu u tal-ħaxix tas-Sudan sabiex tirrifletti l-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku. Jenħtieġ li d-Direttiva 2003/90/KE tiġi adattata skont dan biex tirrifletti dawk l-emendi.

(4)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE jiġu emendati skont dan.

(5)

Għal ċerti varjetajiet li ma ġewx aċċettati għall-inklużjoni fil-Katalgu Komuni tal-varjetajiet ta’ pjanti agrikoli jew ta’ speċijiet ta’ ħxejjex, inbdew l-eżamijiet uffiċjali qabel l-1 ta’ Jannar 2022 f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-protokolli tas-CPVO jew tal-linji gwida tal-UPOV elenkati fl-Anness rispettiv tad-Direttiva 2003/90/KE jew 2003/91/KE kif kienu qabel ma ġew emendati b’din id-Direttiva. Sabiex dawk l-eżamijiet ma jiġux imfixkla, jixraq li għal dawk l-eżamijiet l-Istati Membri japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE kif kienu qabel ma ġew emendati b’din id-Direttiva.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2003/90/KE

L-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE huma sostitwiti bit-test stipulat fil-parti A tal-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2003/91/KE

L-Annessi tad-Direttiva 2003/91/KE huma sostitwiti bit-test stipulat fil-parti B tal-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 3

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2021. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih. Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2022.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Miżuri tranżizzjonali

Għall-eżamijiet tal-varjetajiet mibdija qabel l-1 ta’ Jannar 2022, l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttivi 2003/90/KE u 2003/91/KE kif kienu qabel ma ġew emendati b’din id-Direttiva.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7).

(4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/91/KE tas-6 ta’ Ottubru 2003 li twaqqaf il-miżuri ta’ implimentazzjoni għall-għanijiet ta’ Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE rigward il-karatteristiċi li għandhom jiġu inklużi bħala minimu ottenut mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta’ ċerti varjetajiet ta’ speċi ta’ ħaxix (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 11).

(5)  Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/415 tat-8 ta’ Marzu 2021 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE u 66/402/KEE sabiex tadatta l-gruppi tassonomiċi u l-ismijiet ta’ ċerti speċi ta’ żrieragħ u ħaxix ħażin għall-evoluzzjoni tal-għarfien xjentifiku u tekniku (ĠU L 81, 9.3.2021, p. 65).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309).


ANNESS

Parti A — Emendi tal-Annessi I u II tad-Direttiva 2003/90/KE

“ANNESS I

Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a), li jridu jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO  (*)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Festuca arundinacea Schreb.

Żwien tar-ragħa

TP 39/1 tal-1.10.2015

Festuca filiformis Pourr.

Żwien tan-nagħaġ tal-werqa fina

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca ovina L.

Żwien tan-nagħaġ

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca pratensis Huds.

Żwien tal-mergħat

TP 39/1 tal-1.10.2015

Festuca rubra L.

Fescue aħmar

TP 67/1 tat-23.6.2011

Festuca trachyphylla (Hack.) Hack.

Żwien iebes tal-ġeneru Festuca

TP 67/1 tat-23.6.2011

Lolium multiflorum Lam.

Sikrana Taljana

TP 4/2 tad-19.3.2019

Lolium perenne L.

Sikrana perenni

TP 4/2 tad-19.3.2019

Lolium x hybridum Hausskn.

Sikrana ibrida

TP 4/2 tad-19.3.2019

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli

TP 7/2 Rev. 3 tas-6.3.2020

Poa pratensis L.

Mellieġ taz-zokk lixx

TP 33/1 tal-15.3.2017

Vicia faba L.

Favetta

TP 8/1 tad-19.3.2019

Vicia sativa L.

Ġulbiena komuni

TP 32/1 tad-19.4.2016

Brassica napus L. var. napobrassica (L.) Rchb.

Nevew

TP 89/1 tal-11.3.2015

Raphanus sativus L. var. oleiformis Pers.

