This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1323
Council Regulation (EU) 2020/1323 of 21 September 2020 amending Regulation (EU) 2020/123 as regards certain fishing opportunities for 2020 in Union and non-Union waters
Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1323 tal-21 ta’ Settembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk li mhumiex tal-Unjoni
Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1323 tal-21 ta’ Settembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk li mhumiex tal-Unjoni
ĠU L 311, 25.9.2020, p. 2–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/2 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2020/1323
tal-21 ta’ Settembru 2020
li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk li mhumiex tal-Unjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 (1) jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, fil-każ ta’ bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. |
(2) |
Fir-Regolament (UE) 2020/123, il-qabda totali permissibbli (TAC) għall-inċova (Engraulis encrasicolus) fis-subżoni 9 u 10 tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tal-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF) ġiet stabbilita għal żero. Fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/900 (2), li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123, ġiet stabbilita TAC proviżorja biex l-attività tas-sajd titħalla titkompla. L-inċova hija speċi b’ħajja qasira u l-parir xjentifiku l-aktar reċenti nħareġ mil-ICES fit-18 ta’ Ġunju 2020. Il-limiti ta’ qbid għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF, jenħtieġ li jiġu emendati f’konformità ma’ dak il-parir xjentifiku u stabbiliti għal 15 699 tunnellata. |
(3) |
Fir-Rekord Maqbul tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn il-Gżejjer Faeroe u l-Unjoni Ewropea għall-2020, iż-żewġ partijiet qablu li jagħtu lil xulxin aċċess reċiproku għall-ilmijiet ta’ xulxin għas-sajd tal-istokkafixx (Micromesistius poutassou) fl-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8a, 8b, 8d, 8e, 12 u 14 fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe, b’limitu ta’ 37 500 tunnellata. Kundizzjoni speċjali fit-tabella tat-TAC tagħti aċċess lill-Unjoni għall-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe u tillimita, fl-għamla ta’ perċentwal tas-sehem totali tal-Unjoni, l-ammont ta’ stokkafixx li l-Istati Membri jistgħu jistadu mill-kwoti tagħhom stess fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe. Dak il-perċentwal jenħtieġ li jirrappreżenta l-proporzjon tad-drittijiet tal-aċċess tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe ta’ 37 500 tunnellata meta mqabbel mas-sehem totali tal-Unjoni ta’ 326 484 tunnellata ta’ stokkafixx. 37 500 tunnellata jammonta għal perċentwal ta’ 11,4 %, tas-sehem totali tal-Unjoni ta’ 326 484 tunnellata ta’ stokkafixx. Billi l-perċentwal tas-sehem totali tal-Unjoni tal-istokkafixx li l-Istati Membri jistgħu jistadu mill-kwoti tagħhom stess fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe attwalment huwa stabbilit għal 7 %, dak il-perċentwal. jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Fir-Rekord Maqbul tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar arranġamenti għas-sajd ad hoc fir-rigward tal-ġestjoni tal-istokkafixx u tal-aringi Norveġiżi (Atlantu-Skandjani) li jirriproduċu fir-rebbiegħa għall-2020, iż-żewġ partijiet jingħataw aċċess għas-sajd ta’ 190 809 tunnellati ta’ stokkafixx fl-ilmijiet ta’ xulxin. Fit-tabella tat-TAC għall-istokkafixx li tippermetti l-aċċess lin-Norveġja għas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2, 4a, 5, 6 fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N u 7 fil-Punent ta’ 12° W, kundizzjoni speċjali tillimita l-qabda fiż-żona 4a ta’ mhux iktar minn 40 000 tunnellata (f’konformità mar-Rekord Maqbul dwar il-konsultazzjonijiet tas-sajd bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea għall-2020). Dak il-limitu ta’ qbid fiż-żona 4a jammonta għal 21 % tal-kwota tal-aċċess tan-Norveġja. Dak il-perċentwal, attwalment stabbilit għal 18 %, jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra (3), u l-Protokoll (4) tiegħu, jipprevedi li l-Unjoni għandha tirċievi 7,7 % tat-TAC għall-kapelin (Mallotus villosus) li jinqabad fl-ilmijiet ta’ Greenland fis-subżoni 5 u 14 tal-ICES. F’konformità ma’ dak il-Protokoll, fit-12 ta’ Ġunju 2020 Greenland offriet lill-Unjoni 13 053 tunnellata ta’ kapelin biex jinqabad bejn l-20 ta’ Ġunju 2020 u l-15 ta’ April 2021. Għalhekk, jenħtieġ li t-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/123 jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-limiti ta’ qbid previsti fir-Regolament (UE) 2020/123 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020 għall-istokkafixx fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2, 4a, 5, 6 fit-Tramuntana ta’ 56° 30′ N u 7 fil-Punent ta’ 12° W, mill-20 ta’ Ġunju 2020 għall-kapelin fl-ilmijiet ta’ Greenland tas-subżoni 5 u 14 tal-ICES, u mill-1 ta’ Lulju 2020 għall-inċova fis-subżoni 9 u 10 u fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 34.1.1 tas-CECAF. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet introdotti b’dan ir-Regolament dwar il-limiti ta’ qbid jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ mill-iktar fis possibbli u jenħtieġ li japplikaw retroattivament għall-istokkafixx mill-1 ta’ Jannar 2020, għall-kapelin mill-20 ta’ Ġunju 2020, u għall-inċova mill-1 ta’ Lulju 2020. Tali applikazzjoni retroattiva ma taffettwax il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd ikkonċernati żdiedu u għadhom ma ġewx eżawriti. |
(8) |
Skont il-parir xjentifiku tal-ICES, jenħtieġ li l-qabdiet tal-merluzz tan-Norveġja (Trisopterus esmarkii) fis-subżona 4 u fid-diviżjoni 3a tal-ICES fil-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2019 sal-31 ta’ Ottubru 2020 ma jaqbżux il-1 67 105 tunnellata. Minn dak l-istokk, l-Unjoni Ewropea rriżervat sehem ta’ 92 000 tunnellata u ffissat kwota preliminari tal-Unjoni ta’ 65 000 tunnellata fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1838 (5). Wara l-konsultazzjonijiet, f’Diċembru 2019, l-Unjoni ttrasferiet mill-ammont riżervat li jifdal 14 500 u 5 000 tunnellata biss lin-Norveġja u lill-Gżejjer Faeroe rispettivament. B’riżultat ta’ dan, jenħtieġ li s-7 500 tunnellata li jifdal jiżdiedu mal-kwota attwali tal-Unjoni. |
(9) |
Ir-Renju Unit ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 130(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (6), |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda tar-Regolament (UE) 2020/123
Ir-Regolament (UE) 2020/123 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Anness IA huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Anness IB, it-tabella tal-opportunitajiet tas-sajd għall-kapelin fl-ilmijiet ta’ Greenland taż-żoni 5 u 14 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(1) il-punt (a) għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2020, il-punti (b) u (c) għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2020.
L-Artikolu 1(2) għandu japplika mill-20 ta’ Ġunju 2020.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KLOECKNER
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/123 tas-27 ta’ Jannar 2020 li jistabbilixxi għall-2020 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 25, 30.1.2020, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/900 tal-25 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1838 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2020/123 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti opportunitajiet tas-sajd għall-2020 fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’dawk li mhumiex tal-Unjoni (ĠU L 207, 30.6.2020, p. 4).
(3) ĠU L 172, 30.6.2007, p. 4.
(4) Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Awtonomu ta’ Greenland, min-naħa l-oħra (ĠU L 305, 21.11.2015, p. 3).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1838 tat-30 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2020 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/124 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 281, 31.10.2019, p. 1).
(7) Il-kwota tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021.”
(8) Sa 5 % mill-kwota tista’ tkun qabdiet inċidentali tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu (OT2/*2A3A4). Flimkien, il-qabdiet inċidentali tal-merluzz tal-linja sewda u tal-merlangu li jingħaddu mal-kwota skont din id-dispożizzjoni u l-qabdiet ta’ dawk l-ispeċijiet li jingħaddu mal-kwota skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ma għandhomx jaqbżu d-9 % tal-kwota.
(9) Il-kwota tista’ tinqabad biss fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni 2a, 3a u 4 tal-ICES.
(10) Il-kwota tal-Unjoni tista’ tinqabad biss mill-1 ta’ Novembru 2019 sal-31 ta’ Ottubru 2020.
(11) Għandu jintuża għarbiel.
(12) Għandu jintuża għarbiel. Din il-kwota tinkludi ammont massimu ta’ 15 % ta’ qabdiet inċidentali li ma jistgħux jiġu evitati (NOP/*2A3A4) u li jridu jingħaddu ma’ din il-kwota.”
(13) Id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit jista’ jkollhom aċċess għall-kwota ta’ “L-Istati Membri Kollha” biss ladarba jkunu eżawrew il-kwota tagħhom stess. Madankollu, l-Istati Membri b’iżjed minn 10 % tal-kwota tal-Unjoni ma għandhom bl-ebda mod ikollhom aċċess għall-kwota ta’ “L-Istati Membri kollha”.
(14) Għall-perijodu tas-sajd mill-20 ta’ Ġunju 2020 sal-15 ta’ April 2021.”.