EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0776

Regolament Ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu

ĠU L 189, 15.6.2020, p. 1–170 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/776/oj

15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 189/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/776

tat-12 ta’ Ġunju 2020

li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 15 u 24(1) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Il-bidu

(1)

Fis-16 ta’ Mejju 2019, fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni antisussidji b’rabta mal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta (“GFF”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ”) u mill-Eġittu (flimkien imsejħa “il-pajjiżi kkonċernati”). Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“Notifika ta’ Bidu”) (2) fis-16 ta’ Mejju 2019,.

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fl-1 ta’ April 2019 minn Tech-Fab Europe (“l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta. L-ilment kien fih evidenza ta’ sussidjar u ta’ dannu konsegwenti li kien biżżejjed sabiex jiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

(3)

Qabel il-bidu tal-investigazzjoni antisussidji, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern taċ-Ċina (“GTĊ”) (3) u lill-Gvern tal-Eġittu (“GTE”) (4) li hija rċeviet ilment iddokumentat kif suppost u stiednet lill-GTĊ u lill-GTE għal konsultazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku. Fit-13 ta’ Mejju 2019 saru konsultazzjonijiet mal-GTĊ u mal-GTE. Madankollu, ma setgħet tinstab ebda soluzzjoni maqbula b’mod reċiproku.

(4)

Fil-21 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni anti-dumping separata tal-istess prodott li joriġina mir-RPĊ u mill-Eġittu (5) (“l-investigazzjoni anti-dumping separata”). Fis-7 ta’ April 2020, il-Kummissjoni imponiet dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Eġittu (6) (ir-Regolament anti-dumping definittiv). L-analiżijiet tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni mwettqa f’din l-investigazzjoni antisussidji u l-investigazzjoni anti-dumping separata huma identiċi mutatis mutandis, peress li d-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u l-perjodu ta’ investigazzjoni huma l-istess fiż-żewġ investigazzjonijiet.

1.1.1.   Kummenti mill-GTĊ dwar il-bidu

(5)

Il-GTĊ sostna li l-investigazzjoni jenħtieġ li ma titnediex minħabba li l-ilment ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti evidenzjarji tal-Artikoli 11(2) u 11(3) tal-Ftehim tad-WTO dwar Sussidji u Miżuri Kompensatorji (‘Ftehim SCM’) u tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament Bażiku. Skont il-GTĊ, ma kienx hemm biżżejjed evidenza ta’ sussidji kumpensabbli, ta’ dannu u ta’ rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu.

(6)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-affermazzjoni. L-evidenza ppreżentata fl-ilment kienet tikkostitwixxi l-informazzjoni disponibbli b’mod raġonevoli għall-ilmentatur f’dak l-istadju. Kif jidher fil-memorandum dwar is-suffiċjenza ta’ evidenza, li fih il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evidenza kollha li għandha għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Eġittu, u li fuq il-bażi tagħha l-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni, kien hemm biżżejjed evidenza, fl-istadju tal-bidu, li s-sussidji allegati kienu kumpensabbli f’termini tal-eżistenza, l-ammont u n-natura tagħhom. L-ilment kien fih ukoll biżżejjed evidenza tal-eżistenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni, li kien ikkawżat mill-importazzjonijiet sussidjati.

(7)

B’mod aktar speċifiku, matul il-konsultazzjonijiet ta’ qabel il-bidu, il-GTĊ indika li r-referenzi tal-ilmentatur għal kwalunkwe pjan, programm jew rakkomandazzjoni taċ-Ċina kienu irrilevanti peress li mhumiex vinkolanti u li l-industrija tal-GFF mhija msemmija la fit-13-il Pjan ta’ Ħames Snin taċ-Ċina u lanqas fit-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-Materjali tal-Bini (2016-2020). Wara l-bidu, il-GTĊ sostna wkoll li l-GFF mhijiex koperta mid-dokument ‘Made in China 2025’. Il-Kummissjoni nnutat li l-GTĊ ma jikkontestax l-eżistenza ta’ pjanijiet, programmi jew rakkomandazzjonijiet bħal dawn iżda biss sa fejn huma vinkolanti jew sa fejn ikopru l-industrija tal-GFF. Il-Kummissjoni osservat ukoll li l-ilmentatur ipprovda evidenza li tindika li jissemmew “materjali ġodda” f’diversi dokumenti tal-gvern, filwaqt li “materjali bbażati fuq il-ħġieġ” jissemmew fit-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-Materjali tal-Bini (2016-2020). Il-GTĊ naqas milli jipproduċi xi evidenza li turi li dawk l-affermazzjonijiet ma jkunux applikabbli għall-prodott ikkonċernat.

(8)

Il-GTĊ iddikjara wkoll li la l-Korporazzjoni Ċiniża għall-Assigurazzjoni tal-Esportazzjonijiet u tal-Kreditu (“Sinosure”) u lanqas il-banek kummerċjali tal-Istat mhuma korpi pubbliċi u li l-GTĊ ma jinkarigax jew jagħti direzzjonijiet lil banek privati. Il-Kummissjoni nnutat li din l-affermazzjoni hija marbuta mal-affermazzjoni diġà evokata hawn fuq, u li l-ilment, fost l-oħrajn, semma l-Liġi Bankarja fiċ-Ċina, li l-GTĊ ma jikkontestax li hija parti mil-leġiżlazzjoni Ċiniża. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li l-investigazzjonijiet antisussidji riċenti tal-UE kienu kkonkludew b’mod differenti dwar din il-kwistjoni (7).

(9)

Barra minn hekk, il-GTĊ sostna li l-kreditu tax-xerrejja tal-esportazzjonijiet huwa pprovdut lil kumpaniji barranin u għalhekk ma jibbenefikax lill-produtturi Ċiniżi tal-GFF. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li l-benefiċċji mogħtija lil kumpaniji barranin li huma proprjetà tal-produtturi Ċiniżi tal-GFF jistgħu jibbenefikaw lil dawn tal-aħħar.

(10)

Il-GTĊ indika li l-iskema tat-taxxa relatata mad-deprezzament mgħaġġel tat-tagħmir użat mill-intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata għall-iżvilupp u għall-produzzjoni ta’ Teknoloġija Avvanzata, kif ukoll xi programmi ta’ għotjiet minn dawk imsemmija kienu mitmuma. Il-Kummissjoni ħadet nota ta’ dan il-kumment, iżda enfasizzat li la japplika għall-programmi kollha u lanqas għal-livelli differenti ta’ awtoritajiet tal-gvern (jiġifieri nazzjonali, reġjonali jew lokali) imsemmija fl-ilment. Barra minn hekk, l-iskema tat-taxxa relatata mad-deprezzament mgħaġġel xorta tista’ twassal għal benefiċċji kontinwi bħal deprezzament matul il-ħajja tat-tagħmir rilevanti, u possibbilment tkopri l-perjodu ta’ investigazzjoni.

(11)

Wara l-bidu, il-GTĊ argumenta wkoll li l-ilmentatur ma stabbilixxiex il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ valur referenzjarju minn barra l-pajjiż għas-self u għad-drittijiet tal-użu tal-art. Il-Kummissjoni sabet, madankollu, li l-allegazzjonijiet li jinsabu fl-ilment huma appoġġati minn investigazzjonijiet antisussidji reċenti tal-UE li kkonkludew dwar dan li hemm ħtieġa ta’ valuri referenzjarji esterni aġġustati għall-kundizzjonijiet prevalenti fir-RPĊ (8).

(12)

Barra minn hekk, il-GTĊ sostna li l-ilment kien nieqes minn biżżejjed evidenza peress li kien jiddependi l-aktar fuq regolamenti preċedenti tal-UE li jikkonċernaw kampijiet ta’ applikazzjoni differenti tal-prodotti. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li s-sejbiet li saru f’investigazzjonijiet antisussidji preċedenti u riċenti jirrigwardaw l-istess allegati programmi ta’ sussidju fl-ilment. Wara l-bidu, il-GTĊ sostna wkoll li kienu seħħew bidliet u riformi sostanzjali fis-settur finanzjarju fis-snin mill-2016 sal-2018, u li għalhekk l-ilment ma setax jiddependi fuq sitwazzjoni li kienet teżisti qabel. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li fl-ilment l-ilmentatur ipprovda wkoll evidenza addizzjonali tal-eżistenza kontinwa tal-programmi ta’ sussidju, mingħajr ma dawn ġew mibdula sostanzjalment. Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-GTĊ naqas milli jipprovdi evidenza li tirribatti l-kontinwazzjoni tal-programmi rilevanti. Għalhekk, fl-istadju tal-bidu, l-evidenza disponibbli kellha t-tendenza turi li ma kien hemm ebda bidla rilevanti fil-programmi ta’ sussidju inkwistjoni. Fl-aħħar mill-aħħar, dan ġie kkonfermat ukoll f’din l-investigazzjoni.

(13)

Il-GTĊ sostna wkoll, fir-rigward ta’ diversi sussidji, li l-applikant naqas milli jipprovdi evidenza tal-benefiċċju u tal-ispeċifiċità. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza tal-benefiċċju u tal-ispeċifiċità kif kien raġonevolment disponibbli għalih. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza fl-ilment u pprovdiet il-valutazzjoni tagħha stess tal-elementi rilevanti kollha fil-memorandum ta’ suffiċjenza ta’ evidenza, li tpoġġiet fil-fajl miftuħ mal-ftuħ. Il-GTĊ tenna l-kummenti tiegħu wara l-bidu, iżda ma pprovdiex evidenza ulterjuri.

(14)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm biżżejjed evidenza pprovduta fl-ilment li x’aktarx turi l-allegat eżistenza ta’ sussidjar mill-GTĊ.

(15)

Fl-aħħar nett, element partikolari ta’ dan il-każ huwa li l-allegat sussidjar fl-Eġittu jikkonċerna żewġ kumpaniji fiż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ta’ Suez Ċina-Eġittu (“Żona SETC”), żona ekonomika speċjali li ġiet stabbilita mir-RPĊ u mill-Eġittu, li huma ż-żewġ pajjiżi fil-mira tal-ilment. Il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li tinvestiga s-sussidji kollha rċevuti minn dawn il-kumpaniji fiż-Żona SETC, b’mod irrilevanti mis-sors tagħhom.

(16)

Matul il-konsultazzjonijiet ta’ qabel il-bidu, il-GTĊ indika li l-ilmentatur ma kellu l-ebda bażi ġuridika biex jikkontesta lill-GTĊ permess li l-prodott ikkonċernat joriġina jew jiġi esportat mill-Eġittu. Il-Kummissjoni nnutat it-tħassib tal-GTĊ, iżda xorta qieset li hemm biżżejjed evidenza biex tinbeda investigazzjoni dwar l-allegati sussidji kumpensabbli mogħtija lill-kumpaniji fiż-Żona SETC, b’mod irrilevanti mis-sors tagħhom.

(17)

Wara l-bidu, il-GTĊ argumenta li, meta jiġi stabbilit il-konsum tal-Unjoni, l-aġġustament li sar fid-data tal-importazzjoni mir-RPĊ kien inġust meta mqabbel mal-aġġustament li sar fid-data dwar l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra bħar-Russja. Il-GTĊ argumenta wkoll li dawn l-aġġustamenti ma ġewx kontroverifikati mill-Kummissjoni. Il-GTĊ argumenta wkoll li ma hemm l-ebda informazzjoni uffiċjali dwar x’jikkostitwixxi informazzjoni/intelligence tas-suq li tintuża fl-aġġustamenti li jsiru fid-data tal-importazzjoni.

(18)

Kif spjegat ukoll fil-premessa (937), b’referenza għall-analiżi li għamel l-ilmentatur dwar l-importazzjoni fuq il-bażi tas-NM, l-importazzjonijiet ġew ivvalutati wkoll abbażi tal-istatistika dwar l-importazzjoni fil-livell TARIC, kontroverifikati ma’ sorsi oħra u aġġustati fejn xieraq. Fir-rigward tar-Russja, id-data tal-importazzjoni ġiet kontroverifikata u aġġustata abbażi tad-data tal-importazzjoni mill-produtturi GFF relatati mal-produtturi tal-Unjoni li kienu l-uniċi produtturi GFF magħrufa fir-Russja. Din il-metodoloġija nstab li kienet twassal b’mod raġonevoli għal stima preċiża tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Russja. Bl-istess mod, matul l-investigazzjoni, kif spjegat fil-premessa hawn taħt (937), il-Kummissjoni kkontroverifikat id-data tal-Eurostat fil-livell TARIC mad-data sottomessa mill-produtturi magħrufa fir-RPĊ, li ppreżentaw ruħhom matul l-eżerċizzju tat-teħid tal-kampjuni. Il-volum tal-esportazzjoni ta’ GFF irrappurtat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw irrappreżenta t-totalità tal-importazzjonijiet irreġistrati fl-Eurostat taħt il-kodiċijiet TARIC rilevanti u għalhekk l-esportazzjonijiet kollha tqiesu bħala prodott ikkonċernat. Fl-aħħar, b’kuntrast ma’ dak li afferma l-GTĊ, l-ilment spjega kif intużat l-informazzjoni/intelligence tas-suq biex tiġi aġġustata d-data tal-importazzjoni. Din l-affermazzjoni għalhekk ġiet miċħuda.

(19)

Fil-kummenti tiegħu dwar il-bidu, il-GTĊ argumenta li s-suq tal-GFF huwa segmentat u li kull segment jirrappreżenta faxex ta’ prezzijiet differenti ħafna. Il-GTĊ argumenta li t-tliet tipi ewlenin ta’ prodotti, faxex minsuġa (“WR”), materjali meħjuta (“NCF”), u materjali kumplessi (“CM”) għandhom kompożizzjoni u stadji/proċessi ta’ produzzjoni differenti, u għalhekk anki l-kostijiet tal-produzzjoni u l-prezzijiet tal-bejgħ huma differenti. Barra minn hekk, dawn it-tliet tipi ta’ prodotti għandhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi differenti, li mbagħad jiddefinixxu l-użi finali tagħhom. Skont il-GTĊ, il-valutazzjoni ta’ tqabbil/twaqqigħ tal-prezzijiet, kif ukoll il-valutazzjoni tal-impatt allegatament dannuż tal-importazzjonijiet Ċiniżi kif magħmul fl-ilment fuq livell aggregat hija żvijjanti u insuffiċjenti mingħajr ma tivvaluta fir-realtà l-firxa tal-preżenza, jiġifieri l-volum u s-sehem mis-suq, tal-produtturi Ċiniżi u tal-Unjoni f’kull segment tal-prodott.

(20)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-GTĊ ma ssottometta l-ebda evidenza biex jappoġġa dawk l-affermazzjonijiet. Fil-bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza dwar il-kostijiet u l-prezzijiet tal-prodott investigat. Il-fatt li jeżistu tipi differenti ta’ prodotti li jista’ jkollhom proċessi ta’ produzzjoni, kostijiet u prezzijiet tal-bejgħ differenti ma jfissirx awtomatikament li hemm segmentazzjoni tas-suq. Ta’ min jinnota li skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament bażiku, l-ilmentatur irid jipprovdi informazzjoni li tkun raġonevolment disponibbli għalih. Peress li l-kostijiet u l-prezzijiet ta’ tipi ta’ prodotti manifatturati fiċ-Ċina huma ta’ natura kunfidenzjali u mhux disponibbli għall-ilmentatur, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ilment kien fih biżżejjed informazzjoni li kienet raġonevolment disponibbli għall-ilmentatur biex tagħti bidu għall-investigazzjoni.

(21)

Barra minn hekk, l-informazzjoni miġbura u li waslet għand il-Kummissjoni matul l-investigazzjoni wriet li s-suq tal-Unjoni għall-GFF mhuwiex segmentat. L-affermazzjoni li t-tliet tipi ta’ prodotti — WR, NCF u CM — għandhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi differenti, li mbagħad jiddefinixxu l-użi finali tagħhom, hija fattwalment skorretta. Kif spjegat fl-ilment u fil-premessi minn (129) sa (138), u kif ma ġiex ikkontestat mill-GTĊ, il-prodott ikkonċernat jintuża biex jirrinforza r-reżini termoplastiċi u r-reżini ffurmati bis-sħana fl-industrija tal-komposti. Ħafna drabi, fl-użu, tip jista’ jintuża minflok ieħor; it-tip ta’ materjal magħżul jiddependi fuq id-dehra tal-wiċċ, il-fluss tar-raża, it-tensjoni li għaliha l-prodott lest ikun soġġett u t-teknika tal-applikazzjoni. Ċerti tipi ta’ prodotti huma partikolarment tajbin għal tekniki ta’ produzzjoni bil-forom magħluqin, jew tqegħid bl-idejn.

(22)

It-tliet tipi ta’ prodotti għandhom dawn l-użi prinċipali u komuni li ġejjin: Id-WRs jintużaw fuq applikazzjonijiet iffurmati bis-sħana, speċjalment dawk li jitqiegħdu bl-idejn, għall-prodotti tal-baħar (qxur tad-dgħajjes u gverti), pannelli tal-karrozzerija (eż. trakkijiet, ferroviji), skrejjen tal-imtieħen tar-riħ, pajpijiet u tankijiet. L-NCFs jintużaw għall-kostruzzjoni ta’ prodotti tal-baħar (qxur tad-dgħajjes u gverti), karrozzerija u pannelli ta’ vetturi (eż. trakkijiet, ferroviji), skrejjen tal-imtieħen tar-riħ u gondoli (nacelles), skis u snowboards, pajpijiet u tankijiet. Is-CMs jintużaw f’applikazzjonijiet b’forom magħluqin għal karrozzerija u pannelli ta’ vetturi, prodotti tal-baħar (qxur ta’ dgħajjes u gverti), gondoli tal-imtieħen tar-riħ u vetturi ta’ rikreazzjoni.

(23)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li mhuwiex rari li prodott ikkonċernat ikollu tipi ta’ prodotti li għandhom struttura ta’ kost u prezzijiet differenti. Din hija r-raġuni stess li għaliha l-Kummissjoni tiġbor data abbażi ta’ klassifikazzjoni dettaljata ta’ tipi ta’ prodotti. Din il-klassifikazzjoni, minbarra l-forom tal-materjali, iddistingwiet bejn formati ta’ bejgħ, tipi ta’ ħġieġ użat, piż tal-erja u densità tar-rovings. Il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz kien ibbażat fuq it-tip ta’ prodott għal kull paragun ta’ tip ta’ prodott u għalhekk dawn il-karatteristiċi kollha tqiesu meta l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu qed jiġu mqabbla ma’ GFF ta’ produtturi mill-Unjoni. Dan l-argument għalhekk ġie miċħud.

(24)

Fil-kummenti tiegħu dwar il-bidu, il-GTĊ argumenta wkoll li d-differenzi sinifikanti bejn il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-GFF minn sorsi differenti jagħmilha ċara wkoll li s-suq tal-Unjoni għat-tipi differenti ta’ prodotti huwa segmentat u l-importazzjonijiet minn pajjiżi differenti huma għal segmenti differenti tas-suq.

(25)

Kif innutat hawn fuq, l-informazzjoni miġbura mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni kollha kkonfermat li s-suq tal-Unjoni għall-GFF mhuwiex segmentat. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-produtturi esportaturi Eġizzjani ma jesportawx forom kompletament differenti ta’ GFF. Is-similaritajiet bejn il-prodott mibjugħ mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u fl-Eġittu kienu ta’ madwar 90 %. Dan l-argument għalhekk ġie miċħud.

(26)

Fil-kummenti tiegħu dwar il-bidu, il-GTĊ argumenta wkoll li l-paragun tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi u l-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz fl-ilment kienu bbażati fuq data mhux komparabbli u magħżula b’mod selettiv li ġiet aġġustata ħażin.

(27)

Kif imsemmi hawn fuq, l-Artikolu 10(2) tar-Regolament bażiku jistabbilixxi l-istandard tal-evidenza li trid tiġi pprovduta mill-ilmentatur fl-ilment. Għalhekk, filwaqt li l-informazzjoni trid tkun suffiċjenti trid ukoll tkun raġonevolment disponibbli għall-ilmentatur. Peress li l-informazzjoni dwar il-kostijiet u l-prezzijiet hija kunfidenzjali min-natura tagħha, data preċiża dwar il-kostijiet u l-prezzijiet għal kull tip ta’ prodott esportat minn kumpaniji f’pajjiżi terzi mhijiex disponibbli b’mod raġonevoli għall-ilmentatur fl-istadju tal-bidu. L-informazzjoni pprovduta xorta waħda tqieset suffiċjenti biex tinbeda l-investigazzjoni peress li kienet ibbażata fuq l-istatistika tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi mill-Eurostat.

(28)

Il-Kummissjoni nnutat ukoll li, kif speċifikat fil-premessa (965), il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet matul l-investigazzjoni kien prinċipalment ibbażat fuq data dettaljata attwali tal-produtturi u tal-produtturi esportaturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u kkonferma l-allegazzjonijiet ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet fl-ilment abbażi tal-istatistika tal-Eurostat. Għaldaqstant, dan l-argument tqies bħala irrilevanti wkoll fir-rigward tad-data użata fl-investigazzjoni.

(29)

Fil-kummenti tiegħu dwar il-bidu, il-GTĊ argumenta li l-importazzjonijiet GFF Ċiniżi ma kkawżawx pressjoni fuq il-prezzijiet. Din l-affermazzjoni ma ġiet issostanzjata bl-ebda evidenza.

(30)

B’kuntrast, l-ilment ipprovda informazzjoni dwar l-effett tal-importazzjonijiet sussidjati fuq il-prezzijiet tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, liema informazzjoni tqieset biżżejjed biex tinbeda investigazzjoni. L-evidenza pprovduta fl-ilment uriet li l-prezzijiet tal-Unjoni kienu qed jitwaqqgħu b’mod sinifikanti mill-prezzijiet tal-importazzjoni Eġizzjani u Ċiniżi.

(31)

Barra minn hekk, dik l-affermazzjoni hija fattwalment żbaljata. Kif instab mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni u kif spjegat fil-premessa (966), il-produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun waqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-PI. Dan l-argument għalhekk ġie miċħud.

(32)

Fil-kummenti tiegħu dwar il-bidu, il-GTĊ argumenta li l-akkumulazzjoni ta’ importazzjonijiet miċ-Ċina u mill-Eġittu għall-fini tal-analiżi tad-dannu mhijiex ġustifikata f’dan il-każ. Dan minħabba li l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi, u bejn l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi u l-prodott simili prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni huma ferm differenti. Il-GTĊ argumenta li l-GFF Ċiniż mhuwiex f’kompetizzjoni mal-GFF Eġizzjan peress li (i) l-importazzjonijiet tal-GFF Eġizzjani kienu prattikament ineżistenti sal-2017; (ii) l-importazzjonijiet ta’ GFF miċ-Ċina u mill-Eġittu segwew għal kollox xejriet opposti; (iii) l-importazzjonijiet Eġizzjani huma pprezzati b’mod differenti; u (iv) l-importazzjonijiet Eġizzjani huma biss ta’ NCF skont il-kalkoli tal-ilmentatur stess u għalhekk ma jikkompetux mal-Unjoni u mal-bejgħ tal-GFF Ċiniż fis-suq tal-Unjoni.

(33)

Il-Kummissjoni l-ewwel osservat li l-ilment kien fih biżżejjed evidenza li turi li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienu qed jiġu sussidjati u l-volumi tal-importazzjonijiet kienu sinifikanti u jikkawżaw dannu għall-industrija tal-Unjoni. Kien fiha wkoll għadd ta’ elementi rigward il-valutazzjoni kumulattiva tal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi kkonċernati (b’mod partikolari li għal kull pajjiż l-ammonti stmati ta’ sussidjar mhumiex de minimis (9), li għal kull pajjiż il-volumi ta’ importazzjoni huma sinifikanti (10) u li l-pajjiżi kkonċernati qed jikkompetu ma’ xulxin, mal-prodott simili u ma’ pajjiżi terzi u li l-prodotti esportati minn dawn il-pajjiżi qed jikkondividu l-istess karatteristiċi u użi finali mal-prodott simili (11)), li nstabu li kienu qed jegħlbu l-piż tagħhom fl-istadju tal-bidu. Din l-evidenza ġiet analizzata aktar matul l-investigazzjoni u l-Kummissjoni kkonfermat li l-kundizzjonijiet għal akkumulazzjoni ġew issodisfati, kif deskritt fil-premessi (947) sa (950).

(34)

Il-GTĊ argumenta wkoll li l-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi naqas fil-perjodu kkunsidrat u ma setax għamel ħsara lill-produtturi tal-Unjoni.

(35)

Kif diskuss hawn fuq, l-ilment kien fih biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet ta’ GFF Ċiniżi u Eġizzjani għandhom jiġu vvalutati b’mod kumulattiv. Skont l-evidenza fl-ilment, l-importazzjonijiet ta’ GFF miż-żewġ pajjiżi qed jikkompetu ma’ xulxin u mal-prodott simili, kif ukoll mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. L-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Eġittu għandhom l-istess karatteristiċi u użi, u jinbiegħu lill-klijenti madwar l-Unjoni f’kompetizzjoni diretta ma’ GFF prodott mill-industrija tal-Unjoni u minn pajjiżi terzi.

(36)

Fil-kummenti tiegħu dwar il-bidu, il-GTĊ argumenta li l-ilmentatur naqas milli jipprovdi data affidabbli dwar l-industrija tal-Unjoni fis-sħuħija tagħha, peress li d-data dwar dawk li ma ilmentawx ma kinitx affidabbli. Barra minn hekk, l-ilmentatur ma pprovdiex informazzjoni dwar diversi indikaturi tad-dannu.

(37)

Il-GTĊ ma spjegax b’liema mod id-data ma kinitx affidabbli. Għal darb’ oħra, l-informazzjoni kunfidenzjali dwar il-bejgħ u data tal-produzzjoni tal-produtturi mhux ilmentaturi tal-Unjoni ma kinitx disponibbli għall-ilmentatur. Għalhekk, l-ilmentatur ipprovda stimi li tqiesu raġonevoli u biżżejjed preċiżi u f’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament bażiku. Sabiex tiġi pprovduta biżżejjed evidenza ta’ dannu, ma hemmx obbligu li tiġi pprovduta data dwar l-indikaturi kollha ta’ dannu msemmija fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku; u lanqas mhemm bżonn li l-indikaturi kollha tad-dannu juru xejra ta’ tnaqqis.

(38)

Il-Kummissjoni nnotat li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni magħżul matul l-investigazzjoni, kien jinkludi l-akbar mhux ilmentatur u dan ta lill-Kummissjoni opportunità li tagħmel kontroverifika tad-data makro. Barra minn hekk, l-indikaturi rilevanti ta’ dannu kollha tqiesu mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni. Dan l-argument għalhekk ġie miċħud.

(39)

Fil-kummenti tiegħu dwar il-bidu, il-GTĊ argumenta li, il-produtturi tal-Unjoni ma ġarrbux dannu u b’mod partikolari mhux minħabba l-importazzjonijiet Ċiniżi. Skont il-GTĊ, bejn l-2015 u l-PI tal-ilment, l-industrija tal-Unjoni kienet sejra tajjeb u bażikament l-indikaturi kollha ta’ dannu żviluppaw b’mod pożittiv jew baqgħu stabbli.

(40)

Id-data fl-ilment uriet b’mod ċar li l-industrija tal-Unjoni ġarbet dannu materjali minn importazzjonijiet sussidjati ħafna li jwaqqgħu l-prezzijiet ta’ GFF mill-pajjiżi suġġetti. Il-produzzjoni, il-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’mod sostanzjali. L-ilmentaturi kienu mġiegħla jnaqqsu l-investiment u l-impjiegi. L-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu u l-profittabilità tagħhom naqset u dan isostni l-ilment.

(41)

Il-Kummissjoni nnutat li matul l-investigazzjoni l-indikaturi ta’ dannu stabbiliti abbażi tad-data reali verifikata pprovduta minn produtturi tal-Unjoni fil-kampjun urew dannu materjali li kien ikkawżat minn importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Il-GTĊ pprovda kummenti dwar dawn l-indikaturi, fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali (12). Dawn il-kummenti huma indirizzati fit-Taqsima 5.4. ta’ dan ir-Regolament.

(42)

Fil-kummenti tiegħu dwar il-bidu, il-GTĊ argumenta li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu minħabba l-importazzjonijiet relatati tagħha minn pajjiżi terzi u t-tnaqqis fid-domanda fis-suq tal-Unjoni.

(43)

Il-Kummissjoni ma qablitx. L-ilment wera li minħabba l-volumi baxxi ta’ importazzjonijiet relatati minn pajjiżi terzi, dawn ma setgħux ikkawżaw id-dannu materjali. L-analiżi li l-ilmentatur għamel tal-indikaturi tad-dannu wriet ukoll li d-dannu ma jistax jiġi spjegat bit-tnaqqis fid-domanda fis-suq tal-Unjoni minħabba li t-telf mis-sehem mis-suq juri li t-telf fil-bejgħ kien imur b’mod ċar lil hinn mit-tnaqqis fil-konsum.

(44)

L-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu. Barra minn hekk, l-ilmentatur analizza kawżi potenzjali oħra tad-dannu, bħall-prestazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra.

(45)

Matul l-investigazzjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u t-tnaqqis fid-domanda fis-suq tal-Unjoni, ġew eżaminati fit-Taqsima 6.2. hawn taħt. Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ ma għamel l-ebda argumenti ġodda fil-kummenti dwar il-bidu. Dan l-argument għalhekk ġie miċħud.

(46)

Fil-kummenti tiegħu dwar il-bidu, il-GTĊ argumenta li l-produtturi tal-Unjoni integrati vertikalment ġarrbu dannu minħabba l-kostijiet relatati ma’ “integrazzjoni b’lura” u l-abbiltà mnaqqsa li jbigħu fis-suq miftuħ minħabba “integrazzjoni ’l isfel”.

(47)

Fil-bidu, ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni dwar żvantaġġ kompetittiv apparenti mill-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni fil-biċċa l-kbira mhumiex integrati vertikalment.

(48)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnutat li l-investigazzjoni ma wrietx kostijiet anormali minħabba l-integrazzjoni vertikali. Ukoll, il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kollha biegħu primarjament lil klijenti mhux relatati. Dan l-argument għalhekk ġie miċħud.

(49)

Fil-kummenti tiegħu dwar il-bidu, il-GTĊ argumenta li x-xejriet ta’ bejgħ differenti tal-produtturi ilmentaturi u mhux ilmentaturi bejn l-2015 u l-PI tal-ilment jindikaw li ż-żewġ settijiet ta’ produtturi jikkompetu għall-bejgħ u għall-klijenti. Għalhekk, it-telf ta’ bejgħ u mis-sehem tas-suq li kellhom il-produtturi ilmentaturi favur il-produtturi mhux ilmentaturi kien ukoll ir-raġuni probabbli l-għala tal-ewwel kienu soffrew f’termini ta’ volumi ta’ bejgħ u ma setgħux jogħlu l-prezzijiet fil-PI tal-ilment.

(50)

Il-kompetizzjoni fost il-produtturi tal-Unjoni hija konsegwenza tas-suq ħieles u normalment hija suppożizzjoni (sakemm ma jkunx hemm evidenza ta’ eżistenza ta’ prattiki antikompetittivi, li mhuwiex il-każ), aktar milli fattur li jispjega l-eżistenza ta’ dannu. Għalhekk, il-produtturi ilmentaturi u mhux ilmentaturi tal-Unjoni mhux biss jikkompetu ma’ xulxin fis-suq tal-Unjoni, iżda anki l-produtturi ilmentaturi tal-Unjoni nfushom jikkompetu ma’ xulxin. Dan ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li jnaqqas ir-rabta ta’ kawżalità bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fis-sħuħija tagħha. Is-sejbiet tad-dannu materjali bbażati fuq kampjun validu jiddependu fuq valutazzjoni tal-industrija kollha kemm hi, inkluża data mingħand l-ilmentaturi u mhux ilmentaturi (data mikro u makro).

(51)

Matul l-investigazzjoni, kif speċifikat fin-Nota tal-fajl għall-ispezzjoni mill-parti interessata fil-kampjun finali tal-produtturi tal-Unjoni tal-21 ta’ Ġunju 2019, il-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni kien magħmul kemm mill-produtturi tal-Unjoni, kemm ilmentaturi kif ukoll mhux. Barra minn hekk, id-determinazzjoni tad-dannu ma kinitx limitata għall-produtturi tal-Unjoni li lmentaw iżda għall-industrija kollha tal-Unjoni kollha kemm hi. Din l-affermazzjoni għalhekk ġiet miċħuda.

(52)

Fl-aħħar nett, fil-kummenti tiegħu wara l-bidu, il-GTĊ sostna li ngħatat kunfidenzjalità eċċessiva lill-informazzjoni ewlenija bħal min sostna l-ilment u d-data marbuta mad-dannu prinċipali. Il-GTĊ asserixxa li dan żammu milli jirribatti b’mod xieraq l-affermazzjonijiet li għamel l-ilmentatur.

(53)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-verżjoni miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati fl-ilment kien fiha l-evidenza essenzjali u s-sommarji mhux kunfidenzjali tad-data li ngħatat trattament kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom matul il-proċediment kollu. Tfakkar li l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku jippermetti s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn l-iżvelar ikun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal xi kompetitur jew jista’ jkollu effett negattiv sinifikanti fuq persuna li tkun qed tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li minnha dik il-persuna tkun kisbet l-informazzjoni. Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet tal-GTĊ f’dan ir-rigward ġew miċħuda.

1.1.2.   Kummenti mill-GTE dwar il-bidu

(54)

Il-GTE sostna li l-investigazzjoni jenħtieġ li ma titnediex minħabba li l-ilment ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti evidenzjarji tal-Artikolu 11(2) tal-Ftehim tad-WTO dwar Sussidji u Miżuri Kompensatorji u tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament Bażiku. Skont il-GTE, ma kienx hemm biżżejjed evidenza ta’ sussidji kumpensabbli, ta’ dannu u ta’ rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet sussidjati u d-dannu. Il-Kummissjoni rrifjutat dik l-affermazzjoni għall-istess raġunijiet kif imsemmi fil-premessa (6) ta’ hawn fuq.

(55)

Matul il-konsultazzjonijiet ta’ qabel il-bidu, il-GTE indika li l-ilmentatur ma ppreżentax evidenza li l-allegat self preferenzjali jingħata mill-gvern Eġizzjan. Madankollu, minħabba l-ġabra ta’ evidenza mressqa fl-ilment, u b’mod partikolari l-arranġamenti bejn iċ-Ċina u l-Eġittu, kif ukoll l-għanijiet ta’ dawn l-arranġamenti, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza kif kien raġonevolment disponibbli għalih li turi li l-imġiba tal-għoti ta’ sussidji permezz ta’ self preferenzjali tista’ tiġi attribwita lill-GTE.

(56)

Barra minn hekk, il-GTE sostna li l-allegati benefiċċji tat-taxxa tneħħew mil-leġiżlazzjoni fl-2015 u li l-ilmentatur naqas milli jipprovdi evidenza li dawn għandhom japplikaw għal proġetti eżistenti. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza tal-anterjorità ta’ dawn il-benefiċċji tat-taxxa kif kien raġonevolment disponibbli għalih.

(57)

Il-GTE sostna wkoll li r-remissjoni tad-dazji tal-importazzjoni fuq il-materja prima mhijiex sussidju dment li dawn il-prodotti importati jiġu esportati mill-ġdid bħala tali jew kif ipproċessati fi prodott downstream. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li hija biss ir-remissjoni żejda tad-dazji tal-importazzjoni fuq il-materja prima li hija sussidju kumpensabbli, u tat attenzjoni partikolari lil dan matul l-investigazzjoni. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-kumment tal-GTE ma japplikax għat-tagħmir tal-produzzjoni.

(58)

Il-GTE sostna li l-ilmentatur naqas milli jipprovdi evidenza ta’ benefiċċju fuq l-għoti ta’ art b’remunerazzjoni inqas minn adegwata. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ benefiċċju kif kien raġonevolment disponibbli għalih.

(59)

Fl-aħħar nett, il-GTE indika li l-ilmentatur naqas milli jipprovdi evidenza tal-ispeċifiċità li tikkonċerna l-provvista tal-elettriku b’remunerazzjoni inqas minn adegwata, billi ma hemm l-ebda speċifiċità meta l-aċċess għal sussidju huwa soġġett għal kundizzjonijiet oġġettivi. Il-Kummissjoni nnutat li l-GTE ma pprovda l-ebda evidenza fir-rigward ta’ dawn il-kundizzjonijiet oġġettivi matul il-konsultazzjonijiet ta’ qabel il-bidu.

(60)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm biżżejjed evidenza pprovduta fl-ilment biex tinbeda investigazzjoni dwar l-allegati sussidji kumpensabbli mogħtija direttament jew indirettament mill-GTE.

1.1.3.   Kummenti dwar l-investigazzjoni anti-dumping separata

(61)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, Yuntianhua Group sostna li s-sostituzzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni mwettqa fl-investigazzjoni anti-dumping separata mhijiex xierqa u talab lill-Kummissjoni twettaq kalkolu tal-marġni ta’ dumping għall-produtturi esportaturi tal-grupp mingħajr rikors għall-Artikolu 2(6a) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ir-“Regolament anti-dumping bażiku”) (13). Skont Yuntianhua Group, l-investigazzjoni antisussidji ma sabet l-ebda evidenza li l-inputs tal-GFF kienu pprovduti b’remunerazzjoni inqas minn adegwata. Il-grupp argumenta b’mod simili li l-investigazzjoni antisussidji aċċettat li l-inputs tal-GFF kienu nxtraw b’valuri tas-suq mhux distorti peress li l-fatturat tal-fornituri tal-input u tal-materja prima ntużaw għall-kalkolu tal-benefiċċji tas-sussidju.

(62)

Il-Kummissjoni, l-ewwel nett, innotat li l-kummenti dwar il-kalkolu u l-metodoloġija użati fl-investigazzjoni anti-dumping separata lil hinn mill-ambitu ta’ dan il-proċediment. Għalhekk, kummenti li jikkonċernaw il-metodoloġija użata għad-determinazzjoni tad-dumping jenħtieġ li jkunu pprovduti fil-kuntest ta’ dik l-investigazzjoni.

(63)

It-tieni, l-investigazzjoni, kif deskritta fit-Taqsima 3, uriet li l-fornituri ewlenin tal-produtturi esportaturi bbenefikaw b’mod estensiv minn sussidji tal-gvern. Il-Kummissjoni fakkret li l-użu tal-fatturat ta’ kumpaniji relatati li jfornu inputs u materja prima ma jimplikax li qed jiġi aċċett li l-valuri tas-suq ta’ dawk il-provvisti mhux jiġi distort. Għall-kuntrarju, il-fatturat huwa l-element ta’ allokazzjoni, li jippermetti tqassim tajjeb tas-sussidji stabbiliti li minnhom ibbenefikaw il-produtturi esportaturi.

(64)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni nnutat li s-sejbiet magħmula skont l-Artikolu 2 (6a) tar-Regolament bażiku dwar l-anti-dumping huma relatati ma’ distorsjonijiet sinifikanti fejn il-prezzijiet jew il-kostijiet jiġu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Varjetà ta’ elementi huma eżaminati f’dan il-kuntest b’mod olistiku. Għaldaqstant, il-fatt li investigazzjoni antiidumping skont l-Artikolu 2(6a) ma tiddependix fuq evidenza li tikkonċerna s-sussidjar ta’ materja prima jew tal-prodott ikkonċernat mhuwiex impediment għall-Kummissjoni biex tinvestiga separatament u skont ir-regoli applikabbli fir-Regolament bażiku jekk hemmx sussidjar. Għaldaqstant, l-argumenti ta’ Yuntianhua Group ġew miċħuda.

(65)

Wara d-divulgazzjoni definittiva addizzjonali, Yuntianhua Group sostna li d-divulgazzjoni kien fiha sejbiet ġodda dwar: (i) in-nuqqas ta’ segmentazzjoni tas-suq GFF; (ii) il-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi tal-prodott; (iii) l-istruttura tal-kost u tal-prezzijiet; (iv) l-għadd doppju li jirriżulta mill-impożizzjoni fl-istess ħin ta’ dazji anti-dumping u antisussidji li affettwaw il-livell tad-dazji anti-dumping definittivi imposti fis-7 ta’ April 2020; u (v) il-fatt li l-marġni ta’ dumping li nstab fl-investigazzjoni anti-dumping għal din il-parti kien żbaljat u għandu jitnaqqas mill-ammont kollu tas-sussidjar stabbilit fir-RPĊ biex jiġi evitat l-għadd doppju. Dawn l-elementi ma kinux jinsabu fid-divulgazzjoni finali tal-proċedura anti-dumping parallela u b’hekk ma kienx fiha dawn is-sejbiet u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali. B’riżultat ta’ dan, skont din il-parti, ir-Regolament anti-dumping definittiv (UE) 2020/492 huwa manifestament mhux raġonevoli u illegali, u l-marġni ta’ dumping ta’ 64,7 % li jidher fir-Regolament anti-dumping (UE) 2020/492 huwa żbaljat.