Ravanell għall-għalf

TP 178/1 tal-15.3.2017

Brassica napus L. (partim)

Kolza

TP 36/3 tal-21.4.2020

Cannabis sativa L.

Qanneb

TP 276/1 Rev. Parzjali tal-21.3.2018

Glycine max (L.) Merr.

Fażola tas-sojja

TP 80/1 tal-15.3.2017

Gossypium spp.

Qoton

TP 88/2 tal-11.12.2020

Helianthus annuus L.

Ġirasol

TP 81/1 tal-31.10.2002

Linum usitatissimum L.

Kittien/Żerriegħa tal-kittien

TP 57/2 tad-19.3.2014

Sinapis alba L.

Mustarda bajda

TP 179/1 tal-15.3.2017

Avena nuda L.

Ħafur għerwien żgħir, ħafur mingħajr buq

TP 20/3 tas-6.3.2020

Avena sativa L. (tinkludi A. byzantina K. Koch)

Ħafur u Ħafur aħmar

TP 20/3 tas-6.3.2020

Hordeum vulgare L.

Xgħir

TP 19/5 tad-19.3.2019

Oryza sativa L.

Ross

TP 16/3 tal-1.10.2015

Secale cereale L.

Segala

TP 58/1 tal-31.10.2002

Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. bicolor

Ħaxix tas-Sorgu

TP 122/1 tad-19.3.2019

Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. drummondii (Steud.) de Wet ex Davidse

Ħaxix tas-Sudan

TP 122/1 tad-19.3.2019

Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. bicolor x Sorghum bicolor (L.) Moench subsp. drummondii (Steud.) de Wet ex Davidse

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ Sorghum bicolor subsp. bicolor u Sorghum bicolor subsp. drummondii

TP 122/1 tad-19.3.2019

xTriticosecale Wittm. ex A. Camus

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ speċi tal-ġeneru Triticum ma’ speċi tal-ġeneru Secale

TP 121/2 Rev. 1 tas-16.2.2011

Triticum aestivum L. subsp. aestivum

Qamħ

TP 3/5 tad-19.3.2019

Triticum turgidum L. subsp. durum (Desf.) van Slageren

Qamħ durum

TP 120/3 tad-19.3.2014

Zea mays L. (partim)

Qamħirrum

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum tuberosum L.

Patata

TP 23/3 tal-15.3.2017

ANNESS II

Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li jridu jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV  (*)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-għalf

TG/150/3 tal-4.11.1994

Agrostis canina L.

Ħaxix iebes bellusi

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis gigantea Roth

Agrostide ġganta

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis stolonifera L.

Agrostide rampikanti

TG/30/6 tat-12.10.1990

Agrostis capillaris L.

Agrostide komuni

TG/30/6 tat-12.10.1990

Bromus catharticus Vahl

Ħurtan Perenni

TG/180/3 tal-4.4.2001

Bromus sitchensis Trin.

Ħaxix brome tal-Alaska

TG/180/3 tal-4.4.2001

Dactylis glomerata L.

Deqquqa

TG/31/8 tas-17.4.2002

xFestulolium Asch. et Graebn.

Ibridi li jirriżultaw mill-inkroċjar ta’ speċi tal-ġeneru Festuca ma’ speċi tal-ġeneru Lolium

TG/243/1 tad-9.4.2008

Phleum nodosum L.

Mustaċċ il-qattus

TG/34/7 tas-17.12.2020

Phleum pratense L.

Denb il-qattus

TG/34/7 tas-17.12.2020

Lotus corniculatus L.

Qrempuċ tal-mogħoż

TG 193/1 tad-9.4.2008

Lupinus albus L.

Lupina bajda

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus angustifolius L.

Lupina b’weraq dojoq

TG/66/4 tal-31.3.2004

Lupinus luteus L.

Lupina safra

TG/66/4 tal-31.3.2004

Medicago doliata Carmign.

Nefel tal-fergħa dritta

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago italica (Mill.) Fiori

Nefel tal-midalja

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago littoralis Rohde ex Loisel.

