EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1510

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1510 tas-16 ta’ Ottubru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-alkoħol taċ-ċinnamil, tat-3-fenilpropan-1-ol, tat-2-fenilpropanal, tat-3-(p-kumenil)-2-metilpropjonalde-id, tal-alfa-metilċinnamaldeid, tat-3-fenilpropanal, tal-aċidu ċinnamiku, tal-aċetat taċ-ċinnamil, tal-butirat taċ-ċinnamil, tal-isobutirat tat-3-fenilpropil, tal-isovalerat taċ-ċinnamil, tal-isobutirat taċ-ċinnamil, taċ-ċinnamat tal-etil, taċ-ċinnamat tal-metil u taċ-ċinnamat tal-isopentil bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr għall-annimali tal-baħar (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/7007

ĠU L 344, 19.10.2020, p. 2–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1510/oj

19.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 344/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1510

tas-16 ta’ Ottubru 2020

dwar l-awtorizzazzjoni tal-alkoħol taċ-ċinnamil, tat-3-fenilpropan-1-ol, tat-2-fenilpropanal, tat-3-(p-kumenil)-2-metilpropjonalde-id, tal-alfa-metilċinnamaldeid, tat-3-fenilpropanal, tal-aċidu ċinnamiku, tal-aċetat taċ-ċinnamil, tal-butirat taċ-ċinnamil, tal-isobutirat tat-3-fenilpropil, tal-isovalerat taċ-ċinnamil, tal-isobutirat taċ-ċinnamil, taċ-ċinnamat tal-etil, taċ-ċinnamat tal-metil u taċ-ċinnamat tal-isopentil bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali għajr għall-annimali tal-baħar

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Is-sustanzi alkoħol taċ-ċinnamil, 3-fenilpropan-1-ol, 2-fenilpropanal, 3-(p-kumenil)-2-metilpropjonalde-id, alfa-metilċinnamaldeid, 3-fenilpropanal, aċidu ċinnamiku, aċetat taċ-ċinnamil, butirat taċ-ċinnamil, isobutirat tat-3-fenilpropil, isovalerat taċ-ċinnamil, isobutirat taċ-ċinnamil, ċinnamat tal-etil, ċinnamat tal-metil u ċinnamat tal-isopentil (“is-sustanzi kkonċernati”) ġew awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Sussegwentement, dawk l-addittivi ddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tas-sustanzi kkonċernati bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali. L-applikant talab biex dawk l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tas-6 ta’ Diċembru 2016 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet proposti għall-użu, is-sustanzi kkonċernati ma għandhomx effetti avversi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li għall-ambjent tal-baħar, il-livell tal-użu sikur huwa stmat li huwa 0,05 mg/kg għalf. Il-livelli tal-użu proposti għas-sustanzi kkonċernati jaqbżu l-livell sikur għall-ambjent tal-baħar, u għalhekk l-użu għall-annimali tal-baħar mhuwiex awtorizzat. Fl-opinjoni tagħha l-Awtorità kkonkludiet ukoll li s-sustanzi kkonċernati huma effikaċi meta jintużaw fl-ikel, minħabba li jżidu r-riħa jew il-palatabbiltà tal-ikel. Għalhekk, dik il-konklużjoni tista’ tiġi estrapolata għall-għalf. L-applikant irtira l-applikazzjoni għall-ilma tax-xorb. Madankollu, is-sustanzi kkonċernati jistgħu jintużaw fl-għalf kompost li sussegwentement jiġi amministrat permezz tal-ilma.

(5)

L-Awtorità kkonkludiet li huma rikonoxxuti perikli għall-ġilda, fil-kuntatt mal-għajnejn, u fl-esponiment għan-nifs. Il-parti l-kbira tas-sustanzi kkonċernati huma kklassifikati bħala irritanti għas-sistema respiratorja. Konsegwentement, jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tas-sustanzi kkonċernati turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta’ dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet sabiex ikun hemm kontroll aħjar. Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jitolbux li jiġi ffissat kontenut massimu, u meta titqies l-evalwazzjoni mill-ġdid imwettqa mill-Awtorità, jenħtieġ li fuq it-tikketta tal-addittiv jiġi indikat il-kontenut rakkomandat. Fejn dan il-kontenut jinqabeż, fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel jenħtieġ li tiġi indikata ċerta informazzjoni.

(8)

Peress li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(9)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li fihom dawk is-sustanzi, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-8 ta’ Mejju 2021 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-8 ta’ Novembru 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-8 ta’ Novembru 2021 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-8 ta’ Novembru 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-8 ta’ Novembru 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-8 ta’ Novembru 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ottubru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2017;15(1):4672.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittiv sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b02017

-

Alkoħol taċ-ċinnamil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Alkoħol taċ-ċinnamil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Alkoħol taċ-ċinnamil

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 98 % assaġġ

Formula kimika: C9H10O

Numru CAS: 104-54-1

Nru FLAVIS: 02.017

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-alkoħol taċ-ċinnamil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

8.11.2030

2b02031

-

3-Fenilpropan-1-ol

Kompożizzjoni tal-addittiv

3-Fenilpropan-1-ol

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

3-Fenilpropan-1-ol

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 98 % assaġġ

Formula kimika: C9H12O

Numru CAS: 122-97-4

Nru FLAVIS: 02.031

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tat-3-fenilpropan-1-ol fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

8.11.2030

2b05038

-

2-Fenilpropanal

Kompożizzjoni tal-addittiv

2-Fenilpropanal

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

2-Fenilpropanal

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 95 % assaġġ

Formula kimika: C9H10O

Numru CAS: 93-53-8

Nru FLAVIS: 05.038

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tat-2-fenilpropanal fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun:

Għall-qtates: 1 mg/kg, u għal speċijiet u kategoriji oħrajn: 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %:

1 mg/kg għall-qtates;

5 mg/kg għal speċijiet u kategoriji oħrajn.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %:

1 mg/kg għall-qtates;

5 mg/kg għal speċijiet u kategoriji oħrajn.