(66)

Il-Kummissjoni nnotat mill-bidu nett li l-ispjegazzjonijiet li jinsabu fid-divulgazzjoni definittiva addizzjonali f’din il-proċedura huma reazzjoni għall-kummenti li waslu mingħand il-partijiet wara dik id-divulgazzjoni, u b’hekk kien fiha aktar dettalji dwar is-sejbiet li għamlet il-Kummissjoni. Għaldaqstant, ma jikkostitwixxux sejbiet ġodda iżda sempliċiment jindirizzaw il-kummenti tal-partijiet interessati.

(67)

Barra minn hekk, dwar il-punti (i) - (iii) imqajma minn din il-parti jiġifieri n-nuqqas ta’ segmentazzjoni tas-suq tal-GFF, il-karatteristiċi tal-prodott, u l-istruttura tal-kost u tal-prezzijiet, il-Kummissjoni nnutat li r-rimarki fid-divulgazzjoni addizzjonali dwar dawn it-tliet punti kienu maħsuba biex jindirizzaw affermazzjonijiet ġodda li għamlu l-partijiet. Dawn l-affermazzjonijiet ġodda tressqu biss fil-kuntest ta’ dan il-proċediment antisussidju. L-unika affermazzjoni mqajma fil-proċediment anti-dumping dwar is-segmentazzjoni kienet li l-produtturi tal-Unjoni jipproduċu biss prodotti OEM speċifiċi għall-konsumatur u jenħtieġ li ma tiġi imposta l-ebda miżura fuq is-segment OEM. Dawn l-argumenti ġew indirizzati b’mod sħiħ fil-premessa 409 tar-Regolament anti-dumping (14). Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx possibbilment diġà tindirizza dawn il-kummenti ġodda fil-kuntest tad-divulgazzjoni fir-rigward tal-antidumping. Ir-Regolament anti-dumping definittiv kien jinkludi s-sejbiet u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali kollha li abbażi tagħhom il-Kummissjoni ħadet id-deċiżjoni tagħha dwar din il-proċedura u indirizza b’mod sħiħ l-argumenti kollha li tqajmu fil-kuntest ta’ dak il-proċediment. Is-sejbiet fil-proċedura antisussidji ma jaffettwawx ir-raġunament li sar fir-Regolament anti-dumping definittiv.

(68)

Barra minn hekk, minn perspettiva sostantiva, dawn il-punti la jaffettwaw u lanqas ibiddlu b’xi mod is-sejbiet tal-investigazzjoni, la tal-antidumping u lanqas tal-antisussidju. Għalhekk, ma hemm l-ebda impatt minn dawn il-punti fuq is-sitwazzjoni tal-parti li qed tagħmel din l-affermazzjoni jew fuq is-sitwazzjoni ta’ xi parti oħra. Minkejja dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħti opportunità addizzjonali lill-partijiet biex jikkummentaw dwar dawk il-punti. Tabilħaqq, għalkemm dawn il-partijiet ma introduċew l-ebda bidla huma stess (u għalhekk il-Kummissjoni ma kellhiex fil-prinċipju obbligu li tindirizzahom fid-divulgazzjoni addizzjonali iżda fir-Regolament definittiv), dawn ġew inklużi fid-divulgazzjoni addizzjonali definittiva. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(69)

F’kwalunkwe każ, ma teżisti l-ebda kontradizzjoni bejn is-sejbiet taż-żewġ investigazzjonijiet. L-unika differenza hija li l-partijiet kellhom l-opportunità jikkummentaw fi stadju aktar tard u għamlu kummenti addizzjonali f’dan il-proċediment. Il-Kummissjoni kellha l-obbligu li twieġeb għal dawn il-kummenti u li għamlet hekk f’dan ir-Regolament.

(70)

Fir-rigward speċifiku tal-aħħar żewġ kwistjonijiet, (iv) u (v) fil-premessa (67) hawn fuq, tal-possibbiltà ta’ għadd doppju u tal-marġni tad-dumping, il-Kummissjoni nnutat dan li ġej. L-ewwel nett, kif diġà ġie spjegat b’tweġiba għall-kummenti tal-partijiet għad-divulgazzjoni definittiva ta’ dan il-proċediment, b’mod partikolari fil-premessa (1137), il-Kummissjoni indirizzat b’mod sħiħ il-kwistjoni potenzjali tal-għadd doppju u tat biżżejjed opportunità lill-partijiet kollha biex jissottomettu kummenti matul dan il-proċediment. Hija ma setgħetx tagħmel dan fil-kuntest tal-proċediment tal-anti-dumping li kien għaddejj. It-tieni, il-Kummissjoni tinnota li fil-kuntest ta’ proċedimenti separati tal-anti-dumping u tal-antisussidji fuq l-istess prodott li joriġina mill-istess pajjiż fejn l-impożizzjoni ta’ dazji kumpensatorji sseħħ aktar tard mill-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping, ma hemm l-ebda alternattiva ħlief li jiġu emendati d-dazji anti-dumping imposti preċedentement. Dan irid isir sabiex jitqiesu d-dazji kompensatorji l-ġodda filwaqt li fl-istess ħin jiġi evitat l-għadd doppju u tiġi rispettata r-regola tal-inqas dazju jekk applikabbli u rilevanti. Għal dan l-għan, f’dawn il-każijiet it-teknika leġiżlattiva hija li jiġu imposti d-dazji kumpensatorji rilevanti u mbagħad fl-istess ħin jiġu emendati d-dazji anti-dumping applikabbli rilevanti kif xieraq permezz tal-istess regolament. Għaldaqstant, għall-kuntrarju ta’ dak li qed targumenta din il-parti, ir-Regolament anti-dumping (UE) 2020/492 mhuwiex manifestament żbaljat u mhux raġonevoli. Il-valutazzjonijiet u l-affermazzjonijiet rilevanti ġew indirizzati b’mod sħiħ f’dan ir-Regolament, li jikkostitwixxi wkoll il-bażi għall-emendar tar-regolament anti-dumping definittiv. Billi d-dazju anti-dumping rilevanti applikabbli għal Yuntianhua Group huwa modifikat ukoll skont dan ir-Regolament, kif spjegat fid-dettall fit-Taqsima 8, anki l-affermazzjoni ta’ din il-parti, li l-livell tad-dazju anti-dumping tagħha fir-Regolament (UE) 2020/492 huwa żbaljat, hija fattwalment kif ukoll legalment ħażina. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, l-affermazzjonijiet ta’ Yuntianhua Group huma miċħuda.

1.2.   Reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet

(71)

Fil-31 ta’ Lulju 2019, l-ilmentatur ippreżenta talba għal reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ta’ GFF li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku. Fil-21 ta’ Novembru 2019, l-ilmentatur reġa’ ppreżenta talba għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku, b’ċifri aġġornati dwar l-importazzjoni.

(72)

Skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat huma soġġetti għar-reġistrazzjoni biex ikun żgurat li jekk mill-investigazzjoni jirriżultaw sejbiet li jwasslu għall-impożizzjoni ta’ dazji kompensatorji definittivi, dawk id-dazji jkunu jistgħu jiġu imposti retroattivament fuq l-importazzjonijiet irreġistrati skont id-dispożizzjonijiet legali applikabbli, jekk il-kundizzjonijiet meħtieġa jiġu ssodisfati.

(73)

Bi tweġiba għat-talba ta’ reġistrazzjoni, il-partijiet interessati ppreżentaw kummenti li l-Kummissjoni indirizzat fir-Regolament ta’ reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni kellha biżżejjed evidenza disponibbli li tiġġustifika l-ħtieġa li l-importazzjonijiet jiġu rreġistrati.

(74)

Fil-21 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni ppubblikat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/44 (“ir-Regolament ta’ reġistrazzjoni”) (15) li għamel l-importazzjonijiet tal-GFF li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Eġittu soġġetti għal reġistrazzjoni mit-22 ta’ Jannar 2020.

1.3.   Kjarifika tal-ambitu tal-prodott

(75)

Matul l-investigazzjoni, ħareġ biċ-ċar li xi operaturi ekonomiċi jaf ma kinux jippreżentaw ruħhom minħabba fehim żbaljat tad-definizzjoni tal-prodott taħt investigazzjoni. Għal din ir-raġuni, fit-18 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni ċċarat il-kliem tad-deskrizzjoni tal-ambitu tal-prodott inkluż fin-Notifika ta’ Bidu billi ppubblikat Notifika (“Notifika ta’ Kjarifika”) (16). In-Notifika ta’ Kjarifika tat wkoll il-possibbiltà li l-partijiet jippreżentaw ruħhom sa perjodu ta’ żmien stipulat u biex jitolbu kwestjonarju, jekk xtaqu jagħmlu dan. L-ebda parti interessata ma bagħtet xi kumment dwar in-Notifika ta’ Kjarifka jew talbet kwestjonarju.

(76)

Wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ Kjarifika u fl-investigazzjoni sussegwenti, ġie kkonfermat li l-ebda operatur ekonomiku ma kien naqas milli jippreżenta lilu nnifsu minħabba n-nuqqas ta’ fehim possibbli fid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat inkluża fin-Notifika ta’ Bidu.

1.4.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

(77)

L-investigazzjoni tas-sussidjar u tad-dannu kopriet il-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2018 u l-31 ta’ Diċembru 2018 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

(78)

Kemm l-investigazzjoni antisussidji attwali kif ukoll l-investigazzjoni anti-dumping imsemmija fil-premessa (4) għandhom l-istess perjodu ta’ investigazzjoni u l-istess perjodu taħt kunsiderazzjoni.

1.5.   Il-partijiet interessati

(79)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu kuntatt magħha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-ilmentatur, lill-GTE, lill-GTĊ, lil produtturi tal-Unjoni magħrufa oħrajn, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-importaturi magħrufa u lill-utenti dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom sabiex jipparteċipaw.

(80)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. Yuntianhua Group talab intervent mill-Uffiċjal tas-Seduta biex iqajjem tħassib relatat mal-iskadenza mogħtija biex iwieġeb għal ittra ta’ defiċjenza. Il-kumpanija sostniet li ma kinitx innutat l-ittra ta’ defiċenza minħabba li s-server tal-IT tagħha kien bi żball ikkunsidra l-email tal-Kummissjoni bħala posta mhux mixtieqa, u talbet estensjoni ta’ 18-il jum. L-Uffiċjal tas-Seduta stieden lill-Kummissjoni testendi l-iskadenza b’sitt ijiem.

(81)

Kif imsemmi fit-Taqsima 1.3, il-Kummissjoni ċċarat l-ambitu tal-prodott matul l-investigazzjoni u tat lill-partijiet interessati kkonċernati mill-kjarifika, jew lil min seta’ ma kienx ippreżenta lilu nnifsu minħabba li emmen li ma kienx ikkonċernat mill-proċediment, l-opportunità li jippreżenta lilu nnifsu u li jitlob kwestjonarju sa perjodu ta’ żmien stipulat. L-ebda parti oħra ma ppreżentat lilha nnifisha.

1.6.   Kampjunar

(82)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun mill-partijiet interessati skont l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

1.6.1.   Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

(83)

Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet iddeċidiet li tillimita l-investigazzjoni għal għadd raġonevoli ta’ produtturi tal-Unjoni billi tapplika kampjunar. Hija żiedet tgħid li għażlet b’mod provviżorju kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni abbażi tal-volum ta’ produzzjoni rrappurtat tal-prodott simili fl-Unjoni bejn Ottubru 2017 u Settembru 2018 filwaqt li qieset ukoll il-firxa ġeografika. Il-kampjun ikkonsista minn erba’ produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni ta’ GFF. L-ebda waħda mill-partijiet interessati ma pprovdiet kummenti u għalhekk il-kampjun provviżorju ġie kkonfermat. Il-kampjun jirrappreżenta lill-industrija tal-Unjoni.

1.6.2.   Il-kampjunar tal-importaturi

(84)

Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

(85)

Importatur mhux relatat wieħed biss (Euroresins UK Ltd.) ipprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jkun inkluż fil-kampjun. Minħabba n-numru żgħir ta’ importaturi li kkollaboraw, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx meħtieġ li jittieħed kampjun.

1.6.3.   Il-kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-RPĊ

(86)

Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(87)

Kien hemm tmien produttur esportatur jew gruppi ta’ produtturi esportaturi fir-RPĊ li ppreżentaw l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi abbażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fil-ħin disponibbli. Il-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun jirrappreżentaw aktar minn 79 % tal-esportazzjonijiet irrappurtati ta’ GFF mir-RPĊ lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(88)

Il-kampjun tal-produtturi esportaturi jew gruppi ta’ produtturi esportaturi huwa li ġej:

China National Building Materials Group (“CNBM Group”), inklużi

Jushi Group Co. Ltd (“Jushi” jew “Jushi China”);

Zhejiang Hengshi Fiberglass Fabrics Co. Ltd (“Hengshi”);

Taishan Fiberglass Inc (“Taishan”)

Yuntianhua Group (“Yuntianhua Gorup”), inklużi:

PGTEX China Co. Ltd (“PGTEX”),

Chongqing Tenways Material Corp. (“CTM”).

(89)

Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa u kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tar-RPĊ ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun.

(90)

Waslu kummenti dwar l-għażla tal-kampjun minn żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, Jushi u Hengshi, li jagħmlu parti mis-CNBM Group. Filwaqt li Jushi u Hengshi ma kkontestawx il-fatt li kienu kumpaniji relatati, huma ddikjaraw li ma kinux relatati ma’ Taishan. Jushi ddikjarat li l-Kummissjoni ma setgħetx tiddependi b’mod mekkaniku fuq l-Artikolu 127(1)(d) jew (f) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 (17) (“l-Att ta’ implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni”) biex tittratta Hengshi, Jushi u Taishan bħala entità waħda. Insostenn ta’ din il-pretensjoni, Jushi rreferiet għall-Bord tad-WTO fil-Korea – Certain Paper (18) u l-Linji Gwida għal tranżazzjonijiet relatati ta’ kumpaniji elenkati tal-Borża ta’ Shanghai.

(91)

Huma enfasizzaw li (i) ma kellhomx parteċipazzjoni azzjonarja diretta komuni, (ii) ma kien hemm l-ebda sovrapożizzjoni fil-bordijiet tagħhom, (iii) ma kien hemm l-ebda tranżazzjoni relatata bejn Hengshi/Jushi u Taishan, u (iv) kienu kompetituri fis-suq.

(92)

Wara l-eżerċizzju tal-kampjunar, fit-13 ta’ Novembru 2019, saret seduta ma’ Taishan, li fiha reġgħu tqajmu l-argumenti msemmija hawn fuq.

(93)

L-investigazzjoni żvelat li China National Building Material (“CNBM”) hija intrapriża tal-Istat Ċiniż li 41,27 % tagħha hija direttament jew indirettament proprjeta tal-Kumpanija Omm ta’ CNBM, li min-naħa tagħha hija proprjetà kollha kemm hi tal-Kummissjoni tal-Kunsill tal-Istat ta’ Amministrazzjoni u Superviżjoni tal-Assi (“SASAC”) li hija proprjetà tal-Istat. CNBM għandha sehem ta’ 26,97 % f’China Jushi Co., Ltd. (“China Jushi”), li hija l-unika azzjonist ta’ Jushi (19).

(94)

F’Settembru 2017, CNBM daħlet fi Ftehim ta’ Fużjoni (20) ma’ Sinoma li ġie ffinalizzat f’Mejju 2018. Sinoma, permezz tas-sussidjarja tagħha Sinoma Science & Technology Co. kienet is-sid ta’ Taishan. Wara l-fużjoni, Sinoma ngħaqdet u ġiet assorbita minn CNBM. Bħala konsegwenza, CNBM għandha sehem ta’ 26,97 % f’China Jushi (l-unika azzjonista ta’ Jushi) u sehem ta’ 60,24 % f’Sinoma Science & Technology Co., Ltd. (l-unika azzjonista ta’ Taishan).

(95)

L-Artikolu 127(1)(d) tal-Att ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali jistabbilixxi li żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: parti terza tkun tippossjedi, tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-istokk jew l-ishma li jivvutaw jew tat-tnejn. CNBM għandha sehem ta’ 26,97 % f’China Jushi (l-unika azzjonista ta’ Jushi) u 60,24 % f’Sinoma Science & Technology Co., Ltd. (l-unika azzjonista ta’ Taishan). Għalhekk, instab li l-kumpaniji kienu relatati.

(96)

Barra minn hekk, skont rapport tal-kumpanija mill-kumpanija ta’ senserija Ċiniża Guotai Junan Securities tal-2019 (21), CNBM ilha mill-2017 torganizza mill-ġdid l-entitajiet operatorji tagħha sabiex ittejjeb il-koordinazzjoni reġjonali u telimina l-kompetizzjoni orizzontali fost is-sussidjarji elenkati. Barra minn hekk, CNBM beħsiebha ssolvi l-kwistjonijiet tal-kompetizzjoni orizzontali sal-2020. Skont l-informazzjoni disponibbli pubblikament fir-rapport, CNBM ippjanat li tibda dan il-proċess billi tikkonsolida n-negozju tal-fibra tal-ħġieġ tagħha permezz ta’ injezzjonijiet ta’ assi bejn China Jushi u Sinoma Science & Technology (l-unika azzjonista ta’ Taishan). Għalhekk, l-evidenza miġbura matul l-investigazzjoni ma tappoġġjax l-argument tal-kumpaniji li l-parteċipazzjoni azzjonarja komuni ma għandha l-ebda implikazzjoni prattika u li l-kumpaniji joperaw b’mod indipendenti. Għall-kuntrarju, din l-evidenza tissuġġerixxi li lil hinn mis-sempliċi parteċipazzjoni azzjonarja (li waħedha tista’ tkun determinanti għall-konklużjoni li l-kumpaniji huma relatati), it-tliet kumpaniji jistgħu jinfluwenzaw ukoll b’mod konsiderevoli d-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ xulxin, u li l-kumpanija tal-kontroll tagħhom (CNBM) għandha l-għan li tal-anqas tikkoordina, jekk mhux tintegra, l-operazzjonijiet tagħhom (“issolvi l-kwistjonijiet tal-kompetizzjoni orizzontali”). Dan ifisser li s-sussidji riċevuti minn kwalunkwe minn dawk il-kumpaniji jistgħu jintużaw għall-vantaġġ tal-prodott ikkonċernat mingħajr distinzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat l-affermazzjoni li l-konklużjoni tagħha li tikkunsidra t-tliet kumpaniji bħala relatati ma qisitx ir-realtajiet fattwali u ekonomiċi.

(97)

Fir-rigward tal-argument li l-Kummissjoni ma setgħetx tittratta lil Hengshi, Jushi u Taishan bħala grupp uniku għall-fini tal-kalkolu tal-ammont ta’ sussidjar mogħti fuq il-prodott ikkonċernat, il-Kummissjoni fakkret li biex jiġi żgurat li l-miżuri jkunu jistgħu jiġu infurzati b’mod effettiv, b’mod partikolari biex jiġi evitat li l-esportazzjonijiet jiġu diretti permezz ta’ kumpanija relatata bl-anqas dazju, hija l-prattika tal-Kummissjoni li tistabbilixxi r-relazzjoni bejn il-produtturi esportaturi permezz tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 127 tal-Att ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Dan ġie kkomunikat b’mod ċar lill-partijiet kollha fin-Notifika ta’ bidu fil-bidu tal-proċediment. Barra minn hekk, ir-referenza għall-Artikolu 127 tal-Att ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni tinsab espliċitament fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku dwar l-Anti-dumping (22) u l-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-istess trattament ta’ partijiet kemm f’każijiet anti-dumping kif ukoll f’ każijiet antisussidji (23). Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, il-kalkolu tal-ammont ta’ sussidjar isir għal kull unità tal-prodott issussidjat esportat lejn l-Unjoni. Il-kalkolu tal-ammont ta’ sussidji kumpensabbli abbażi tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni jimplika li, meta l-kumpaniji jkunu relatati, peress li l-flus huma funġibbli, jistgħu jużaw dawk il-benefiċċji għall-prodott ikkonċernat mingħajr distinzjoni, u għalhekk, irrispettivament mill-produttur esportatur b’mod partikolari. F’dan il-każ, peress li Henghsi, Jushi u Taishan jagħmlu u jesportaw il-prodott ikkonċernat, l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli mogħtija fuqhom jenħtieġ li jqis il-fatt li, minħabba r-relazzjoni tagħhom, huma kapaċi jidderieġu dawk il-benefiċċji għall-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni kif jidhrilhom xieraq. Konsegwentement, il-benefiċċji mogħtija lil dawk il-produtturi esportaturi fir-rigward tal-prodott ikkonċernat jenħtieġ li jirriżultaw f’ammont wieħed għall-grupp.

(98)

Fl-aħħar nett, il-każ tad-WTO (24) msemmi minn Jushi fil-premessa (90) ma jappoġġjax l-affermazzjoni tal-kumpanija. Fil-fatt, għall-kuntrarju ta’ dak li Jushi qed tipprova tikkonkludi, il-Bord tad-WTO f’dak il-każ kkonferma li, għall-fini ta’ determinazzjonijiet ta’ dumping f’investigazzjonijiet anti-dumping, ir-regola fl-Artikolu 6.10 tal-Ftehim anti-dumping tad-WTO (fejn jenħtieġ li jkun kkalkulat marġni ta’ dumping għal kull produttur esportatur) ma kinitx neċessarjament tipprekludi li entitajiet ġuridiċi distinti jiġu ttrattati bħala esportatur jew produttur uniku. Il-Bord innota li dan it-trattament ikun permess “fejn ir-relazzjoni strutturali u kummerċjali bejn il-kumpaniji inkwistjoni tkun suffiċjentement qrib biex jiġu kkunsidrati bħala esportatur uniku” (25). Bl-applikazzjoni ta’ din il-konsiderazzjoni, il-Bord ma stabbilixxiex il-kriterji li l-awtoritajiet investigattivi jridu japplikaw biex jivvalutaw jekk il-kumpaniji humiex relatati. Il-Bord sempliċement analizza l-elementi speċifiċi (bħall-parteċipazzjoni azzjonarja, il-bord tad-diretturi, il-mezzi ta’ bejgħ) li l-awtorità ta’ investigazzjoni kellha quddiemha f’dak il-każ. Il-Korp tal-Appell f’KE — Fastenersikkonferma l-possibbiltà li għadd ta’ esportaturi jiġu ttrattati bħala entità waħda, u elenka wkoll elementi li jistgħu jkunu rilevanti, bħall-eżistenza ta’ rabtiet korporattivi u strutturali bejn l-esportaturi, bħal (i) kontroll, parteċipazzjoni azzjonarja u ġestjoni komuni; (ii) l-eżistenza ta’ rabtiet korporattivi u strutturali bejn l-Istat u l-esportaturi, bħal kontroll, parteċipazzjoni azzjonarja u ġestjoni komuni; u (iii) kontroll jew influwenza materjali mill-Istat fir-rigward tal-ipprezzar u tal-produzzjoni (26). F’dak ir-rigward, mill-elementi legali u fattwali ta’ dan il-każ, ma jistax jiġi miċħud li jeżistu rabtiet korporattivi bejn Jushi, Hengshi u Taishan.

(99)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kienu kumpaniji relatati għall-iskop ta’ din l-investigazzjoni u l-affermazzjonijiet kollha f’dan ir-rigward ġew għaldaqstant miċħuda.

(100)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, Taishan oġġezzjona għall-applikazzjoni ta’ dazju kumpensatorju kombinat ma’ Hengshi/Jushi. Din il-parti interessata sostniet li l-azzjonist finali komuni CNBM kellu biss kontroll limitat ħafna fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali u operazzjonali ta’ Jushi jew ta’ Hengshi. Huma tennew li Taishan u Hengshi/Jushi kienu kompetituri fis-suq u nnotaw li huma diġà kienu ppreżentaw evidenza b’appoġġ għal dawn l-affermazzjonijiet. Taishan offra impenn bil-miktub li effettivament jaqta’ kwalunkwe rabta kummerċjali bejn Taisisan u Hengshi/Jushi u għalhekk ma jippermetti l-ebda esportazzjoni ta’ GFF lejn l-Unjoni minn Hengshi/Jushi permezz ta’ Taishan.

(101)

Kif deskritt fil-premessa (96), l-investigazzjoni wriet li permezz tal-azzjonisti komuni tagħhom, it-tliet kumpaniji huma kapaċi jinfluwenzaw b’mod sinifikanti d-deċiżjonijiet kummerċjali ta’ xulxin. L-evidenza fil-fajl uriet li l-kumpaniji jinsabu fil-proċess li jikkonsolidaw u jikkoordinaw l-operazzjonijiet tal-fibra tal-ħġieġ. Ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni jew evidenza ġdida li tista’ tinvalida dawn is-sejbiet. Fil-fatt, Taishan ma kkontestax il-pjanijiet tal-azzjonist ewlieni tiegħu li jikkonsolida n-negozju tal-fibra tal-ħġieġ tiegħu. Tali pjanijiet huma f’kontradizzjoni ċara ma’ kwalunkwe impenn biex jinqatgħu r-rabtiet kummerċjali bejn Taishan u Hengshi/Jushi. Barra minn hekk, u mingħajr ma tittieħed pożizzjoni dwar jekk il-Kummissjoni tistax taċċetta impenn bħal dan, jidher ċar li l-kumpanija mhijiex f’pożizzjoni li tidħol f’xi tip ta’ impenn mingħajr l-approvazzjoni tal-kontrolluri finali tagħha. Għalhekk, l-affermazzjonijiet u t-talba għal impenn ta’ Taishan ġew miċħuda.

(102)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CNBM Group argumenta li s-sussidji riċevuti mingħand in-negozjant relatat Jushi Hong Kong Co. Ltd. ma setgħux jiġu kkumpensati, peress li l-kumpanija kienet ibbażata f’Hong Kong u mhux fiċ-Ċina. Hong Kong huwa membru indipendenti tad-WTO u għalhekk huwa meqjus bħala ġurisdizzjoni indipendenti skont il-liġi tad-WTO u għall-finijiet tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ tal-Unjoni. Peress li l-proċedimenti ta’ antisussidju attwali ma nbdewx kontra Hong Kong, jenħtieġ li kwalunkwe sussidju li allegatament irċeviet Jushi Hong Kong ma jiġix ikkunsidrat. Il-Kummissjoni nnutat li CNBM Group ma kkontestax is-sejbiet tal-Kummissjoni rigward is-sussidjar għal dan in-negozjant relatat. Irrispettivament mill-istatus ta’ Hong Kong f’din l-investigazzjoni, iċ-ċentru reali tal-attivitajiet u kontroll tal-kumpanija Jushi Hong Kong fil-fatt jinsabu fiċ-Ċina Kontinentali. Kif qalet il-kumpanija stess, “Fil-fatt, Jushi Hong Kong hija kumpannija fantażma, mingħajr impjegati, bla ebda art, bla ebda uffiċċju fiżiku u benefiċċju, bla programmi tat-taxxa u lanqas għotjiet”. Ir-rekords kontabilistiċi kienu jinsabu għand Jushi Group Co. Ltd., il-persunal rilevanti għall-verifika kien jinsab hemmhekk ukoll, u s-sussidji riċevuti u li kienu ta’ benefiċċju għall-prodott ikkonċernat ingħataw minn entitajiet Ċiniżi. Barra minn hekk, kif ikkonfermat mill-Appellate Body f’United States - Anti-Dumping and Countervailing Measures on Large Residential Washers from Korea, is-sussidji mogħtija lir-riċevitur f’pajjiżi li mhuwiex il-Membru li jissussidja jistgħu jkunu rilevanti sabiex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ sussidju ad valorem (27). L-affermazzjoni tal-kumpanija għalhekk ġiet miċħuda.

(103)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, Yuntianhua Group ippretenda li l-marġni ta’ sussidju tiegħu ġie minfuħ billi ġew miżjuda sussidji mogħtija lil kumpaniji li ma pprovdewx inputs użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat, u, għalhekk, talab li s-sussidji ta’ dawn il-kumpaniji ma jitqisux għall-kalkolu tad-dazju kumpensatorju.

(104)

L-Artikolu 1 tar-Regolament bażiku jipprevedi li dazju kumpensatorju jista’ jiġi impost biex ipaċi kwalunkwe sussidju mogħti, direttament jew indirettament, għall-manifattura, il-produzzjoni, l-esportazzjoni jew it-trasport ta’ kwalunkwe prodott li r-rilaxx tiegħu fiċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni jikkawża dannu. Il-Kummissjoni għandha evidenza li l-kumpaniji inklużi fl-investigazzjoni u li l-benefiċċji tas-sussidju tagħhom ikkontribwew għad-dazju tal-grupp, ipparteċipaw direttament jew indirettament, u pprovdew inputs, servizzi, materjali, jew assi li kienu jintużaw fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat kif deskritt fl-Artikolu 1 tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, il-kummenti li saru minn Yuntianhua Group ma kinux sostnuti minn evidenza konkreta.

(105)

Il-Kummissjoni, madankollu, osservat li waħda mill-kumpaniji relatati, li s-sussidji tagħhom kienu kkumpensati, oriġinarjament kienet mitluba tipparteċipa fl-investigazzjoni peress li kriet b’lokazzjoni makkinarju lil wieħed mill-produtturi esportaturi. Madankollu, wara l-kummenti li rċeviet, il-Kummissjoni rrevediet il-koeffiċjent tal-kontribuzzjoni relatat mal-attivitajiet ta’ lokazzjoni tal-kumpanija li kienu marbuta mal-prodott ikkonċernat. Peress li l-benefiċċji li setgħu jiġu allokati permezz tal-attivitajiet ta’ lokazzjoni kienu meqjusa bħala negliġibbli, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tikkunsidrahomx.

1.7.   Eżaminazzjoni individwali

(106)

Ħamsa mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li bagħtu lura l-formola tal-kampjunar infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jitolbu eżaminazzjoni individwali skont l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet il-kwestjonarju disponibbli online fil-jum tal-bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat lill-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kienu meħtieġa jipprovdu tweġiba għall-kwestjonarju jekk xtaqu jiġu eżaminati fuq bażi individwali. Madankollu, l-ebda kumpanija ma pprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju. B’riżultat ta’ dan, ma kienx possibbli eżami individwali.

1.8.   Produtturi esportaturi fl-Eġittu li kkooperaw

(107)

Fin-notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi kollha fl-Eġittu biex jikkuntattjawha. Żewġ produtturi esportaturi relatati, li jirrappreżentaw 100 % tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni u 100 % tal-produzzjoni tal-GFF fl-Eġittu, ippreżentaw lilhom infushom:

Jushi Egypt Għal Fiberglass Industry S.A.E (“Jushi Egypt”), It-tielet Taqsima taż-Żona Ekonomika tal-Majjistral tal-Golf ta’ Suez, l-Eġittu.

Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics S.A.E (“Hengshi Egypt”), It-tielet Taqsima taż-Żona Ekonomika tal-Majjistral tal-Golf ta’ Suez, l-Eġittu.

1.9.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta’ verifika

(108)

Il-kwestjonarji għall-produtturi, għall-importaturi, għall-utenti tal-Unjoni, u għall-produtturi esportaturi fir-RPĊ u fl-Eġittu saru disponibbli online (28) fil-jum ta’ bidu.

(109)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju miż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, miż-żewġ produtturi esportaturi Eġizzjani, mill-erba’ produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, ħames utenti u importatur wieħed mhux relatat. L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi mhux inklużi fil-kampjun ma bagħat tweġiba għall-kwestjonarju.

(110)

Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarju lill-GTĊ u lill-GTE. Il-kwestjonarju għall-GTĊ inkluda kwestjonarji speċifiċi għaċ-China Development Bank (“CDB”), għall-Export Import Bank of China (“EXIM”), u għal Sinosure. Dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji kienet saret referenza għalihom speċifikament fl-ilment bħala korpi pubbliċi jew korpi mogħtija direzzjonijiet jew inkarigati sabiex jagħtu s-sussidji. Barra minn hekk, il-GTĊ intalab jibgħat il-kwestjonarju speċifiku għall-istituzzjonijiet finanzjarji lil kull istituzzjoni finanzjarja oħra li pprovdiet self jew krediti għall-esportazzjoni lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, jew lill-klijenti tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Il-GTĊ intalab ukoll, għall-konvenjenza amministrattiva, biex jiġbor it-tweġibiet mogħtija minn dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji u li jibgħathom direttament lill-Kummissjoni.

(111)

Il-kwestjonarju lill-GTE inkluda kwestjonarji speċifiċi għall-Bank Nazzjonali tal-Eġittu, Ahli Bank u Bank Misr. Dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji kienet saret referenza għalihom speċifikament fl-ilment bħala korpi pubbliċi jew korpi mogħtija direzzjonijiet jew inkarigati sabiex jagħtu s-sussidji. Barra minn hekk, għall-konvenjenza amministrattiva, il-GTE ntalab jibgħat il-kwestjonarju speċifiku għall-istituzzjonijiet finanzjarji lil kull istituzzjoni finanzjarja oħra li pprovdiet self jew krediti għall-esportazzjoni lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, il-kwestjonarju lill-GTE kien jinkludi kwestjonarji speċifiċi għal Egypt-TEDA Investment Company (“Egypt-TEDA”) u għal Egyptian Chinese JV Company for Investment (“ECCI”), li kienu ġew identifikati fl-ilment bħala entitajiet tal-Istat li joperaw fiż-Żona SETC. Il-GTE intalab ukoll li jiġbor xi tweġibiet mogħtija minn dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji u entitajiet oħrajn, u li jibgħathom direttament lill-Kummissjoni.

(112)

Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mill-GTĊ, li kienu jinkludu tweġibiet għall-kwestjonarju speċifiku minn EXIM u Sinosure, kif ukoll mill-GTE, li kienu jinkludu tweġibiet għall-kwestjonarju speċifiku mill-Bank Nazzjonali tal-Eġittu, minn Bank Misr u minn Egypt TEDA.

(113)

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja u li saret disponibbli mill-partijiet, fil-ħin għad-determinazzjoni ta’ sussidju, dannu u l-interess tal-Unjoni. Saret żjara ta’ verifika fl-uffiċċji tal-Ministeru Ċiniż tal-Kummerċ, li matulha pparteċipaw ukoll uffiċjali minn ministeri rilevanti oħrajn. Barra minn hekk, matul din iż-żjara ta’ verifika kien hemm preżenti rappreżentanti minn EXIM, CDB u Sinosure.

(114)

Saret ukoll żjara ta’ verifika fl-uffiċċji ta’ Egypt TEDA, kif ukoll fl-uffiċċji tal-awtoritajiet tal-gvern Eġizzjan li ġejjin:

l-Awtorità Ġenerali għall-Investiment (“GAFI”), il-Kajr, l-Eġittu;

l-Awtorità Ġenerali taż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez (“l-Awtorità Ġenerali taż-Żona KS”), iż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez, l-Eġittu;

Egypt Gas Holding (“EGAS”), il-Kajr, l-Eġittu;

l-Aġenzija Regolatorja Eġizzjana tal-Utilità tal-Elettriku u tal-Protezzjoni tal-Konsumatur (“EgyptERA”), il-Kajr, l-Eġittu.

(115)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni wettqet żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku fl-uffiċċji tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni

European Owens Corning Fiberglas, Sprl (“OC”);

Chomarat Textiles Industries S.A.S. (“Chomarat”);

Saertex GmbH & Co. KG (“Saertex”);

Ahlstrom-Munksjö Glassfibre Oy (“Ahlstrom”);

 

Produtturi fir-RPĊ inklużi fil-kampjun (29)

China National Building Materials Group (“CNBM Group”);

Jushi Group Co., Ltd, Tongxiang, ir-RPĊ;

Zhejiang Hengshi Fiberglass Fabrics Co., Ltd, Tongxiang, ir-RPĊ;

China Jushi Co., Ltd., Tongxiang, ir-RPĊ;

Jushi Group Hong Kong Co., Limited, Tongxiang, ir-RPĊ;

Tongxiang Leishi Mineral Powder Co., Ltd., Tongxiang, ir-RPĊ;

Tongxiang Jinshi Precious Metal Equipment Co., Ltd., Tongxiang, ir-RPĊ;

Huajin Capital Limited, Hong Kong, ir-RPĊ;

Jushi Group (HK) Sinosia Composite Materials Co., Ltd., Hong Kong, ir-RPĊ;

Taishan Fiberglass Inc., Taan, ir-RPĊ;

China National Building Material Group finance Co., Ltd, Beijing, ir-RPĊ;

Sinoma Science & Technology Co., Ltd, Beijing u Nanjing, ir-RPĊ;

Huatai Non-Metallic Powder Co., Ltd, Taian, ir-RPĊ;

Taian Antai Gas Co., Ltd, Taian, ir-RPĊ;

Taishan Fiberglass Zoucheng Co., Ltd, Zoucheng, ir-RPĊ;

Sinoma Jinjing Fiber Glass (Zibo) Co., Ltd, Zibo, ir-RPĊ;

Shandong Linyi Shanqi Mining Co., Ltd, Stazzjon tal-Belt ta’ Sunzu Town, RPĊ

Yuntianhua Group (‘Yuntianhua Group’):

PGTEX China Co., Ltd., Changzhou; RPĊ

Chongqing Tenways Material Corp.Ltd, Chongqing, RPĊ;

Chongqing Polycomp International Corporation (CPIC), Chongqing, RPĊ;

CPIC International Co., Limited (CPIC HK), Chongqing, RPĊ;

Changzhou Diba Textile Machinery Co., Ltd., Changzhou; RPĊ

Changzhou Newtry Co., Ltd., Changzhou; RPĊ

Chongqing Tianze New Material Co., Ltd., Chongqing, RPĊ;

Wenzhou Jinhui Nonmetalliku Mining Co., Ltd., Chongqing, RPĊ;

Chongqing Yuanċja Mining Co., Ltd. (Chongqing Wingaġġar), Chongqing, RPĊ;

Yunnan Yuntianhua Group Co., Ltd., Kunming, RPĊ;

Yunnan Yuntifanhua Financial Co., Ltd., Kunming, RPĊ;

 

Produtturi esportaturi fl-Eġittu

Jushi Egypt For Fiberglass Industry S.A.E, Suez;

Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics S.A.E., Suez;

 

Utenti

Siemens Gamesa Renewable Energy GmbH&Co KG (“SGRE”);

Vestas Wind Systems A/S (“Vestas”).

(116)

Minħabba t-theddida ta’ trażmissjoni tal-COVID-19 u l-miżuri konsegwenti meħuda biex tiġi ttrattata t-tifqigħa, (30) il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika d-data ppreżentata minn għadd ta’ kumpaniji li jappartjenu għall-grupp ta’ wieħed mill-pordutturi esportaturi li jinsabu fir-RPĊ. Minħabba li din is-sitwazzjoni mhux prevista seħħet fi stadju tard tal-proċediment u li ma kienet possibbli l-ebda soluzzjoni oħra, il-Kummissjoni użat b’mod eċċezzjonali l-informazzjoni ppreżentata minn dawn il-kumpaniji għall-kalkolu tas-sussidju, liema informazzjoni ġiet ivverifikata fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli.

1.10.   L-ebda impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji u proċedura sussegwenti

(117)

Fl-24 ta’ Jannar 2020, skont l-Artikolu 29(a)(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li kellha l-intenzjoni ma timponix miżuri proviżorji u li tkompli bl-investigazzjoni.

(118)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għas-sejbiet definittivi tagħha.

1.11.   Divulgazzjoni definittiva

(119)

Fis-27 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet kollha bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni (“id-divulgazzjoni definittiva”).

(120)

Il-partijiet kollha ngħataw perjodu ta’ 15-il jum li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni definittiva. Diversi partijiet interessati talbu għal estensjoni tad-data tal-iskadenza. Il-Kummissjoni tat sal-20 ta’ Marzu u t-23 ta’ Marzu 2020 biex jiġu sottomessi l-kummenti lil dawk il-partijiet. Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

(121)

F’investigazzjoni anti-dumping separata l-partijiet irċevew, fid-19 ta’ Diċembru 2019 divulgazzjoni definittiva tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien biħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni. Barra minn hekk, fl-10 ta’ Frar 2020, il-partijiet interessati rċevew divulgazzjoni addizzjonali.

(122)

Il-Kummissjoni indirizzat f’dan ir-Regolament kummenti sottomessi matul il-proċedura antisussidji. Kummenti sottomessi fil-kuntest tal-investigazzjoni anti-dumping separata ma kinux indirizzati f’dan ir-regolament sakemm il-partijiet ma jindikawx b’mod espliċitu li l-kummenti ppreżentati koprew iż-żewġ proċeduri.

(123)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, l-ebda parti ma talbet li tinstema’ mill-uffiċjal tas-seduta.

(124)

Barra minn hekk, il-partijiet interessati rċevew divulgazzjoni definittiva addizzjonali fis-17 ta’ April 2020 u ngħataw sat-22 ta’ April 2020 biex jissottomettu kummenti (“divulgazzjoni definittiva addizzjonali”).

(125)

Barra minn hekk, il-partijiet interessati rċevew tieni divulgazzjoni definittiva addizzjonali fl-24 ta’ April 2020 u ngħataw sas-27 ta’ April 2020 biex jissottomettu kummenti (“it-tieni divulgazzjoni definittiva addizzjonali”).