Nefel tax-xtut

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago lupulina L.

Nefel iswed

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago murex Willd.

Nefel tal-globu

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago polymorpha L.

Nefel komuni

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago rugosa Desr.

Nefel imkemmex

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago sativa L.

Xnien

TG/6/5 tas-6.4.2005

Medicago scutellata (L.) Mill.

Nefel tal-bebbux

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago truncatula Gaertn.

Nefel tal-fosdqa

TG/228/1 tal-5.4.2006

Medicago x varia T. Martyn

Xnien ir-ramel

TG/6/5 tas-6.4.2005

Trifolium pratense L.

Silla ħamra

TG/5/8 tas-17.12.2020

Trifolium repens L.

Silla bajda

TG/38/7 tad-9.4.2003

Trifolium subterraneum L.

Silla sotterranja

TG/170/3 tal-4.4.2001

Phacelia tanacetifolia Benth.

Kampanella ta’ Kalifornja

TG/319/1 tal-5.4.2017

 

 

 

Arachis hypogaea L.

Karawett

TG/93/4 tad-9.4.2014

Brassica juncea (L.) Czern

Mustarda kannella

TG/335/1 tas-17.12.2020

Brassica rapa L. var. silvestris (Lam.) Briggs

Rapa tan-nevew

TG/185/3 tas-17.4.2002

Carthamus tinctorius L.

Għosfor

TG/134/3 tat-12.10.1990

Papaver somniferum L.

Peprina

TG/166/4 tad-9.4.2014

Parti B — Emendi tal-Annessi tad-Direttiva 2003/91/KE

“ANNESS I

Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(a), li jridu jikkonformaw mal-protokolli tekniċi tas-CPVO  (*)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Protokoll tas-CPVO

Allium cepa L. (il-grupp tas-Cepa)

Basal u Echalion

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium cepa L. (il-grupp tal-Aggregatum)

Xallotta

TP 46/2 tal-1.4.2009

Allium fistulosum L.

Basal tal-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion)

TP 161/1 tal-11.3.2010

Allium porrum L.

Kurrat

TP 85/2 tal-1.4.2009

Allium sativum L.

Tewm

TP 162/1 tal-25.3.2004

Allium schoenoprasum L.

Kurrat selvaġġ

TP 198/2 tal-11.3.2015

Apium graveolens L.

Karfus

TP 82/1 tat-13.3.2008

Apium graveolens L.

Karfusa liftija

TP 74/1 tat-13.3.2008

Asparagus officinalis L.

Spraġ

TP 130/2 tas-16.2.2011

Beta vulgaris L.

Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham

TP 60/1 tal-1.4.2009

Beta vulgaris L.

Pitravi tal-ispinaċi jew Chard

TP 106/1 tal-11.3.2015

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mberfla

TP 90/1 tas-16.2.2011

Brassica oleracea L.

Pastard

TP 45/2 Rev. 2 tal-21.3.2018

Brassica oleracea L.

Brokkli li qed inibbet jew Kalabriż

TP 151/2 Rev. 2 tal-21.4.2020

Brassica oleracea L.

Kaboċċi ta’ Brussell/kaboċċi taz-zokk

TP 54/2 rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Ġidra

TP 65/1 rev. tal-15.3.2017

Brassica oleracea L.

Kaboċċa mfelfla (savoy), Kaboċċa bajda u Kaboċċa ħamra

TP 48/3 rev. tal-15.3.2017

Brassica rapa L.

Kaboċċa Ċiniża

TP 105/1 tat-13.3.2008

Capsicum annuum L.

Bżar aħmar jew Bżar ieħor

TP 76/2 Rev. 2 tal-21.4.2020

Cichorium endivia L.

Indivja tal-werqa mibruma u Indivja tal-werqa sempliċi

TP 118/3 tad-19.3.2014

Cichorium intybus L.

