Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D0103

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2021/103 tad-29 ta’ Jannar 2021 li ma tapprovax id-diossidu tal-karbonju bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 19 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2021/407

    ĠU L 34, 1.2.2021, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/103/oj

    1.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 34/31


    ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/103

    tad-29 ta’ Jannar 2021

    li ma tapprovax id-diossidu tal-karbonju bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 19

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi eżistenti li jridu jiġu evalwati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi d-diossidu tal-karbonju (Nru KE: 204-696-9; Nru CAS: 124-38-9). Dik il-lista tinkludi wkoll id-diossidu tal-karbonju ġġenerat mill-propan, mill-butan jew minn taħlita tat-tnejn permezz tal-kombustjoni. Din tal-aħħar mhijiex koperta minn din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni.

    (2)

    Il-parteċipanti kollha rtiraw l-appoġġ tagħhom għad-diossidu tal-karbonju għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 19, is-sustanzi li jbiegħdu u dawk li jattiraw. L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ppubblikat stedina miftuħa biex taqdi r-rwol ta’ parteċipant f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014. Ma ġiet ippreżentata l-ebda notifika skont l-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament. F’konformità mal-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1062/2014, jenħtieġ li tiġi adottata deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni għal sustanzi attivi li ma jibqgħux appoġġati fil-programm ta’ rieżami għat-tip ta’ prodott ikkonċernat.

    (3)

    Id-diossidu tal-karbonju (Nru KE: 204-696-9; Nru CAS: 124-38-9) jenħtieġ li għaldaqstant ma jiġix approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 19.

    (4)

    Il-prodotti bijoċidali eżistenti tat-tip ta’ prodott 19 u li fihom id-diossidu tal-karbonju jistgħu jibqgħu jkunu disponibbli fis-suq u jintużaw qabel id-dati stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 89(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

    (5)

    Fi kwalunkwe każ, id-diossidu tal-karbonju huwa elenkat fil-kategorija 6 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Għaldaqstant il-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 19 li fihom id-diossidu tal-karbonju jistgħu jkunu disponibbli fis-suq u jintużaw diment li jkunu awtorizzati f’konformità ma’ dak ir-Regolament u diment li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet u mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-Anness I għad-diossidu tal-karbonju.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-diossidu tal-karbonju (Nru KE: 204-696-9; Nru CAS: 124-38-9) mhuwiex approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 19.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta’ Awwissu 2014 dwar il-programm ta’ ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).


    Top