(126)

Il-Kummissjoni kellha seduti ta’ smigħ mal-industrija tal-Unjoni, mal-produtturi esportaturi Jushi/Hengshi China, u mal-produtturi esportaturi Eġizzjani Jushi/Hengshi Egypt kif ukoll mal-GTE.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Il-prodott ikkonċernat

(127)

Il-prodott ikkonċernat (31) huwa materjali ta’ faxex u/jew raden tal-fibra tal-ħġieġ b’filament kontinwu, minsuġa u/jew meħjuta, b’elementi oħrajn jew mingħajrhom, għajr prodotti mxappin jew imxappin minn qabel (prepreg), u għajr materjali b’nisġa miftuħa b’ċelloli ta’ daqs aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2 (“GFF”), li joriġina mir-RPĊ u mill-Eġittu, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 39 00, ex 7019 40 00, ex 7019 59 00 u ex 7019 90 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019390080, 7019400080, 7019590080 u 7019900080) (“il-prodott ikkonċernat”).

(128)

Il-GFF jintuża f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, pereżempju għall-produzzjoni ta’ paletti għat-turbini tar-riħ, fil-produzzjoni ta’ tagħmir tad-dgħajjes, tat-trakkijiet u tal-isport, kif ukoll fis-sistemi ta’ tiswija tal-pajpijiet.

2.2.   Prodott simili

(129)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat;

il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiżi kkonċernati; u

l-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(130)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 2(c) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Affermazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott

(131)

Produttur esportatur wieħed u l-Ministeru tal-Kummerċ tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu sostnew li l-kitts tal-GFF maqtugħa minn qabel jenħtieġ li jkunu koperti mill-ambitu tal-investigazzjoni. Huma sostnew li l-kitts tal-GFF maqtugħa minn qabel ikunu prodott downstream li jirrikjedi passi addizzjonali ta’ produzzjoni u b’differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, li għandu daqs ferm iżgħar. Dan ikun f’forom u f’imballaġġ differenti, li jikkonsistu f’diversi biċċiet iżgħar ta’ materjali kkuttunati flimkien. Ġie sostnut ukoll li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ ċirkomvenzjoni billi jiġu esklużi l-kitts peress li l-proċess ta’ qtugħ ikun irriversibbli u li l-prodott ma jkunx interkambjabbli mal-GFF mhux maqtugħ.

(132)

L-ilmentatur sostna li l-kitts tal-GFF maqtugħ minn qabel u l-GFF mhux maqtugħ għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi u użi finali. Peress li l-GFF huma materjali ta’ rinforz, huwa meħtieġ li dawn jitqattgħu skont il-forma sabiex tiġi adattata il-forma tal-prodott li jeħtieġ li jiġi rinforzat, iżda ma jbiddilx il-karatteristiċi bażiċi tiegħu bħala tali. Il-proċess ta’ qtugħ jista’ jitwettaq mill-produttur tal-GFF, minn min jaqtal-ħġieġ fuq livell industrijali u indipendenti jew mill-klijent innifsu. Hija operazzjoni sempliċi ħafna u li ma tiswix flus. L-ilmentatur sostna wkoll li l-utenti ma jipperċepixxux lill-GFF maqtugħ minn qabel b’mod differenti minn GFF ieħor, peress li l-GFF ġeneralment huma prodotti skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-utenti. Jekk il-proċess ta’ qtugħ jibdel il-karatteristiċi tal-GFF, dan jagħmilhom inutilizzabbli għall-klijent speċifiku.

(133)

L-investigazzjoni wriet li l-proċessi ta’ qtugħ minn qabel u tagħqid ma jbiddlux il-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi jew kimiċi bażiċi tal-GFF jew tal-użi finali bażiċi tagħhom. Il-konsumaturi taż-żewġ prodotti huma fil-parti l-kbira l-istess u t-tnejn jinbiegħu permezz tal-istess mezzi ta’ distribuzzjoni.

(134)

L-investigazzjoni kkonfermat ukoll li għall-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet, il-GFF huma prodotti skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijenti. Il-kitts tal-GFF maqtugħ minn qabel jikkostitwixxu sempliċement speċifikazzjoni addizzjonali fl-ordni tal-klijent. Il-fatt li l-kitts tal-GFF maqtugħ minn qabel jirċievu imballaġġ differenti ma jbiddilx il-karatteristiċi. Billi l-GFF huwa dejjem aktar ordnat fil-forma ta’ kitts tal-GFF maqtugħ minn qabel u s-servizzi tal-kitters esterni qegħdin jintużaw dejjem aktar, ikun hemm riskju kbir ta’ ċirkomvenzjoni, jekk il-GFF maqtugħ minn qabel ikun eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma jkunx xieraq li l-GFF maqtugħ minn qabel jiġi eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(135)

Produttur esportatur ieħor sostna li r-raden tal-fibra tal-ħġieġ jenħtieġ li jitqies bħala eskluż mill-ambitu tal-investigazzjoni. Dan il-produttur esportatur sostna li r-raden tal-fibra tal-ħġieġ ma kellhomx jissemmew b’mod espliċitu fil-kwestjonarju, fl-ilment jew fin-Notifika ta’ Bidu, li jindika li mhumiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott. Huwa sostna wkoll li l-GFF mir-raden ma setax jiġi kklassifikat taħt il-karatteristiċi tan-numru tal-kontroll tal-prodott (“PCN”), li l-GFF mir-raden ikun importat taħt kodiċijiet NM differenti minn dawk imsemmija fl-ilment u li r-raden tal-fibra tal-ħġieġ ma jkunx lanqas kopert mill-miżuri kontra l-faxex tal-fibra tal-ħġieġ fi proċeduri oħrajn.

(136)

L-ilmentatur u produttur ieħor tal-Unjoni (mhux parti mill-ilment) sostnew li l-GFF minn raden tal-fibra tal-ħġieġ mhux mibrum jew mingħajr l-ebda barma jenħtieġ li jkun kopert mill-investigazzjoni, filwaqt li raden mibrum jista’ jiġi eskluż mill-ambitu ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni. L-ilmentantur sostna li r-raden tal-fibra tal-ħġieġ mhux mibrum jew mingħajr l-ebda barma, għandu l-istess karatteristiċi tal-faxex tal-fibra tal-ħġieġ li jkunu magħmula minn lott ta’ filamenti jew ħjut mhux mibruma u jintużaw ukoll għall-istess skopijiet bħall-faxex u normalment għandhom dijametru ta’ 13-24 mikrometru u tex ta’ 300-4 800.

(137)

Fir-rigward tal-inklużjoni tal-GFF minn raden tal-fibra tal-ħġieġ, in-Notifika ta’ Bidu ddefiniet il-prodott taħt investigazzjoni bħala “materjali ta’ faxex u/jew raden tal-fibra tal-ħġieġ b’filament kontinwu minsuġ jew meħjut, […]” (32). L-investigazzjoni wriet li raden tal-fibra tal-ħġieġ mhux mibrum jew mingħajr l-ebda brim għandu l-istess karatteristiċi bażiċi bħall-faxex tal-fibra tal-ħġieġ, jiġifieri jikkonsisti minn lott ta’ filamenti jew ħjut mhux mibruma, u jintużaw ukoll għall-istess skopijiet. Ġeneralment, it-tnejn għandhom dijametru ta’ 13-24 mikrometru u tex ta’ 300-4 800. Għalhekk, ma jkunx xieraq li dawn it-tipi ta’ prodotti jiġu esklużi mill-ambitu tal-investigazzjoni.

(138)

Fir-rigward tal-GFF prinċipalment magħmul minn raden tal-fibra tal-ħġieġ mibrum, il-Kummissjoni tinnota li dan il-prodott, li għandu karatteristiċi bażiċi differenti u huwa wkoll soġġett għal użi finali differenti, eż. bords taċ-ċirkwiti stampati, qatt ma kien parti mill-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni ċċarat b’mod espliċitu dan il-punt fl-Avviż ta’ Kjarifika.

3.   SUSSIDJAR: IR-REPUBBLIKA TAL-POPLU TAĊ-ĊINA

3.1.   Introduzzjoni: Preżentazzjoni tal-pjanijiet, tal-proġetti u ta’ dokumenti oħrajn tal-Gvern

(139)

Qabel ma analizzat l-allegat sussidjar fil-forma ta’ sussidji jew programmi ta’ sussidju, il-Kummissjoni vvalutat il-pjanijiet, il-proġetti u dokumenti oħrajn tal-gvern, li kienu rilevanti għal aktar minn wieħed mis-sussidji jew mill-programmi ta’ sussidju. Hija sabet li s-sussidji jew il-programmi ta’ sussidju kollha taħt valutazzjoni jifformaw parti mill-implimentazzjoni tal-ippjanar ċentrali tal-GTĊ biex tiġi inċentivata l-industrija tal-GFF għar-raġunijiet li ġejjin.

(140)

It-12-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-RPĊ (“it-12-il Pjan ta’ Ħames Snin”) enfasizza l-importanza tal-industrija tal-materjali l-ġodda, li jinkludi l-GFF, bħala “industrija strateġika emerġenti” u jistipula li dan jenħtieġ li jiġi żviluppat f’“industrija pilastru ewlenija” permezz ta’ appoġġ u gwida ta’ politika komprensivi (33). Barra minn hekk, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-RPĊ (“it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin”), li jkopri l-perjodu 2016-2020, għandu l-għan li jiżviluppa aktar industriji ta’ materjali ġodda billi jsaħħaħ ir-riċerka u l-iżvilupp u jtejjeb il-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-industrija tal-manifattura (34).

(141)

It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin jenfasizza l-viżjoni strateġika tal-GTĊ għat-titjib u għall-promozzjoni tal-industriji ewlenin. Huwa jenfasizza r-rwol tal-innovazzjoni teknoloġika fl-iżvilupp ekonomiku tar-RPĊ, kif ukoll l-importanza kontinwa tal-prinċipji ta’ żvilupp “ekoloġiku”. Skont il-Kapitolu 5 tiegħu, waħda mil-linji ewlenin ta’ żvilupp hija l-promozzjoni tat-titjib tal-istruttura industrijali tradizzjonali, kif kien diġà l-każ fit-12-il Pjan ta’ Ħames Snin. Il-Kapitolu 22 jelabora aktar din l-idea u jispjega l-istrateġija għall-modernizzazzjoni tal-industrija tradizzjonali fir-RPĊ permezz tal-promozzjoni tal-konverżjoni teknoloġika tagħha. F’dan ir-rigward, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin jgħid li l-kumpaniji se jiġu appoġġjati sabiex “jitjiebu b’mod komprensiv f’oqsma bħat-teknoloġija tal-prodotti, it-tagħmir industrijali, il-protezzjoni tal-ambjent u l-effiċjenza enerġetika”.

(142)

It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin isemmi l-materjali l-ġodda f’xi każijiet: “aħna se nistinkaw aktar biex niksbu innovazzjonijiet fit-teknoloġiji ewlenin f’oqsma bħall-informazzjoni u l-komunikazzjoni tal-ġenerazzjoni li jmiss, l-enerġija l-ġdida, il-materjali ġodda […]” (35). Il-pjan jipprevedi wkoll li jitwettqu proġetti relatati ma’ riċerka, żvilupp u applikazzjoni ta’ materjali ġodda ewlenin (36).

(143)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ tenna l-pożizzjoni bażika tiegħu dwar il-Pjanijiet ta’ Ħames Snin taċ-Ċina, billi sostna li dawn mhumiex obbligatorji jew legalment vinkolanti iżda huma sempliċiment dokumenti ta’ gwida għaliex ma fihomx dispożizzjonijiet legali, sanzjonijiet jew regoli legali dwar l-applikabbiltà. Il-GTĊ sostna wkoll li t-12-il Pjan ta’ Ħames Snin ma għadux applikabbli u anke jekk it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin ikun legalment vinkolanti, quod non, ma jsemmix il-GFF. Barra minn hekk, filwaqt li l-pjan jirreferi għal “materjali ġodda”, ma jiddefinixxix dan it-terminu. Fl-aħħar nett, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin mhuwiex speċifiku għall-industrija tal-GFF jew għall-“industrija tal-materjali ġodda” iżda jkopri kważi l-ekonomija kollha

(144)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-opinjoni. Il-Kapitolu 17 tat-13-il Pjan ta’ Ħames Snin jgħid: “L-istrateġija u l-pjan ta’ żvilupp nazzjonali se jkollhom rwol ewlieni u ristrittiv.” B’hekk, minflok ma jsiru biss dikjarazzjonijiet ġenerali ta’ inkoraġġiment, dan il-pjan juża lingwaġġ li jindika n-natura vinkolanti tiegħu.

(145)

Anki jekk it-12-il Pjan ta’ Ħames Snin mhuwiex aktar applikabbli, huwa l-predeċessur li enfasizza l-importanza tal-industrija tal-materjali ġodda bħala “industrija emerġenti strateġika” li t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin kompla jiżviluppa. Kif muri fil-premessi (148) u (149), l-industrija tal-materjali ġodda tinkludi l-industrija tal-GFF. Kif imsemmi fil-premessa (141), it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin jenfasizza l-viżjoni strateġika tal-GTĊ għat-titjib u l-promozzjoni tal-industriji ewlenin; għalhekk, huwa jagħti prijorità lil ċerti setturi u teknoloġiji, inkluż il-GFF.

(146)

Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet tal-GTĊ f’dan ir-rigward ġew miċħuda.

(147)

L-industrija tal-materjali l-ġodda hija industrija inċentivata skont l-inizjattiva Made in China 2025 (37), u għalhekk hija eliġibbli biex tibbenefika minn finanzjament konsiderevoli mill-Istat. Inħolqu għadd ta’ fondi biex jappoġġjaw l-inizjattiva Made in China 2025 u għalhekk b’mod indirett l-industrija tal-GFF bħall-fond Nazzjonali taċ-Ċirkwiti Integrati, il-Fond tal-Manifattura Avvanzata u l-Fond ta’ Investiment tal-Industriji Emerġenti (38).

(148)

Barra minn hekk, sikwit issir referenza għall-GFF taħt il-kappa ta’ “materjali ġodda”. Il-Pjan Direzzjonali Made in China 2025 (39) 10 setturi strateġiċi, li huma l-industriji l-aktar importanti għall-GTĊ. Dan il-Pjan jiddeskrivi, fit-Taqsima 9 “materjali ġodda” u s-sottokategoriji tagħha, inklużi materjali fundamentali avvanzati (punt 9.1), materjali strateġiċi ewlenin (punt 9.2) inklużi fibri u materjali kompożiti bi prestazzjoni għolja, materjali tal-enerġija ġodda (40). Il-materjali ġodda għalhekk jibbenefikaw mill-vantaġġi li jirriżultaw mill-mekkaniżmi ta’ appoġġ elenkati fid-dokument, inklużi, fost l-oħrajn, il-Politiki ta’ Appoġġ Finanzjarju, il-Politika Fiskali u tat-Tassazzjoni, is-Sorveljanza u l-Appoġġ tal-Kunsill tal-Istat (41).

(149)

Barra minn hekk, bħala żieda mal-Pjan Direzzjonali Made in China 2025, f’Novembru 2016, il-lista ta’ 10 setturi strateġiċi ġiet irfinata f’Katalgu ta’ Erba’ Elementi Essenzjali ppubblikat mill-Kumitat Konsultattiv Nazzjonali dwar l-Istrateġija għall-Manifattura (NMSAC), grupp konsultattiv għall-Grupp Żgħir Nazzjonali ta’ Tmexxija dwar il-Bini ta’ Potenza tal-Manifattura Nazzjonali. F’dan il-katalgu, kull wieħed mill-10 setturi strateġiċi huwa maqsum f’erba’ kapitoli: (i) parts tal-bdil essenzjali ewlenin, (ii) materjali essenzjali ewlenin, (iii) proċessi/teknoloġiji essenzjali avvanzati u (iv) pjattaformi tat-teknoloġija industrijali. Il-fibra tal-ħġieġ tista’ tinstab fis-settur 7: tagħmir elettriku, punt II materjal essenzjali ewlieni: sottopunt 16 pjanċi ta’ insulazzjoni tal-fibra tal-ħġieġ u s-settur 9: materjali ġodda, punt II materjali essenzjali ewlenin, sottopunti 10. Fibra, monomeru u materjali kompożiti bi prestazzjoni għolja u 24. Materjali bbażati fuq il-ħġieġ.

(150)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ sostna li l-GFF ma jissemmiex fl-inizjattiva Made in China 2025 li hija disponibbli b’mod wiesa’ fl-ekonomija kollha u li Made in China 2025 mhijiex obbligatorja iżda hija sempliċi linja gwida.

(151)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ttenni li l-inizjattiva Made in China 2025 timmira b’mod ċar lejn l-industriji tal-materjali ġodda, li jinkludu l-industrija tal-GFF kif diġà muri. Din tipprovdi appoġġ strateġiku u garanzija permezz ta’, inter alia, politika aħjar ta’ appoġġ finanzjarju u appoġġ akbar tal-politika tat-tassazzjoni fiskali. Pereżempju, tipprevedi b’mod ċar li “jiżdied l-appoġġ għall-ġenerazzjoni ġdida ta’ teknoloġija tal-informazzjoni, ta’ tagħmir ta’ kwalità għolja, ta’ materjali ġodda, eċċ.

(152)

L-inizjattiva Made in China 2025 tgħid li hija “il-programm ta’ azzjonijiet fl-ewwel għaxar snin ta’ implimentazzjoni tal-istrateġija tal-potenza fil-manifattura” u tistabbilixxi politiki u miri strateġiċi ċari. L-inizjattiva Made in China 2025 tipprevedi wkoll li “diversi reġjuni għandhom ifasslu programm speċifiku ta’ implimentazzjoni u jirfinaw il-miżuri ta’ politika biex jiżguraw li diversi kompiti jiġu implimentati” u tgħid ukoll li “il-Ministeru tal-Industrija u l-Informazzjoni għandu jsaħħaħ l-analiżi tal-itraċċar, is-superviżjoni u d-direzzjoni b’mod konġunt mad-dipartimenti rilevanti, u jirrapporta avvenimenti maġġuri lill-Kunsill tal-Istat mill-ewwel”. Barra minn hekk, l-inizjattiva Made in China 2025 hija appoġġata minn miżuri ta’ implimentazzjoni bħall-Pjan Direzzjonali “Made in China 2025” u l-“Avviż tal-Uffiċċju Ġenerali tal-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni dwar ir-rilaxx tal-2017 tal-Gwida ta’ Finanzjament għat-Trasformazzjoni u l-Aġġornament Industrijal (Made in China 2025) (42)”, li pprovda għal fondi li bbenefikaw lil ċerti produtturi esportaturi tal-GFF li kkooperaw. Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Materjali tal-Bini (2016–2020) imsemmi fil-premessa (153) “huwa ppreparat ibbażat fuq il-qafas tat-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Ekonomija Nazzjonali u l-Iżvilupp Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Istrateġija Made in China 2025”. Meta wieħed iqis dan ta’ hawn fuq, l-inizjattiva Made in China 2025 ma tidhirx li hija sempliċi linja gwida; għall-kuntrarju, jidher li għandha effett obbligatorju de facto u hija fil-biċċa l-kbira implimentata. Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet tal-GTĊ ġew miċħuda.

(153)

Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Materjali tal-Bini (2016–2020) jippromwovi wkoll l-industrija GFF. Dan il-pjan jitlob titjib fl-istruttura industrijali billi, inter alia, jitwessgħu l-industriji emerġenti bħall-materjali bbażati fuq il-ħġieġ, iċ-ċeramika industrijali, il-lentijiet intraokulari, il-fibri u l-materjali kompożiti bi prestazzjoni għolja, u l-grafen u materjali modifikati. Dan għandu jintlaħaq permezz tal-politiki ta’ finanzjament tal-gvern, tat-tassazzjoni, finanzjarji, tal-ipprezzar, tal-enerġija u tal-protezzjoni tal-ambjent, u l-appoġġ għall-kapital għall-parteċipazzjoni fil-fużjonijiet, fl-akkwiżizzjonijiet u fir-ristrutturar tal-intrapriżi tal-materjali tal-bini permezz ta’ diversi mezzi inkluż is-self (43).

(154)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ sostna li l-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Materjali tal-Bini japplika għall-materjali tal-bini kollha u għalhekk huwa wkoll ġeneralment disponibbli fl-ekonomija kollha. Barra minn hekk, dan il-pjan jikkonċerna biss informazzjoni ġenerali dwar il-politika tal-gvern.

(155)

Il-pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Materjali għall-Bini jipprevedi miżuri speċifiċi li jimmiraw lejn l-industrija tal-materjali tal-bini u l-industrija tal-GFF hija parti minnha kif spjegat fil-premessa (166). Għalhekk, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-affermazzjoni tal-GTĊ li din hija disponibbli fl-ekonomija.

(156)

Għalkemm il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Materjali tal-Bini jista’ jidher sempliċement bħala dokument ta’ gwida, kif imsemmi fil-premessa (152), huwa implimentazzjoni tat-13-il Pjan ta’ Ħames Snin u tal-Istrateġija Made in China 2025. Jimmira lejn li “jippromwovi t-trasformazzjoni u l-aġġornament tal-industrija tal-materjali tal-bini, jiffaċilita t-tranżizzjoni tal-industrija tal-materjali tal-bini minn industrija kbira għal waħda b’saħħitha u li jinkiseb żvilupp sostenibbli matul il-perjodu tat-“13-il Pjan ta’ Ħames Snin” u jistabbilixxi kompiti u proġetti ċari sabiex jinkisbu l-objettivi stabbiliti matul perjodu definit konkret ta’ ħames snin (44). Għalhekk, il-karattru purament ta’ gwida tiegħu huwa diskutibbli, aktar u aktar meta jiġi eżaminat fil-kuntest usa’ tiegħu.

(157)

L-industrija GFF hija wkoll koperta mill-Pjan ta’ Żvilupp tal-Manifattura Intelliġenti (2016-2020) ippubblikat mill-Ministeru Ċiniż tal-Industrija u tat-Teknoloġija tal-informazzjoni (l-“MIIT”), li jistabbilixxi 10 kompiti ewlenin li għandhom l-għan li jqassru ċ-ċiklu ta’ żvilupp tal-prodott, itejbu l-effiċjenza tal-produzzjoni, il-kwalità tal-prodott, inaqqsu l-kost operatorju, il-konsum tar-riżorsi u l-enerġija, jaċċelleraw l-iżvilupp tal-manifattura intelliġenti. Fl-2018, il-Kunsill tal-Istat ħabbar il-pjanijiet taċ-Ċina li tespandi l-programm tagħha għall-manifattura intelliġenti billi żżid madwar 100 proġett pilota dik l-istess sena, u skont l-informazzjoni disponibbli pubblikament, fl-2015, wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, Taishan Fiberglass Inc. ġie elenkat fost “L-Impjanti tal-Manifattura Intelliġenti” mill-MIIT (45).

(158)

Skont il-GTĊ, il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Manifattura Intelliġenti (2016-2020) huwa irrilevanti, peress li mhuwiex speċifiku għall-industrija tal-GFF iżda jikkonċerna l-industrija tal-manifattura kollha. Barra minn hekk, il-GTĊ sostna li l-pjan mhuwiex dokument obbligatorju iżda sempliċi linja gwida.

(159)

Il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Manifattura Intelliġenti (2016–2020) “huwa ppreparat skont il-Qafas tat-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Ekonomija Nazzjonali u l-Iżvilupp Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Istrateġija Made in China 2025 (46)”. Għalhekk, timplimenta l-istrateġija stabbilita f’dawn id-dokumenti. Kif diġà ġie spjegat qabel, it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin u l-Istrateġija “Made in China 2025” huma mmirati speċifikament lejn ċerti industriji, fosthom l-industrija tal-GFF bħala parti mill-industriji tal-materjali ġodda. Barra minn hekk, f’ħafna każijiet, il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Manifattura Intelliġenti jirreferi għall-għaxar oqsma ewlenin tal-Istrateġija “Made in China 2025”. B’mod partikolari, il-“Kolonna Speċjali 6 — Enfasi fuq it-trasformazzjoni intelliġenti ta’ qasam ewlieni tipprevedi li “għall-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni, (…) materjal ġdid, (…) materjal tal-bini (…), l-applikazzjoni profonda tat-teknoloġiji intelliġenti u diġitali fir-riċerka u l-iżvilupp u d-disinn, il-manifattura, il-loġistika u l-ħżin, l-operat u l-ġestjoni, is-servizz ta’ wara l-bejgħ u rabtiet ewlenin oħra tal-intrapriżi huma promossi”. Għalhekk, il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Manifattura Intelliġenti (2016–2020) huwa speċifiku għall-industriji ewlenin stabbiliti mill-Istrateġija Made in China 2025 u jkopri, inter alia, il-materjali l-ġodda u s-setturi tal-materjali tal-bini li tagħmel parti minnhom l-industrija tal-GFF.

(160)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-lingwa użata fil-Pjan ta’ Żvilupp tal-Manifattura Intelliġenti (2016–2020) tissuġġerixxi l-karattru obbligatorju tad-dokument. B’mod partikolari, it-Taqsima II (III) “Objettivi ta’ żvilupp” tipprevedi li “Qabel l-2025, l-istrateġija “f’Żewġ Passi” għandha tiġi implimentata għall-promozzjoni tal-iżvilupp tal-manifattura intelliġenti: L-ewwel pass, sal-2020, il-fondazzjoni tal-iżvilupp tal-manifattura intelliġenti u l-kapaċità ta’ appoġġ se jkunu ovvjament mtejba, il-manifattura diġitali se tkun bażikament realizzata fil-qasam ewlieni tal-industrija tal-manifattura tradizzjonali, u t-trasformazzjoni intelliġenti tal-industrija ewlenija fejn il-kundizzjonijiet u l-fondazzjoni se jagħmlu progress ovvju; It-tieni pass, sal-2025, is-sistema ta’ appoġġ tal-manifattura intelliġenti tkun bażikament stabbilita, u t-trasformazzjoni intelliġenti sseħħ l-ewwel fl-industrija ewlenija”. Barra minn hekk, it-Taqsima V “Organizzazzjoni u implimentazzjoni” tgħid li “il-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Ministeru tal-Finanzi huma responsabbli mill-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Pjan, it-tisħiħ tat-tmexxija, l-organizzazzjoni bir-reqqa, is-soluzzjoni f’waqtha tal-problemi li jinqalgħu matul il-proċess ta’ implimentazzjoni tal-Pjan, u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni ta’ diversi kompiti u miżuri” u li “d-dipartimenti kompetenti mill-industrija u t-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-finanzi f’diversi reġjuni għandhom malajr jifformulaw l-iskema ta’ implimentazzjoni marbuta mal-Pjan, jimplimentaw politiki ta’ appoġġ rilevanti, u jlestu x-xogħol ta’ feedback skont l-assenjazzjoni tar-responsabbiltà”. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Pjan ta’ Żvilupp tal-Manifattura Intelliġenti għandu objettivi definiti b’mod ċar li huma obbligatorji għall-kumpaniji involuti.

(161)

Fid-dawl tas-sejbiet ta’ hawn fuq, l-affermazzjonijiet tal-GTĊ ġew miċħuda.

(162)

Barra minn hekk, il-Katalgu tal-Prodotti ta’ Esportazzjoni ta’ Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina, maħruġ mill-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija, mill-Ministeru tal-Kummerċ Barrani u mill-Amministrazzjoni Ġenerali tad-dwana jelenka 1900 prodott ta’ teknoloġija avvanzata fi 8 kategoriji li huma mmirati għal politiki ta’ esportazzjoni preferenzjali mill-GTĊ. Waħda mill-kategoriji hija dik tal-“Materjali Ġodda”, li tinkludi l-GFF (47). Barra minn hekk, il-Katalogu tal-Prodotti tat-Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina maħruġ mill-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni jirreferi għal 11-il qasam, fosthom il-“kategorija ta’ materjali ġodda”. Barra minn hekk, skont il-Liġi tar-RPĊ dwar il-Progress tax-Xjenza u t-Teknoloġija, l-intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata stabbiliti fiż-Żoni ta’ Żvilupp ta’ Teknoloġija Avvanzata jistgħu jibbenefikaw minn lista ta’ politiki preferenzjali li tinkludi: (i) rata ta’ 15 % ta’ Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi, minflok ir-rata normali ta’ 25 %; (ii) jekk il-valur tal-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni jilħaq is-70 % tal-valur totali għal dik is-sena, ir-rata tal-EIT titnaqqas ulterjorment għal 10 %; (ii) l-intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata li jkunu għadhom kemm ġew stabbiliti huma eżentati mit-taxxa tal-EIT għall-ewwel sentejn mid-data tal-bidu tal-produzzjoni; (iv) l-intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata li jkunu għadhom kemm ġew stabbiliti huma eżentati mit-taxxa fuq il-kostruzzjoni; (v) għal kumpaniji ta’ produzzjoni u operat u żvilupp b’teknoloġija avvanzata ġodda, l-art R&Ż hija mingħajr taxxa; (vi) it-tagħmir użat minn intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata għall-produzzjoni u għall-iżvilupp b’teknoloġija avvanzata huwa soġġett għal deprezzament aktar mgħaġġel; (vii) il-prodotti esportati magħmula minn intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata huma eżentati mit-tariffi ta’ esportazzjoni ħlief dawk ristretti mill-Istat jew li jikkonċernaw prodotti speċifiċi, eċċ (48).

(163)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ sostna li l-Katalogu tal-Prodotti tat-Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina, li jinqara flimkien mal-Liġi tar-RPĊ dwar ix-Xjenzi u t-Teknoloġija, mhuwiex speċifiku għal ċertu industriji minħabba li dawn id-dokumenti jistabbilixxu kriterji oġġettivi għall-eliġibbiltà, li jiġu applikati awtomatikament.

(164)

F’dan ir-rigward, kif diġà ssemma fil-premessa (162), il-Katalgu tal-Prodotti ta’ Esportazzjoni ta’ Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina jaqsam il-prodotti tat-teknoloġija avvanzata fi tmien kategoriji, inkluż “materjali ġodda”. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Katalogu tal-Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina jirreferi għal 11-il qasam, fosthom “6. Materjali ġodda”. Meta wieħed iqis li ż-żewġ katalgi huma limitati għal ċertu numru ta’ oqsma, ma jistax jiġi konkluż li japplikaw għall-industriji kollha. Għaldaqstant, l-affermazzjoni tal-GTĊ ġiet miċħuda.

(165)

Id-Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali (Deċiżjoni Nru 40 2005 tal-Kunsill tal-Istat) (“Deċiżjoni Nru 40”), il-Kapitolu III jirreferi għal “Il-Katalogu ta’ Gwida tar-Ristrutturar tal-Industrija” li huwa magħmul minn tliet tipi ta’ kontenut, jiġifieri kontenut ta’ proġett imħeġġa, kontenut ta’ proġetti limitati u kontenut ta’ proġetti eliminati. Skont l-Artikolu XVII tad-Deċiżjoni, jekk “il-proġett ta’ investiment jappartjeni għall-kontenut imħeġġeġ għandu jiġi eżaminat u approvat u jiddaħħal fir-reġistri skont ir-regolamenti nazzjonali rilevanti dwar l-investiment; l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha għandhom jipprovdu appoġġ ta’ kreditu skont il-prinċipji tal-kreditu; it-tagħmir li jużaw huma stess importat fl-ammont totali tal-investiment, bl-eċċezzjoni tal-komoditajiet fil-Kontenut tal-Komoditajiet Importati Mhux Eżentati ta’ Proġetti ta’ Investiment Domestiku (emendat fl-2000) maħruġ mill-Ministeru tal-Finanzi, jista’ jiġi eżentat mid-dazju fuq l-importazzjoni u mit-taxxa fuq il-valur miżjud fuq ir-rabiet tal-importazzjoni, sakemm ma jkunx hemm regolamenti ġodda dwar il-kontenut ta’ proġetti ta’ investiment mhux eżentat. Politiki oħra favorevoli dwar il-proġetti industrijali mħeġġa għandhom jiġu implimentati skont ir-Regolamenti nazzjonali rilevanti”.

(166)

Il-Katalogu ta’ Gwida tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013) (49) listi taħt “Kategorija I Tħeġġiġ”

XII.   “Materjali tal-bini:

[…]

6.

Żvilupp tat-teknoloġija u produzzjoni ta’ trafilaġġ ta’ fornijiet ta’ tankijiet tal-fibra tal-ħġieġ mingħajr alkali u fibra tal-ħġieġ bi prestazzjoni għolja u prodotti b’rendiment annwali ta’ 50 000 tunnellata

(167)

Skont il-GTĊ, id-Deċiżjoni Nru 40 mhijiex speċifika għal xi intrapriża jew industrija, kif meħtieġ mill-Artikolu 2.1 tal-Ftehim SCM iżda għal ċerti proġetti mħeġġa. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 40 mhijiex obbligatorja. Il-GTĊ afferma li l-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija msemmi mill-Kummissjoni huwa irrilevanti peress li l-Kummissjoni tirreferi għall-verżjoni tal-2011 ta’ dan il-katalgu, li diġà skada. Skont il-GTĊ, il-verżjoni l-ġdida ta’ dan il-katalogu ma ssemmix il-GFF.

(168)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li hija semmiet “Il-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emnenda tal-2013)”; għalhekk, ma rreferietx għall-verżjoni tal-2011 iżda għall-verżjoni emendata tal-2013. Sa fejn taf il-Kummissjoni, l-aħħar emenda tal-Katalogu ġiet approvata bid-Digriet tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Nru 29 tas-27 ta’ Awwissu 2019 u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2020 (50). Dan il-“Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturazzjoni tal-Industrija (Verżjoni tal-2019)” tabilħaqq ħa post il-“Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda)”. Madankollu, ġie adottat u daħal fis-seħħ wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien applikabbli “Il-Katalogu Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013). Fi kwalunkwe każ, għall-kuntrarju tal-affermazzjoni tal-GTĊ, il-verżjoni tal-2019 tal-“Katalgu ta’ Gwida għar-Ristrutturazzjoni tal-Industrija” jirreferi għall-GFF taħt it-“Taqsima I Industriji mħeġġa” kif ġej:

XII.   Materjali tal-bini

[…]

6.

[…] Żvilupp ta’ teknoloġija u produzzjoni ta’ fibra tal-ħġieġ bi prestazzjoni għolja u prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bħal sezzjonijiet trażversali degradati u irregolari”.

(169)

It-tieni, il-Kummissjoni ma taqbilx li d-Deċiżjoni Nru 40 ma għandhiex effett obbligatorju. Fil-fatt, id-Deċiżjoni Nru 40 tistabbilixxi regolamenti temporanji li jippromwovu r-ristrutturar industrijali u tirreferi għal “Il-Katalgu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija”, li jiddefinixxi tliet tipi ta’ kontenut: kontenut ta’ proġetti mħeġġa, kontenut ta’ proġetti limitati u kontenut ta’ proġetti eliminati. Madankollu, l-Artikolu XVII tad-Deċiżjoni Nru 40 jistabbilixxi t-trattament ta’ proġetti ta’ investiment li jappartjenu għall-kontenut imħeġġeġ b’mod obbligatorju, eż. “l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha għandhom jipprovdu appoġġ ta’ kreditu skont il-prinċipji ta’ kreditu”, “politiki favoriti oħrajn dwar il-proġetti industrijali mħeġġa għandhom jiġu implimentati skont ir-Regolamenti nazzjonali rilevanti”. Barra minn hekk, l-Artikolu XXI jistipula li “l-politiki preferenzjali rilevanti implimentati skont Il-kontenut ta’ Industriji, Prodotti u Teknoloġiji Attwalment Speċjalment Imħeġġeġ mill-Istat (emendat fl-2000) għandhom jiġu aġġustati biex jiġu implimentati skont il-kontenut tat-tħeġġiġ tal-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturazzjoni tal-Industrija”. Għalhekk, id-Deċiżjoni Nru 40 għandha effett obbligatorju f’dan ir-rigward. Il-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija, “il-Kategorija I Tħeġġiġ” telenka ċertu numru ta’ proġetti taħt ċertu numru ta’ industriji. Kif spjegat fil-premessa (166), jinkludi l-industrija tal-materjali tal-bini u proġetti speċifiċi relatati mal-industrija tal-GFF. Konsegwentement, id-Deċiżjoni Nru 40 flimkien mal-Katalogu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija jipprevedi trattament speċifiku għal ċerti proġetti f’ċerti industriji mħeġġa. Għalhekk, għalkemm dawn id-dokumenti jirreferu għal proġetti speċifiċi, huma l-ewwel jistabbilixxu l-industriji speċifiċi li huma mħeġġa u mbagħad ċerti proġetti f’dawn l-industriji li jistgħu jibbenefikaw mit-trattament preferenzjali previst fid-Deċiżjoni Nru 40. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet tal-GTĊ.

(170)

Barra minn hekk, il-GFF huwa kopert mill-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Materjali 2016-2020 (51), li jipprevedi fost l-oħrajn, it-tranżizzjoni tal-industrija tal-materjal tal-kostruzzjoni minn industrija kbira għal industrija b’saħħitha. Huwa jipprevedi wkoll l-ottimizzazzjoni tal-istrutturi tas-settur tal-kostruzzjoni, it-titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-materjali ewlenin, iż-żieda fil-livell ta’ konċentrazzjoni fl-industrija kif ukoll it-titjib tal-kompetittività internazzjonali. Il-pjan jipprevedi miri kwantitattivi għall-iżvilupp, kontroll governattiv fuq il-kapaċità ta’ produzzjoni, miri dettaljati għall-produzzjoni, distribuzzjoni ġeografika tal-industriji fost il-provinċji tar-RPĊ, sigurtà tal-forniment, żvilupp ta’ industriji speċifiċi, kontroll u influwenza tal-gvern fuq il-miżuri ta’ appoġġ tal-intrapriżi u tal-industrija (52). Dan juri l-preżenza u l-intervent qawwija tal-Istat fl-industrija tal-fibra tal-ħġieġ.

(171)

It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-Fibra u tal-Materjali Kompożiti (53) huwa pjan li jimmira b’mod speċifiku lejn l-industrija tal-materjali tal-fibra. Huwa jiggwida b’mod ċar l-iżvilupp tas-settur, pereżempju t-Taqsima III.3 tistabbilixxi l-għan li:

(172)

L-integrazzjoni u t-titjib attiv tat-truf upstream u downstream tal-katina tal-industrija sabiex jinżamm l-iżvilupp b’saħħtu u stabbli tal-industrija tal-fibra u tal-materjali kompożiti: Jiġu inċentivati l-intrapriżi ta’ produzzjoni ta’ vaski u fornijiet fuq skala kbira biex jimplimentaw b’mod kostanti l-istrateġija ta’ żvilupp “go global”, u jimplimentaw mudelli ta’ kapaċità ta’ produzzjoni globali. Fuq din il-bażi: - il-kontroll fuq ir-rata tat-tkabbir tal-volum tal-produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ domestika jinżamm f’livell relattivament baxx; - fl-istess ħin, jitnaqqas il-proporzjon tal-esportazzjoni tal-fibra tal-ħġieġ u l-prodotti domestiċi; - jiġu aġġustati b’mod attiv l-istrutturi tal-prodotti; […] - tiġi aġġustata b’mod attiv l-istruttura tal-prodott u l-intrapriżi jiġu ggwidati biex jimplimentaw żvilupp differenzjat, jiġi żviluppat bis-saħħa pproċessar fil-fond ta’ prodotti tal-fibra tal-ħġieġ, jitwessa’ d-daqs tas-suq ta’ prodotti tal-fibra u ta’ materjali kompożiti f’oqsma ta’ applikazzjoni ta’ livell medju sa għoli, u jittejbu l-kwalità tal-prodott u l-valur miżjud. Jiġi żgurat li r-rata ta’ tkabbir annwali tad-dħul ewlieni tan-negozju tal-industrija tal-fibra u tal-materjali kompożiti tkun ogħla mir-rata ta’ tkabbir tal-PDG nazzjonali b’madwar 5 sa 6 punti perċentwali, li jfisser, mill-2020, id-dħul totali ta’ intrapriżi akbar mid-daqs indikat se jilħaq il-500 biljun yuan, jiġifieri d-doppju meta mqabbel mas-sitwazzjoni prevalenti fi tmiem it-12-il Pjan ta’ Ħames Snin.” (54)

(173)

Barra minn hekk, it-Taqsima IV.3.4 ta’ dak il-pjan tistabbilixxi l-bażi għall-gwida governattiva tal-intrapriżi u tal-industrija kollha:

(174)

“Jiġu ggwidati diversi tipi ta’ intrapriżi biex jinvolvu ruħhom f’operazzjonijiet differenzjati billi jitqiesu l-vantaġġi individwali u s-segmenti speċifiċi tas-suq tagħhom. B’mod partikolari, huwa meħtieġ li l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jiġu ggwidati biex isegwu t-triq tat-tkabbir li tikkonsisti fl-indirizzar ta’ lakuni speċifiċi, biex l-intrapriżi ż-żgħar ikunu komplementari għal dawk kbar, fil-konsiderazzjoni tal-ispeċjalizzazzjoni bħala d-direzzjoni għas-suċċess. Bis-saħħa ta’ operazzjonijiet differenzjati, il-kompetizzjoni fuq skala kbira bejn intrapriżi kbar tiġi evitata, u l-kompetizzjoni bejn intrapriżi simili tiġi evitata, u b’hekk jiġi eliminat is-suq tal-kompetizzjoni bi prezz baxx. Fl-istess ħin, bi produzzjoni speċjalizzata, l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jistgħu wkoll jirbħu r-rispett u l-attenzjoni ta’ intrapriżi kbar, jistabbilixxu relazzjonijiet koperattivi mill-qrib ma’ intrapriżi kbar, u jappoġġjaw b’mod effettiv u jippromwovu l-iżvilupp ta’ intrapriżi kbar.”