Ċikwejra industrijali

TP 172/2 tal-1.12.2005

Cichorium intybus L.

Ċikwejra tal-weraq

TP 154/1 rev. tad-19.3.2019

Cichorium intybus L.

Ċikwejra Witloof

TP 173/2 tal-21.3.2018

Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai

Dulliegħ

TP 142/2 tad-19.3.2014

Cucumis melo L.

Bettieħ

TP 104/2 Rev. tal-21.4.2020

Cucumis sativus L.

Ħjar u Ħjar żgħir

TP 61/2 Rev. 2 tad-19.3.2019

Cucurbita maxima Duchesne

Qara’ aħmar

TP 155/1 tal-11.3.2015

Cucurbita pepo L.

Qarabagħli jew Zukkini

TP 119/1 Rev. tad-19.3.2014

Cynara cardunculus L.

Qaqoċċ u Kardun

TP 184/2 Rev. tal-6.3.2020

Daucus carota L.

Karrotti u Karrotti għall-għalf

TP 49/3 tat-13.3.2008

Foeniculum vulgare Mill.

Bużbież

TP 183/1 tal-25.3.2004

Lactuca sativa L.

Ħass

TP 13/6 rev. tal-15.2.2019

Solanum lycopersicum L.

Tadam

TP 44/4 Rev. 4 tal-21.4.2020

Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill

Tursin

TP 136/1 tal-21.3.2007

Phaseolus coccineus L.

Fażola ta’ Spanja

TP 9/1 tal-21.3.2007

Phaseolus vulgaris L.

Fażola żgħira ta’ Franza u Fażola tixxeblek ta’ Franza

TP 12/4 tas-27.2.2013

Pisum sativum L. (partim)

Piżelli mkemmxa, Piżelli tonda u Piżelli ħelwa (sugar pea)

TP 7/2 Rev. 3 tas-6.3.2020

Raphanus sativus L.

Ravanell, Ravanell iswed

TP 64/2 Rev. Corr. tal-11.3.2015

Rheum rhabarbarum L

Rabarbru

TP 62/1 tad-19.4.2016

Scorzonera hispanica L.

Scorzonera jew Salsafja sewda

TP 116/1 tal-11.3.2015

Solanum melongena L.

Brunġiel

TP 117/1 tat-13.3.2008

Spinacia oleracea L.

Spinaċi

TP 55/5 Rev. 3 tal-6.3.2020

Valerianella locusta (L.) Laterr.

Insalata tal-qamħ jew Ħass tal-ħaruf

TP 75/2 tal-21.3.2007

Vicia faba L. (partim)

Ful

TP 206/1 tal-25.3.2004

Zea mays L. (partim)

Qamħirrum ħelu u Popcorn

TP 2/3 tal-11.3.2010

Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner; Solanum lycopersicum L. x Solanum peruvianum (L.) Mill.; Solanum lycopersicum L. x Solanum cheesmaniae (L. Ridley) Fosberg; Solanum pimpinellifolium L. x Solanum habrochaites S. Knapp & D.M. Spooner

Selvaġġ tat-tadam

TP 294/1 Rev. 4 tal-21.4.2020

Cucurbita maxima Duchesne x Cucurbita moschata Duchesne

L-ibridi interspeċifiċi tal-Cucurbita maxima Duch. x Cucurbita moschata Duch. għal użu bħala selvaġġ (rootstocks)

TP 311/1 tal-15.3.2017

ANNESS II

Lista ta’ speċijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) li jridu jikkonformaw mal-linji gwida tal-ittestjar tal-UPOV  (*)

Isem xjentifiku

Isem komuni

Linja gwida tal-UPOV

Brassica rapa L.

Nevew

TG/37/10 tal-4.4.2001


(*)  It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

(*)  It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int)

(*)  It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fuq is-sit web tas-CPVO (www.cpvo.europa.eu).

(*)  It-test ta’ dawn il-linji gwida jinsab fuq is-sit web tal-UPOV (www.upov.int).


Top