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

8.11.2030

2b05045

-

3-(p-Kumenil)-2-metilpropjonalde-id

Kompożizzjoni tal-addittiv

3-(p-Kumenil)-2-metilpropjonalde-id

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

3-(p-Kumenil)-2-metilpropjonalde-id

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 90 % assaġġ

Formula kimika: C13H18O

Numru CAS: 103-95-7

Nru FLAVIS: 05.045

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tat-3-(p-Kumenil)-2-metilpropjonalde-id fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

8.11.2030

2b05050

-

Alfa-metilċinnamaldeide

Kompożizzjoni tal-addittiv

Alfa-metilċinnamaldeide

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Alfa-metilċinnamaldeide

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 95 % assaġġ

Formula kimika: C10H10O

Numru CAS: 101-39-3

Nru FLAVIS: 05.050

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-alfa-metilċinnamaldeide fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

8.11.2030

2b05080

-

3-Fenilpropanal

Kompożizzjoni tal-addittiv

3-Fenilpropanal

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

3-Fenilpropanal

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 95 % assaġġ

Formula kimika: C9H10O

Numru CAS: 104-53-0

Nru FLAVIS: 05.080

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni at-3-fenilpropanal fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

8.11.2030

2b08022

-

Aċidu ċinnamiku

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċidu ċinnamiku

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Aċidu ċinnamiku

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 98 % assaġġ

Formula kimika: C9H8O2

Numru CAS: 621-82-9

Nru FLAVIS: 08.022

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-aċidu ċinnamiku fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

8.11.2030

2b09018

-

Aċetat taċ-ċinnamil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Aċetat taċ-ċinnamil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Aċetat taċ-ċinnamil

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 98 % assaġġ

Formula kimika: C11H12O2

Numru CAS: 103-54-8

Nru FLAVIS: 09.018

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-aċetat taċ-ċinnamil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

8.11.2030

2b09053

-

Butirat taċ-ċinnamil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Butirat taċ-ċinnamil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Butirat taċ-ċinnamil

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 98 % assaġġ

Formula kimika: C13H16O2

Numru CAS: 103-61-7

Nru FLAVIS: 09.053

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-butirat taċ-ċinnamil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

8.11.2030

2b09428

-

Isobutirat tat-3-fenilpropil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Isobutirat tat-3-fenilpropil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Isobutirat tat-3-fenilpropil

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 98 % assaġġ

Formula kimika: C13H18O2

Numru CAS: 103-58-2

Nru FLAVIS: 09.428.

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-isobutirat tat-3-fenilpropil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

8.11.2030

2b09459

-

Isovalerat taċ-ċinnamil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Isovalerat taċ-ċinnamil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Isovalerat taċ-ċinnamil

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 95 % assaġġ

Formula kimika: C14H18O2

Numru CAS: 140-27-2

Nru FLAVIS: 09.459

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-isovalerat taċ-ċinnamil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

8.11.2030

2b09470

-

Isobutirat taċ-ċinnamil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Isobutirat taċ-ċinnamil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Isobutirat taċ-ċinnamil

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 96 % assaġġ

Formula kimika: C13H16O2

Numru CAS: 103-59-3

Nru FLAVIS: 09.470

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-isobutirat taċ-ċinnamil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

8.11.2030

2b09730

-

Ċinnamat tal-etil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Ċinnamat tal-etil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċinnamat tal-etil

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 98 % assaġġ

Formula kimika: C11H12O2

Numru CAS: 103-36-6

Nru FLAVIS: 09.730

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni taċ-ċinnamat tal-etil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

8.11.2030

2b09740

-

Ċinnamat tal-metil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Ċinnamat tal-metil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċinnamat tal-metil

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 98 % assaġġ

Formula kimika: C10H10O2

Numru CAS: 103-26-4

Nru FLAVIS: 09.740

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni taċ-ċinnamat tal-metil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

8.11.2030

2b09742

-

Ċinnamat tal-isopentil

Kompożizzjoni tal-addittiv

Ċinnamat tal-isopentil

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Ċinnamat tal-isopentil

Prodott permezz tas-sinteżi kimika

Purità: min. 97 % assaġġ

Formula kimika: C14H18O2

Numru CAS: 7779-65-9

Nru FLAVIS: 09.742

Metodu tal-analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni taċ-ċinnamat tal-isopentil fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel aromatizzanti tal-għalf:

Kromatografija bi spettrometrija ta’ massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni GC-MS-RTL.

L-ispeċijiet kollha ta’ annimali għajr l-annimali tal-baħar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà.

3.

Il-kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għandu jkun 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

4.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg.”

5.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel, jekk jinqabeż il-kontenut li ġej tas-sustanza attiva fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 5 mg/kg

6.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-inalazzjoni, mill-kuntatt dermali jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż protezzjoni tan-nifs, nuċċali tas-sikurezza u ingwanti.

8.11.2030


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


Top