(175)

L-assoċjazzjonijiet tal-industrija huma interkonnessi mill-qrib mal-Istat, l-aktar permezz tal-importanza tal-bini tas-CCP f’dawk l-assoċjazzjonijiet (55). Id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima IV.3.6 tal-istess pjan jindikaw ukoll intervent mill-Istat fil-produzzjoni tal-fibra, inkluż is-settur tal-GFF:

 

“[L-Assoċjazzjoni għandha]

tassisti lill-gvern fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-politika tal-industrija, biex jiġi żgurat l-iżvilupp sod tas-settur;

tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tas-sistema ta’ dħul fis-settur tal-ħġieġ u tal-immaniġġjar u fl-istess ħin jiġu esplorati u implimentati sistema ta’ dħul u ta’ mmaniġġjar applikabbli għas-settur tal-materjal kompost;

tistabbilixxi u timplimenta sistemi ta’ ġestjoni tas-settur u tad-dħul sabiex

tnaqqas b’mod effettiv id-duplikazzjonijiet ta’ livell baxx,

issaħħaħ is-sensibilizzazzjoni dwar l-awtodixxiplina tal-intrapriżi kif ukoll il-perspettivi tas-settur,

titrawwem l-eliminazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni li ma għadhomx jintużaw u t-trasformazzjoni u t-titjib tas-settur,

tinżamm kompetizzjoni soda u ordnata u l-iżvilupp ordnat tas-settur;

jitqiesu l-ħtiġijiet tal-iżvilupp tas-settur, tistinka biex tistabbilixxi politiki u miżuri ta’ inċentiv, tiggwida l-iżvilupp sod tas-settur;

tistinka b’mod attiv biex tikseb rifużjoni tat-taxxa tal-esportazzjoni fuq prodotti tal-fibra tal-ħġieġ ipproċessati profondament u tiggwida l-iżvilupp sod tal-industrija tal-ipproċessar fil-fond tal-fibra tal-ħġieġ;

tagħmel ħilitha biex tikseb l-introduzzjoni u t-titjib tar rati tat-taxxa fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-fibri u l-materjali komposti sabiex joffru inċentivi għat-tkabbir tal-esportazzjonijiet tal-prodotti tal-materjal kompost b’valur miżjud għoli;”

(176)

Ir-RPĊ ippromwoviet b’mod attiv l-industriji tal-GFF fuq livelli differenti tal-gvern, eżempju ta’ inizjattiva lokali li tkopri waħda mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun jista’ jinstab fil-Pjan ta’ Ħames Snin tal-Belt ta’ Jiujiang għat-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali:

 

It-Taqsima III 2.2 L-implimentazzjoni effettiva ta’ pjan ta’ żvilupp għall-industriji strateġiċi u emerġenti

Materjali ġodda:

[…]

Estenżjoni u appoġġ għall-katina tal-industrija tal-materjali ġodda, trawwim tal-iżvilupp ta’ raggruppamenti tal-industrija tal-materjali ġodda;

Serħan fuq iż-żona tal-iżvilupp ekonomiku ta’ Jiujiang, il-park tal-industrija tad-distrett ta’ Jiujiang Chihu, il-park Industrijali ta’ Yongxiu Xinghuo u l-bażi tal-produzzjoni tal-fibra ta’ Lushan, u fokus fuq l-iżvilupp ta’ materjali ġodda tas-silikon organiku, materjali komposti tal-fibra tal-ħġieġ, materjali ġodda tal-biofibra, materjali ġodda tal-metall, u materjali godda tal-grafen;

[…]

Jitrawmu b’mod attiv JUSHI GROUP, Shengxiang Electronics, Cabot Chemical Industry u intrapriżi ewlenin oħra orjentati lejn l-innovazzjoni, konnessjoni attiva mas-suq, l-esplorazzjoni u l-iżvilupp ta’ oqsma ġodda ta’ applikazzjoni għall-fibra tal-ħġieġ u l-materjali komposti ġodda sabiex titħaffu t-trasformazzjoni u l-aġġornament tal-industrija tal-fibra tal-ħġieġ. (56)

(177)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ sostna li t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-Materjali tal-Fibra u Komposti u t-13-il l-Pjan ta’ Ħames Snin tal-Belt ta’ Jiujiang, it-tnejn jikkonċernaw biss informazzjoni ġenerali dwar il-politika tal-gvern, bl-ebda konnessjoni diretta ma’ xi wieħed mill-allegati programmi ta’ sussidju inkwistjoni u għalhekk mhumiex “evidenza suffiċjenti” ta’ speċifiċità.

(178)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Kif spjegat fil-premessi (171) u (172), it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-Materjali tal-Fibra u Komposti jimmira speċifikament l-lejn l-industrija tal-materjal tal-fibri u jiggwida b’mod ċar l-iżvilupp tas-settur. Anki jekk dan id-dokument jista’ ma jkollux rabta diretta mal-allegati programmi ta’ sussidju kif qal il-GTĊ, dan jindika miżuri speċifiċi li jinkoraġġixxu l-industrija tal-fibra u tal-materjali komposti. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (176), it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Belt ta’ Jiujiang għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali speċifikament jimmira lejn Jushi Group, li huwa wieħed mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Għalhekk, dawn id-dokumenti juru li l-awtoritajiet Ċiniżi jimmiraw speċifikament lejn industrija partikolari, li tinkludi l-industrija tal-GFF, u ċerti kumpaniji f’din l-industrija. Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet tal-GTĊ ġew miċħuda.

(179)

Meta jitqies dan t’hawn fuq, l-industrija tal-GFF hija b’hekk meqjusa bħala industrija strateġika/ewlenija, li l-iżvilupp tagħha huwa segwit b’mod attiv mill-GTĊ bħala objettiv politiku.

(180)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ oġġezzjona għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-industrija tal-GFF hija industrija mħeġġa u li l-allegazzjoni tal-Kummissjoni li l-industrija GFF hija mħeġġa fiċ-Ċina ma turix li l-miżuri inkwistjoni huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tal-Ftehim SCM.

(181)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-affermazzjoni tal-GTĊ. Is-sejbiet murija fil-premessi (140) sa (178) juru li l-industrija tal-GFF, bħala parti mill-“materjali tal-bini” u l-industriji tal-“materjali ġodda”, hija partikolarment fil-mira u mħeġġa permezz ta’ diversi għodod politiċi u regolatorji u elenkata f’katalgi ta’ industriji mħeġġa. Il-fatt li dawn id-dokumenti jipprevedu miżuri speċifiċi fir-rigward ta’ ċerti industriji, inkluża l-industrija tal-GFF, huwa biżżejjed biex juri li huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tal-Ftehim SCM.

3.2.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni parzjali u l-użu tal-fatti disponibbli

3.2.1.   L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku fir-rigward tas-self preferenzjali u assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni

(182)

Għall-konvenjenza amministrattiva, il-Kummissjoni talbet lill-GTĊ biex jibgħat kwestjonarji speċifiċi lil żewġ banek speċifiċi tal-Istat imsemmija fl-ilment, lil Sinosure, kif ukoll kull lil kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja oħra li pprovdiet self jew krediti għall-esportazzjoni lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun.

3.2.1.1.   Self preferenzjali

(183)

Il-GTĊ tabilħaqq bagħat il-kwestjonarji speċifiċi lill-banek. 15-il fergħa bankarja kkonfermaw is-self pendenti tagħhom mal-kumpaniji inklużi fil-kampjun matul il-PI, iżda mingħajr ma taw tweġiba għall-kwestjonarju bħala tali. Il-bank intern biss ta’ wieħed mill-produtturi esportaturi (CNBM Finance) u bank tal-Istat wieħed (Export-Import Bank of China) effettivament wieġbu għall-mistoqsijiet fil-kwestjonarju. Barra minn hekk, il-Bank tal-Iżvilupp taċ-Ċina ma weġibx għall-kwestjonarju, iżda kien disponibbli għal mistoqsijiet matul iż-żjara ta’ verifika.

(184)

Skont il-GTĊ, huwa ma kellux l-awtorità li jitlob informazzjoni mingħand il-banek tal-Istat li ma weġbux għall-kwestjonarju, billi dawn joperaw indipendentement mill-GTĊ.

(185)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-opinjoni. L-ewwel nett, huwa l-fehim tal-Kummissjoni li l-informazzjoni mitluba minn entitajiet tal-Istat (kemm jekk dawn ikunu kumpaniji kif ukoll jekk ikunu istituzzjonijiet pubbliċi/finanzjarji) hija disponibbli għall-GTĊ għall-entitajiet kollha fejn il-GTĊ huwa l-azzjonist ewlieni jew kbir. Tabilħaqq, skont il-Liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-Assi ta’ Intrapriżi tal-Istat (57), l-aġenziji tas-superviżjoni u tal-amministrazzjoni tal-assi tal-Istat stabbiliti mill-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat tal-Kunsill tal-Istat u l-gvernijiet tal-poplu lokali jwettqu d-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tal-kontributur tal-kapital ta’ intrapriża b’investiment mill-Istat f’isem il-gvern. Dawn l-aġenziji huma għalhekk intitolati li jirċievu redditi fuq l-assi, jieħdu sehem fit-teħid ta’ deċiżjonijiet maġġuri u jagħżlu persunal maniġerjali ta’ intrapriżi b’investiment mill-Istat. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 17 tal-Liġi msemmija aktar ’il fuq dwar l-Assi tal-Istat, l-intrapriżi b’investiment mill-Istat għandhom jaċċettaw l-amministrazzjoni u s-superviżjoni mill-gvernijiet u d-dipartimenti u l-aġenziji governattivi rilevanti, jaċċettaw is-superviżjoni pubblika, u jkunu responsabbli lill-kontributuri kapitali.

(186)

Barra minn hekk, il-GTĊ għandu wkoll l-awtorità meħtieġa biex jinteraġixxi mal-istituzzjonijiet finanzjarji anki meta ma jkunux tal-Istat, minħabba li kollha jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-awtorità regolatorja bankarja Ċiniża. Pereżempju, skont l-Artikoli 33 u 36 tal-Liġi dwar is-Superviżjoni Bankarja u tal-Assigurazzjoni (58), il-Kummissjoni Regolatorja Bankarja taċ-Ċina (“CBRC”) għandha l-awtorità li tirrikjedi li l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha stabbiliti fir-RPĊ jippreżentaw informazzjoni, bħal rapporti finanzjarji, rapporti statistiċi u informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tan-negozju u l-ġestjoni. Is-CBIRC tista’ wkoll tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jiddivulgaw informazzjoni lill-pubbliku.

(187)

Barra minn hekk, għalkemm l-uniku bank tal-Istat li kkoopera pprovda xi spjegazzjonijiet ġenerali dwar il-funzjonament tas-sistemi ta’ approvazzjoni u ta’ ġestjoni tar-riskju tas-self tiegħu, huwa ma pprovdiex informazzjoni speċifika dwar is-self ipprovdut lill-kumpaniji fil-kampjun. Huwa sostna li kien marbuta b’rekwiżiti statutorji u regolatorji u bi klawżoli kuntrattwali fir-rigward tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni relatata mal-kumpaniji fil-kampjun.

(188)

Għalhekk, il-Kummissjoni talbet lill-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun sabiex jagħtu aċċess għall-informazzjoni speċifika għall-kumpaniji miżmuma mill-banek kollha, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, li mingħandhom irċevew self. Għalkemm il-kumpaniji inklużi fil-kampjun taw il-kunsens tagħhom biex jipprovdu aċċess għad-data tal-bank li tappartjeni għalihom, il-banek li kkooperaw irrifjutaw li jipprovdu l-informazzjoni dettaljata meħtieġa.

(189)

Il-Kummissjoni finalment irċeviet biss informazzjoni dwar l-istruttura korporattiva u s-sjieda mill-bank tal-Istat li kkoopera iżda mill-ebda waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra li kienu pprovdew self lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, ebda waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji ma pprovdiet xi informazzjoni speċifika għall-valutazzjoni tar-riskju tas-self mogħti lill-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun.

(190)

Billi ma kellha l-ebda informazzjoni fir-rigward tal-biċċa l-kbira tal-banek tal-Istat li pprovdew self lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun, u l-ebda informazzjoni speċifika għall-kumpaniji dwar is-self ipprovdut mill-banek li kkooperaw, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kinitx irċeviet informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni.

(191)

Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li jista’ jkollha tirrikorri għall-użu tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku meta teżamina l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar mogħti permezz ta’ self preferenzjali.

(192)

Fit-tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni, il-GTĊ oġġezzjona għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. B’mod ġenerali, argumenta li l-ewwel nies l-informazzjoni speċifika mitluba ma kinitx meħtieġa minħabba li l-proċediment kien ibbażat fuq ilment li naqas milli jipprovdi rekwiżiti ta’ evidenza suffiċjenti tal-Ftehim SCM u tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qieset li s-suffiċjenza tal-evidenza tal-ilment diġà ġiet indirizzata fit-Taqsima 1.1.1 ta’ hawn fuq u għalhekk żammet il-konklużjoni tagħha li kien hemm biżżejjed evidenza pprovduta fl-ilment li x’aktarx turi l-eżistenza tal-allegat sussidjar mill-GTĊ.

(193)

Il-GTĊ oġġezzjona b’mod aktar speċifiku għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku rigward is-self preferenzjali. Il-GTĊ tenna li ma kellu ebda awtorità fuq il-banek. Il-GTĊ qies ukoll li huwa kien ikkoopera bl-aħjar kapaċitajiet tiegħu, li l-Kummissjoni kienet imponiet piż żejjed mhux raġonevoli fuqu, u li l-informazzjoni nieqsa ma kinitx “meħtieġa” fis-sens tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, peress li kienet diġà disponibbli permezz tat-tweġibiet għall-kwestjonarji. Il-GTĊ tenna dawn l-affermazzjonijiet wara d-divulgazzjoni definittiva.

(194)

Il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha li l-GTĊ għandu l-awtorità li jitlob informazzjoni mill-banek għar-raġunijiet spjegati fil-premessi (185) sa (186) ta’ hawn fuq. Hija rrikonoxxiet li l-GTĊ għadda l-kwestjonarji rilevanti lill-banek, u li rċeviet tweġiba sodisfaċenti minn wieħed mill-banek tal-Istat. Il-Kummissjoni użat l-informazzjoni pprovduta b’dan il-mod, u kkomplementatha b’fatti disponibbli biss għal dawk il-partijiet li kienu nieqsa.

(195)

Din l-informazzjoni nieqsa prinċipalment tikkonċerna żewġ aspetti. L-ewwel, informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda u tal-governanza tal-banek li ma kkooperawx, li kienet meħtieġa biex il-Kummissjoni tiddetermina jekk dawn il-banek humiex korpi pubbliċi jew le. It-tieni, informazzjoni speċifika dwar il-kumpanija mill-bank li kkoopera, bħal pereżempju l-proċess ta’ approvazzjoni ta’ self intern tal-bank u l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tal-bank għas-self ipprovdut lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun li kienet meħtieġa fis-sens tal-Artikolu 28 tar-Regolament Bażiku sabiex jiġi stabbilit jekk ġiex ipprovdut self b’rati preferenzjali lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, dawn id-dokumenti interni jistgħu jiġu pprovduti biss mill-banek, u għalhekk ma setgħux jiġu pprovduti permezz tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun.

(196)

Il-GTĊ sostna wkoll li l-informazzjoni speċifika għall-kumpaniji ma setgħetx tiġi pprovduta għal raġunijiet regolatorji. Anki jekk il-Kummissjoni kellha kunsens ġenerali bil-miktub mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun fejn irrinunzjaw għad-drittijiet ta’ kunfidenzjalità tagħhom, il-GTĊ sostna li l-banek jew l-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti jkunu meħtieġa jitolbu lill-partijiet għall-permess espliċitu tagħhom fir-rigward ta’ kull tranżazzjoni ta’ self partikolari u li dawn il-permessi jkollhom jiġu vverifikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti.

(197)

Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li intalab kunsens b’mod separat minn kull kumpanija għat-tranżazzjonijiet ta’ self ta’ kull bank speċifiku. Il-Kummissjoni qieset li kunsens speċifiku bħal dan jenħtieġ li jkun biżżejjed bħala tali biex jingħata aċċess għar-rekords relatati mal-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, xi banek effettivament ipprovdew deskrizzjoni ġenerali tas-self pendenti tagħhom mal-kumpaniji, u b’hekk urew li ma kinux ristretti fil-provvista ta’ informazzjoni bħala tali dwar tranżazzjonijiet speċifiċi. Madankollu, l-ebda wieħed minn dawn il-banek ma pprovda xi informazzjoni relatata mal-valutazzjoni interna tagħhom stess tat-tranżazzjonijiet li kienu ġew iddivulgati.

(198)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ma kkunsidratx li kienet imponiet piż mhux raġonevoli fuq il-GTĊ. Mill-bidu, il-Kummissjoni llimitat l-investigazzjoni tagħha għal dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji li kienu pprovdew self lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni lanqas ma għabbiet lill-GTĊ bl-identifikazzjoni ta’ dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji, billi l-lista bl-ismijiet u l-indirizzi tal-banek, kif ukoll it-talba biex jibagħtu l-kwestjonarji, ġiet ipprovduta lill-GTĊ fil-bidu nett tal-investigazzjoni, f’Ġunju 2019. Dan ipprovda biżżejjed żmien biex il-GTĊ jikkonforma mat-talba tal-Kummissjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li kienet għamlet l-almu tagħha biex tiffaċilita l-kompiti mitluba mill-GTĊ.

(199)

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni kuntrarja rċevuta mill-GTĊ, il-Kummissjoni b’mod provviżorju kellha toqgħod parzjalment fuq il-fatti disponibbli meta teżamina l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar mogħti permezz ta’ self preferenzjali.

3.2.1.2.   Assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni

(200)

Sinosure wieġbet parzjalment għall-kwestjonarju speċifiku rigward l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni pprovduta lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. B’mod partikolari, Sinosure lanqas ma tat informazzjoni speċifika dwar l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni pprovduta lill-industrija tal-GFF, il-livell tal-primjums tagħha jew ċifri dettaljati relatati mal-profittabbiltà tan-negozju tagħha tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni.

(201)

Barra minn hekk, Sinosure naqset milli tipprovdi d-dokumentazzjoni ta’ sostenn mitluba dwar il-governanza korporattiva tagħha, bħall-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħha, billi sostniet li din kienet informazzjoni kunfidenzjali.

(202)

Fin-nuqqas ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kinitx irċeviet informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni.

(203)

Huwa l-fehim tal-Kummissjoni li l-informazzjoni mitluba minn entitajiet tal-Istat (kemm kumpaniji kif ukoll istituzzjonijiet pubbliċi/finanzjarji) hija disponibbli għall-GTĊ għall-entitajiet kollha fejn il-GTĊ huwa l-azzjonist ewlieni jew kbir. Dan huwa wkoll il-każ għal Sinosure, li hija entità kompletament tal-Istat. Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li jista’ jkollha tirrikorri għall-użu ta’ fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku meta teżamina l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar mogħti permezz tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni.

(204)

Fit-tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni, il-GTĊ oġġezzjona għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, billi ġibed l-attenzjoni għall-fatt li Sinosure kienet ipprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju, u kienet wieġbet għall-mistoqsijiet tal-Kummissjoni waqt il-verifika fuq il-post.

(205)

Sinosure tabilħaqq ipprovdiet tweġiba għall-kwestjonarju u rappreżentanti minn Sinosure kienu preżenti fil-verifika fl-uffiċċji tal-GTĊ. Madankollu, kif imsemmi fil-premessi (200) u (201) ta’ hawn fuq, l-informazzjoni pprovduta ma kinitx kompluta. Pereżempju, Sinsoure pprovdiet ċifri globali dwar il-profittabbiltà tagħha, iżda mhux dwar il-profittabbiltà tan-negozju tagħha tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni għal żmien qasir bħala tali. Għalhekk, l-informazzjoni pprovduta ma ppermettietx lill-Kummissjoni tasal għal konklużjonijiet dwar partijiet kruċjali tal-investigazzjoni fir-rigward tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, jiġifieri jekk Sinosure hijiex korp pubbliku u jekk il-primjums imposti fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun kinux konformi mas-suq.

(206)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li kellha toqgħod parzjalment fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha fir-rigward tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni.

3.2.2.   L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku għal China National Building Materials Group

(207)

Skont il-kwestjonarju dwar is-sussidji mibgħut lill-produtturi esportaturi, il-kumpaniji azzjonarja huma meħtieġa jipprovdu tweġiba għat-Taqsimiet A u E tal-kwestjonarju. Madankollu, China National Building Materials Co. Ltd. (“CNBM”), is-sid aħħari tal-produtturi esportaturi Jushi, Hengshi. u Taishan, naqset milli tagħti din it-tweġiba.

(208)

CNBM qieset li ma kinitx involuta fin-negozju tal-materjali tal-fibra tal-ħġieġ, u li ma kellha ebda tranżazzjoni diretta mal-produtturi esportaturi. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li kien hemm żidiet sinifikanti fil-kapital iffinanzjati minn CNBM b’rabta ma’ wieħed mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet evidenza li l-għotjiet ipprovduti lil xi entitajiet fil-grupp għaddew minn kontijiet bankarji ta’ CNBM, u li xi għotjiet ġew allokati bejn diversi entitajiet fil-grupp permezz tal-kontijiet tar-riżervi kapitali.

(209)

Il-Kummissjoni tqis li fin-nuqqas ta’ tweġiba għall-kwestjonarju mill-kumpanija omm CNBM, huwa impossibbli li tiġi ddeterminata l-firxa sħiħa tas-sussidji rċevuti minn CNBM Group. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li hija ma rċeviet ebda informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni.

(210)

Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lis-CNBM Group li jista’ jkollha tirrikorri għall-użu ta’ fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku meta teżamina l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar mogħti lil CNBM, il-kumpanija omm tas-CNBM Group.

(211)

Fit-tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni, Jushi oġġezzjonat għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku rigward CNBM. Jushi tenniet li CNBM għandha r-rwol ta’ investitur fl-ekwità, aktar milli r-rwol ta’ kontrollur attwali ta’ China Jushi, li ma kinitx involuta fin-negozju tal-materjali tal-fibra tal-ħġieġ, u li ma kellha l-ebda tranżazzjoni diretta mal-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, għalkemm CNBM hija l-akbar azzjonista ta’ China Jushi, il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha tammonta biss għal 26,97 %.

(212)

Rigward iż-żidiet fil-kapital, Jushi ddikjarat li l-proporzjon ta’ parteċipazzjoni azzjonarja ta’ CNBM f’China Jushi naqas minn 60,25 % fl-1998 għal 26,97 % fl-aħħar tal-PI. F’dawn l-aħħar tliet snin, il-kapital irreġistrat ta’ China Jushi żdied biss permezz tar-riżervi kapitali tagħha stess, u għalhekk il-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ CNBM baqgħet stabbli b’26,97 %.

(213)

L-ewwel il-Kummissjoni qieset taħt il-kundizzjonijiet kollha li l-kumpaniji azzjonarji jenħtieġ li jipprovdu tweġiba għall-kwestjonarju sabiex taċċerta jekk ingħatax xi sussidju fil-livell tal-kumpanija omm li tista’ tkun relatata mal-produttur esportatur. Mingħajr tweġiba għall-kwestjonarju, huwa impossibbli li tiġi ddeterminata l-firxa sħiħa tas-sussidji relatati mal-produtturi esportaturi.

(214)

It-tieni, għall-affermazzjonijiet relatati mal-kontroll reali ta’ CNBM fuq Jushi, il-Kummissjoni tirreferi għar-raġunament żviluppat fil-premessi (93) sa (96) ta’ hawn fuq li jikkonċernaw ir-relazzjoni bejn Jushi u Taishan. Fuq din il-bażi, dawn l-affermazzjonijiet ġew irrifjutati.

(215)

It-tielet, f’termini ta’ żidiet fil-kapital, għalkemm huwa veru li l-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ CNBM naqset f’termini relattivi matul iż-żmien, din effettivament żdiedet f’termini assoluti matul il-perjodu bejn l-2010 u l-2018.

(216)

Fl-aħħar nett, l-elementi msemmija fil-premessa (208) ta’ hawn fuq mhumiex marbuta biss ma’ Jushi u Hengshi, iżda ma’ Taishan ukoll. B’riżultat ta’ dan, anki jekk il-Kummissjoni taċċetta l-kummenti ta’ Jushi, dan ma jibdilx is-sejbiet tal-Kummissjoni għal CNBM Group bħala tali.

(217)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li kellha toqgħod parzjalment fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha fir-rigward ta’ CNBM, il-kumpanija omm ta’ CNBM Group.

3.2.3.   L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku għal produttur esportatur wieħed b’rabta mal-finanzjament preferenzjali

(218)

Yunnan Yuntianhua Group Co., Ltd. naqas milli jipprovdi informazzjoni sħiħa fil-ħin dwar il-fondi rċevuti permezz ta’ strumenti oħra ta’ ekwità minn ċerti azzjonisti tal-kumpanija.

(219)

Minkejja talbiet ripetuti mill-Kummissjoni, matul u wara l-verifika fuq il-post, il-kumpanija naqset li tipprovdi l-informazzjoni mitluba. Għalhekk, il-Kummissjoni nnotifikat lill-kumpanija inkwistjoni li kienet se tikkunsidra li tibbaża s-sejbiet tagħha parzjalment fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku (jiġifieri sa fejn kienet ikkonċernata l-informazzjoni relatata ma’ strumenti ta’ ekwità oħra). Fit-tweġiba lill-Kummissjoni, il-kumpanija indikat li minħabba l-għeluq uffiċjali fiċ-Ċina matul l-aħħar ġimgħa ta’ Jannar u l-ewwel ġimgħa ta’ Frar, ma kinitx f’pożizzjoni li twieġeb għat-talba għall-informazzjoni tal-Kummissjoni sal-iskadenza stabbilita.

(220)

Fin-nuqqas ta’ xi evidenza addizzjonali li tikkonċerna l-fondi riċevuti permezz ta’ strumenti ta’ ekwità oħra msemmija fil-premessa (218) f’dan l-istadju, il-Kummissjoni kompliet toqgħod parzjalment fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha dwar dawn il-fondi rċevuti permezz ta’ strumenti ta’ ekwità oħrajn minn ċerti azzjonisti tal-kumpanija kif dettaljat fit-Taqsima 3.4.3.4 hawn taħt.

3.3.   Sussidji u programmi ta’ sussidju fl-ambitu tal-investigazzjoni attwali

(221)

Abbażi tal-informazzjoni inkluża fl-ilment, fin-Notifika ta’ Bidu u fit-tweġibiet għall-kwestjonarji tal-Kummissjoni, ġie investigat l-allegat sussidjar permezz tas-sussidji li ġejjin mill-GTĊ:

(i)

Finanzjament preferenzjali (eż. self fuq il-polza, linji ta’ kreditu, aċċettazzjonijiet bankarji, finanzjament tal-esportazzjoni)

(ii)

Assigurazzjoni tal-kreditu preferenzjali għall-esportazzjoni

(iii)

Il-provvista ta’ oġġetti u servizzi mill-gvern għal remunerazzjoni inqas minn adegwata (LTAR)

L-għoti ta’ art u ta’ drittijiet għall-użu tal-art mill-gvern għal remunerazzjoni inqas minn adegwata;

Il-provvista mill-gvern ta’ materja prima għal remunerazzjoni inqas minn adegwata.

(iv)

Dħul rinunzjat permezz tal-provvista ta’ enerġija b’rati mnaqqsa u tal-programmi ta’ Eżenzjoni u Tnaqqis tat-Taxxa

Provvista ta’ elettriku b’rata mnaqqsa

Tnaqqis tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (“EIT”) għal Intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida;

Tpaċija tal-EIT għar-riċerka u l-iżvilupp;

Eżenzjoni fuq id-dividendi bejn intrapriżi residenti kkwalifikati;

Eżenzjoni jew rinunzja ta’ taxxi fuq l-użu ta’ proprjetà immobbli u art;

Deprezzament mgħaġġel ta’ tagħmir użat minn intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata

(v)

Programmi ta’ Għotjiet

Għotjiet relatati ma’ titjib jew trasformazzjoni teknoloġika, bħal pereżempju l-promozzjoni ta’ kompiti ta’ R&Ż taħt il-Pjanijiet ta’ Appoġġ għax-Xjenza u għat-Teknoloġija, il-Fondi ta’ Promozzjoni tal-Aġġustament, tar-Rivitalizzazzjoni u tar-Rinnovazzjoni tat-Teknoloġija ta’ Industriji Ewlenin, it-Trasformazzjoni Industrijali u t-Titjib ta’ Made in China 2025, għotjiet relatati mal-Manifattura Intelliġenti;

Għotjiet tal-Ħarsien tal-Ambjent, bħal, pereżempju, il-Fond speċjali għar-riforma tat-teknoloġija li tiffranka l-enerġija, il-fond għat-teknoloġija tal-produzzjoni nadifa, inċentivi għall-Ħarsien tal-Ambjent u għall-Konservazzjoni tar-Riżorsi;

Għotjiet ta’ żvilupp korporattiv;

Il-Programmi Famous Brand;

Sussidji ad hoc mogħtija mill-awtoritajiet muniċipali/provinċjali;

3.4.   Finanzjament preferenzjali

3.4.1.   Istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu finanzjament preferenzjali

(222)

Skont l-informazzjoni pprovduta miż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, 36 istituzzjoni finanzjarja li jinsabu fir-RPĊ kienu pprovdewlhom finanzjament. Minn dawk is-36 istituzzjoni finanzjarja, 29 kienu banek tal-Istat (59). L-istituzzjonijiet finanzjarji l-oħra kienu jew proprjetà privata (erba’ istituzzjonijiet), jew il-Kummissjoni ma kinitx kapaċi tiddetermina jekk kinux proprjetà tal-Istat jew proprjetà privata (tliet istituzzjonijiet). Madankollu, bank tal-Istat wieħed biss mela l-kwestjonarju speċifiku, minkejja talba lill-GTĊ li kopriet l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li kienu pprovdew self lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun.

(223)

EXIM jipprovdi self kontinġenti fuq l-esportazzjoni b’rati preferenzjali lill-kumpaniji Ċiniżi li jipproduċu prodotti ġodda u tat-teknoloġija avvanzata, prodotti bi drittijiet intellettwali indiġeni, ditti li huma proprjetà tagħhom infushom, prodotti b’valur miżjud għoli u prodotti tas-softwer li huma reġistrati mal-awtoritajiet għall-industrija u għall-kummerċ (60). Skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, il-produtturi Ċiniżi tal-GFF jikkwalifikaw għal self orjentat lejn l-esportazzjoni bħala prodotti ġodda u ta’ teknoloġija avvanzata u/jew bħala ditti li huma proprjetà tagħhom infushom, minħabba li bosta produtturi huma rikonoxxuti bħala “Intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata Nazzjonali” jew ingħataw status ta’ ditta famuża, ditta mill-aqwa, eċċ.

(224)

Barra minn hekk, EXIM jassisti wkoll lill-esportaturi permezz ta’ krediti tax-xerrejja tal-esportazzjoni. Il-krediti tax-xerrejja għall-esportazzjoni huma pprovduti lil kumpaniji barranin biex jiffinanzjaw l-importazzjoni tagħhom ta’ prodotti, teknoloġiji u servizzi Ċiniżi (61).

3.4.1.1.   Banek tal-Istat li jaġixxu bħala korpi pubbliċi

(225)

Il-Kummissjoni vverifikat jekk il-banek tal-Istat kinux qegħdin jaġixxu bħala korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikoli 3 u 2(b) tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, it-test applikabbli sabiex jiġi stabbilit jekk impriża tal-Istat hijiex korp pubbliku huwa kif ġej (62): “Li jgħodd huwa jekk entità għandhiex l-awtorità li teżerċita funzjonijiet governattivi, aktar milli kif tinkiseb tali awtorità. Hemm modi differenti ta’ kif il-gvern fis-sens ristrett jista’ jipprovdi lill-entitajiet b’awtorità. Għaldaqstant, hemm tipi differenti ta’ evidenza li jistgħu jkunu rilevanti biex jintwera li tali awtorità ngħatat lil entità partikolari. Evidenza li entità, fil-fatt, qiegħda teżerċita funzjonijiet governattivi tista’ sservi bħala evidenza li hija għandha jew ingħatat awtorità governattiva, b’mod partikolari fejn tali evidenza tipponta lejn prattika sostnuta u sistematika. Jirriżulta, fil-fehma tagħna, li l-evidenza li gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuq entità u l-imġiba tagħha tista’ sservi, f’ċerti ċirkostanzi, bħala evidenza li l-entità rilevanti għandha awtorità governattiva u teżerċita tali awtorità fit-twettiq ta’ funzjonijiet governattivi. Madankollu, aħna nenfasizzaw li, apparti minn delega espliċita ta’ awtorità fi strument legali, l-eżistenza ta’ sempliċi rabtiet formali bejn entità u gvern fis-sens dejjaq tal-kelma x’aktarx ma tkunx biżżejjed biex jiġi stabbilit il-pussess neċessarju ta’ awtorità governattiva. Għalhekk, pereżempju, is-sempliċi fatt li gvern huwa l-azzjonista maġġoritarju ta’ entità ma jurix li l-gvern jeżerċita kontroll sinifikanti fuq l-imġiba ta’ dik l-entità, u ferm inqas li l-gvern taha awtorità governattiva. F’xi okkażjonijiet, madankollu, fejn l-evidenza tkun turi li jkun hemm bosta indizji formali ta’ kontroll tal-gvern u jkun hemm ukoll evidenza li dan il-kontroll ikun ġie eżerċitat b’mod sinifikanti, evidenza bħal din tista’ tippermetti l-inferenza li l-entità kkonċernata tkun qiegħda teżerċita awtorità governattiva.

(226)

Il-Kummissjoni fittxet informazzjoni dwar is-sjieda tal-Istat, kif ukoll indizji formali ta’ kontroll tal-gvern fil-banek tal-Istat. Hija analizzat ukoll jekk il-kontroll kienx ġie eżerċitat b’mod sinifikanti. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni kellha parzjalment tiddependi fuq il-fatti disponibbli minħabba r-rifjut tal-GTĊ u tal-banek tal-Istat li jipprovdu evidenza dwar il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet li kien wassal għas-self preferenzjali.

(227)

Sabiex setgħet twettaq din l-analiżi, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat l-informazzjoni mill-banek tal-Istat li mlew il-kwestjonarju speċifiku u ppermettew li ssir verifika.

3.4.1.2.   Il-banek tal-Istat li kkooperaw

(228)

Bank tal-Istat wieħed biss, li huwa EXIM, ipprova tweġiba għall-kwestjonarju, li ġiet ivverifikata fuq il-post.

(a)   Is-sjieda u l-indizji formali tal-kontroll mill-GTĊ

(229)

Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet fit-tweġiba għall-kwestjonarju u matul iż-żjara ta’ verifika, il-Kummissjoni stabbiliet li l-GTĊ kellu, direttament jew indirettament, aktar minn 50 % tal-ishma fl-istituzzjoni finanzjarja.

(230)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-indizji formali tal-kontroll mill-gvern tal-banek tal-Istat li kkooperaw, il-Kummissjoni kkwalifikathom kollha bħala “istituzzjoni finanzjarja ewlenija tal-Istat”. B’mod partikolari, l-avviż “Regolamenti Interim dwar il-Bord tas-Superviżuri f’Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Istat Ewlenin” jgħid li: “L-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ewlenin imsemmija f’dawn ir-Regolamenti jirreferu għal banek pubbliċi tal-Istat, banek kummerċjali, kumpaniji tal-ġestjoni tal-assi finanzjarji, kumpaniji tat-titoli, kumpaniji tal-assigurazzjoni, eċċ. (li minn hawn ’il quddiem issir referenza għalihom bħala istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat), li lilhom il-Kunsill tal-Istat jibgħat bordijiet ta’ superviżuri”.

(231)

Il-Bord tas-Superviżuri tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ewlenin huwa maħtur skont ir-“Regolamenti Interim tal-Bord tas-Superviżuri tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Istat Ewlenin” (Digriet tal-Istat Nru 282). Abbażi tal-Artikoli 3 u 5 ta’ dawn ir-Regolamenti Interim, il-Kummissjoni stabbiliet li l-Membri tal-Bord tas-Superviżuri huma maħtura mill-Kunsill tal-Istat u responsabbli lejh, u dan juri l-kontroll istituzzjonali tal-Istat fuq l-attivitajiet kummerċjali tal-banek tal-Istat li kkooperaw. Minbarra dawn l-indizji ġeneralment applikabbli, il-Kummissjoni sabet dan li ġej fir-rigward tal-EXIM:

(232)

EXIM ġie ffurmat u jopera skont “L-Avviż tat-Twaqqif tal-Export-Import Bank of China” maħruġ mill-Kunsill tal-Istat, kif ukoll skont l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni ta’ EXIM. Skont l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tiegħu, l-Istat jinnomina direttament il-maniġment ta’ EXIM. Il-Bord tas-Superviżuri huwa maħtur mill-Kunsill tal-Istat skont ir-“Regolamenti Interim dwar il-Bordijiet tas-Superviżuri f’Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-Istat Ewlenin” u liġijiet u regolamenti oħrajn, u huwa responsabbli lejn il-Kunsill tal-Istat.

(233)

L-Istatut ta’ Assoċjazzjoni jsemmi wkoll li l-Kumitat tal-Partit ta’ EXIM għandu rwol ewlieni u politiku biex jiżgura li l-politiki u l-iskjerament maġġuri tal-Partit u l-Istat jiġu implimentati minn EXIM. It-tmexxija tal-Partit hija integrata fl-aspetti kollha tal-governanza korporattiva.

(234)

L-Istatut ta’ Assoċjazzjoni jiddikjara wkoll li EXIM huwa ddedikat biex jappoġġja l-iżvilupp tal-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika barranija, l-investiment transfruntier, l-Inizjattiva “One Belt One Road”, il-kooperazzjoni fil-kapaċità internazzjonali u l-manifattura tat-tagħmir. L-ambitu tan-negozju tiegħu jinkludi self fuq medda ta’ żmien qasir, medju u fit-tul kif approvat u skont il-politiki tal-kummerċ barrani u ta’ investiment fi swieq barranin (“going out”) tal-Istat, bħal kreditu għall-esportazzjoni, kreditu għall-importazzjoni, self barrani ta’ inġinerija b’kuntratt barrani, self ta’ investiment barrani, self tal-gvern Ċiniż għall-għajnuna barranija u self lix-xerrejja tal-esportazzjoni.

(235)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat, bidlu l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħhom fl-2017 biex iżidu r-rwol tal-Partit Komunista taċ-Ċina (China Communist Party, CCP) fl-ogħla livell ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-banek.

(236)

Dan l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni l-ġdid jistipula li:

il-President tal-Bord tad-Diretturi għandu jkun l-istess persuna bħas-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit;

ir-rwol tas-CCP huwa li jiżgura u jwettaq superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Bank tal-politiki u tal-linji gwida tas-CCP u tal-Istat; kif ukoll li jkollu rwol ta’ tmexxija u ta’ żamma tan-negozju fil-ħatra tal-persunal (inkluż il-maniġment superjuri); u

l-opinjonijiet tal-Kumitat tal-Partit għandhom jinstemgħu mill-Bord tad-Diretturi biex tittieħed kwalunkwe deċiżjoni ewlenija.

