This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R1069
Commission Delegated Regulation (EU) 2020/1069 of 19 June 2020 amending Delegated Regulation (EU) No 877/2013 supplementing Regulation (EU) No 473/2013 of the European Parliament and of the Council on common provisions for monitoring and assessing draft budgetary plans and ensuring the correction of excessive deficit of the Member States in the euro area
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1069 tad-19 ta’ Ġunju 2020 li jemenda Regolament Delegat (UE) Nru 877/2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1069 tad-19 ta’ Ġunju 2020 li jemenda Regolament Delegat (UE) Nru 877/2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro
C/2020/4140
ĠU L 234, 21.7.2020, pp. 8–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
21.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 234/8 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1069
tad-19 ta’ Ġunju 2020
li jemenda Regolament Delegat (UE) Nru 877/2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċits eċċessivi tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont id-dikjarazzjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà tal-15 ta’ Mejju 2020, l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jistgħu jirċievu assistenza finanzjarja taħt il-Linja ta’ Appoġġ fi-Kriżi Pandemika, li hija bbażata fuq il-Linja ta’ Kreditu ta’ Kundizzjonijiet Msaħħa tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, adattata għas-sitwazzjoni speċifika tal-pandemija tal-COVID-19. |
|
(2) |
B’mod partikolari, l-Istati Membri li jibbenefikaw mill-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika mhumiex meħtieġa jimplimentaw miżuri ġodda ta’ politika. L-uniku rekwiżit huwa li tintuża l-linja ta’ kreditu biex jiġu ffinanzjati l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa diretta u indiretta, tal-kura u tal-prevenzjoni tal-pandemija tal-COVID-19. |
|
(3) |
F’applikazzjoni tal-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), Stat Membru li juża l-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika għandu jkun soġġett għal sorveljanza msaħħa. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 u ddettaljati aktar fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 877/2013 (3) huma applikabbli. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tistipula li jenħtieġ li l-intensità tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tkun pari passu u proporzjonata mas-severità tad-diffikultajiet finanzjarji li jkun hemm u għandha tqis in-natura tal-għajnuna finanzjarja rċevuta. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) Nru 877/2013 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(7) |
Fid-dawl tal-ambitu speċifiku u limitat ħafna tal-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika, huwa għalhekk xieraq li jiġu ddefiniti r-rekwiżiti tar-rapportar applikabbli f’dak il-każ. L-istruttura tar-rapportar meħtieġa meta Stat Membru jkun soġġett għal proċedura ta’ defiċit eċċessiv skont l-Artikolu 126 tat-TFUE jew meta Stat Membru jkun taħt sorveljanza msaħħa għal raġunijiet oħra għajr l-għoti tal-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika ma għandhiex tiġi affettwata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 877/2013 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett Dan ir-Regolament jistabbilixxi speċifikazzjonijiet dwar il-kontenut tar-rapporti li l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma meħtieġa jissottomettu skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 473/2013.” |
|
(2) |
Jiddaħħal l-Artikolu 2 a ġdid li ġej: “Artikolu 2a Struttura u kontenut tar-rappurtar tal-Istati Membri taħt sorveljanza msaħħa skont l-Artikolu 2(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 bħala riżultat tal-fatt li kien hemm Appoġġ fil-Kriżi Pandemika tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà 1. Meta Stat Membru jkun soġġett għal sorveljanza msaħħa biss bħala riżultat tal-fatt ta’ għotja tal-Appoġġ fil-Kriżi Pandemika tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, ir-rekwiżit ta’ rapportar ta’ matul is-sena skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 għandu jappartjeni għall-użu tal-fondi ta’ Appoġġ fil-Kriżi Pandemika li jkopru l-kura tas-saħħa diretta u indiretta, il-kura u l-ispejjeż tal-prevenzjoni tal-pandemija tal-COVID-19. 2. Ir-rapporti għandhom jinkludu t-tabella indikata fl-Anness II.” |
|
(3) |
It-titolu tal-Anness huwa sostitwit b’dan li ġej: “ANNESS I” |
|
(4) |
Is-segwenti Anness II ġdid huwa miżjud: “ANNESS II Tabella li għandha tiġi trażmessa kull tliet xhur Spejjeż relatati mal-pandemija tal-COVID 19
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ġunju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.
(2) Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1).
(3) Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 877/2013 tas-27 ta’ Ġunju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l- iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (ĠU L 244, 13.9.2013, p. 23).
(*1) L-aħħar sena tal-perjodu ta’ disponibbiltà jew ta’ żborż possibbli ta’ Appoġġ fil-Kriżi Pandemika (liema minnhom jiġi l-ewwel) hija wkoll l-aħħar sena ta’ rapportar, sakemm l-Istat Membru ma jkunx għadu uża l-fondi kollha mogħtija.
(*2) L-intestaturi u s-subintestaturi, kif meħtieġ, flimkien mal-ispjegazzjonijiet rilevanti biex il-Kummissjoni tkun tista’ twettaq valutazzjoni sinifikanti.
(*3) Din tista’ tinkludi, inter alia, l-infiq fuq l-isptarijiet; il-kura u l-kura riabilitattiva, l-kura ambulatorja u l-kura riabilitattiva, id-dijanjostika, il-farmaċewtiċi, il-kura preventiva, l-awtoritajiet tas-saħħa, u l-kura fit-tul relatata mas-saħħa.