This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021C0505(01)
Joint declaration of the European Parliament and the Council on financing the Union values strand in 2021 2021/C 168 I/01
Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament tal-linja tal-valuri tal-Unjoni fl-2021 2021/C 168 I/01
Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament tal-linja tal-valuri tal-Unjoni fl-2021 2021/C 168 I/01
CM/2888/2021/INIT
ĠU C 168I, 5.5.2021, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
5.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 168/1 |
Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament tal-linja tal-valuri tal-Unjoni fl-2021
(2021/C 168 I/01)
Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja, il-koleġiżlaturi jaqblu li l-linja tal-Valuri tal-Unjoni tal-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri jenħtieġ li tkun mgħammra b’finanzjament sostanzjali mill-1 ta’ Jannar 2021.
Il-koleġiżlaturi jappellaw lill-Kummissjoni biex tieħu azzjonijiet xierqa biex tilħaq dak l-objettiv, speċjalment biex tivvaluta l-użu ta’ strumenti ta’ flessibbiltà skont il-qafas legali tal-baġit annwali tal-UE għall-2021, f’konformità mal-kriterji ta’ attivazzjoni stabbiliti fir-Regolament QFP.