(237)

Din l-evidenza turi li l-Gvern eżerċita kontroll sinifikanti fuq l-imġiba ta’ din l-istituzzjoni

(238)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex informazzjoni dwar jekk il-GTĊ eżerċitax kontroll sinifikanti fuq l-imġiba tal-banek tal-Istat li kkooperaw fir-rigward tal-politiki tas-self u l-valutazzjoni tar-riskju tagħhom, fejn huma pprovdew self lill-industrija tal-GFF. F’dan ir-rigward, tqiesu d-dokumenti regolatorji li ġejjin:

L-Artikolu 34 tal-Liġi tar-RPĊ dwar il-Banek Kummerċjali (“il-Liġi Bankarja”);

L-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self (implimentat mill-People’s Bank of China)

Id-Deċiżjoni Nru 40;

Miżuri ta’ Implimentazzjoni tas-CBIRC għal Kwistjonijiet ta’ Liċenzji Amministrattivi għall-Banek Kummerċjali ffinanzjati miċ-Ċina (l-Ordni tas-CBIRC [2017] Nru 1)

Miżuri ta’ Implimentazzjoni tas-CBIRC għall-Kwistjonijiet Amministrattivi ta’ Liċenzjar relatati ma’ Banek b’Finanzjament Barrani (l-Ordni tas-CBIRC [2015] Nru 4)

Miżuri Amministrattivi għall-Kwalifiki tad-Diretturi u tal-Uffiċjali Anzjani tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji fis-Settur Bankarju (CBIRC [2013] Nru 3)

(239)

Waqt li kienet qiegħda tirrevedi dawn id-dokumenti regolatorji, il-Kummissjoni sabet li l-istituzzjonijiet finanzjarji fir-RPĊ qegħdin joperaw f’ambjent legali ġenerali li jidderiġihom sabiex jallinjaw ruħhom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-GTĊ meta jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji, għar-raġunijiet li ġejjin.

(240)

Fir-rigward ta’ EXIM, il-mandat ta’ politika pubblika tiegħu huwa stabbilit fin-notifikazzjoni li jiġi stabbilit EXIM kif ukoll fl-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tiegħu.

(241)

Fil-livell ġenerali, l-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja, li tapplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha li joperaw fiċ-Ċina, jistabbilixxi li l-“Banek kummerċjali għandhom iwettqu n-negozju ta’ self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u taħt il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat”. Għalkemm l-Artikolu 4 tal-Liġi Bankarja jiddikjara li “Banek kummerċjali għandhom, skont il-liġi, iwettqu operazzjonijiet tan-negozju mingħajr interferenza minn kwalunkwe unità jew individwu. Il-banek kummerċjali għandhom b’mod indipendenti jassumu responsabbiltà ċivili bil-proprjetà tagħhom kollha bħala persuna ġuridika”, l-investigazzjoni wriet li l-Artikolu 4 tal-Liġi Bankarja huwa applikat soġġett għall-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja, jiġifieri fejn l-Istat jistabbilixxi politika pubblika, il-banek jimplimentawha u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-Istat.

(242)

Barra minn hekk, l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self jipprevedi li: “F’konformità mal-politika tal-Istat, id-dipartimenti rilevanti jistgħu jissussidjaw l-imgħaxijiet fuq is-self, bil-ħsieb li ssir promozzjoni tat-tkabbir ta’ ċerti industriji u l-iżvilupp ekonomiku f’xi oqsma.

(243)

B’mod simili, id-Deċiżjoni Nru 40 tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha biex jipprovdu appoġġ ta’ kreditu b’mod speċifiku għall-proġetti “imħeġġa”. Kif diġà ġie spjegat fit-Taqsima 3.1 u aktar speċifikament fil-premessa (166), il-proġetti tal-industrija tal-GFF jappartjenu għall-kategorija “imħeġġa”. Id-Deċiżjoni Nru 40 għalhekk tikkonferma sejbiet preċedenti fir-rigward tal-Liġi Bankarja li l-banek jeżerċitaw awtorità governattiva fil-forma ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu preferenzjali. Il-Kummissjoni sabet ukoll li CBRC għandha awtorità ta’ approvazzjoni wiesgħa fuq l-aspetti kollha tal-immaniġġjar tal-istituzzjonijiet finanzjarji kollha stabbiliti fir-RPĊ (inklużi istituzzjonijiet finanzjarji bi sjieda privata u dawk bi sjieda barranija), bħal (63):

approvazzjoni tal-ħatra tal-maniġers kollha tal-istituzzjonijiet finanzjarji, kemm fil-livell tal-kwartieri ġenerali kif ukoll fil-livell tal-fergħat lokali. L-approvazzjoni tas-CBIRC hija meħtieġa għar-reklutaġġ tal-livelli kollha tal-maniġment, mill-aktar pożizzjonijiet għolja sal-maniġers tal-fergħat, u tinkludi wkoll maniġers maħtura f’fergħat barra l-pajjiż kif ukoll maniġers responsabbli għall-funzjonijiet ta’ appoġġ (pereżempju, il-maniġers tal-IT); u

lista twila ħafna ta’ approvazzjonijiet amministrattivi, inklużi approvazzjonijiet għat-twaqqif ta’ fergħat, għall-ftuħ ta’ linji ġodda ta’ negozju jew għall-bejgħ ta’ prodotti ġodda, biex jinbidlu l-Artikoli tal-Assoċjazzjoni tal-bank, għall-bejgħ ta’ aktar minn 5 % tal-ishma tagħhom, għal żidiet fil-kapital, għal bidliet tad-domiċilju, għal bidliet fil-forma organizzazzjonali, eċċ.

(244)

Il-Liġi Bankarja hija legalment vinkolanti. In-natura obbligatorja tal-Pjanijiet ta’ Ħames Snin u tad-Deċiżjoni Nru 40 ġiet stabbilita hawn fuq fit-Taqsima 3.1. In-natura obbligatorja tad-dokumenti regolatorji tas-CBIRC tirriżulta mis-setgħat tagħha bħala l-awtorità regolatorja bankarja. In-natura obbligatorja ta’ dokumenti oħrajn tidher permezz tal-klawżoli ta’ superviżjoni u evalwazzjoni li fihom.

(245)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ sostna li l-ebda wieħed mid-dokumenti regolatorji msemmija mill-Kummissjoni ma kien biżżejjed biex juri li fl-fatt kien eżerċitat kontroll sinifikanti mill-GTĊ fuq EXIM. B’mod aktar speċifiku, il-GTĊ argumenta li l-Artikolu 34 tal-Liġi Ċiniża dwar il-Banek Kummerċjali ma huwa xejn aktar minn dikjarazzjoni ġenerali mingħajr implikazzjonijiet prattiċi. Il-GTĊ żied li l-Artikolu 34 jenħtieġ li ma jinqarax waħdu, iżda flimkien mal-Artikoli 4, 5, u 41 tal-Liġi Bankarja li allegatament hija relatata mal-awtonomija tal-bank, u n-nuqqas ta’ interferenza minn entitajiet, individwi jew gvernijiet. Il-GTĊ talab ukoll li jiġi injorat l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self, peress li mhuwiex obbligatorju. Fl-aħħar, il-GTĊ iddikjara li d-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat ma kinitx vinkolanti, u rreferiet għall-Artikolu 17 ta’ din id-Deċiżjoni, li skontha l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha huma meħtieġa jieħdu deċiżjonijiet ta’ self abbażi tal-prinċipji tas-suq.

(246)

Il-Kummissjoni l-ewwel fakkret li, kif imsemmi fil-premessa ta’ hawn fuq, hija qieset li l-Liġi Bankarja u d-Deċiżjoni Nru 40 huma obbligatorji. Barra minn hekk, is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni (kif ukoll is-sejbiet tal-Kummissjoni f’investigazzjonijiet preċedenti dwar l-istess programm ta’ sussidju (64)) ma appoġġjawx l-affermazzjoni li l-banek ma jikkunsidrawx il-politika u l-pjanijiet tal-gvern. L-investigazzjoni minflok uriet li l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self jiġi applikat fil-prattika u li l-Artikoli 4, 5 u 41 tal-Liġi Bankarja, jiġu applikati skont l-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja, jiġifieri meta l-Istat jistabbilixxi politika pubblika, il-banek jimplimentawha u jsegwu l-istruzzjonijiet tal-Istat. Is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni ma jappoġġjawx l-affermazzjoni li l-banek ma jqisux il-politiki u l-pjanijiet tal-gvern meta jieħdu deċiżjonijiet ta’ għoti ta’ self. Pereżempju, il-Kummissjoni sabet li l-produtturi esportaturi jibbenefikaw minn rati tal-imgħax simili baxxi permezz ta’ self preferenzjali.

(247)

Il-Kummissjoni nnutat ukoll li d-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha biex jipprovdu appoġġ ta’ kreditu biss lil proġetti mħeġġa u twiegħed l-implimentazzjoni ta’ “politiki preferenzjali oħra fuq il-proġetti mħeġġa”. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-banek huma meħtieġa jipprovdu appoġġ ta’ kreditu lill-industrija tal-GFF. Filwaqt li l-Artikolu 17 tal-istess Deċiżjoni jitlob ukoll lill-bank biex jirrispetta l-prinċipji tal-kreditu, il-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi matul l-investigazzjoni li dan sar fil-prattika. Id-Deċiżjoni Nru 40 għalhekk ikkonfermat sejbiet preċedenti fir-rigward tal-Liġi Bankarja li l-banek jeżerċitaw awtorità governattiva fil-forma ta’ operazzjonijiet ta’ kreditu preferenzjali.

(248)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ ħoloq qafas normattiv li kellu jiġi rrispettat mill-maniġers u mis-superviżuri maħtura mill-GTĊ u li huma responsabbli lejn il-GTĊ. Għalhekk, il-GTĊ straħ fuq il-qafas normattiv sabiex jeżerċita kontroll b’mod sinifikanti fuq l-imġiba tal-bank tal-Istat li kkoopera kull meta kien qiegħed jipprovdi self lill-industrija tal-GFF.

(249)

Il-Kummissjoni fittxet ukoll prova konkreta tal-eżerċizzju ta’ kontroll b’mod sinifikanti abbażi ta’ self konkret. Matul iż-żjara ta’ verifika, il-bank tal-Istat li kkoopera saħaq li fil-prattika kien uża politiki u mudelli sofistikati ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu meta ta s-self inkwistjoni. Madankollu, kif diġà ġie indikat fil-premessi (187) sa (190) hawn fuq, ma ġew ipprovduti l-ebda eżempji konkreti relatati mal-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Il-bank tal-Istat li kkoopera rrifjuta li jipprovdi informazzjoni, inklużi l-valutazzjonijiet tar-riskju ta’ kreditu speċifiku tiegħu, relatata mal-kumpaniji inklużi fil-kampjun għal raġunijiet regolatorji u għal raġunijiet kuntrattwali anki jekk il-Kummissjoni kellha kunsens bil-miktub mingħand il-kumpaniji inklużi fil-kampjun li rrinunzjaw id-drittijiet ta’ kunfidenzjalità tagħhom.

(250)

Għalhekk, fin-nuqqas ta’ evidenza konkreta ta’ valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja, il-Kummissjoni eżaminat l-ambjent legali ġenerali kif stabbilit hawn fuq fil-premessi (238) sa (245), flimkien mal-imġiba tal-bank tal-Istat li kkoopera fir-rigward tas-self ipprovdut lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Din l-imġiba kkuntrastat mal-pożizzjoni uffiċjali tagħha matul iż-żjara ta’ verifika, peress li fil-prattika ma kinitx qiegħda taġixxi abbażi ta’ valutazzjonijiet tar-riskju bbażati fuq is-suq.

(251)

Iż-żjarat ta’ verifika wrew li bl-unika eċċezzjoni ta’ ċertu self f’munita barranija, ingħataw selfiet liż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun b’rati tal-imgħax taħt jew qrib ir-rati normattivi tal-imgħax tal-People’s Bank of China (“PBOC”), irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja u mir-riskju ta’ kreditu tal-kumpaniji. Għaldaqstant, is-selfiet ingħataw b’inqas mir-rati tas-suq meta mqabbla mar-rata li tikkorrispondi mal-profil tar-riskju tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Barra minn hekk, il-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun kienu rċevew kreditu rotanti, li ppermettielhom jissostitwixxu minnufih il-kapital imħallas lura fuq is-self fid-data tal-maturità permezz ta’ kapital ġdid minn self ġdid.

(252)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li s-self li kellu jiġi rrappurtat mill-banek bħala self “mhux normali” mhux dejjem kien indikat bħala tali fir-reġistru ta’ kreditu ċentrali nazzjonali mill-bank tal-Istat li kkoopera. L-obbligu li jiġi rrappurtat tali “self mhux normali” jeżisti b’mod partikolari meta s-self ikun ġie ristrutturat, meta d-debitur ikun naqas milli jħallas il-pagamenti dovuti tiegħu, jew meta jkun inħareġ kreditu rotanti. Tali okkorrenzi nstabu għaż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. Skont il-“Linji Gwida dwar il-klassifikazzjoni ta’ self ibbażat fuq ir-riskju” tas-CBIRC, dawn il-każijiet kollha kellhom jiġu inklużi fir-reġistru ċentrali tal-kreditu. Dan in-nuqqas ta’ rapportar mill-istituzzjonijiet finanzjarji jwassal għal stampa mgħawġa tas-sitwazzjoni kreditizja tal-kumpanija fir-reġistru ċentrali tal-kreditu, minħabba li r-reġistru ma jurix l-affidabbiltà kreditizja reali tal-kumpanija. Bħala riżultat, anki jekk istituzzjoni finanzjarja kellha tapplika valutazzjoni tar-riskju bbażata fuq is-suq, kien ikollha tagħmel dan abbażi ta’ informazzjoni mhux preċiża.

(253)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ eżerċita kontroll sinifikanti fuq l-imġiba tal-bank tal-Istat li kkoopera fir-rigward tal-politiki tas-self tiegħu u l-valutazzjoni tar-riskju li tikkonċerna l-industrija tal-GFF.

3.4.1.3.   Konklużjoni dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji li kkooperaw

(254)

Il-Kummissjoni stabbiliet li l-istituzzjoni finanzjarja tal-Istat li tikkoopera implimentat il-qafas legali stabbilit hawn fuq fl-eżerċizzju ta’ funzjonijiet governattivi fir-rigward tas-settur tal-GFF. Għalhekk, kienet qiegħda taġixxi bħala korp pubbliku fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u skont il-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO.

3.4.1.4.   Banek tal-Istat li ma kkooperawx

(255)

Kif stabbilit fit-Taqsima 3.2 ta’ hawn fuq, l-ebda bank tal-Istat ieħor li pprovda self lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun ma wieġeb għall-kwestjonarju speċifiku. CDB ma weġibx għall-kwestjonarju, iżda kien disponibbli għal mistoqsijiet matul iż-żjara ta’ verifika fl-uffiċċji ta’ MOFCOM. Matul din iż-żjara, CDB sostna li d-dikjarazzjonijiet li kien għamel matul investigazzjoni antisussidji preċedenti mill-UE fl-2012 kienu għadhom validi, u li minn dak iż-żmien ’l hawn ma kien seħħ l-ebda tibdil kbir. CDB ma pprovda l-ebda informazzjoni dettaljata ulterjuri dwar l-istruttura ta’ governanza tiegħu, il-valutazzjoni tar-riskju jew eżempji relatati ma’ self speċifiku lill-industrija tal-GFF.

(256)

Għalhekk, skont il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi (182) sa (199) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-fatti disponibbli sabiex tiddetermina jekk dawk il-banek tal-Istat jikkwalifikawx bħala korpi pubbliċi.

(257)

Fl-investigazzjoni antisussidji preċedenti (65), il-Kummissjoni stabbiliet li l-banek li ġejjin li kienu pprovdew self lill-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fl-investigazzjonijiet inkwistjoni kienu parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat innifsu jew ta’ persuni ġuridiċi li kienu proprjetà tal-Istat: China Development Bank, China Construction Bank, Industrial and Commercial Bank of China, Bank of Communications, China Everbright Bank, Postal Savings Bank, China Merchants Bank, Shanghai Pudong Development Bank, China Industrial Bank, Shenyang Rural Commercial Bank, Bank of Shanghai, Ningbo Bank, China CITIC Bank, China Guangfa Bank, China Bohai Bank, Huaxia Bank, Hankou Bank, Hubei Bank, Huishang Bank, Dongying Bank, Bank of Tianjin, Bank of Kunlun, Shanghai Rural Commercial Bank, China Industrial International Trust Limited, Daye Trust Co., Ltd. u Sinotruk Finance Co., Ltd. Peress li ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni li tindika mod ieħor, il-Kummissjoni żammet l-istess konklużjoni f’din l-investigazzjoni.

(258)

Bl-użu ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, bħas-sit web tal-bank, rapporti annwali, informazzjoni disponibbli f’direttorji bankarji jew fuq l-Internet, il-Kummissjoni sabet ukoll li l-banek li ġejjin li kienu pprovdew self jew lokazzjoni finanzjarja liż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat innifsu jew ta’ persuni ġuridiċi li huma proprjetà tal-Istat:

Isem il-bank

Informazzjoni dwar l-istruttura tas-sjieda

Hangzhou Bank

Hangzhou Finance Bureau huwa l-kontrollur attwali tal-bank

Zheshang Bank

mill-inqas 37 % tal-ishma miżmuma mill-gvern lokali u SOEs

Qilu Bank

mill-inqas 36 % tal-ishma miżmuma mill-gvern lokali u SOEs

Fudian Bank

prinċipalment proprjetà tal-Istat, b’ishma dilwiti fost ħafna SOEs u entitajiet assoċjati mal-gvern lokali ta’ Kunming

Suzhou Bank

prinċipalment proprjetà tal-Istat, b’ishma dilwiti fost ħafna SOEs u entitajiet assoċjati mal-gvern lokali ta’ Suzhou

Bank of Jiangsu

mill-inqas 32 % tal-ishma miżmuma minn entitajiet tal-Istat

China Merchants Bank Financial Leasing Co., Ltd.

sussidjarja ta’ China Merchants Bank, li nstabet li hija proprjetà tal-Istat fl-investigazzjoni antisussidji dwar l-HRF (66)

Chongqing Rural Commercial Bank

mill-inqas 23 % tal-ishma miżmuma minn entitajiet tal-Istat

China Technology Financial Leasing Co., Ltd.

stabbilit mill-Ministeru tal-Kummerċ u mmexxi minn Chongqing Science and Technology Research Institute

Chongqing Yinhai Leasing Co., Ltd.

Proprjetà ta’ Chongqing SASAC

(259)

Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll, fin-nuqqas ta’ informazzjoni speċifika mill-istituzzjonijiet finanzjarji inkwistjoni li tindika mod ieħor, is-sjieda u l-kontroll tal-GTĊ abbażi ta’ indizji formali għall-istess raġunijiet ippreżentati hawn fuq fit-Taqsima 3.4.1.2. B’mod partikolari, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, il-maniġers u s-superviżuri fil-banek tal-Istat li ma kkooperawx jidher li nħatru mill-GTĊ u li huma responsabbli lejn il-GTĊ bl-istess mod bħal fil-bank tal-Istat li kkoopera.

(260)

Fir-rigward tal-eżerċitu tal-kontroll b’mod sinifikanti, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sejbiet dwar l-istituzzjoni finanzjarji li kkooperat setgħu jiġu kkunsidrati rappreżentattivi wkoll għall-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat li ma kkooperawx. Il-qafas normattiv analizzat fit-Taqsima 3.4.1.2 ta’ hawn fuq japplika għalihom bl-istess mod. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni kuntrarja, ibbażata fuq il-fatti disponibbli, in-nuqqas ta’ evidenza konkreta tal-valutazzjonijiet tal-affidabbiltà kreditizja huwa validu għalihom bl-istess mod bħal għall-bank tal-Istat li kkoopera u għalhekk l-analiżi dwar l-applikazzjoni konkreta tal-qafas normattiv fit-Taqsima 3.4.1.2. ta’ hawn fuq tapplika għalihom bl-istess mod.

(261)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li l-maġġoranza tal-kuntratti ta’ self li l-Kummissjoni kisbet mingħand il-kumpaniji inklużi fil-kampjun kellhom kundizzjonijiet simili u li r-rati ta’ self li ġew miftiehma kienu simili u kkoinċidew parzjalment mar-rati pprovduti mill-bank tal-Istat li kkoopera.

(262)

Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li s-sejbiet għall-bank tal-Istat li kkoopera kienu jikkostitwixxu l-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku sabiex jiġu vvalutati l-banek tal-Istat l-oħrajn, minħabba dawk is-similaritajiet fil-kundizzjonijiet tas-self u fir-rati tas-self.

(263)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-banek tal-Istat l-oħrajn li jipprovdu self lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun huma korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikoli 2(b) moqri flimkien mal-Artikoli 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku.

(264)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni bbażat ruħha biss fuq investigazzjonijiet preċedenti u fuq indizji ta’ kontroll formali biex tistabbilixxi li l-banek tal-Istat li ma kkooperawx kienu qed jaġixxu bħala korpi pubbliċi. Ma saret l-ebda analiżi separata għal kull bank. Barra minn hekk, peress li EXIM huwa bank ta’ politika, is-sitwazzjoni tiegħu ma setgħetx tiġi trasposta għal banek kummerċjali.

(265)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-banek l-oħra tal-Istat, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-informazzjoni mill-investigazzjonijiet preċedenti, flimkien ma’ indizji formali ta’ kontroll u s-sejbiet tal-investigazzjoni nnifisha rigward EXIM u rigward l-imġiba attwali tal-banek lejn il-produtturi esportaturi kienet tikkostitwixxi l-aħjar fatti disponibbli f’dan il-każ. Fi kwalunke każ, il-GTĊ naqas milli jippreżenta xi evidenza jew argument biex jirribatti s-sejbiet tal-Kummissjoni dwar il-fatt li l-banek tal-Istat l-oħrajn li pprovdew self lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun huma korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikoli 2(b) moqri flimkien mal-Artikoli 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha.

3.4.1.5.   Konklużjoni dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat

(266)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi kollha tal-Istat li pprovdew self jew lokazzjoni finanzjarja liż-żewġ gruppi inklużi fil-kampjun ta’ produtturi esportaturi li kkooperaw huma korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b) moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku.

(267)

Barra minn hekk, anki li kieku l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ma jitqisux bħala korpi pubbliċi, il-Kummissjoni stabbiliet li huma kienu jitqiesu bħala li huma inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ sabiex iwettqu funzjonijiet normalment vestiti fil-gvern, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku għall-istess raġunijiet, kif stabbilit fil-premessi (269) sa (272) ta’ hawn taħt. B’hekk, fi kwalunkwe każ, l-imġiba tagħhom tiġi attribwita lill-GTĊ.

3.4.1.6.   L-inkarigu jew d-direzzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji privati

(268)

Imbagħad, il-Kummissjoni daret lejn l-istituzzjonijiet finanzjarji li kien fadal. L-istituzzjonijiet finanzjarji li ġejjin kienu meqjusa bħala proprjetà privata, abbażi tas-sejbiet stabbiliti fl-investigazzjonijiet antisussidji preċedenti (67), u kkomplementati minn informazzjoni disponibbli pubblikament: China Minsheng Bank, Sumitomo Mitsui Banking (China) Co., Ltd, Standard Chartered Bank, Ping An Bank. Għall-istituzzjonijiet finanzjarji li ġejjin, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni u fin-nuqqas ta’ biżżejjed informazzjoni disponibbli pubblikament, il-Kummissjoni ma setgħetx tivverifika jekk dawn kinux tal-Istat jew proprjetà privata: Chongqing Runyin Financial Leasing Co., Ltd., Wuxi International Platinum Co., Ltd., Liangjiang Financial Leasing Co., Ltd., Taan Bank u Taiex Daiyue Rural Commercial Bank Co., Ltd. Billi segwiet approċċ konservattiv, il-Kummissjoni analizzat dawn tal-aħħar bl-istess mod bħal istituzzjonijiet finanzjarji privati u minn hawn ’il quddiem issir referenza għalihom bħala “istituzzjonijiet finanzjarji privati”. Il-Kummissjoni analizzat jekk dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji kinux ġew inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-Gvern taċ-Ċina sabiex jagħtu sussidji lis-settur tal-GFF fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku.

(269)

Skont il-Korp tal-Appell tad-WTO, “inkarigu” jseħħ meta gvern jagħti responsabbiltà lil korp privat u “direzzjoni” tirreferi għal sitwazzjonijiet fejn il-gvern jeżerċita l-awtorità tiegħu fuq korp privat (68). Fiż-żewġ każijiet, il-gvern juża korp privat bħala sostitut biex jagħmel il-kontribuzzjoni finanzjarja u, “fil-maġġoranza tal-każijiet, wieħed jistenna li l-inkarigu jew id-direzzjoni ta’ korp privat ikunu jinvolvu xi forma ta’ theddida jew ġegħil” (69). Fl-istess ħin, il-paragrafu (iv) ma jippermettix lill-Membri jimponu miżuri kompensatorji għall-prodotti “kull meta l-gvern ikun sempliċement qiegħed jeżerċita s-setgħat regolatorji ġenerali tiegħu” (70) jew meta l-intervent tal-gvern “jista’ jew ma jistax ikollu riżultat partikolari sempliċiment fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi fattwali mogħtija u l-eżerċizzju tal-libertà tal-għażla mill-atturi f’dak is-suq” (71). Minflok, l-inkarigu jew d-direzzjoni jimplikaw “rwol iżjed attiv tal-gvern minn sempliċi atti ta’ inkoraġġiment” (72).

(270)

Il-Kummissjoni nnutat li l-qafas normattiv dwar l-industrija msemmi hawn fuq fil-premessi (238) sa (245) japplika għall-istituzzjonijiet finanzjarji kollha fir-RPĊ, inklużi istituzzjonijiet finanzjarji privati. Biex jintwera dan, il-Liġi Bankarja u d-diversi ordnijiet tas-CBIRC ikopru l-banek kollha ffinanzjata miċ-Ċina u b’investiment barrani taħt il-ġestjoni tas-CBIRC.

(271)

Barra minn hekk, iż-żjarat ta’ verifika lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun urew li l-maġġoranza tal-kuntratti ta’ self li l-Kummissjoni kienet kisbet mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun kellhom kundizzjonijiet simili u li r-rati tas-self ipprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji privati kienu simili u kkoinċidew parzjalment mar-rati pprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi.

(272)

Fin-nuqqas ta’ informazzjoni diverġenti rċevuta mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji privati, il-Kummissjoni kkonkludiet li, sa fejn hija kkonċernata l-industrija tal-GFF, l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha (inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji privati) li joperaw fiċ-Ċina taħt is-superviżjoni tas-CBIRC ġew inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku biex isegwu politiki governattivi u jipprovdu self b’rati preferenzjali lill-industrija tal-GFF.

(273)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, waħda mill-partijiet argumentat li l-fatt li kull grupp ta’ kumpaniji fil-kampjun ibbenefika minn tipi differenti ta’ self jew lokazzjoni finanzjarja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni b’varjanzi fir-rigward eż. tal-maturità, tal-kollateral, tal-garanziji u ta’ kundizzjonijiet oħra mehmuża, kif imsemmi fil-premessa (281) hawn taħt, indika li dawn mhumiex qed jiġu inkarigati jew diretti mill-Istat. Din il-parti sostniet ukoll li s-sovrapożizzjoni fir-rati minn banek privati u pubbliċi wriet li l-banek pubbliċi kienu qed jipprovdu self b’termini tas-suq, mhux l-oppost. Il-Kummissjoni ppruvat ukoll tittrasferixxi l-oneru tal-provi billi ddikjarat li l-konklużjonijiet tagħha kienu japplikaw “[f]in-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni diverġenti li waslet mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji privati”. Madankollu, il-Kummissjoni kellha l-ewwel tistabbilixxi każ prima facie.

(274)

B’risposta għal dawn l-affermazzjonijiet, il-Kummissjoni fakkret li fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-banek, il-Kummissjoni kellha tibbaża fuq il-fatti disponibbli għall-banek privati. Bħala tali, ma ttrasferiex l-oneru tal-prova. Barra minn hekk, peress li kien hemm kooperazzjoni minn bank tal-Istat wieħed biss, il-Kummissjoni użat l-informazzjoni mill-parti li kkooperat, li tqieset li hija korp pubbliku, biex tqabbilha mal-kundizzjonijiet offruti minn banek privati, li ma kinux qed jikkooperaw. Il-fatt li kien hemm koinċidenza fir-rati juri li l-banek privati pprovdew ukoll self taħt it-termini tas-suq, u mhux l-oppost. Jekk jiġi segwit ir-raġunament ta’ din il-partit ikun ekwivalenti għal konklużjoni li l-informazzjoni bbażata fuq il-fatti disponibbli hija aktar affidabbli mill-konklużjonijiet ibbażati fuq informazzjoni verifikata. Il-fatt li l-kumpaniji bbenefikaw minn tipi differenti ta’ self matul il-perjodu ta’ investigazzjoni b’kundizzjonijiet differenti marbuta miegħu, ma jbiddilx dan. Fi kwalunkwe każ, il-parti naqset milli tressaq xi evidenza jew argument biex tirribatti s-sejbiet tal-Kummissjoni. Għalhekk, dawn il-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(275)

Barra minn hekk, il-qafas normattiv li japplika għall-banek kollha fiċ-Ċina huwa ferm usa’ minn dawk iż-żewġ regolamenti weħidhom li jirregolaw is-CBRC, kif muri fil-premessa (238) ta’ hawn fuq, u s-sett sħiħ ta’ dokumenti regolatorji huwa legalment vinkolanti, kif spjegat fil-premessa (244) ta’ hawn fuq, u għalhekk dawn jammontaw għal aktar minn sempliċi atti ta’ inkoraġġiment. Barra minn hekk, iż-żjarat ta’ verifika fil-kumpaniji inklużi fil-kampjun ma wrew l-ebda differenzi sinifikanti bejn il-kundizzjonijiet tas-self jew ir-rati pprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji privati, u dawk ipprovduti minn istituzzjonijiet finanzjarji li huma proprjetà pubblika.

(276)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ qal li l-leġiżlazzjoni invokata mill-Kummissjoni għandha biss rwol ta’ gwida, u s-sempliċi rwol ta’ gwida tal-gvern mhuwiex biżżejjed biex wieħed jikkonkludi li ġie fdat xi kompitu jew ingħatat direzzjoni. F’dan il-kuntest il-GTĊ argumenta li l-Artikolu 34 tal-Liġi Bankarja ma huwa xejn aktar minn dikjarazzjoni ġenerali mingħajr implikazzjonijiet prattiċi.

(277)

L-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self ukoll mhuwiex obbligu mandatorju iżda jippermetti biss li l-istituzzjonijiet finanzjarji jqisu l-politiki tal-istat. Id-Deċiżjoni Nru 40 ukoll mhijiex dokument li jorbot, u tagħti mandat espliċitu lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu appoġġ finanzjarju “skont il-prinċipji ta’ kreditu”.

(278)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-fehma, peress li l-qafas normattiv li japplika għall-banek kollha fiċ-Ċina huwa legalment vinkolanti, kif spjegat fil-premessa (244) hawn fuq, u għalhekk dawn jammontaw għal aktar minn sempliċi atti ta’ inkoraġġiment jew ta’ gwida mill-gvern. Fir-rigward tad-Deċiżjoni Nru 40, il-Kummissjoni diġà stabbiliet fil-premessa (247) hawn fuq li d-Deċiżjoni Nru 40 tagħti struzzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha biex jipprovdu appoġġ ta’ kreditu biss lil proġetti mħeġġa minkejja li l-Artikolu 17 tal-istess Deċiżjoni jitlob ukoll lill-banek biex jirrispettaw il-prinċipji tal-kreditu. Għalhekk, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha.

3.4.1.7.   Klassifikazzjonijiet tal-kreditu

(279)

Fl-investigazzjoni antisussidji preċedenti, il-Kummissjoni diġà ddeterminat li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu domestiku mogħtija lill-kumpaniji Ċiniżi ma kinux affidabbli, abbażi ta’ studju ppubblikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali (73), li juri diskrepanza bejn il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu internazzjonali u dawk Ċiniżi, flimkien mas-sejbiet tal-investigazzjoni li tikkonċerna l-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Fil-fatt, skont il-FMI, aktar minn 90 % tal-bonds Ċiniżi huma kklassifikati AA sa AAA mill-aġenziji ta’ klassifikazzjoni lokali. Dan mhuwiex komparabbli ma’ swieq oħrajn, bħall-UE jew l-Istati Uniti. Pereżempju, inqas minn 2 % tad-ditti jgawdu minn dawn il-klassifikazzjonijiet tal-ogħla livell fis-suq tal-Istati Uniti. Għalhekk, l-aġenziji Ċiniżi tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom tendenza qawwija favur l-ogħla tarf tal-iskala ta’ klassifikazzjoni. Huma għandhom skali ta’ klassifikazzjoni wiesgħa ħafna u għandhom tendenza li jiġbru flimkien bonds b’riskji ta’ inadempjenza differenti b’mod sinifikanti f’kategorija waħda wiesgħa ta’ klassifikazzjoni (74).

(280)

Barra minn hekk, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni barranin, bħal Standard and Poor’s u Moody’s, tipikament japplikaw żieda fuq il-klassifikazzjoni ta’ kreditu tal-linja bażi tal-emittent abbażi ta’ stima tal-importanza strateġika tad-ditta għall-Gvern Ċiniż u s-saħħa ta’ kwalunkwe garanzija impliċita meta jikklassifikaw bonds Ċiniżi maħruġa barra l-pajjiż (75). Fitch pereżempju tindika b’mod ċar, fejn applikabbli, li tali garanziji huma mutur ewlieni li fuqu huma bbażati l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu tagħha ta’ kumpaniji Ċiniżi (76).

(281)

Il-Kummissjoni sabet ukoll aktar informazzjoni biex tikkomplementa din l-analiżi. L-ewwel nett, il-Kummissjoni ddeterminat li l-Istat jista’ jeżerċita ċerta influwenza fuq is-suq tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Skont żewġ studji ppubblikati fl-2016, kien hemm madwar 12-il aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu attivi fis-suq Ċiniż, li l-biċċa l-kbira minnhom huma tal-Istat. B’kollox, 60 % tal-bonds korporattivi kklassifikati kollha fiċ-Ċina ġew ikklassifikati minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-Istat (77).

(282)

Il-GTĊ ikkonferma li, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kien hemm 15-il aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu attivi fis-suq tal-bonds taċ-Ċina, fosthom 12-il aġenzija tal-kreditu domestiċi, inklużi Shanghai Brilliance Credit Rating & Investors Service Co., Ltd, Dagong Global Credit Rating Co., Ltd, Golden Credit Rating International Co., Ltd, China Bond Rating Co., Ltd, CSCI Pengyuan Credit Rating Co., Ltd, Fareast Credit Rating Co., Ltd, China Chengxin Securities Rating Co., Ltd, United Credit Ratings Co., Ltd, Shanghai Credit Information Services Co., Ltd, China Securities Index Co., Ltd, Beijing North Joint Credit Evaluation Co., Ltd, u Sichuan Dapu Credit Rating Limited Company. Il-biċċa l-kbira tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni domestiċi kienu proprjetà tal-Istat. Kien hemm ukoll 3 aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li kienu impriżi konġunti Ċiniżi-barranin, jiġifieri China Lianhe Credit Rating Co. Ltd, S&P Global China Rating, u China Chengxin International Credit Rating Co.,Ltd.

(283)

It-tieni, ma hemmx dħul liberu fis-suq Ċiniż tal-klassifikazzjoni tal-kreditu. Huwa essenzjalment suq magħluq, peress li l-aġenziji tal-klassifikazzjoni jridu jiġu approvati mill-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina (China Securities Regulatory Commission, CSRC) jew mill-PBOC qabel ma jkunu jistgħu jibdew l-operazzjonijiet tagħhom (78). F’nofs l-2017, il-PBOC ħabbar li l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu barranin se jitħallew iwettqu klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq parti mis-suq domestiku tal-bonds, taħt ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-ebda aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu barranija ma ġiet aċċettata s’issa (79). Madankollu, sadanittant, l-aġenziji barranin stabbilew impriżi konġunti ma’ xi aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu lokali, li jipprovdu klassifikazzjonijiet ta’ kreditu għal ħruġ ta’ bonds domestiċi. Madankollu, dawn il-klassifikazzjonijiet isegwu l-iskali tal-klassifikazzjoni Ċiniżi u għalhekk mhumiex eżattament komparabbli mal-klassifikazzjonijiet internazzjonali, kif spjegat hawn fuq.

(284)

Fl-aħħar nett, studju riċenti mwettaq mill-PBOC innifsu jikkonferma s-sejbiet tal-Kummissjoni, billi fil-konklużjonijiet tiegħu jiddikjara li “jekk il-livell ta’ investiment tal-bonds barranin jiġi stabbilit għall-klassifikazzjoni internazzjonali BBB u ogħla, allura l-grad ta’ investiment tal-bonds domestiċi jista’ jiġi kklassifikat fil-livell AA u ogħla, filwaqt li titqies id-differenza bejn il-klassifikazzjoni domestika medja u l-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ 6 livelli jew aktar” (80).

(285)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni deskritta fil-premessi (279) sa (284) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi ma jipprovdux stima affidabbli tar-riskju ta’ kreditu tal-assi sottostanti. Fuq din il-bażi, anki jekk xi kumpaniji inklużi fil-kampjun ingħataw klassifikazzjoni tal-kreditu tajba minn aġenzija tal-klassifikazzjoni Ċiniża, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-klassifikazzjonijiet mhumiex affidabbli. Dawk il-klassifikazzjonijiet kienu distorti wkoll mill-objettivi ta’ politika li jħeġġu industriji strateġiċi ewlenin, bħal GFF.

3.4.2.   Finanzjament preferenzjali: self

3.4.2.1.   Self rotanti

(286)

F’konformità mas-sejbiet fl-investigazzjonijiet dwar l-HRF u t-tyres (81), is-self rotanti huwa self li jippermetti kumpanija tissostitwixxi l-kapital imħallas lura fuq is-self fid-data tal-maturità permezz ta’ kapital ġdid minn self ġdid. Self rotanti normalment huwa sinjal ta’ problemi ta’ likwidità fuq perjodu qasir ta’ mutwatarju, u jinvolvi skopertura akbar għar-riskju għall-banek li jagħtuh. L-eżistenza ta’ kreditu rotanti f’kumpanija partikolari kienet għalhekk meqjusa bħala indikazzjoni li l-kumpanija hija f’sitwazzjoni finanzjarja agħar minn dak li jissuġġerixxu r-rapporti finanzjarji mal-ewwel daqqa t’għajn, u li hemm riskju addizzjonali relatat ma’ problemi ta’ likwidità fuq perjodu ta’ żmien qasir.

(287)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ sostna li s-self rotanti mhuwiex neċessarjament sinjal ta’ problemi ta’ likwidità. Dan huwa ċar mis-siti web ta’ banek Ewropej ewlenin. Pereżempju, linji ta’ kreditu u self rotanti huma parti min-negozju standard ta’ banek bħal ING (82) u BNP Paribas (83) u mhumiex assoċjati ma’ rati tal-imgħax ogħla.

(288)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-valutazzjoni magħmula mill-GTĊ. L-awtoritajiet Ċiniżi stess jikkunsidraw is-self rotanti bħala fattur addizzjonali ta’ riskju ta’ kreditu. Kif jingħad fil-“Linji Gwida dwar il-klassifikazzjoni ta’ self ibbażat fuq ir-riskju” tas-CBRC, is-self rotanti jenħtieġ li jiġi rrappurtat mill-inqas bħala self “konċernat” (84). Self li jaqa’ taħt din il-kategorija jfisser li minkejja li mutwatarju jista’ jħallas il-kapital u l-imgħax tas-self issa, hemm xi fatturi li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv il-ħlas lura tagħhom.

(289)

Faċilitajiet ta’ kreditu rotanti fil-fatt jeżistu fl-Ewropa, iżda t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom huma differenti ħafna mis-self rotanti Ċiniż. Faċilitajiet ta’ kreditu rotanti fl-Unjoni bażikament huma linji ta’ kreditu, b’ammont massimu predeterminat li jista’ jiġi prelevat u mħallas lura f’diversi okkażjonijiet matul il-perjodu ta’ żmien speċifikat minn qabel. Barra minn hekk, dawn il-faċilitajiet ta’ kreditu jinvolvu kost addizzjonali, kemm jekk ikun marġni kuntrattwali minbarra r-rati normali tas-suq għal perjodu qasir (85), jew tariffa predeterminata tal-immaniġġjar. Barra minn hekk, l-eżempju ta’ BNP Paribas provdut mill-GTĊ ippreveda wkoll tariffa għal kapital mhux użat tul id-durata tal-faċilità ta’ kreditu.

(290)

Min-naħa l-oħra, is-self rotanti misjub tul iż-żjarat ta’ verifika fil-kumpaniji Ċiniżi fil-kampjun ma kellux kundizzjonijiet differenti minn self ieħor b’terminu qasir. Ma kinux ittimbrati bħala linji ta’ kreditu jew faċilità ta’ kreditu rotanti u ma kienx hemm tariffi jew marġini addizzjonali marbutin magħhom. Mal-ewwel daqqa t’għajn, deher bħala self normali b’terminu qasir. Madankollu, xi kultant l-għan tas-self kien jirreferi għal “ħlas lura ta’ self”. Barra minn hekk, meta ġew ivverifikati l-ħlasijiet lura ta’ dan is-self waqt iż-żjara ta’ verifika, deher ċar li l-ammont ta’ kapital fil-fatt kien qed jitħallas lura minn self ġdid riċevut mill-istess bank għall-istess ammont fi żmien ġimgħa qabel jew ġimgħa wara d-data tal-maturità tas-self inizjali. Il-Kummissjoni mbagħad estendiet l-analiżi tagħha għas-self l-ieħor fit-tabelli ta’ self u sabet li fil-biċċa l-kbira każijiet oħra bl-istess karatteristiċi eżatt. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha dwar is-self rotanti.

3.4.2.2.   Finanzjament bl-għan li jiġi ristrutturat id-dejn fuq terminu twil

(291)

Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet li ċerti kumpaniji fil-kampjun ħarġu bonds bl-iskop speċifiku ta’ ħlasijiet lura tad-dejn, jiġifieri self. Il-Kummissjoni stabbiliet li billi jirristrutturaw id-dejn tagħhom permezz ta’ dan l-istrument, xi kumpaniji jkunu jistgħu jerġgħu jirranġaw u jiddeferixxu l-obbligazzjonijiet tagħhom, kif ukoll, jiksbu l-fondi li mingħajrhom ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta’ ħlas lura, u għalhekk dan juri li kien hemm problemi biex jinġabru fondi.

(292)

L-użu ta’ bonds għal dan l-għan iqajjem tħassib dwar il-kapaċità ta’ kumpanija partikolari li tħallas id-djun tagħha, u għalhekk iqajjem dubji mhux biss dwar il-likwidità tagħha fuq perjodu qasir, iżda wkoll dwar is-solvenza fit-tul. L-eżistenza ta’ bonds maħruġa bl-għan ta’ ħlas lura ta’ self f’kumpanija partikolari hija għalhekk meqjusa bħala indikazzjoni li l-kumpanija hija f’sitwazzjoni finanzjarja agħar minn dak li jissuġġerixxu r-rapporti finanzjarji mal-ewwel daqqa t’għajn, u li hemm riskju addizzjonali relatat mal-finanzjament tagħha fuq perjodu qasir u perjodu twil.

3.4.2.3.   Speċifiċità

(293)

Kif intwera fil-premessi (238) sa (245), diversi dokumenti legali li huma speċifikament immirati fis-settur, jagħtu direzzjoni lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jipprovdu self b’rati preferenzjali lill-industrija tal-GFF. Dawn id-dokumenti juru li l-istituzzjonijiet finanzjarji jipprovdu biss self preferenzjali lil għadd limitat ta’ industriji/kumpaniji li jikkonformaw mal-politiki rilevanti tal-GTĊ.

(294)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ ma qabilx mal-konklużjonijiet dwar l-ispeċifiċità tas-self preferenzjali. Skont il-GTĊ, l-Artikoli 4 u 34 tal-Liġi Bankarja sempliċiment jistabbilixxu linji gwida ġenerali fir-rigward tal-imġiba tal-banek kummerċjali u ma jsemmux liema kumpaniji jew industriji għandhom jingħataw self. Barra minn hekk, l-Artikolu 15 tar-Regoli Ġenerali dwar is-Self ma jillimitax espressament u mingħajr ambigwità d-disponibbiltà ta’ dan is-sussidju speċifiku għall-impriżi tas-settur tal-GFF. Id-Deċiżjoni Nru 40 mhijiex speċifika għal xi intrapriża jew industrija iżda għal ċerti proġetti mħeġġa, li mhumiex sinonimi. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 40 mhijiex obbligatorja, u fid-dawl tal-firxa estremament wiesgħa ta’ setturi u industriji ekonomiċi koperti mid-Deċiżjoni Nru 40, ma jistax jiġi konkluż li dawn id-dokumenti jillimitaw b’mod espliċitu l-aċċess tal-allegat sussidju lil ċerti intrapriżi.

(295)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li, għalkemm il-liġi Bankarja u r-Regoli Ġenerali dwar is-Self ma jispeċifikawx il-GFF bħala tali, huma jirreferu għall-politiki industrijali tal-Istat, li huma stabbiliti fid-dokumenti elenkati fit-Taqsima 3.1 hawn fuq. Il-Kummissjoni għalhekk irreferiet lura għad-dokumenti li kienu elenkati u l-konklużjonijiet li ntlaħqu fit-Taqsima 3.1 hawn fuq. Barra minn hekk, hija qieset li r-referenzi għall-industrija tal-GFF huma ċari biżżejjed peress li din l-industrija hija identifikata jew b’isimha jew b’referenza għall-prodott li timmanifattura jew għall-grupp industrijali li tagħmel parti minnu. Barra minn hekk, il-fatt li l-GTĊ jappoġġa grupp limitat ta’ industriji mħeġġa, li jinkludi l-industrija tal-GFF, jagħmel dan is-sussidju speċifiku. Għalhekk il-Kummissjoni żammet il-konklużjonijiet tagħha.

(296)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sussidji fil-forma ta’ self preferenzjali mhumiex ġeneralment disponibbli, iżda huma speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-ebda waħda mill-partijiet interessati ma ppreżentat evidenza li tissuġġerixxi li s-self preferenzjali huwa bbażat fuq kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

3.4.2.4.   Benefiċċju u kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(297)

Il-Kummissjoni mbagħad ikkalkulat l-ammont tas-sussidju kumpensabbli. Għal dan il-kalkolu, hija vvalutat il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri huwa d-differenza bejn l-ammont ta’ mgħax li l-kumpanija tħallas fuq is-self preferenzjali u l-ammont li l-kumpanija tħallas għal self kummerċjali komparabbli li jista’ jinkiseb fis-suq.

(298)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat għadd ta’ speċifiċitajiet fis-suq tal-GFF Ċiniż. Kif spjegat fit-Taqsimiet 3.4.1.1 sa 3.4.1.7 ta’ hawn fuq, is-self ipprovdut mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi jirrifletti intervent sostanzjali tal-gvern u ma jirriflettix rati li normalment jinstabu f’suq li jiffunzjona.

(299)

Il-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun ivarjaw fejn tidħol is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tagħhom. Kull waħda minnhom ibbenefikat minn tipi differenti ta’ self jew lokazzjoni finanzjarja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, b’varjanzi fir-rigward pereżempju tal-maturità, tal-kollateral, tal-garanziji u ta’ kundizzjonijiet marbuta oħrajn. Għal dawk iż-żewġ raġunijiet, kull kumpanija kellha medja ta’ rata tal-imgħax differenti abbażi tas-sett tagħha stess ta’ self irċevut.

(300)

Il-Kummissjoni vvalutat fuq bażi individwali s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ kull grupp ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun bil-għan li tirrifletti dawn il-partikolaritajiet. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni segwiet il-metodoloġija tal-kalkolu għal self preferenzjali stabbilit fl-investigazzjoni antisussidji fuq prodotti tal-azzar b’laminazzjoni termali, kif ukoll l-investigazzjoni antisussidji dwar it-tyres li joriġinaw mir-RPĊ (86) u spjegata fil-premessi ta’ hawn taħt. Bħala riżultat, il-Kummissjoni kkalkulat il-benefiċċju mill-prattiki tas-self preferenzjali għal kull grupp ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fuq bażi individwali u allokat dan il-benefiċċju għall-prodott ikkonċernat.

(a)   CNBM Group

(301)

Kif imsemmi fil-premessi (250) sa (252) ta’ hawn fuq, l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi li jsellfu ma pprovdew l-ebda valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Għalhekk, sabiex tistabbilixxi l-benefiċċju, il-Kummissjoni kellha tivvaluta jekk ir-rati tal-imgħax għas-self mogħtija lis-CNBM Group kinux fil-livell tas-suq.

(302)

Il-produtturi esportaturi ta’ CNBM Group ippreżentaw lilhom infushom f’sitwazzjoni finanzjarja ġeneralment profittabbli skont il-kontijiet finanzjarji tagħhom. Wieħed mill-produtturi esportaturi ma kellu l-ebda self. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li huwa ffinanzja 65 % tax-xiri tiegħu b’forma ta’ strument finanzjarju preferenzjali fuq perjodu qasir (abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja). Kif spjegat fit-Taqsima 3.4.3.2 hawn taħt, l-abbozzi ta’ aċċettazzjonijiet bankarji huma tip ta’ strument ta’ dejn; għalhekk, l-użu estensiv tagħhom jindika kwistjonijiet ta’ likwidità fuq perjodu qasir. It-tieni produttur esportatur għamel profitti kostanti matul il-perjodu 2016–2018, u mal-ewwel daqqa ta’ għajn kellu indikaturi finanzjarji b’saħħithom, bħal proporzjon baxx ta’ dejn ma’ assi. Madankollu, deher li kien hemm problemi ta’ likwidità għal żmien qasir għar-raġunijiet li ġejjin: id-dejn dovut fuq perjodu qasir tal-kumpanija kien jirrappreżenta kważi 100 % tal-fatturat tagħha; ħarġet bond biex tħallas lura s-self mill-banek; użat ammont kbir ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja biex tiffinanzja x-xiri tagħha, u użat self rotanti, li jissuġġerixxi li l-kumpanija tista’ tkun f’sitwazzjoni finanzjarja aktar fraġli minn dik li r-rapporti finanzjarji jissuġġerixxu mal-ewwel daqqa t’għajn. It-tielet produttur esportatur wera stampa simili, b’sitwazzjoni profittabbli, iżda użu estensiv ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja u bond maħruġ biex jitħallas lura s-self mill-banek.

(303)

L-ewwel kumpanija prinċipali intermedjarja, China Jushi, kienet profittabbli matul il-perjodu 2016–2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, iżda użat b’mod estensiv l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja biex tiffinanzja x-xiri tagħha. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet li xi self mogħti fil-livell ta’ China Jushi kien kreditu rotanti, u li China Jushi ħarġet żewġ bonds bl-iskop li tħallas il-krediti bankarji. Is-self rotanti instab ukoll fit-tieni kumpanija omm intermedjarja, Sinoma Technology.

(304)

Kif imsemmi fil-premessi (207) sa (217) ta’ hawn fuq, il-kumpanija omm CNBM ma kkooperatx. Madankollu, meta wieħed iħares lejn ir-rapport annwali tagħha disponibbli pubblikament għall-2018, toħroġ stampa simili: il-kumpanija għandha ingranaġġ għoli, bi proporzjon ta’ dejn nett ta’ 130 %, u proporzjon ta’ dejn mal-assi ta’ 68 %. Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kumpanija kkonkludiet swap ta’ dejn ma’ ekwità ma’ banek tal-Istat, sabiex ittejjeb l-istruttura tad-dejn tagħha. Taħt tali ftehim, il-kumpanija tista’ tikkonverti parti mid-dejn tagħha lil banek tal-Istat f’ishma, u b’hekk tnaqqas l-obbligazzjonijiet fuq il-karta bilanċjali tagħha.

(305)

Il-Kummissjoni nnutat li l-kumpaniji varji ta’ CNBM Group ingħataw klassifikazzjonijiet li jvarjaw bejn AA- u AA + minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Ċiniża. Fid-dawl tad-distorsjonijiet ġenerali tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi msemmija fil-premessi (279) sa (285), il-Kummissjoni kkonkludiet li din il-klassifikazzjoni mhijiex affidabbli.

(306)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sitwazzjoni finanzjarja globali tal-grupp tikkorrispondi għal klassifikazzjoni BB, li hija l-ogħla klassifikazzjoni li ma għadhiex tikkwalifika bħala “grad ta’ investiment”. “Grad ta’ investiment” ifisser li l-bonds maħruġa mill-kumpanija jiġu ġġudikati mill-aġenzija ta’ klassifikazzjoni bħala li x’aktarx jissodisfaw biżżejjed l-obbligi ta’ ħlas li l-banek huma permessi li jinvestu fihom.

(307)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CNBM Group qal li l-Kummissjoni tat klassifikazzjoni tal-kreditu konġunta lil CNBM Group kollu abbażi prinċipalment tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ CNBM, minkejja li l-livell ta’ dejn tas-CNBM ma setax ikollu effett detrimentali fuq China Jushi, li minnha għandu biss sehem ta’ 27 %. Barra minn hekk, CNBM ma setax jittrasferixxi l-obbligazzjonijiet tad-dejn tiegħu lil Jushi China peress li l-kumpaniji fil-grupp huma entitajiet legali separati b’responsabbiltà limitata, li jfisser li d-djun tal-azzjonisti jew tas-sussidjarji ma setgħux jiġu ttrasferiti. Barra minn hekk, peress li CNBM Group jikkunsidra li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni tal-banek mhumiex ekwivalenti għal self fuq terminu qasir, jenħtieġ ukoll li ma jitqisux fil-valutazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-kumpaniji.

(308)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-affermazzjonijiet. Kif jidher fil-premessi (301) sa (304) hawn fuq, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni individwali ta’ kull waħda mill-kumpaniji f’dawn il-gruppi. Fil-każ speċifiku ta’ CNBM Group, irrispettivament mis-sitwazzjoni deskritta fil-livell ta’ CNBM, il-biċċa l-kbira tal-kumpanniji eżaminati wrew stampa simili, inkluż self rotanti, użu estensiv ta’ aċċettazzjonijiet bankarji, u bonds maħruġa biex jitħallas lura self. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li qalet il-kumpanija, dejn ġie effettivament trasferit bejn diversi kumpaniji fil-grupp permezz ta’ self bejn il-kumpaniji. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tattribwixxi klassifikazzjoni tal-kreditu unika lill-grupp. Fl-aħħar, kif imsemmi fit-Taqsima 3.4.3.2 hawn taħt, il-Kummissjoni qieset li l-aċċettazzjoni tal-banek tabbozza bħala tip ieħor ta’ strument finanzjarju ekwivalenti għal self b’terminu qasir, li jista’ għalhekk jintuża fid-determinazzjoni tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu. Għalhekk, l-affermazzjonijiet tal-kumpanija ġew miċħuda.

(309)

Il-primjum mistenni fuq bonds maħruġa minn ditti b’din il-klassifikazzjoni (BB) imbagħad kien applikat għar-rata ta’ self standard tal-PBOC sabiex tiġi stabbilita r-rata tas-suq.

(310)

Dak il-marġni kummerċjali kien iddeterminat bil-kalkolu tal-firxa relattiva bejn l-indiċijiet tal-bonds korporattivi bi klassifikazzjoni AA tal-Istati Uniti u l-bonds korporattivi tal-Istati Uniti bi klassifikazzjoni BB abbażi tad-data ta’ Bloomberg għas-segmenti industrijali. Il-firxa relattiva kkalkulata b’dan il-mod imbagħad ġiet miżjuda mar-rati normattivi tal-imgħax kif ippubblikati mill-PBOC fid-data meta ngħata s-self (87), u għall-istess tul ta’ żmien bħas-self inkwistjoni. Dan sar individwalment għal kull self ipprovdut lill-kumpanija.

(311)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, diversi partijiet sostnew li l-użu ta’ firxa relattiva kien difettuż. Kollha kemm huma allegaw li l-Kummissjoni kellha tuża firxa assoluta minflok relattiva bejn il-bonds klassifikati US AA u l-bonds iklassifikati US BB. Ingħataw ir-raġunijiet li ġejjin:

(1)

Il-livell tal-firxa relattiva jvarja mal-livell tar-rata tal-imgħax bażi fl-Istati Uniti: iktar ma l-livell tar-rata tal-imgħax ikun baxx, iktar ikun għoli l-marġni kummerċjali li jirriżulta.

(2)

Il-livell tal-valur referenzjajru li jirriżulta jvarja skont il-livell tar-rata normattiva tal-PBOC li għaliha jiġi applikat. Iktar ma tkun għolja r-rata normattiva tal-PBOC, iktar ikun għoli l-valur referenzjajru li jirriżulta.

(3)

Il-firxa assoluta tibqa’ bejn wieħed u ieħor stabbli maż-żmien, filwaqt li l-firxa relattiva turi varjazzjonijiet kbar.

(312)

Dawn il-kwistjonijiet kienu diġà ppreżentati f’investigazzjoni preċedenti (88). Kif wieħed jista’ jara mill-premessi (175) sa (187) fil-każ HRF, u mill-premessa (256) fil-każ Tyres, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-argumenti għar-raġunijiet li ġejjin.

(313)

L-ewwel nett, filwaqt li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-banek kummerċjali normalment jużaw marġni kummerċjali espress f’termini assoluti, hija osservat li din il-prattika tidher prinċipalment ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet prattiċi, minħabba li r-rata tal-imgħax hija fl-aħħar mill-aħħar numru assolut. Madankollu, in-numru assolut huwa t-traduzzjoni ta’ valutazzjoni tar-riskju li hija bbażata fuq evalwazzjoni relattiva. Ir-riskju ta’ inadempjenza ta’ kumpanija kklassifikata BB huwa X% aktar probabbli mill-inadempjenza tal-gvern jew ta’ kumpanija mingħajr riskju. Din hija evalwazzjoni relattiva.

(314)

It-tieni, ir-rati tal-imgħax jirriflettu mhux biss il-profili tar-riskju tal-kumpaniji, iżda wkoll ir-riskji speċifiċi tal-pajjiż u tal-munita. Il-firxa relattiva għalhekk taqbad bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq sottostanti, li ma jiġux espressi meta tiġi segwita l-loġika ta’ firxa assoluta. Bħalma hu fil-każ preżenti, ir-riskju speċifiku tal-pajjiż u tal-munita ta’ spiss ivarja maż-żmien, u l-varjazzjonijiet huma differenti minn pajjiżi għall-ieħor. B’riżultat ta’ dan, ir-rati mingħajr riskji jvarjaw b’mod sinifikanti matul iż-żmien, u ġieli jkunu inqas fl-Istati Uniti u ġieli fiċ-Ċina. Dawn id-differenzi huma relatati ma’ fatturi bħat-tkabbir osservat u mistenni tal-PDG, is-sentiment ekonomiku u l-livelli tal-inflazzjoni. Minħabba li r-rata mingħajr riskju tvarja maż-żmien, l-istess firxa nominali assoluta tista’ tfisser valutazzjoni differenti ħafna tar-riskju. Pereżempju, fejn il-bank jistma li r-riskju ta’ inadempjenza speċifiku għall-kumpanija huwa 10 % ogħla mir-rata mingħajr riskju (stima relattiva), il-firxa assoluta li tirriżulta tista’ tkun bejn 0,1 % (b’rata mingħajr riskju ta’ 1 %) u 1 % (b’rata mingħajr riskju ta’ 10 %). Minn perspettiva ta’ investitur, il-firxa relattiva għalhekk hija miżura aħjar peress li tirrifletti d-daqs tal-firxa tar-rendiment u l-mod kif inhi affettwata mil-livell bażi tar-rata tal-imgħax.

(315)

It-tielet, il-firxa relattiva hija wkoll newtrali f’termini ta’ pajjiżi. Pereżempju, fejn ir-rata mingħajr riskju fl-Istati Uniti tkun iktar baxxa mir-rata mingħajr riskju fiċ-Ċina, il-metodu jwassal għal marġini kummerċjali assoluti ogħla. Min-naħa l-oħra, fejn ir-rata mingħajr riskju fiċ-Ċina tkun iktar baxxa minn tal-Istati Uniti, il-metodu jwassal għal marġini kummerċjali assoluti iktar baxxi.

(316)

Dwar it-tielet punt, data storika li turi l-evoluzzjoni tal-firxa assoluta u relattiva matul iż-żmien kienet diġà ġiet analizzata fil-każ Tyres. L-analiżi tal-Kummissjoni sabet li l-firxa assoluta mhijiex stabbli kif allegat, iżda minflok tvarja maż-żmien, minn 1 % għal 4,5 %. Barra minn hekk, il-firxa relattiva segwiet eżattament l-istess xejra bħat-firxa assoluta matul dawn l-aħħar 23 sena, jiġifieri meta l-firxa relattiva tiżdied il-firxa assoluta tiżdied ukoll u viċi versa. Fir-rigward tal-volatilità allegata tal-firxa relattiva, id-daqs tal-bidliet kien simili — id-differenza bejn l-ogħla ċifri u ċ-ċifri l-aktar baxxi kienet ta’ 530 % għall-firxa relattiva u ta’ 450 % għall-firxa assoluta (89).

(317)

Il-GTĊ oġġezzjona wkoll għall-użu ta’ valur referenzjarju minn barra l-pajjiż. F’dan ir-rigward, il-GTĊ nnota li l-Kummissjoni l-ewwel kellha tara x’self kummerċjali komparabbli l-produtturi esportaturi setgħu jiksbu fis-suq. Inkella, il-valur referenzjarju jenħtieġ li jkun ibbażat fuq evidenza pożittiva u spjegazzjonijiet motivati li s-self kollu fis-suq ikkonċernat kien distort mill-intervent tal-gvern b’tali mod li ma kien jeżisti l-ebda self komparabbli fis-suq domestiku.

(318)

F’dan ir-rigward, kif spjegat fit-Taqsima 3.4.1.7 hawn fuq, il-Kummissjoni ddeterminat li l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu domestiċi mogħtija lill-kumpaniji Ċiniżi ma kinux affidabbli bħala tali, u kienu wkoll distorti mill-objettivi ta’ politika li jinkoraġġixxu industriji strateġiċi ewlenin, bħall-GFF. B’riżultat ta’ dan, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi ma jipprovdux stima affidabbli tar-riskju ta’ kreditu tal-assi sottostanti, u l-Kummissjoni kellha tfittex valur referenzjarju bbażat fuq klassifikazzjonijiet tal-kreditu mingħajr distorsjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnutat li r-rata tal-imgħax li tirriżulta ta’ madwar 9 % għall-kumpaniji kklassifikati BB mhijiex irraġonevoli fid-dawl tal-fatt li r-rendiment tal-bonds korporattivi kklassifikati BB fis-suq domestiku Ċiniż kien ta’ 21 % fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (90). Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(319)

Il-GTĊ sostna wkoll li l-użu ta’ valur referenzjarju minn barra l-pajjiż ma kienx xieraq, peress li l-valur referenzjarju ma għamilx l-aġġustamenti meħtieġa biex jirrifletti l-kundizzjonijiet prevalenti fis-suq finanzjarju Ċiniż, u li l-Kummissjoni naqset milli tqis id-differenzi li kienu jeżistu fid-daqs tas-self, fit-termini u fil-kundizzjonijiet ta’ ripagament u jekk is-self kienx garantit jew le, fost fatturi oħra.

(320)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din il-fehma, peress li ntużat ir-rata normattiva tal-PBOC bħala punt tat-tluq għall-kalkolu. Barra minn hekk, l-użu tal-firxa relattiva jinkludi bidliet fil-kundizzjonijiet tas-suq sottostanti speċifiċi għall-pajjiż, li mhumiex espressi meta tiġi segwita l-loġika ta’ firxa assoluta, kif spjegat fil-premessa ta’ hawn fuq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni osservat li ma kienx possibbli li f’din l-approssimazzjoni jiġu inklużi l-fatturi kollha tal-valutazzjoni tar-riskju individwali ta’ bank. Madankollu, il-metodoloġija tal-kalkolu tal-Kummissjoni tqis il-parametri tas-self individwali, bħad-data tal-bidu u t-tul tas-self, kif ukoll il-varjabbiltà tar-rata tal-imgħax. L-affermazzjonijiet tal-GTĊ għalhekk ġew miċħuda.

(321)

Fir-rigward ta’ self denominat f’muniti barranin fir-RPĊ, tapplika l-istess sitwazzjoni fir-rigward tad-distorsjonijiet tas-suq u n-nuqqas ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu validi, għaliex dan is-self huwa mogħti mill-istess istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi. Għalhekk, kif instab qabel, sabiex jiġi stabbilit valur referenzjarju xieraq intużaw bonds korporattivi kklassifikati BB f’denominazzjonijiet rilevanti maħruġa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(322)

Barra minn hekk, kif spjegat fit-Taqsima 3.4.2.1 l-eżistenza ta’ kreditu rotanti f’kumpanija partikolari hija meqjusa bħala indikazzjoni li l-kumpanija hija f’sitwazzjoni finanzjarja agħar minn dak li jissuġġerixxu r-rapporti finanzjarji mal-ewwel daqqa t’għajn, u li hemm riskju addizzjonali relatat ma’ problemi ta’ likwidità fuq perjodu ta’ żmien qasir. Tabilħaqq, il-kreditu rotanti ġeneralment jiġi konkluż għal żmien qasir. Huwa improbabbli ħafna li kreditu rotanti jkollu maturità ta’ aktar minn sentejn, u l-evidenza tas-self ivverifikata fil-kumpaniji inklużi fil-kampjun appoġġjat din il-konklużjoni.

(323)

Għalhekk, sabiex titqies l-iskopertura akbar għar-riskju tal-banek meta jipprovdu finanzjament għal perjodu qasir lill-kumpaniji b’self rotanti, il-Kummissjoni waqqgħet livell wieħed fl-iskala tal-klassifikazzjoni tar-riskju u adattat il-kalkolu tal-firxa relattiva għall-finanzjament għal żmien qasir kollu tal-kumpaniji kkonċernati. Il-Kummissjoni għalhekk għamlet paragun bejn il-bonds korporattivi AA tal-Istati Uniti u l-bonds korporattivi tal-Istati Uniti B (minflok BB) bl-istess tul ta’ żmien. Skont id-definizzjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ Standard & Poor’s, obbligant bi klassifikazzjoni “B” huwa aktar vulnerabbli mill-obbliganti bi klassifikazzjoni “BB”, iżda bħalissa l-obbligant xorta għandu l-kapaċità li jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu. Madankollu, kundizzjonijiet ta’ negozju, finanzjarji jew ekonomiċi avversi jistgħu jnaqqsu l-kapaċità jew ir-rieda tal-obbligant li jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu. Dan il-valur referenzjarju huwa għalhekk ikkunsidrat xieraq biex jirrifletti r-riskju addizzjonali li ġej mill-użu ta’ kreditu rotanti bħala finanzjament fuq perjodu qasir.

(324)

Il-Kummissjoni għalhekk użat dan bħala l-valur referenzjarju rilevanti għad-dejn kollu fuq perjodu qasir, inkluż is-self, b’maturità ta’ sentejn jew inqas ipprovdut lil kumpaniji li kienu qegħdin jużaw kreditu rotanti.

(325)

Għas-self li jifdal b’maturità ta’ aktar minn sentejn u għal kumpaniji li ma kellhomx kreditu rotanti, il-Kummissjoni reġgħet lura għall-valur referenzjarju ġenerali li jagħti l-ogħla grad ta’ bonds ta’ “Grad mhux ta’ investiment”, kif spjegat fil-premessa (306).

(326)

Il-Kummissjoni sabet li ċerti kumpaniji fl-grupp ħarġu bonds bl-iskop ta’ ristrutturar tad-dejn. F’dan il-każ, kif spjegat fit-Taqsima 3.4.2.2, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kumpaniji kkonċernati huma f’sitwazzjoni finanzjarja agħar minn dik li qed jissuġġerixxu r-rapporti finanzjarji mal-ewwel daqqa t’għajn, u li hemm riskju addizzjonali relatat mal-finanzjament tagħhom fuq perjodu qasir u twil. Għalhekk, sabiex tqis l-iskopertura akbar għar-riskju, il-Kummissjoni waqqgħet livell wieħed fl-iskala ta’ klassifikazzjoni tar-riskju u adattat il-kalkolu tal-firxa relattiva wkoll għall-finanzjament fit-tul tagħhom, inkluż is-self, billi għamlet paragun bejn il-bonds korporattivi tal-Istati Uniti AA u l-Istati Uniti B.

(327)

Fl-aħħar nett, peress li l-kumpanija omm CNBM ma kkooperatx, il-benefiċċju għal self preferenzjali fil-livell ta’ CNBM ġie stabbilit bl-użu tal-metodoloġija spjegata f’din it-taqsima, applikata għall-informazzjoni disponibbli pubblikament fir-rapport annwali tal-2018 ta’ din il-kumpanija, bħal obbligazzjonijiet pendenti, il-kost medju tal-kapital u d-durata medja tas-self.

(a)   Yuntianhua Group

(328)

Kif imsemmi fil-premessi (250) sa (252) ta’ hawn fuq, l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi li jsellfu ma pprovdew l-ebda valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja. Għalhekk, sabiex tistabbilixxi l-benefiċċju, il-Kummissjoni kellha tivvaluta jekk ir-rati tal-imgħax għas-self mogħtija lil Yuntianhua Group kinux fil-livell tas-suq.

(329)

Il-produtturi esportaturi tal-Yuntianhua Group ippreżentaw lilhom infushom f’sitwazzjoni finanzjarja ġeneralment profittabbli skont il-kontijiet finanzjarji tiegħu.

(330)

Madankollu, l-analiżi tal-likwidità fuq perjodu qasir tqajjem tħassib għaż-żewġ kumpaniji li jesportaw billi d-djun fuq perjodu qasir fl-PI jirrappreżentaw minn 90 għal aktar minn 100 fil-mija tal-fatturat tal-kumpaniji, b’xejra ta’ żieda mis-sena ta’ qabel. L-użu tad-dejn fuq perjodu qasir huwa sinifikanti fiż-żewġ kumpaniji. Għalkemm wieħed mill-produtturi esportaturi ma kellu l-ebda self matul il-PI, huwa ffinanzja l-biċċa l-kbira tax-xiri tiegħu, kif ukoll parti minn kost ieħor mhux operattiv, permezz ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, strument b’maturità li ġeneralment tkun ta’ inqas minn sena.

(331)

Is-CPIC, l-ewwel azzjonist dirett u fornitur ewlieni għall-produtturi esportaturi, kien profittabbli matul il-PI. Madankollu, naqqas ir-redditu mal-ekwità mis-sena ta’ qabel. Barra minn hekk, il-kumpanija tippreżenta problemi bil-likwidità, peress li d-djun tagħha fuq perjodu qasir jirrappreżentaw minn 80 sa 90 % tad-dejn totali. It-tqabbil tal-assi attwali tal-kumpanija mal-obbligazzjonijiet kurrenti tagħha jagħti proporzjon kurrenti (91) b’valur baxx, taħt il-1, li jqajjem tħassib dwar il-kapaċità tagħha li tħallas lura djun fuq perjodu qasir. Bl-istess mod, il-Kummissjoni stabbiliet l-użu estensiv ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja biex tiffinanzja x-xiri tagħha.

(332)

Yunnan Yuntianhua Group Co., Ltd., il-kumpanija omm tal-Yuntianhua Group, involuta fil-katina tal-provvista tal-prodott investigat, kienet qed tagħmel telf matul il-PI. It-tqabbil tal-assi kurrenti tal-kumpanija mal-obbligazzjonijiet kurrenti tagħha, permezz tal-proporzjon attwali ta’ inqas minn 1, iqajjem tħassib serju dwar il-likwidità tagħha u dwar il-kapaċità tagħha li tħallas lura d-djun fuq perjodi qosra. Barra minn hekk, l-investigazzjoni sabet li l-kumpanija ħarġet bonds bl-għan espliċitu li tħallas lura d-dejn. Ġie stabbilit ukoll l-użu ta’ self rotanti.

(333)

Il-Kummissjoni nnutat li l-Yuntianhua Group ingħata klassifikazzjoni AA minn aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu Ċiniża. Fid-dawl tad-distorsjonijiet ġenerali tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu Ċiniżi msemmija fil-premessi (279) sa (285) hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li din il-klassifikazzjoni mhijiex affidabbli.

(334)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sitwazzjoni finanzjarja globali tal-grupp tikkorrispondi għal klassifikazzjoni BB, li hija l-ogħla klassifikazzjoni li ma għadhiex tikkwalifika bħala “grad ta’ investiment”. “Grad ta’ investiment” ifisser li l-bonds maħruġa mill-kumpanija jiġu ġġudikati mill-aġenzija ta’ klassifikazzjoni bħala li x’aktarx jissodisfaw biżżejjed l-obbligi ta’ ħlas li l-banek huma permessi li jinvestu fihom.

(335)

Il-primjum mistenni fuq bonds maħruġa minn ditti b’din il-klassifikazzjoni (BB) imbagħad kien applikat għar-rata ta’ self standard tal-PBOC sabiex tiġi stabbilita r-rata tas-suq.

(336)

Dak il-marġni kummerċjali kien iddeterminat bil-kalkolu tal-firxa relattiva bejn l-indiċijiet tal-bonds korporattivi bi klassifikazzjoni AA tal-Istati Uniti u l-bonds korporattivi tal-Istati Uniti bi klassifikazzjoni BB abbażi tad-data ta’ Bloomberg għas-segmenti industrijali. Il-firxa relattiva kkalkulata b’dan il-mod imbagħad ġiet miżjuda mar-rati normattivi tal-imgħax kif ippubblikati mill-PBOC fid-data meta ngħata s-self (92), u għall-istess tul ta’ żmien bħas-self inkwistjoni. Dan sar individwalment għal kull self u lokazzjoni finanzjarja ipprovduti lill-kumpanija.

(337)

Fir-rigward ta’ self denominat f’muniti barranin fir-RPĊ, tapplika l-istess sitwazzjoni fir-rigward tad-distorsjonijiet tas-suq u n-nuqqas ta’ klassifikazzjonijiet tal-kreditu validi, għaliex dan is-self huwa mogħti mill-istess istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi. Għalhekk, kif instab qabel, sabiex jiġi stabbilit valur referenzjarju xieraq intużaw bonds korporattivi kklassifikati BB f’denominazzjonijiet rilevanti maħruġa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(338)

Barra minn hekk, kif spjegat fit-Taqsima 3.4.2.1 l-eżistenza ta’ kreditu rotanti f’kumpanija partikolari hija meqjusa bħala indikazzjoni li l-kumpanija hija f’sitwazzjoni finanzjarja agħar minn dak li jissuġġerixxu r-rapporti finanzjarji mal-ewwel daqqa t’għajn, u li hemm riskju addizzjonali relatat ma’ problemi ta’ likwidità fuq perjodu ta’ żmien qasir. Tabilħaqq, il-kreditu rotanti ġeneralment jiġi konkluż għal żmien qasir. Huwa improbabbli ħafna li kreditu rotanti jkollu maturità ta’ aktar minn sentejn, u l-evidenza tas-self ivverifikata fil-kumpaniji inklużi fil-kampjun appoġġjat din il-konklużjoni.

(339)

Għalhekk, sabiex titqies l-iskopertura akbar għar-riskju tal-banek meta jipprovdu finanzjament għal perjodu qasir lill-kumpaniji b’self rotanti, il-Kummissjoni waqqgħet livell wieħed fl-iskala tal-klassifikazzjoni tar-riskju u adattat il-kalkolu tal-firxa relattiva għall-finanzjament għal żmien qasir kollu tal-kumpaniji kkonċernati. Il-Kummissjoni għalhekk għamlet paragun bejn il-bonds korporattivi AA tal-Istati Uniti u l-bonds korporattivi tal-Istati Uniti B (minflok BB) bl-istess tul ta’ żmien. Skont id-definizzjonijiet tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ Standard & Poor’s, obbligant bi klassifikazzjoni “B” huwa aktar vulnerabbli mill-obbliganti bi klassifikazzjoni “BB”, iżda bħalissa l-obbligant xorta għandu l-kapaċità li jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu. Madankollu, kundizzjonijiet ta’ negozju, finanzjarji jew ekonomiċi avversi jistgħu jnaqqsu l-kapaċità jew ir-rieda tal-obbligant li jissodisfa l-impenji finanzjarji tiegħu. Dan il-valur referenzjarju huwa għalhekk ikkunsidrat xieraq biex jirrifletti r-riskju addizzjonali li ġej mill-użu ta’ kreditu rotanti bħala finanzjament fuq perjodu qasir.

(340)

Il-Kummissjoni għalhekk użat dan bħala l-valur referenzjarju rilevanti għad-dejn kollu fuq perjodu qasir, inkluż is-self, b’maturità ta’ sentejn jew inqas ipprovdut lil kumpaniji li kienu qegħdin jużaw kreditu rotanti.

(341)

Għas-self li jifdal b’maturità ta’ aktar minn sentejn u għal kumpaniji li ma kellhomx kreditu rotanti, il-Kummissjoni reġgħet lura għall-valur referenzjarju ġenerali li jagħti l-ogħla grad ta’ bonds ta’ “Grad mhux ta’ investiment”, kif spjegat fil-premessa (306).

(342)

Il-Kummissjoni sabet li ċerti kumpaniji fl-grupp ħarġu bonds bl-iskop ta’ ristrutturar tad-dejn. F’dan il-każ, kif spjegat fit-Taqsima 3.4.2.2, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kumpaniji kkonċernati huma f’sitwazzjoni finanzjarja agħar minn dik li qed jissuġġerixxu r-rapporti finanzjarji mal-ewwel daqqa t’għajn, u li hemm riskju addizzjonali relatat mal-finanzjament tagħhom fuq perjodu qasir u twil. Għalhekk, sabiex tqis l-iskopertura akbar għar-riskju, il-Kummissjoni waqqgħet livell wieħed fl-iskala ta’ klassifikazzjoni tar-riskju u adattat il-kalkolu tal-firxa relattiva wkoll għall-finanzjament fit-tul tagħhom, inkluż is-self, billi għamlet paragun bejn il-bonds korporattivi tal-Istati Uniti AA u l-Istati Uniti B.

3.4.2.5.   Konklużjoni dwar finanzjament preferenzjali: self

(343)

L-investigazzjoni wriet li l-gruppi kollha inklużi fil-kampjun ta’ produtturi esportaturi bbenefikaw minn self preferenzjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Minħabba l-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju għall-produtturi esportaturi u speċifiċità, il-Kummissjoni qieset is-self preferenzjali bħala sussidju kumpensabbli.

(344)

L-ammont ta’ sussidju stabbilit b’mod provviżorju fir-rigward tas-self preferenzjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun jammonta għal:

Finanzjament preferenzjali: self

Kumpanija/Grupp

Ammont ta’ Sussidju kumplessiv

Yuntianhua Group

2,53  %

CNBM Group

7,39  %

3.4.3.   Finanzjament preferenzjali: tipi oħra ta’ finanzjament

3.4.3.1.   Linji ta’ kreditu

(345)

L-investigazzjoni wriet li l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi pprovdew ukoll linji ta’ kreditu b’kundizzjonijiet preferenzjali b’rabta mal-għoti ta’ finanzjament lil kull kumpanija inkluża fil-kampjun. Dawn kienu jikkonsistu fi ftehimiet qafas, li taħthom il-bank jippermetti lill-kumpaniji fil-kampjun jużaw diversi strumenti ta’ dejn, bħal self ta’ kapital operatorju, abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, kontijiet dokumentarji, forom oħra ta’ finanzjament tal-kummerċ, eċċ., sa ċertu ammont massimu.

(346)

L-għan ta’ linja ta’ kreditu huwa li jiġi stabbilit limitu ta’ self li l-kumpanija tista’ tuża fi kwalunkwe ħin biex tiffinanzja l-operazzjonijiet attwali tagħha u b’hekk tagħmel il-finanzjament tal-kapital operatorju flessibbli u immedjatament disponibbli meta jkun meħtieġ. L-investigazzjoni wriet li ż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun kellhom ftehimiet tal-linja ta’ kreditu ma’ banek differenti li koprew diversi strumenti ta’ finanzjament fuq perjodu qasir bil-għan li jiġu ffinanzjati l-ispejjeż operatorji. Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li fil-prinċipju, il-finanzjament kollu fuq żmien qasir tal-kumpaniji fil-kampjun jenħtieġ li jkun kopert minn tip ta’ strument ta’ linja ta’ kreditu, inklużi l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, li jinħarġu fuq bażi regolari biex jiġu ffinanzjati l-operazzjonijiet attwali.

(347)

Għalhekk, il-Kummissjoni qabblet l-ammont tal-linji ta’ kreditu disponibbli għall-kumpaniji li kkooperaw matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mal-ammont ta’ finanzjament fuq perjodu qasir użat minn dawn il-kumpaniji matul l-istess perjodu biex jiġi stabbilit jekk il-finanzjament kollu fuq perjodu qasir kienx kopert minn linja ta’ kreditu. F’każ li l-ammont ta’ finanzjament għal perjodu qasir jaqbeż il-limitu ta’ linja ta’ kreditu, il-Kummissjoni żiedet l-ammont tal-linja ta’ kreditu eżistenti bl-ammont użat effettivament mill-produtturi esportaturi lil hinn mil-limitu ta’ dik il-linja ta’ kreditu.

(348)

Taħt ċirkostanzi normali tas-suq, il-linji ta’ kreditu jkunu soġġetti għall-hekk imsejħa tariffa ta’ “arranġament” jew “impenn” biex jikkumpensaw għall-kostijiet u għar-riskji tal-bank, kif ukoll għal tariffi ta’ tiġdid debitati fuq bażi annwali għat-tiġdid tal-validità tal-linji ta’ kreditu. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li l-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn linji ta’ kreditu pprovduti bla ħlas.

(349)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ argumenta li l-affermazzjoni tal-Kummissjoni li f’ċirkostanzi normali tas-suq, il-linji ta’ kreditu jkunu soġġetti għal tariffi ta’ impenn, ma kinitx ġustifikata fid-dawl tal-kunsiderazzjoni tagħha stess fil-każijiet tal-Inġenji tal-Ajru. Skont il-GTĊ, it-tariffi ta’ impenn japplikaw biss meta l-linja ta’ kreditu tkun linja ta’ kreditu impenjata. Madankollu, il-Kummissjoni ma stabbilixxietx li l-linji ta’ kreditu inkwistjoni kienu linji ta’ kreditu impenjati. Il-GTĊ fakkar li f’“KE - Inġenji tal-ajru”, l-UE nnifisha sostniet li l-fatt li l-BEI ma ddebitax tariffi ta’ impenn kien ġustifikat għaliex “… (i) għal kuntratti b’ “rata miftuħa” (jiġifieri kuntratti fejn ir-rati mhumiex fissi ex ante), ma hemm l-ebda ċertezza dwar iż-żmien tad-disponibbiltà tal-fondi, u l-BEI ma jimpenjax ruħu għal rata preċiża ta’ imgħax”.

(350)

Bi tweġiba għal din l-affermazzjoni, il-Kummissjoni nnutat li l-argument tal-UE dwar it-tariffi ta’ impenn fil-proċedimenti KE-Inġenji tal-ajru ma ġiex segwit mill-Bord fis-sejbiet finali tiegħu. B’mod partikolari, il-Bord stabbilixxa li n-nuqqas ta’ tariffi ta’ impenn mill-BEI biex jikkumpensa għall-impenn tal-BEI li jagħmel disponibbli finanzjament kien aktar vantaġġuż minn self komparabbli mingħand mutwanti kummerċjali u ta benefiċċju (93). Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(351)

Skont l-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset il-benefiċċju hekk mogħti lir-riċevituri li huwa d-differenza bejn l-ammont li l-kumpanija ħallset bħala tariffa għall-ftuħ jew għat-tiġdid ta’ linji ta’ kreditu minn istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi u l-ammont li l-kumpanija kien ikollha tħallas għal linja ta’ kreditu kummerċjali komparabbli li tista’ tinkiseb mis-suq.

(352)

Wara d-divulgazzjoni, bosta partijiet affermaw li l-Kummissjoni ma wettqitx analiżi tal-ispeċifiċità għal-linji ta’ kreditu. Barra minn hekk, il-GTĊ tenna l-kummenti tiegħu żviluppati fit-Taqsima 3.1 hawn fuq, billi qal li l-GFF mhijiex industrija mħeġġa u l-ebda dokument imsemmi mill-Kummissjoni f’dan ir-rigward ma juri li l-linji ta’ kreditu pprovduti lill-industrija tal-GFF huma speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tal-Ftehim SCM.

(353)

Il-Kummissjoni ma għamlitx analiżi tal-ispeċifiċità separata peress li l-linji ta’ kreditu huma intrinsikament marbuta ma’ tipi oħra ta’ self preferenzjali, u b’hekk isegwu l-istess analiżi tal-ispeċifiċità kif żviluppata fit-Taqsima 3.4.2.3 hawn fuq għas-self. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(354)

Il-valur referenzjarju xieraq għat-tariffa tal-arranġament ġie stabbilit għal 1,5 % b’referenza għal data (94) disponibbli pubblikament għall-ftuħ ta’ linji ta’ kreditu simili f’sitwazzjonijiet simili (iżda mhux distorti). L-ammont tat-tariffa tal-arranġament pagabbli fuq il-bażi ta’ somma f’daqqa fiż-żmien tal-ftuħ tal-linja ta’ kreditu. Għalhekk, il-Kummissjoni applikat il-valur referenzjarju għall-ammont tal-linji ta’ kreditu miftuħa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(355)

Għal linji ta’ kreditu eżistenti qabel il-bidu tal-PI u mġedda matul il-PI, intużat tariffa ta’ tiġdid ta’ 1,25 % bħala l-valur referenzjarju skont l-istess sors. L-ammont tat-tariffa tat-tiġdid huwa pagabbli annwalment fuq il-bażi ta’ somma f’daqqa fiż-żmien it-tiġdid tal-linja ta’ kreditu. Għalhekk, il-Kummissjoni applikat il-valur referenzjarju għall-ammont tal-linji ta’ kreditu mġedda matul il-PI.

(356)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, waħda mill-partijiet ikkummentat li l-kostijiet marbuta mat-tariffi tal-arranġament u tat-tiġdid jiġu ta’ spiss rinunzjati mill-banek biex jiżguraw klijenti kummerċjali kbar. Il-kumpanija pprovdiet ukoll eżempju ta’ bank fl-Istati Uniti, li ma ddebitax tariffa ta’ arranġament u ddebita biss tariffa ta’ tiġdid annwali ta’ 0,25 % għal linja ta’ kreditu impenjat ta’ bejn USD 100 001 u USD 3 miljun (95). Barra minn hekk, minħabba li l-Istati Uniti huma suq ferm akbar mir-Renju Unit u li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq klassifikazzjonijiet tal-bonds mill-Istati Uniti biex tistabbilixxi l-affidabbiltà kreditizja, tali valur referenzjarju tqies li huwa ferm aktar xieraq mill-valur referenzjarju tar-Renju Unit għal negozji żgħar użati mill-Kummissjoni.

(357)

Il-Kummissjoni nnutat li l-allegazzjonijiet li l-kostijiet marbuta mat-tariffi tal-arranġament u tat-tiġdid jiġu ta’ spiss rinunzjati mill-banek biex jiżguraw klijenti kummerċjali kbar ma kienu sostanzjati mill-ebda evidenza. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rrieżaminat il-valur referenzjarju propost mill-kumpanija u sabet li dan il-valur referenzjarju kien jikkonċerna speċifikament linji ta’ kreditu għal negozji żgħar b’ammont massimu ta’ USD 3 miljun, u b’mod partikolari relatat ma’ ħtiġijiet ta’ kapital operatorju fuq perjodu qasir. Għall-kuntrarju, il-valur referenzjarju wżat mill-Kummissjoni kellu limitu minimu ta’ GBP 25 000, iżda mingħajr limitu massimu, ma kienx hemm limitazzjonijiet f’termini tal-użu tal-kapital ipprovdut jew tat-tul, u kien separat minn prodott finanzjarju ieħor imsemmi fl-istess dokument, iżda speċifikament imfassal għall-impriżi żgħar. Il-valur referenzjarju tal-Kummissjoni kien għalhekk iktar adattat għall-klijenti l-kbar. Barra minn hekk, il-bank tal-Istati Uniti li jipprovdi l-linji ta’ kreditu fl-eżempju magħżul kien bank li jopera esklussivament fis-suq tal-Istati Uniti, filwaqt li l-HSBC (il-valur referenzjarju użat mill-Kummissjoni) huwa bank globali, li jopera fis-suq Ċiniż ukoll. Ma hemm l-ebda evidenza disponibbli għall-Kummissjoni li tindika li l-HSBC jirrinunzja għat-tariffi skont id-daqs tal-klijent. F’dan ir-rigward ukoll, il-valur referenzjarju tal-Kummissjoni deher aktar xieraq. Għalhekk, l-affermazzjonijiet tal-kumpanija ġew miċħuda.

3.4.3.2.   Abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja

(a)   Ġenerali

(358)

L-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarji huma prodott finanzjarju mmirat lejn l-iżvilupp ta’ suq monetarju domestiku aktar attiv permezz tat-twessigħ tal-faċilitajiet ta’ kreditu. Hija forma ta’ finanzjament fuq perjodu qasir li tista’ “tnaqqas il-kost tal-fond u ssaħħaħ l-effiċjenza tal-kapital” ta’ min ikun qed jippreleva (96).

(359)

L-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarji jistgħu jintużaw biss biex jiġu saldati tranżazzjonijiet kummerċjali ġenwini u minn jiġbed irid jipproduċi biżżejjed evidenza f’dak ir-rigward, eż. permezz ta’ ftehim ta’ xiri/bejgħ, fattura u ordni ta’ kunsinna eċċ. L-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarji jistgħu jintużaw bħala mezz standard ta’ pagament fi ftehimiet ta’ xiri flimkien ma’ mezzi oħra bħal rimessi jew ordni ta’ flus.

(360)

L-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja jitfassal mill-applikant (min ikun se jippreleva, li huwa wkoll ix-xerrej fit-tranżazzjoni kummerċjali sottostanti) u jiġi aċċettat minn bank. Meta jaċċetta l-abbozz, il-bank jaċċetta li jħallas bla kundizzjonijiet tal-ammont ta’ flus speċifikat fl-abbozz lill-benefiċjarju/portatur fid-data indikata (id-data tal-maturità).

(361)

B’mod ġenerali, il-kuntratti ta’ aċċettazzjoni bankarja fihom il-lista tat-tranżazzjonijiet koperti mill-ammont tal-abbozz b’indikazzjoni tad-data ta’ maturità ta’ pagament mal-fornitur u tad-data tal-maturità tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja.

(362)

Il-Kummissjoni stabbilit li ġeneralment l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jinħarġu fil-qafas ta’ ftehim ta’ abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja li jispeċifika l-identità tal-bank, tal-fornituri u tax-xerrej, l-obbligi tal-bank u tax-xerrej u li jagħti dettalji tal-valur għal kull fornitur, id-data ta’ maturità tal-pagament miftiehma mal-fornitur u d-data tal-maturità tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja.

(363)

Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-ftehimiet ta’ linji ta’ kreditu ġeneralment jelenkaw abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala l-użu possibbli tal-limitu finanzjarju flimkien ma’ strumenti finanzjarji oħra fuq perjodu qasir bħal self ta’ kapital operatorju.

(364)

Skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn kull bank, min jippreleva jista’ jkun meħtieġ jagħmel depożitu żgħir f’kont apposta, jagħmel pleġġ u jħallas kummissjoni fuq l-aċċettazzjoni. Fi kwalunkwe każ, min jippreleva jkun obbligat jittrasferixxi l-ammont sħiħ tal-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja fil-kont apposta mhux aktar tard mid-data tal-maturità tal-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja.

(365)

Ladarba tiġi aċċettata mill-bank, min jippreleva jaqbel mal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja u jittrasferih lil min qed jitħallas, li huwa wkoll il-fornitur tat-tranżazzjoni kummerċjali sottostanti, bħala ħlas tal-fattura. Konsegwentement, l-obbligu ta’ ħlas tax-xerrej (min jippreleva) lejn il-fornitur (il-benefiċjarju) jiġi kkanċellat. Jinħoloq obbligu ġdid ta’ pagament fuq ix-xerrej lejn il-bank tal-aċċettazzjoni għall-istess ammont (min jippreleva jkollu l-obbligu jħallas lill-bank fi flus qabel il-maturità tal-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja). Għalhekk, il-ħruġ ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja għandu l-effett li jissostitwixxi l-obbligu ta’ min jippreleva lejn il-fornitur tiegħu ma’ obbligu lejn il-bank.

(366)

Il-maturità tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja tvarja skont il-kundizzjonijiet stabbiliti minn kull bank u tista’ tkun sa sena.

(367)

Il-benefiċjarju (jew id-detentur) tal-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja għandu tliet għażliet qabel il-maturità:

jistenna sal-maturità biex jitħallas fi flus l-ammont sħiħ tal-valur nominali tal-abbozz mill-bank li jaċċetta;

japprova l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja, jiġifieri jużah bħala mezz ta’ ħlas għall-obbligazzjonijiet tiegħu lejn partijiet oħra; jew

inaqqas l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja mal-bank li jaċċetta jew ma’ bank ieħor u jakkwista r-rikavati ta’ flus billi jitħallas skont ir-rata ta’ skont.

(368)

Id-data tal-ħruġ tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja tikkorrispondi b’mod ġenerali mad-data ta’ maturità ta’ pagament miftiehma mal-fornitur iżda tista’ tkun ukoll data qabel jew wara d-data ta’ maturità tal-pagament. L-investigazzjoni sabet li, sa fejn huma kkonċernati l-kumpaniji fil-kampjun, id-data tal-ħruġ kienet ġeneralment dak inhar tad-data ta’ maturità jew qabel mal-fornitur u f’xi każijiet anki wara d-data ta’ maturità tal-pagament. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-maturità tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja tal-kumpaniji fil-kampjun, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet kienet minn sitt xhur sa 12-il xahar wara d-data ta’ maturità tal-pagament tal-fattura.

(369)

Rigward it-trattament kontabilistiku tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, dawn huma rikonoxxuti bħala obbligazzjonijiet lejn il-bank fil-kontijiet ta’ min jippreleva, jiġifieri l-produtturi esportaturi fil-kampjun.

(370)

Il-Credit Reference Center of the People’s Bank of China (‘CRCP’) jagħraf l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala “kreditu mhux saldat” mogħti mill-banek fl-istess livell tas-self, l-ittri ta’ kreditu jew il-finanzjament ta’ kummerċ. Jenħtieġ li jiġi nnutat ukoll li s-CRCP huwa fornit mill-istituzzjonijiet finanzjarji li jagħtu diversi tipi ta’ self u li tali istituzzjonijiet finanzjarji b’hekk irrikonoxxew l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala obbligazzjonijiet lejhom. Barra minn hekk, il-ftehimiet ta’ aċċettazzjoni bankarja miġbura matul l-investigazzjoni jistabbilixxu li, jekk ix-xerrej ma jagħmilx il-ħlas sħiħ fid-data ta’ skadenza tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, il-bank jittratta l-ammont mhux imħallas bħala self li għadu ma tħallasx lill-bank.

(371)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur minn CNBM Group afferma li CRCP ma jirrikonoxxix l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala obbligazzjoni lejn il-bank fir-rapporti ta’ kreditu. Din il-parti interessata rreferiet għan-nota tal-obbligazzjonijiet fir-Rapport ta’ Kreditu ta’ CRCR fejn hemm speċifikat li “Il-bilanċ tad-dejn jinkludi l-avvanzi mhux saldati, is-self, is-self tal-klassi, il-finanzjament ta’ kummerċ, il-fatturament, il-kontijiet ta’ skont, il-garanziji u d-dejn ikkumpensat ta’ partijiet terzi, u d-djun immaniġġjati minn kumpanija tal-immaniġġjar tal-assi fil-mument tal-istatistika”. Hija żiedet ukoll li f’waħda mill-kumpaniji tal-grupp is-“Sommarju tal-informazzjoni” fir-rapport ta’ kreditu tirreferi għall-“bilanċ attwali tal-obbligazzjonijiet”, li ma kienx jinkludi l-ammonti ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja iżda biss l-ammont ta’ self.

(372)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tindika li r-rapporti ta’ kreditu jelenkaw l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja fis-“Sommarju tal-informazzjoni dwar il-kreditu mhux saldat” fl-istess livell bħas-self, l-ittri ta’ kreditu, il-kontijiet skontati, il-fatturament jew il-finanzjament ta’ kummerċ. Il-fatt li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja ma jingħaddux fil-“bilanċ tad-dejn” jew fil-“bilanċ attwali tal-obbligazzjonijiet” fiż-żmien speċifiku meta nħareġ ir-rapport ma jaffettwax il-klassifikazzjoni tagħhom bħala kreditu, li huwa rikonoxxut b’mod ċar minn CRCP fir-rapporti ta’ kreditu.

(373)

Kif diġà ssemma fil-premessa (358), l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma forma ta’ finanzjament fuq perjodu qasir. Barra minn hekk, kif iddikjarat mill-People’s Bank of China fis-sit wed tiegħu, “the bank acceptance draft can guarantee the establishment and performance of the contract between the buyer and the seller, as well as promote the capital turnover via the intervention of Bank of China’s credit ” (97). Barra minn hekk, fuq is-sit web tiegħu id-DBS Bank jirreklama l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala mezz biex “jittejjeb il-kapital operatorju permezz ta’ differiment ta’ pagamenti” (98).

(374)

Kummissjoni sabet li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jintużaw l-aktar bħala mezz ta’ ħlas fi tranżazzjonijiet kummerċjali bħala sostitut għal ordni ta’ flus u b’hekk jiġi ffaċilitat id-dħul ta’ flus u l-kapital operatorju ta’ min jippreleva. Minn perspettiva ta’ flus, l-istrument de facto jagħti lil min jippreleva data ta’ maturità tal-pagament ta’ sitt xhur jew sena minħabba li l-pagament attwali fi flus tal-ammont tat-tranżazzjoni jseħħ mal-maturità tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja u mhux fil-mument meta min jippreleva kellu jħallas lill-fornitur tiegħu. Fin-nuqqas ta’ strument finanzjarju bħal dan, min jippreleva jkollu jew juża l-kapital operatorju tiegħu stess, b’kost, jew jidħol f’kuntratt ta’ self ta’ kapital operatorju fuq perjodu qasir ma’ bank sabiex iħallas lill-fornituri tiegħu, ukoll b’kost. Fil-fatt, billi jħallas b’abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja, min jippreleva juża l-oġġetti jew is-servizzi fornuti għal perjodu ta’ sitt xhur sa sena mingħajr ma javvanza l-ebda flus u mingħajr ma jġarrab l-ebda kost. Bħala eżempju tal-użu ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala sostitut għal self fuq perjodu qasir, il-Kummissjoni stabbilixxiet li wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun ma kellu l-ebda self. Madankollu, l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja maħruġa minn dan il-produttur esportatur matul il-PI kienu jirrappreżentaw 70 % tal-kost operattiv tiegħu. Bl-istess mod, l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja fi tmiem il-PI kienet tirrappreżenta aktar minn 53 % tal-obbligazzjonijiet totali tiegħu.

(375)

F’ċirkostanzi normali tas-suq, bħala strument finanzjarju, l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jimplikaw kost ta’ finanzjament għal min jippreleva. L-investigazzjoni wriet li l-kumpaniji kollha fil-kampjun li użaw abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ħallsu biss kummissjoni għas-servizz ta’ aċċettazzjoni pprovdut mill-bank, li varjat bejn 0,05 % u 0,1 % tal-valur nominali tal-abbozz. Madankollu, l-ebda waħda mill-kumpaniji fil-kampjun ma ġarrbet kost għall-finanzjament permezz ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja billi ddifferiet il-ħlas fi flus għall-forniment tal-oġġetti u s-servizzi. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kumpaniji investigati bbenefikaw minn finanzjament fil-forma ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja li għalihom ma ġarrbu l-ebda kost.

(376)

B’kont meħud ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sistema ta’ aċċettazzjoni bankarja stabbilita fir-RPĊ pprovdiet lill-produtturi esportaturi kollha finanzjament bla ħlas għall-operazzjonijiet kurrenti tagħhom, li tawhom benefiċċju kumpensabbli kif deskritt fil-premessi (395) sa (399) hawn taħt, skont l-Artikolu 3(1)(a)(i) u 3(2) tar-Regolament bażiku.

(377)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw għamlu kumment li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja ma jikkostitwixxux self jew kwalunkwe forma oħra ta’ assistenza finanzjarja u li l-Kummissjoni assumiet b’mod żbaljat li l-użu tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja għandu l-istess effett bħal dak tas-self fuq terminu qasir. Huma argumentaw li d-data ta’ maturità tal-pagament li l-użu ta’ abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja jimplika mhijiex self fuq terminu qasir mingħajr imgħax mogħti minn bank, iżda pjuttost estensjoni tad-data ta’ maturità tal-pagament li l-bejjiegħ jiddeċiedi li jagħti. Yuntianhua Group afferma li l-Kummissjoni ma wrietx l-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja fil-każ ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja. Iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw insistew li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja ma jinvolvu l-ebda finanzjament għaliex l-ebda flus ma jkunu ġew trasferiti mill-bank lil xi parti.

(378)

Kumpanija waħda minn CNBM Group argumentat li l-aċċettazzjoni bankarja ssir biss biex tiffaċilita tranżazzjonijiet bejn partijiet mhux familjari, b’mod li l-bank iżid il-garanzija tiegħu stess li l-pagament isir meta d-data tal-maturità tkun waslet. Barra minn hekk, l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja ma jbiddilx id-data tal-pagament kif oriġinarjament prevista fil-kuntratt tal-bejgħ u għalhekk, bank ma jipprovdix, billi jaċċetta abbozz, self fuq terminu qasir. Hija qalet ukoll li l-mod li bih l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jiddaħħlu fir-reġistri interni tal-kumpanija ma jbiddilx il-konklużjoni li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja mhumiex xi tip ta’ finanzjament fuq terminu qasir. Din il-parti affermat ukoll li peress li skont il-kuntratt tal-bejgħ, il-bejjiegħ jirċievi l-pagament biss fi żmien sitt xhur jew sena, ix-xerrej ma jkollux bżonn juża l-kapital operatorju tiegħu stess jew jidħol f’kuntratt ta’ self fuq terminu qasir biex iħallas fil-pront, minħabba li l-bejjiegħ diġà jkun aċċetta li l-pagament se jkun differit.

(379)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni li hi ma stabbilixxietx li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jikkostitwixxu self. Madankollu, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn għandhom effetti ekonomiċi simili għall-finanzjament fuq terminu qasir.

(380)

Kif jissemma fil-premessa (374) il-Kummissjoni stabbiliet li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jintużaw l-aktar bħala mezz ta’ ħlas fi tranżazzjonijiet kummerċjali bħala sostitut għal ordni ta’ flus u b’hekk jiġi ffaċilitat id-dħul ta’ flus u l-kapital operatorju ta’ min jippreleva. Il-Kummissjoni sabet ukoll li minn perspettiva ta’ flus, l-istrument jiddifferixxi l-pagament fi flus sal-maturità tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja. Fil-fatt, il-fornitur jitħallas bl-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja fid-data tal-maturità miftiehma fil-kuntratt, minflok fi flus. Il-pagament fi flus mal-maturità huwa pagament mill-prelevatur lill-bank skont ir-relazzjoni kuntrattwali maħluqa bejn il-prelevatur u l-bank fil-qafas tal-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja. Il-fornituri jistgħu wkoll japprovaw abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja biex iħallsu lil fornituri oħra (minflok flus). Għalhekk, kif indikat fil-premessa (374), l-użu ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jippermetti lill-prelevaturi jużaw l-oġġetti jew is-servizzi fornuti għal perjodu ta’ sitt xhur sa sena mingħajr ma javvanzaw flus u mingħajr ma jġarrbu l-ebda kost. Il-Kummissjoni tenniet ukoll li People’s Bank of China jippreżenta l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala strument li jista’ “inaqqas il-kost tal-fondi u jtejjeb l-effiċjenza tal-kapital” tal-prelevatur “ kif ukoll jippromwovi l-fatturat kapitali permezz tal-intervent tal-kreditu tal-Bank of China  (99) u DBS Bank jirreklama l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala mezz biex “jittejjeb il-kapital operatorju permezz ta’ differiment tal-pagamenti” (100). Barra minn hekk, il-GTĊ ma kkontestax il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma forma ta’ finanzjament. Barra minn hekk, reċentement, CBIRC ħareġ avviż li fih jiddikjara li sabiex jissaħħaħ l-appoġġ tal-kreditu għall-impriżi downstream f’intrapriżi essenzjali, l-istituzzjonijiet finanzjarji jistgħu jipprovdu appoġġ ta’ kreditu għall-impriżi downstream biex jiksbu oġġetti u jħallsu għal oġġetti billi jiftħu kontijiet ta’ aċċettazzjoni mill-bankarja, ittri domestiċi ta’ kreditu, finanzjament minn qabel, eċċ. (101) Din hija evidenza oħra li turi li l-GTĊ jipperċepixxi l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala forma oħra ta’ appoġġ ta’ kreditu.

(381)

Il-fatt li ma hemm l-ebda trasferiment ta’ flus mill-bank lil xi parti fil-mument tal-ħruġ tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja ma jbiddilx ir-raġunament u l-konklużjonijiet ta’ hawn fuq. Kif diġà ġie spjegat, l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, kif stabbiliti fir-RPĊ, huma mezz ta’ pagament fi tranżazzjonijiet kummerċjali li jiffavorixxu lill-prelevatur billi jiffaċilitaw il-fatturat u l-kapital operatorju tagħhom. Mil-lat ekonomiku u finanzjarju, l-użu ta’ dan l-istrument jippermetti lill-prelevatur iħallas l-obbligazzjonijiet tiegħu mingħajr ma juża r-riżorsi finanzjarji tal-kumpanija u għalhekk, jikkostitwixxi forma ta’ finanzjament tal-operazzjonijiet ekonomiċi tiegħu. Għall-kuntrarju ta’ dak li jsostnu l-produtturi esportaturi li kkooperaw, dan il-finanzjament mhuwiex mogħti mill-fornitur iżda mill-bank. Kif spjegat fil-premessa (365), ladarba l-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja jiġi aċċettat mill-bank u approvat mill-benefiċjarju (jiġifieri l-fornitur), l-obbligu tal-pagament tax-xerrej (prelevatur) lejn il-fornitur (benefiċjarju) jitħassar. Fil-fatt, il-benefiċjarju (fornitur) jitħallas minn abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja fil-mument miftiehem fil-kuntratt tal-bejgħ (jiġifieri d-data ta’ maturità). Dan ġie kkonfermat ukoll mill-GTĊ matul iż-żjara ta’ verifika, jiġifieri li ladarba l-kumpanija tħallas lill-fornitur bl-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja dawn ma jibqgħux b’obbligu mal-fornitur iżda mal-bank għaliex min talab li jinħareġ l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja jkun irid iħallas lill-bank b’mod sħiħ fid-data tal-maturità. Barra minn hekk, bħala mezz ta’ pagament, l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja jista’ jintuża mill-fornitur sabiex iħallas l-obbligazzjonijiet tiegħu stess lejn partijiet oħra. Għalhekk, il-fornitur ma jagħtix estensjoni tad-data ta’ maturità. Għall-kuntrarju, il-bank jagħti estensjoni għall-pagament attwali fi flus tat-tranżazzjoni koperta bl-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja b’sitt xhur jew b’sena u b’hekk jippermetti lill-prelevatur jevita kwalunkwe kost ta’ finanzjament.

(382)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-kumment li peress li skont il-kuntratt tal-bejgħ, il-bejjiegħ jirċievi l-pagament biss fi żmien sitt xhur jew sena, ix-xerrej ma jkollux bżonn juża l-kapital operatorju tiegħu stess jew jidħol f’kuntratt ta’ self fuq terminu qasir biex iħallas fil-pront. Il-Kummissjoni ma qablitx ukoll mad-dikjarazzjoni li l-mod kif il-produtturi esportaturi fil-kampjun jikkontabbilizzaw l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja fir-reġistri interni tagħhom huwa irrilevanti. Fil-fatt, kif diġà ssemma hawn fuq, l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarji huma mezz ta’ pagament li jintuża mill-prelevatur biex jonora l-obbligi tiegħu lejn il-benefiċjarju. Id-dikjarazzjoni li “il-bejjiegħ jirċievi biss il-pagament fi żmien sitt xhur jew sena” hija fattwalment skorretta minħabba li l-bejjiegħ jirċievi l-pagament permezz ta’ abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja fid-data ta’ maturità miftiehma fil-kuntratt. Kif diġà ntqal fil-premessa (374), l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma stipulati bħala mezz ta’ pagament fi tranżazzjonijiet kummerċjali minflok pagament fi flus u dan huwa maqbul kemm mill-bejjiegħ kif ukoll mix-xerrej. Madankollu, il-pagament fi flus għall-oġġetti u s-servizzi huwa differit għad-data tal-maturità tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja u dan id-differiment jingħata mill-bank. Kif diġà ġie spjegat fil-premessa (365), meta l-bejjiegħ jitħallas b’abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja, l-obbligazzjoni tal-prelevatur lejn il-bejjiegħ tiġi kkanċellata u jinħolqu żewġ obbligazzjonijiet ġodda: obbligazzjoni tal-prelevatur lejn il-bank tal-aċċettazzjoni u obbligazzjoni tal-bank tal-aċċettazzjoni lejn il-bejjiegħ (benefiċjarju) jew id-detentur tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja. Għall-kuntrarju ta’ dak li ġie affermat, il-mod kif il-produtturi esportaturi fil-kampjun jikkontabbilizzaw l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja fir-reġistri interni tagħhom huwa element importanti li juri li, minn naħa l-obbligazzjoni lejn il-bejjiegħ tiġi kkanċellata bil-pagament permezz tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja u, min-naħa l-oħra, tinħoloq obbligazzjoni għall-prelevatur lejn il-bank. Din hija evidenza addizzjonali li permezz tal-użu ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bħala mezz ta’ pagament, li huwa permess mill-bank li aċċetta l-abbozz, il-prelevatur ma jkollux bżonn iħallas fi flus lill-fornitur (il-benefiċjarju) fid-data ta’ maturità miftiehma fil-kuntratt. Minflok, il-prelevatur huwa obbligat iħallas fi flus lill-bank fid-data ta’ maturità tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja, li tkun sitt xhur jew sena wara. Dan kompla jiġi kkonfermat mill-GTĊ matul iż-żjara ta’ verifika peress li ddikjara li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja “huma interessanti biex itaffu l-piż fuq il-fluss tal-flus tal-kumpanija”.

(383)

Il-Kummissjoni lanqas ma qablet mal-kumment li meta jaċċetta l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja, il-bank ikun b’xi mod sempliċiment qed iżid il-garanzija tiegħu li l-pagament se jsir mad-data ta’ maturità. L-ewwel nett, kif intqal qabel, l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja huwa mezz ta’ pagament, li permezz tiegħu l-prelevatur jonora l-obbligazzjoni tiegħu lejn il-benefiċjarju (il-fornitur). Għalhekk, il-pagament tal-fornitur mill-prelevatur iseħħ fil-mument tal-approvazzjoni tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja, filwaqt li mal-maturità, il-prelevatur jonora l-obbligu ta’ pagament tiegħu lejn il-bank. It-tieni, l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja ma jistax jiġi kklassifikat sempliċement bħala garanzija addizzjonali ta’ pagament fil-futur minħabba li l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja huwa mezz ta’ pagament, rikonoxxut fil-kuntratti ta’ bejgħ, u l-obbligu ta’ pagament tal-prelevatur lejn il-fornitur jiġi kkanċellat permezz tal-pagament bl-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja. Il-pagament fi flus dovut lill-bank mal-maturità mhuwiex estensjoni tad-data ta’ maturità mogħtija mill-fornitur, minflok huwa obbligu lejn il-bank. Barra minn hekk, dan ġie kkonfermat mill-GTĊ matul iż-żjara ta’ verifika fejn iddikjara li mil-lat legali d-differenza bejn il-garanzija bankarja u l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja hija li “bil-garanzija hija l-kumpanija A li tkun fl-ewwel linja ta’ responsabbiltà għall-pagament, filwaqt li fl-aċċettazzjonijiet bankarji jkun il-bank emittenti”.

(384)

B’konsiderazzjoni ta’ dan, il-Kummissjoni tenniet il-konklużjoni tagħha li f’termini tal-effetti tagħhom l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma forma ta’ finanzjament fuq terminu qasir b’mod li dawn jippermettu lill-produtturi esportaturi jiffinanzjaw ix-xiri tagħhom. Il-benefiċċju pprovdut lill-produtturi esportaturi li kkooperaw huwa l-iffrankar tal-kost tal-finanzjament minħabba l-fatt li l-użu ta’ finanzjament permezz ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja ma jiġix remunerat.

(385)

Meta wieħed iqis li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja effettivament għandhom l-istess għan u effetti bħas-self ta’ kapital operatorju fuq terminu qasir, u li dawn intużaw b’mod estensiv mill-produtturi esportaturi li kkooperaw biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet attwali tagħhom minflok ma użaw self ta’ kapital operatorju fuq terminu qasir, dawn kellu jkollhom kost ekwivalenti għal finanzjament ta’ self ta’ kapital operatorju fuq terminu qasir. Din il-konklużjoni kompliet tiġi kkonfermata mill-GTĊ matul iż-żjara ta’ verifika fejn iddikjara li, fir-rigward tal-għażla għal kumpanija bejn l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja u self fuq terminu qasir, huwa f’idejn il-kumpanija li tiddeċiedi iżda “min-natura tagħhom dawn huma simili”.

(386)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja mhumiex forma ta’ finanzjament fuq terminu qasir.

(b)   Speċifiċità

(387)

Dwar l-ispeċifiċità, kif imsemmi fil-premessa (165), skont id-Deċiżjoni Nru 40, l-istituzzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li jipprovdu appoġġ ta’ kreditu lill-industriji mħeġġa.

(388)

Il-Kummissjoni qieset li l-abbozzi ta’ aċċettazzjonijiet bankarji huma forma oħra ta’ appoġġ finanzjarju preferenzjali mill-istituzzjonijiet finanzjarji lill-industriji mħeġġa bħas-settur tal-GFF. Tabilħaqq, kif speċifikat fit-Taqsima 3.1 hawn fuq, is-settur GFF huwa fost l-industriji mħeġġa u għalhekk huwa eliġibbli għal kull appoġġ finanzjarju possibbli. Ma ngħatat l-ebda evidenza li kwalunkwe impriża fir-RPĊ (għajr fl-industriji mħeġġa) jistgħu jibbenefikaw minn abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja bl-istess termini u kundizzjonijiet preferenzjali.

(389)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, CNBM Group sostna li l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja huwa prattika kummerċjali komuni fir-RPĊ disponibbli għall-industriji kollha u li l-uniku limitu statutorju għall-utent ta’ abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja huwa indikat fl-Artikolu 6 tal-Liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar Strumenti negozjabbli, jiġifieri “jekk persuna li ma jkollhiex kapaċità jew kapaċità limitata għal atti ċivili tiffirma strumenti negozjabbli, il-firma għandha tkun nulla u bla effett”. Il-grupp sostna wkoll li mhijiex ir-responsabbiltà tal-produtturi esportaturi li jirribattu preżunzjoni li allegat programm ta’ sussidju huwa speċifiku u li hija r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tissostanzja d-determinazzjoni tagħha tal-ispeċifiċità abbażi ta’ evidenza pożittiva, b’mod partikolari billi tqabbel it-termini offruti lill-kumpaniji fil-kampjun ma’ dawk offruti lill-kumpaniji Ċiniżi l-oħra. Fl-aħħar, kumpanija waħda minn CNBM Group talbet lill-Kummissjoni biex tispjega għaliex sistema simili fil-Kanada, li l-Kummissjoni semmiet fil-każ tar-roti elettriċi, mhijiex meqjusa bħala programm speċifiku ta’ sussidju, filwaqt li tqis is-sistema fir-RPĊ bħala sussidju speċifiku.

(390)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għall-Premessa (165) fejn ippreżentat evidenza li skont id-Deċiżjoni Nru 40, l-istituzzjonijiet finanzjarji huma meħtieġa jipprovdu appoġġ ta’ kreditu lill-industriji mħeġġa. L-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, bħala forma ta’ finanzjament, huma parti mis-sistema ta’ appoġġ finanzjarju preferenzjali minn istituzzjonijiet finanzjarji lill-industriji mħeġġa, bħall-industrija tal-GFF.

(391)

Il-Kummissjoni fakkret li hija bbażat il-valutazzjoni tagħha rigward l-ispeċifiċità tal-iskema ta’ sussidju fuq dokumenti governattivi disponibbli, bħal pjanijiet u regolamenti, dwar l-industriji mħeġġa. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li l-GTĊ iddefinixxa b’mod ċar liema industriji huma mħeġġa u b’hekk illimita l-benefiċċji tal-finanzjament preferenzjali speċifiku għal dawk biss. Għalhekk, anki jekk għadd ta’ industriji oħrajn definiti b’mod speċifiku bħala mħeġġa jgawdu mill-istess kundizzjonijiet preferenzjali jew kundizzjonijiet preferenzjali bħal dawk tal-industrija tal-GFF, dan ma jagħmilx il-finanzjament preferenzjali u b’mod partikolari, l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja ġeneralment disponibbli għall-industriji kollha.

(392)

Barra minn hekk, anki jekk forma ta’ finanzjament tista’ tkun fil-prinċipju disponibbli għal kumpaniji fl-industriji kollha, il-kundizzjonijiet konkreti, li taħthom dan il-finanzjament huwa offrut lil kumpaniji minn ċerta industrija, bħar-remunerazzjoni tal-finanzjament u l-volum tal-finanzjament, jistgħu jagħmluha speċifika. Fil-fatt, fil-każ tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, kif imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li kollha kemm huma bbenefikaw minn finanzjament fuq terminu qasir permezz ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja mingħajr ebda kost u li xi wħud minnhom ibbenefikaw minn volum sostanzjali ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja meta mqabbla ma’ finanzjamenti oħrajn għal perjodu qasir bħal self fuq terminu qasir. Ma kien hemm l-ebda evidenza ppreżentata mill-partijiet interessati ma li turi li l-finanzjament permezz tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja tal-kumpaniji fl-industrija tal-GFF huwa bbażat fuq kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(393)

Rigward il-kumment dwar is-sistema tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja fil-Kanada, il-Kummissjoni indikat li skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament bażiku, il-valutazzjoni tal-ispeċifiċità ta’ programm ta’ sussidju ssir biss fir-rigward tas-sussidji investigati. Għalhekk, il-Kummissjoni mhijiex meħtieġa turi li sistemi simili f’pajjiżi oħra huma wkoll speċifiċi.

(394)

B’kunsiderazzjoni għall-argumenti ta’ hawn fuq, l-affermazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw rigward l-ispeċifiċità tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja ġew miċħuda.

(c)   Kalkolu tal-benefiċċju

(395)

Sabiex tikkalkula l-ammont tas-sussidju kumpensabbli, il-Kummissjoni vvalutat il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(396)

Kif diġà ssemma fil-premessi (358) u (373), l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma forma ta’ finanzjament fuq perjodu qasir li jsaħħaħ l-effiċjenza tal-kapital ta’ min jippreleva billi jiffaċilita l-kapital operatorju tiegħu u jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ flus tiegħu peress li fil-biċċa l-kbira jintuża bħala mezz ta’ pagament fi tranżazzjonijiet kummerċjali minflok flus. Il-Kummissjoni sabet li l-produtturi esportaturi fil-kampjun użaw l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tagħhom għal finanzjament fuq perjodu qasir mingħajr ma ħallsu remunerazzjoni. Barra minn hekk, kif jingħad fil-premessa (346), il-Kummissjoni kkunsidrat li l-finanzjament kollu fuq perjodu qasir tal-kumpaniji fil-kampjun, inklużi l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, jenħtieġ li jkunu koperti b’linja ta’ kreditu. Il-benefiċċju li għandu x’jaqsam mal-linji ta’ kreditu kien stabbilit fit-Taqsima 3.4.3.1 hawn fuq.

(397)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li min jippreleva l-aċċettazzjoni tal-banek jenħtieġ li jħallas remunerazzjoni għall-perjodu ta’ finanzjament. Għal skopijiet ta’ kalkolu, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-perjodu ta’ finanzjament beda, jew fid-data ta’ maturità tal-pagament miftiehma mal-fornitur, f’każijiet fejn l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja nħareġ qabel id-data ta’ maturità, jew fid-data tal-ħruġ tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja f’każijiet fejn l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja nħareġ fid-data ta’ maturità tal-pagament jew wara. Il-perjodu ta’ finanzjament kien meqjus li jintemm fid-data ta’ maturità tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja.

(398)

Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni qieset li l-benefiċċju hekk ikkonferit lir-riċevituri huwa d-differenza bejn l-ammont li l-kumpanija kienet effettivament ħallset bħala remunerazzjoni għall-finanzjament mill-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja u l-ammont li kieku tħallas jekk tiġi applika rata ta’ imgħax ta’ finanzjament fuq perjodu qasir.

(399)

Il-Kummissjoni ddeterminat il-benefiċċju li jirriżulta min-nonpagament tal-kost tal-finanzjament fuq perjodu qasir. F’dan ir-rigward, kif diġà ssemma fil-premessa (358), l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma forma ta’ finanzjament fuq perjodu qasir. Huma effettivament għandhom l-istess skop bħal self ta’ kapital operatorju fuq perjodu qasir. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja jenħtieġ li jġarrbu kost ekwivalenti għal finanzjament ta’ self fuq perjodu ta’ qasir. Għalhekk, il-Kummissjoni applikat l-istess metodoloġija dwar il-finanzjament fuq perjodu qasir iddenominat f’RMB, deskritt fit-Taqsima 3.4.2.4 hawn fuq.

(400)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, kumpanija waħda minn CNBM Group għamlet kumment li peress li l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja huwa kreditu pprovdut mill-bejjiegħ lix-xerrej, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkalkula l-benefiċċju fil-kuntest tal-“forniment ta’oġġetti u servizzi għal remunerazzjoni inqas minn adegwata (LTAR)” mill-programm ta’ sussidju u għandha l-ewwel tiddetermina jekk il-fornituri jirrappreżentawx “korpi pubbliċi” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku.

(401)

Kif diġà ġie spjegat fil-premessi (379) sa (383), il-Kummissjoni ma qablitx li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja huma kreditu pprovdut mill-bejjiegħ u kkonkludiet li l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarji huma forma ta’ finanzjament preferenzjali pprovdut mill-bank lill-prelevatur. Għalhekk, il-kumment ta’ hawn fuq ġie miċħud.

(402)

Kumpanija oħra minn CNBM Group sostniet li l-Kummissjoni missha naqqset it-terminu attwali tal-pagament mogħti mill-perjodu preżunt tal-finanzjament bankarju.

(403)

Kif spjegat fil-premessa (397), il-Kummissjoni qieset id-data ta’ maturità tal-pagament miftiehma mal-fornitur fil-kalkolu tal-perjodu tal-finanzjament. Fil-każ tal-kumpanija ta’ CNBM Group li għamlet l-affermazzjoni, l-investigazzjoni wriet li fil-prattika d-data ta’ maturità tal-pagament tal-fatturi sottostanti kienet jew diġà skadiet meta nħarġu l-abbozzi korrispondenti ta’ aċċettazzjoni bankarja, jew li ma setgħet tinstab l-ebda rabta bejn il-fatturi pprovduti u l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(404)

Kumpanija waħda minn CNBM Group sostniet li l-Kummissjoni jenħtieġ li tnaqqas it-tariffi effettivament imħallsa, mill-produtturi fil-kampjun, mill-benefiċċju allegat. Barra minn hekk, Yuntianhua Group afferma li skont l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni trid tnaqqas kwalunkwe tariffa għall-applikazzjoni jew kost ieħor li neċessarjament jiġġarrab biex wieħed jikkwalifika għas-sussidju jew jiksbu.

(405)

Il-Kummissjoni diġà nnutat fil-premessa (375) li l-produtturi esportaturi li kkooperaw ħallsu kummissjoni għall-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja mogħtija mill-bank, li varjat bejn 0,05 % u 0,1 % tal-valur nominali tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja. Fil-fatt, din il-kummissjoni, imħallsa għall-ipproċessar tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja mill-bank, hija element distint mill-finanzjament mogħti mill-bank, li għalih il-produtturi esportaturi li kkooperaw ma ġarrbu l-ebda kost. Din it-tariffa titħallas sabiex tkopri l-kostijiet amministrattivi tal-bank għall-ipproċessar tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja. Il-Kummissjoni kkompensat biss il-parti tal-finanzjament tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja (jiġifieri, il-parti ekwivalenti għal finanzjament fuq terminu qasir); hija ma analizzatx jekk il-kummissjoni ta’ aċċettazzjoni kinitx tinvolvi sussidju kumpensabbli wkoll. Fi kwalunkwe każ, l-impatt tat-tariffa fuq l-ammont ta’ sussidju jvarja minn 0,01 % għal 0,04 %, skont il-produttur esportatur u għalhekk hija immaterjali. Għalhekk, il-Kummissjoni ma qisitx li huwa meħtieġ li tanalizza din l-affermazzjoni skont il-mertu tagħha u lanqas li tivvaluta l-kumpensabbiltà ta’ dan il-benefiċċju.

(406)

Kumpanija waħda minn CNBM Group sostniet li l-bażi għall-kalkolu tal-benefiċċju jenħtieġ li titnaqqas bl-ammont ta’ depożiti li għamlet bħala garanzija għall-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja.

(407)

F’dan ir-rigward, kif il-Kummissjoni kkonkludiet f’investigazzjonijiet preċedenti (102), jenħtieġ li l-ewwel jiġi nnutat li hija prattika komuni li l-banek jitolbu garanziji u kollaterali mingħand il-klijenti tagħhom meta jagħtuhom finanzjament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi nnutat li dawn il-garanziji jintużaw biex jiżguraw li l-produttur esportatur iġorr ir-responsabbiltà finanzjarja tiegħu fil-konfront tal-bank u mhux fil-konfront tal-fornitur. L-investigazzjoni żvelat ukoll li dawn il-garanziji ma jintalbux b’mod sistematiku mill-banek Ċiniżi u mhux dejjem huma marbuta ma’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja. F’dan ir-rigward, id-depożiti allegati ma jammontawx għal pagament bil-quddiem mill-prelevatur lill-banek iżda sempliċement garanzija addizzjonali mitluba x’imdaqqiet mill-banek u li ma għandha l-ebda impatt fuq id-deċiżjoni tal-bank li joħroġ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja mingħajr imgħax addizzjonali għas-self fuq il-prelevatur. Barra minn hekk, dawn il-garanziji jistgħu jieħdu diversi forom li jinkludu depożiti ta’ żmien fiss u pleġġijiet. Id-depożiti jġorru imgħax favur il-prelevatur, u għalhekk ma jirrappreżentawx kost għall-prelevatur tal-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni ġiet irrifjutata.

(408)

Kumpanija waħda minn CNBM Group sostniet li l-Kummissjoni jenħtieġ li teskludi mill-kalkoli tagħha l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja maħruġa lil partijiet relatati peress li l-estensjoni ta’ terminu ta’ pagament lil parti relatata permezz ta’ abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja ma tagħti l-ebda benefiċċju lill-benefiċjarju f’termini ta’ aktar likwidità minħabba li tnaqqas il-likwidità tal-kontroparti relatata b’ammont proporzjonat.

(409)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li kif imsemmi hawn fuq, abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja huwa mezz ta’ pagament u għalhekk, ma għandux l-effett li jestendi d-data ta’ maturità tal-pagament miftiehma mal-fornitur iżda għandu l-effett li jiddeferixxi l-pagament fi flus. Bħala mezz ta’ pagament, l-abbozz ta’ aċċettazzjoni bankarja jista’ jiġi approvat mill-benefiċjarju (il-fornitur) sabiex isaldi l-obbligazzjonijiet tiegħu lejn partijiet oħra. Għalhekk, ma hemm l-ebda tnaqqis proporzjonat fil-likwidità tal-partijiet relatati li rċevew l-abbozz tal-aċċettazzjoni bankarja. Għaldaqstant, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(410)

Yuntianhua Group afferma li fil-kalkolu tal-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja għal xi kumpaniji relatati, il-Kummissjoni ma użatx id-data kif ipprovduta fit-tweġiba għall-kwestjonarju.

(411)

Il-Kummissjoni nnutat li l-kalkolu kien ibbażat fuq l-aħħar sottomissjoni ta’ data pprovduta mill-kumpaniji u vverifikat matul il-verifika fuq il-post. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(412)

Fl-aħħar, kumpanija waħda minn CNBM Group għamlet talba speċifika rigward l-abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja maħruġa minn kumpanija relatata biex jiġi evitat l-għadd doppju. Il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-affermazzjoni. Madankollu, peress li d-dettalji ta’ din l-affermazzjoni huma kunfidenzjali, il-Kummissjoni indirizzaha f’divulgazzjoni speċifika lill-kumpanija kkonċernata.

3.4.3.3.   Strumenti skontati

(413)

L-investigazzjoni wriet li l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi skontaw ir-riċevibbli għal ċerti kumpaniji fil-kampjun u minflok irċevew flus.

(414)

Permezz ta’ din l-operazzjoni, l-intermedjarji finanzjarji avvanzaw lill-kumpaniji ammonti ta’ riċevibbli qabel id-data li fiha kienu dovuti. Il-kumpaniji rċevew fondi minn kmieni billi ttrasferew id-drittijiet ta’ riċevibbli futuri lil istituzzjonijiet finanzjarji wara t-tnaqqis ta’ tariffi u tar-rati ta’ skont applikabbli.

(415)

Ir-rata ta’ skont applikabbli jenħtieġ li tikkumpensa speċifikament għar-riskju ta’ inadempjenza, li huwa influwenzat ħafna mill-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-aħħar entità responsabbli li tissodisfa l-obbligu tal-ħlas.

(416)

Ir-riċevibbli skontati li nstabu matul l-investigazzjoni kellhom forom differenti bħal kambjali, bonds, fatturament, aċċettazzjonijiet bankarji u aċċettazzjonijiet kummerċjali. Kull formola topera taħt kundizzjonijiet speċifiċi u wkoll jinvolvu wkoll gradi differenti ta’ riskju sottostanti. Fil-każ ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja, l-aħħar entità responsabbli hija l-emittent tal-aċċettazzjoni bankarja, jiġifieri l-Bank. Madankollu, f’tipi oħra ta’ riċevibbli, pereż. kambjali, ittra ta’ kreditu l-aħħar entità responsabbli normalment tkun kumpanija kummerċjali.

(417)

F’ċirkostanzi normali tas-suq, ir-rata ta’ skont applikabbli jenħtieġ li tikkumpensa għall-kostijiet u għar-riskji tal-bank. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li ċerti kumpaniji fil-kampjun setgħu ġew ipprovduti b’rati preferenzjali, li jagħtu benefiċċju kumpensabbli.

(418)

Il-benefiċċju hekk ikkonferit lir-riċevituri jkun id-differenza bejn ir-rata ta’ skont applikata mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi u r-rata ta’ skont applikabbli għal operazzjoni komparabbli fis-suq, pereżempju self fuq perjodu qasir.

(419)

Madankollu, l-informazzjoni li tinsab fil-fajl ma tippermettix li jiġu identifikati r-rati ta’ skont differenti applikabbli. Barra minn hekk, il-Kummissjoni estimat li l-benefiċċju mogħti minn din il-forma ta’ sussidjar kien negliġibbli f’din l-investigazzjoni. Għalhekk, ddeċidiet li ma tikkumpensahx.

3.4.3.4.   Programmi ta’ ekwità

3.4.3.4.1.    Swap ta’ dejn ma’ ekwità

(a)   Ġenerali

(420)

Il-Kummissjoni stabbiliet abbażi ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament li CNBM kienet wettqet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni swap ta’ dejn ma’ ekwità għal RMB 4 biljun mal-Agricultural Bank of China (“ABC”) u mal-Bank of Communications (“COMM”). Kif indikat fil-premessi (208) sa (217) hawn fuq, CNBM naqset milli tipprovdi tweġiba għall-kwestjonarju u li tikkoopera mal-investigazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għall-fatti disponibbli fejn għandha x’taqsam il-valutazzjoni tagħha ta’ din it-tranżazzjoni.

(421)

ABC u COMM it-tnejn huma banek tal-Istat, meqjusa bħala korpi pubbliċi u/jew inkarigati jew diretti skont it-Taqsima 3.4.1.4 ta’ hawn fuq. Barra minn hekk, kemm ABC kif ukoll COMM instabu li kienu korpi pubbliċi f’investigazzjonijiet antisussidju preċedenti jew li ġew fdati jew diretti biex iwettqu funzjonijiet li normalment ikunu vestiti fil-gvern (103). Ma hemm l-ebda evidenza fil-fajl tal-investigazzjoni attwali li tikkontradixxi dawk is-sejbiet preċedenti.

(422)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li bank ma kienx se jikkonverti d-dejn tiegħu f’ekwità taħt kundizzjonijiet normali tas-suq mingħajr kumpens ulterjuri. Tabilħaqq, l-ekwità hija strument ħafna aktar riskjuż mid-dejn, għaliex m’hemm l-ebda assigurazzjoni li l-bank se jieħu lura l-investiment kapitali tiegħu. Barra minn hekk, l-ekwità mhux neċessarjament tiggarantixxi redditu fuq l-investiment għall-kuntrarju ta’ rata tal-imgħax fuq is-self. Ir-riskju akbar li l-banek jidħlu għalih bis-saħħa ta’ din l-iswap ta’ dejn ma’ ekwità huwa evidenzajt mis-sitwazzjoni finanzjarja dgħajfa li tinsab fir-rapport annwali tal-kumpanija għas-sena finanzjarja 2018: il-kumpanija għandha proporzjon għoli ħafna ta’ dejn nett (bejn 120 % -145 %), is-self fuq perjodu qasir li jrid jitħallas lura fi żmien sena jammonta għad-doppju tal-profitt gross annwali tal-kumpanija, u l-obbligazzjonijiet kumplessivi jirrappreżentaw 2/3 tal-fatturat annwali tagħha. Fl-aħħar nett, artiklu fl-istampa fuq is-sit web ta’ CNBM speċifikament jindika l-objettivi tal-politika industrijali u l-importanza kbira tal-kooperazzjoni strateġika bejn CNBM u ż-żewġ banek bħala r-raġuni għall-iswap. B’mod partikolari, l-artiklu tal-istampa jgħid li l-iswap se tgħin lil CNBM jikseb “riforma strutturali min-naħa tal-provvista” bħala objettiv industrijali.

(423)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni l-iswap ta’ dejn ma’ ekwità ta benefiċċju lil CNBM peress li ngħatat kundizzjonijiet preferenzjali minn korpi jew entitajiet pubbliċi jew mill-Istat li b’xi mod ieħor huma fdati jew diretti jwettqu l-objettivi tal-politika industrijali.

(b)   Speċifiċità

(424)

Il-Kummissjoni qieset li l-finanzjament preferenzjali permezz ta’ swap ta’ dejn ma’ ekwità huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-investituri huma entitajiet, li joperaw skont il-linji gwida tal-politiki tal-Istat li jelenkaw il-GFF bħala industrija mħeġġa. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni disponibbli tindika l-għoti ta’ dan is-sussidju ad hoc lil CNBM, li jagħmel is-sussidju speċifiku għal intrapriża.

(c)   Kalkolu tal-benefiċċju

(425)

Fin-nuqqas ta’ provi ulterjuri minħabba nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-Kummissjoni ma kellhiex aċċess għall-ftehimiet bejn CNBM u l-banek. Għalhekk il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta jekk ir-riskji sinifikanti li l-banek ħadu ġewx ikkumpensati b’xi mod jew ieħor. Madankollu, l-elementi kollha spjegati fil-premessa (422) jindikaw is-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli ta’ CNBM u lejn l-objettivi industrijali segwiti b’din it-tranżazzjoni, u dan jappoġġja l-konklużjoni li ma kienx hemm loġika tas-suq li tirrifletti r-riskji reali sinifikanti involuti. Konsegwentement, il-Kummissjoni kkunsidrat it-tranżazzjoni bħala ekwivalenti għall-maħfra tad-dejn, u ttrattata bħala għotja matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Billi l-għotja ttieħdet kompletament fil-perjodu ta’ investigazzjoni, din ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tal-fatturat totali tal-grupp kollu. Dan irriżulta f’ammont ta’ sussidju ta’ 1,83 %.

3.4.3.4.2.    Forom oħra ta’ injezzjonijiet ta’ ekwità

(a)   Ġenerali

(426)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kumpanija fil-kampjun (Yunnan Yuntianhua Group Co., Ltd) ibbenefikat minn fondi pprovduti minn entitajiet ikkontrollati mill-Istat permezz ta’ forom speċjali ta’ injezzjonijiet ta’ ekwità.

(427)

Dawn il-fondi ġew trasferiti f’forma ta’ ekwità li, madankollu, ma pprovdewx awtomatikament lill-investituri bi drittijiet sħaħ tal-azzjonisti. F’dan is-sens, il-fondi ġew trasferiti bi skambju ta’ sehem ta’ ekwità fil-futur fil-kumpanija riċeventi, li jsir effettiv biss wara perjodu ta’ żmien mhux determinat.

(428)

L-investigazzjoni stabbiliet li meta l-kumpanija rċeviet il-fondi, dawn ġew kontabillizzati bħala strumenti azzjonarji oħra mingħajr il-bidla mistennija fuq is-sehem tas-sjieda tal-kumpanija. L-investituri, minkejja li ttrasferixxew il-fondi, ma kisbux aċċess sħiħ għad-drittijiet tal-parteċipazzjoni azzjonarja, u lanqas ma rċevew xi pagament ta’ interess bi skambju. Kien biss wara perjodu ta’ żmien mhux determinat, iżda normalment aktar minn sena, u wara l-approvazzjoni tas-SASAC, li parti mill-fondi ġew ittrasferiti f’ekwità ta’ kapital imħallas. L-investituri, f’dak il-mument biss irċevew id-drittijiet sħaħ tal-azzjonisti.

(429)

Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-perjodu bejn l-injezzjoni ta’ kapital u l-għoti tad-drittijiet tal-azzjonisti jista’ jkun itwal minn sena. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni identifikat ammonti sostantivi ta’ injezzjonijiet ta’ ekwità li ma kinux jagħtu drittijiet tal-azzjonisti matul il-perjodu kollu ta’ investigazzjoni.

(430)

Konsegwentement, fil-prattika, sakemm id-drittijiet tal-azzjonisti jiġu rikonoxxuti, għal perjodu itwal minn sena, il-kumpanija jkollha għad-dispożizzjoni tagħha fondi bi skambju ma’ trasferiment futur tas-sjieda iżda mingħajr ma ġġarrab l-ebda kost.

(431)

F’ċirkostanzi normali tas-suq, biex tikkumpensa għall-użu ta’ fondi, kumpanija tittrasferixxi porzjon tas-sjieda tal-kumpanija ftit wara li jkunu waslu l-fondi, jew tirreġistra l-fondi bħala dejn. Madankollu, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari ta’ dawn l-arranġamenti f’dan il-każ, din il-forma ibrida ta’ finanzjament hija fil-fatt eqreb għal self klassiku mingħajr imgħax min-naħa tal-azzjonisti għal perjodu twil milli għal strument azzjonarju.

(432)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni l-kumpanija Yuntinanhua Group Co., Ltd., parti minn Yuntifanhua Group, ibbenefikat minn aċċess għal ammonti sostantivi ta’ finanzjament għal perjodu twil, li għalih ma kellha l-ebda kost. Billi din il-forma speċjali ta’ injezzjonijiet ta’ ekwità inkwistjoni ma tatx awtomatikament drittijiet tal-azzjonisti lill-investituri, il-Kummissjoni kkunsidrat li dawn kellhom effett simili għal self mingħajr imgħax.

(b)   Kumpaniji tal-investiment ikkontrollati mill-istat li jaġixxu bħala korpi pubbliċi

(433)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-investituri jistgħux jitqiesu korpi pubbliċi jew fdati jew diretti mill-GTĊ, il-Kummissjoni talbet lil Yuntianhua Group speċifika informazzjoni dwar l-azzjonisti li pprovdew fondi permezz ta’ strumenti azzjonarji oħra. L-investituri kienu: Kunming Heze Investment Center; Yunnan Jinrun Zhonghao Investment Center; u Yunnan State-owned Enterprise Reform No.2 Equity Investment Fund Partnership (Fond għar-riforma tal-intrapriżi tal-istat).

(434)

L-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni kienet tinkludi informazzjoni korporattiva, bħal ismijiet tal-azzjonisti prinċipali u l-kompożizzjoni u r-regoli tal-bord tad-diretturi ta’ kull investitur. Il-Kummissjoni talbet ukoll informazzjoni dwar il-politiki ta’ investiment tal-imsemmija investituri u aktar dettalji dwar it-trasferimenti speċifiċi ta’ fondi permezz ta’ strumenti azzjonarji.

(435)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkuntattjat lill-GTĊ u talbet l-istess informazzjoni kif deskritt fil-premessa (434). Il-GTĊ wieġeb li la kellu u lanqas ma kien iżomm informazzjoni dwar kumpaniji speċifiċi u għall-entitajiet kollha fiċ-Ċina li fihom jista’ jkollu parteċipazzjoni azzjonarja. Għalhekk, huwa rrifjutat li jwieġeb direttament iżda iddifferixxa t-tweġiba tiegħu għal dik li kienet se tagħti l-kumpanija fil-kampjun kkonċernata.

(436)

Fin-nuqqas ta’ tweġiba sħiħa, skont il-premessi (218) sa (220), il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-fatti disponibbli biex tiddetermina jekk dawk l-investituri jikkwalifikawx bħala korpi pubbliċi.

(437)

Bl-użu ta’ informazzjoni disponibbli għall-pubbliku, bħal rapporti annwali, informazzjoni disponibbli f’direttorji kummerċjali jew fuq is-siti web tal-investituri jew bażijiet ta’ data disponibbli pubblikament, il-Kummissjoni sabet li l-investituri li kienu pprovdew fondi permezz ta’ strumenti azzjonarji oħra lill-Yuntianhua Group kienu parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat.

(438)

Fir-rigward ta’ Kunming Heze Investment Center, il-Kummissjoni stabbiliet li aktar minn 98 % tal-ishma fl-aħħar mill-aħħar miżmuma mill-gvern lokali u SOEs (104). Speċifikament, fost l-azzjonisti tagħha, il-Kummissjoni sabet aktar minn 24 % tal-ishma miżmuma minn SOE Yunnan State Owned Capital Operations Ltd (Yunnan guoyou ziben yunying youxian gongsi). Il-Kummissjoni sabet ukoll li aktar minn 74 % tal-ishma ta’ Kunming Heze Investment Center miżmuma minn China Fortune International (Huaxin International Trust) li hija kumpanija finanzjarja tas-SOE China Huadan Group Co., Ltd.. Barra minn hekk, Kunming Heze Investment Center hija ġestita minn fond ta’ investiment dedikat għall-investiment f’kumpaniji pubbliċi provinċjali. Barra minn hekk, fl-entità u fl-azzjonisti tal-entità, il-Kummissjoni sabet rappreżentanti legali u membri tal-bordijiet, li preċedentament kellhom pożizzjoni eżekuttiva f’Yunnan SASAC, kif ukoll membri tas-CCP (105).

(439)

Fir-rigward ta’ Yunnan Jinrun Zhonghao Investment Center (106), il-Kummissjoni stabbiliet li aktar minn 46 % tal-ishma fl-aħħar mill-aħħar miżmuma mill-gvern lokali u SOEs. B’mod partikolari, il-Kummissjoni sabet fost l-azzjonisti liċ-China Construction Bank Trust, u operazzjoni kapitali minn Jinrun, maniġer ta’ fond ta’ investiment fl-ekwità li huwa proprjetà tal-Provinċja ta’ Yunnan

(440)

Bl-istess mod, il-Kummissjoni stabbiliet li l-Enterprise Reform No.2 Equity Investment Fund Partnership (reforma tal-fond għall-intrapriża tal-Istat) proprejtà tas-SOE Yunnan Energy Investment Group huwa tal-Istat ta’ Yunnan.

(441)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ indizji formali ta’ kontroll mill-Istat ta’ dawn l-investituri. B’mod partikolari, fin-nuqqas ta’ informazzjoni speċifika li tindika mod ieħor, il-Kummissjoni qieset li l-maniġers u s-superviżuri f’kumpaniji statali li huma sidien tal-entitajiet inkwistjoni huma preżunti li huma maħtura u akkontabbli lejn l-Istat abbażi tal-konklużjonijiet fit-Taqsimiet 3.4.1.5 u 3.4.1.6.

(442)

Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (431), il-Kummissjoni stabbiliet li l-operazzjonijiet tagħhom ma segwewx loġika purament tas-suq u ma jirriflettux ir-riskji reali tas-suq assoċjati mat-tranżazzjonijiet investigati. Minflok, f’konformità mal-politiki governattivi biex jiġu mħeġġa industriji speċifiċi, kif stabbilit fit-Taqsima 3.1 ta’ hawn fuq, dawk l-investituri aġixxew irrazzjonalment meta appoġġaw finanzjarjament lill-produttur esportatur.

(443)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li l-entitajiet ikkontrollati mill-Istat li pprovdew fondi permezz ta’ strument azzjonarju lil Yuntianhua Group huma korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b) moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku.

(444)

Barra minn hekk, anki li kieku l-entitajiet ikkontrollati mill-Istat ma jitqisux bħala korpi pubbliċi, il-Kummissjoni stabbiliet li huma kienu jitqiesu bħala li huma inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ sabiex iwettqu funzjonijiet normalment vestiti fil-gvern, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku għall-istess raġunijiet, kif stabbilit fil-premessa (269). B’hekk, fi kwalunkwe każ, l-imġiba tagħhom tiġi attribwita lill-GTĊ.

(c)   Speċifiċità

(445)

Il-Kummissjoni qieset li l-finanzjament preferenzjali permezz ta’ injezzjonijiet ta’ ekwità huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-investituri huma entitajiet, li joperaw skont il-linji gwida tal-politiki tal-Istat li jelenkaw il-GFF bħala industrija mħeġġa. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni disponibbli tindika l-għoti ta’ dan is-sussidju ad hoc lil Yunnan Yuntianhua Group Co., Ltd, li jagħmel is-sussidju speċifiku għal intrapriża.

(d)   Kalkolu tal-benefiċċju

(446)

Kif spjegat fil-premessa (432), il-Kummissjoni qieset li Yunnan Yuntianhua Group Co., Ltd. ibbenefikat minn finanzjament sostantiv permezz ta’ injezzjonijiet ta’ ekwità, li kellhom effett simili għal finanzjament b’self mingħajr imgħax. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li ssegwi l-metodoloġija ta’ kalkolu għas-self kif deskritt hawn fuq fit-Taqsima 3.4.2. Dan ifisser li l-firxa relattiva bejn il-bonds korporattivi AA tal-Istati Uniti u l-bonds korporattivi applikabbli tal-Istati Uniti BB bl-istess durata hija applikata għar-rati tal-imgħax ta’ referenza ppubblikati mill-PBOC biex iiġi stabbili imgħax ibbażata fuq is-suq għas-self, li mbagħad tiġi mqabbla mar-rata tal-imgħax reali mħallsa mill-kumpanija sabiex jiġi ddeterminat il-benefiċċju. Dan irriżulta f’ammont ta’ sussidju ta’ 0,3 %.

3.4.3.7.   Bonds

(447)

Il-kumpaniji kollha inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn finanzjament preferenzjali fil-forma ta’ bonds.

(a)   Istituzzjonijiet tal-Istat li jaġixxu bħala korpi pubbliċi

(448)

Fiċ-Ċina, l-atturi fis-suq tal-bonds huma essenzjalment l-istess entitajiet bħal dawk li huma attivi fis-suq tas-self. Kumpaniji li jixtiequ joħorġu bonds jeħtieġ li jitolbu s-servizzi ta’ istituzzjoni finanzjarja, li taġixxi bħala sottoskrittur. Is-sottoskritturi jorganizzaw il-ħruġ ta’ bonds u jipproponu r-rati tal-imgħax li bihom il-bond jiġi ppreżentat lill-investituri. Dawn is-sottoskritturi huma l-istess banek tal-Istat li jipprovdu wkoll is-self preferenzjali kif diskuss fit-Taqsima 3.4.2 ta’ hawn fuq. Barra minn hekk, l-investituri li jixtru l-bonds huma prinċipalment ukoll banek Ċiniżi (proprjetà tal-Istat), peress li aktar minn 95 % tal-volum totali ta’ negozjar tal-bonds iseħħ fis-suq interbankarju (107).

(449)

Kif deskritt fit-Taqsima 3.4.1.1 ta’ hawn fuq, dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji huma kkaratterizzati minn preżenza qawwija tal-Istat, u l-GTĊ għandu l-possibbiltà li jeżerċita influwenza sinifikanti fuqhom.

(450)

Il-qafas legali ġenerali li fih joperaw dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji, u li diġà kien deskritt fit-Taqsima 3.4.1 ta’ hawn fuq, huwa wkoll applikabbli għall-bonds. Barra minn hekk, id-dokumenti regolatorji li ġejjin japplikaw speċifikament għall-bonds:

(1)

Il-liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-Titoli, riveduta u adottata fil-18-il Laqgħa tal-Kumitat Permanenti tal-Għaxar Kungress tal-Poplu Nazzjonali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fis-27 ta’ Ottubru 2005, u b’effett mill-1 ta’ Jannar 2006 (verżjoni attwali ppromulgata fil-31 ta’ Awwissu 2014) (il-“Liġi dwar it-Titoli”);

(2)

Miżuri Amministrattivi għall-Ħruġ u n-Negozjar ta’ Bonds Korporattivi, Ordni tal-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina Nru 113, il-15 ta’ Jannar 2015;

(3)

Miżuri tal-Amministrazzjoni ta’ Strumenti ta’ Finanzjament tad-Dejn ta’ Intrapriżi mhux finanzjarji fis-Suq Interbankarju tal-Bonds Maħruġ mill-People’s Bank of China, Ordni tal-People’s Bank of China [2008] Nru 12, id-9 ta’ April 2008;

(4)

Ir-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Korporattivi, maħruġa mill-Kunsill tal-Istat fit-18 ta’ Jannar 2011.

(451)

F’konformità mal-qafas regolatorju, il-bonds ma jistgħux jinħarġu jew jiġu nnegozjati liberament fiċ-Ċina. Il-ħruġ ta’ kull bond irid ikun approvat minn diversi awtoritajiet governattivi, bħall-PBOC, l-NDRC jew is-CSRC, skont it-tip ta’ bond u t-tip ta’ emittent. Barra minn hekk, skont ir-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Korporattivi, hemm kwoti annwali għall-ħruġ ta’ bonds korporattivi.

(452)

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 16 tal-Liġi dwar it-Titoli, il-ħruġ għall-pubbliku ta’ bonds jenħtieġ li jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin: “l-investiment ta’ fondi miġbura għandu jkun konformi mal-politiki industrijali tal-Istat […]” u “l-fondi kif miġbura […] għandhom jintużaw għall-iskop kif ivverifikat”. L-Artikolu 12 tar-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Korporattivi jtenni li l-għan tal-fondi miġbura jrid ikun konformi mal-politiki industrijali tal-Istat.

(453)

Skont il-Miżuri Amministrattivi għall-Ħruġ u Negozjar ta’ Bonds Korporattivi, huma biss ċerti bonds li jikkorrispondu ma’ kriterji stretti ta’ kwalità, bħal klassifikazzjoni ta’ kreditu AAA, li jistgħu jiġu offruti għal ħruġ għall-pubbliku. Il-biċċa l-kbira tal-bonds għalhekk jinħarġu privatament lil dawk li jissejħu investituri kkwalifikati, li ġew approvati mis-CSRC, u li huma essenzjalment investituri istituzzjonali Ċiniżi.

(454)

Fl-aħħar nett, ir-rati tal-imgħax fuq il-bonds korporattivi mhumiex determinati liberament, peress li l-Artikolu 18 tar-Regolamenti dwar l-Amministrazzjoni tal-Bonds Korporattivi jiddikjara li “r-rata tal-imgħax offruta għal kwalunkwe bond korporattiv ma għandhiex tkun ogħla minn 40 % tar-rata tal-imgħax prevalenti mħallsa mill-banek lil individwi għal depożiti ta’ tfaddil b’terminu fiss tal-istess maturità”.

(455)

Il-Kummissjoni fittxet ukoll evidenza konkreta dwar l-eżerċizzju ta’ kontroll b’mod sinifikanti abbażi ta’ kwistjonijiet konkreti ta’ bonds. Għalhekk, hija eżaminat l-ambjent legali ġenerali kif stabbilit hawn fuq fil-premessi (450) sa (454), flimkien mas-sejbiet konkreti tal-investigazzjoni.

(456)

Iż-żjarat ta’ verifika wrew li normalment nħarġu bonds miż-żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun b’rati tal-imgħax qrib ir-rati tal-imgħax tal-valur referenzjarju tal-People’s Bank of China (“PBOC”), irrispettivament mis-sitwazzjoni finanzjarja u tar-riskju ta’ kreditu tal-kumpaniji.

(457)

Fil-prattika, ir-rati tal-imgħax fuq il-bonds huma influwenzati mill-klassifikazzjoni tal-kreditu, simili għas-self. Madankollu, kif deskritt hawn fuq fil-premessi (279) sa (285), is-suq lokali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu jsofri minn distorsjonijiet u l-klassifikazzjonijiet tal-kreditu mhumiex affidabbli. Dan intwera mill-fatt li l-prospetti tal-bonds u r-rapporti tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għall-bonds maħruġa mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun ma kinux jikkorrispondu mas-sitwazzjoni attwali tal-kumpaniji.

(458)

F’każ wieħed pereżempju, il-prospett dettaljat tal-bonds wissa li l-livelli tal-profitt tal-kumpanija kienu qed jonqsu, li porzjon sinifikanti tal-assi netti kien imwiegħed għal garanziji interni ta’ finanzjament, li kien hemm pressjoni għolja maħluqa minn ħlas lura tad-dejn fuq perjodu qasir, u li l-kumpanija kienet ipprevediet xi proġetti estensivi b’kapital intensiv minkejja li diġà kellha proporzjon għoli ta’ dejn ma’ assi. Madankollu, ir-rapport imbagħad ikkonkluda billi pprovda klassifikazzjoni tal-kreditu AA+ għall-offerta ta’ bonds.

(459)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi li jorganizzaw il-ħruġ ta’ bonds għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun huma korpi pubbliċi jew huma fdati jew diretti mill-gvern fis-sens tal-Artikoli 3 u 2(b) tar-Regolament bażiku kif spjegat fit-Taqsimiet 3.4.1.5 u 3.4.1.6. Barra minn hekk, ġie pprovdut benefiċċju lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, billi l-bonds inħarġu b’rati taħt ir-rati tas-suq li jikkorrispondu għall-profil ta’ riskju attwali tagħhom.

(b)   Speċifiċità

(460)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-finanzjament preferenzjali permezz ta’ bonds huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-bonds ma jistgħux jinħarġu mingħajr approvazzjoni ta’ awtoritajiet tal-gvern, u l-Liġi dwar it-Titoli tar-RPĊ tiddikjara li l-ħruġ ta’ bonds irid ikun konformi mal-politiki industrijali tal-Istat. Kif diġà ssemma fil-premessi (140) sa (177), l-industrija tal-GFF titqies bħala industrija ewlenija/strateġika.

(c)   Kalkolu tal-benefiċċju

(461)

Peress li l-bonds huma essenzjalment tip ieħor ta’ strument ta’ dejn, simili għal self, u billi l-metodoloġija ta’ kalkolu għal self hija diġà bbażata fuq basket ta’ bonds, il-Kummissjoni ddeċidiet li ssegwi l-metodoloġija ta’ kalkolu għal self kif deskritt hawn fuq fit-Taqsima 3.4.2. Dan ifisser li l-firxa relattiva bejn il-bonds korporattivi AA tal-Istati Uniti u l-bonds korporattivi tal-Istati Uniti BB bl-istess tul ta’ żmien hija applikata għar-rati tal-imgħax ta’ referenza ppubblikati mill-PBOC biex tiġi stabbilita rata tal-imgħax ibbażata fuq is-suq għal bonds, li mbagħad tiġi mqabbla mar-rata tal-imgħax reali mħallsa mill-kumpanija sabiex jiġi ddeterminat il-benefiċċju.

(462)

Kif spjegat fil-premessa (291), il-Kummissjoni sabet li ċerti kumpaniji ħarġu bonds bl-għan ta’ ristrutturar tad-dejn. F’dawn il-każijiet, kif spjegat fit-Taqsima 3.4.2.2, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kumpaniji kkonċernati huma f’sitwazzjoni finanzjarja agħar minn dik li qed jissuġġerixxu r-rapporti finanzjarji mal-ewwel daqqa t’għajn, u li hemm riskju addizzjonali relatat mal-finanzjament tagħhom fuq perjodu qasir u twil. Għalhekk, sabiex tqis l-iskopertura akbar għar-riskju, il-Kummissjoni waqqgħet livell wieħed fl-iskala ta’ klassifikazzjoni tar-riskju u adattat il-kalkolu tal-firxa relattiva wkoll għall-finanzjament tagħhom, inkluż il-bonds, billi għamlet paragun bejn il-bonds korporattivi tal-Istati Uniti AA u l-Istati Uniti B.

3.4.3.8.   Konklużjoni dwar finanzjament preferenzjali: tipi oħra ta’ finanzjament

(463)

L-investigazzjoni wriet li l-gruppi kollha fil-kampjun tal-produtturi esportaturi bbenefikaw minn finanzjament preferenzjali fil-forma ta’ abbozzi ta’ aċċettazzjoni bankarja u bonds, u tnejn mill-kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw minn finanzjament preferenzjali fil-forma ta’ injezzjonijiet ta’ ekwità matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Minħabba l-eżistenza ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju għall-produtturi esportaturi u speċifiċità, il-Kummissjoni qieset dawn it-tipi ta’ finanzjament preferenzjali bħala sussidju kumpensabbli.

(464)

Dwar CNBM, peress li din il-kumpanija ma kkooperatx, il-benefiċċju minn tipi oħrajn ta’ finanzjament preferenzjali fil-livell ta’CNBM ġie stabbilit bl-użu tal-metodoloġija spjegata fit-taqsimiet ta’ hawn fuq, applikata għall-informazzjoni disponibbli pubblikament fir-rapport annwali tal-2018 ta’ din il-kumpanija, bħal ħruġ ta’ bonds u ammonti pendenti għan-noti pagabbli.

(465)

L-ammont ta’ sussidju stabbilit fir-rigward tal-finanzjament preferenzjali deskritt hawn fuqu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun jammonta għal:

Finanzjament preferenzjali: tipi oħra ta’ finanzjament

Kumpanija/Grupp

Ammont ta’ Sussidju kumplessiv

Yuntianhua Group

6,92  %

CNBM Group

10,61  %

3.5.   Assigurazzjoni preferenzjali: assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni

(466)

L-ilmentatur allega li Sinosure tipprovdi assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq terminu qasir, medju u twil, assigurazzjoni tal-investiment u obbligazzjonijiet garantiti, fost servizzi oħrajn, fuq bażi aġevolanti lill-industriji inċentivati. Skont studju riċenti mwettaq mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (“OECD”), l-industrija Ċiniża tat-teknoloġija avvanzata, li l-industrija tal-GFF tagħmel parti minnha, irċeviet 21 % tat-total tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni pprovdut minn Sinosure (108). Barra minn hekk, Sinosure ħadet rwol attiv fit-twettiq tal-Inizjattiva “Made in China 2025”, billi tiggwida lill-intrapriżi biex jużaw ir-riżorsi ta’ kreditu nazzjonali, twettaq innovazzjoni xjentifika u teknoloġika u titjib teknoloġiku, u tgħin lill-intrapriżi li jinvestu fi swieq barranin isiru aktar kompetittivi fis-suq globali (109).

(a)   Bażi ġuridika

(1)

Notifika dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Promozzjoni tal-Kummerċ permezz tax-Xjenza u t-Teknoloġija bl-Użu tal-Assigurazzjoni ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni (Shang Ji Fa [2004] Nru 368) maħruġa b’mod konġunt mill-MOFCOM u Sinosure;

(2)

Pjan 840 inkluż fin-Notifika mill-Kunsill tal-Istat tas-27 ta’ Mejju 2009;

(3)

Notifika dwar il-Kultivazzjoni u l-Iżvilupp tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Industriji Emerġenti ta’ Deċiżjoni Strateġika li qegħdin Jaċċelleraw (GuoFa [2010] Nru 32 tat-18 ta’ Ottubru 2010), maħruġa mill-Kunsill tal-Istat u l-Linji Gwida ta’ Implimentazzjoni tagħha (GuoFa [2011] Nru 310 tal-21 ta’ Ottubru 2011)

(4)

Avviż dwar il-Ħruġ tal-Katalgu tal-Esportazzjoni tal-2006 ta’ Prodotti tat-Teknoloġija Avvanzata taċ-Ċina, Guo Ke Fa Ji Zi [2006] Nru 16

(5)

Notice on Compilation of Guide Catalogue of Chinese High-tech Products from the Ministry of Science and Technology, G.K.B.J. [2009] Nru 61 tad-9 ta’ Ottubru 2009

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(467)

Iż-żewġ gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun kellhom ftehimiet tal-assigurazzjoni tal-esportazzjoni pendenti ma’ Sinosure matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(468)

Kif intqal fil-premessa (201) ta’ hawn fuq, Sinosure naqset milli tipprovdi d-dokumentazzjoni ta’ sostenn mitluba fir-rigward tal-governanza korporattiva tagħha bħall-Istatut ta’ Assoċjazzjoni.

(469)

Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (200), Sinosure ma pprovdietx informazzjoni aktar speċifika dwar l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni pprovduta lill-industrija tal-GFF, il-livell tal-primjums tagħha jew ċifri dettaljati relatati mal-profittabbiltà tan-negozju tagħha tal-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni.

(470)

Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tikkomplementa l-informazzjoni mogħtija mill-fatti disponibbli.

(471)

Skont l-informazzjoni pprovduta f’investigazzjonijiet antisussidji preċedenti (110), Sinosure hija kumpanija tal-assigurazzjoni tal-politika tal-Istat stabbilita u appoġġjata mill-Istat sabiex tappoġġja l-iżvilupp u l-kooperazzjoni ekonomiċi u kummerċjali barranin tar-RPĊ. Il-kumpanija hija 100 % tal-Istat. Hija għandha bord tad-diretturi u bord tas-superviżuri. Il-Gvern għandu s-setgħa li jaħtar u jkeċċi lill-maniġers superjuri tal-kumpanija. Abbażi ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm indikazzjoni formali tal-kontroll tal-gvern b’rabta ma’ Sinosure.

(472)

Minbarra dan, il-Kummissjoni fittxet informazzjoni dwar jekk il-GTĊ eżerċitax kontroll sinifikanti fuq l-imġiba ta’ Sinosure fir-rigward tal-industrija tal-GFF. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni nnutat li l-Katalgu tal-Esportazzjoni tal-Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida taċ-Ċina jelenka speċifikament il-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ, inkluż il-GFF, bħala mħeġġa biex jiġu esportati (111).

(473)

Barra minn hekk, skont l-Avviż dwar l-Implimentazzjoni tal-Istrateġija ta’ Promozzjoni tal-Kummerċ permezz tax-Xjenza u t-Teknoloġija bl-Użu tal-Assigurazzjoni tal-Kreditu għall-Esportazzjoni, Sinosure jenħtieġ li żżid l-appoġġ tagħha għall-industriji u l-prodotti ewlenin billi ssaħħaħ l-appoġġ kumplessiv tagħha għall-esportazzjoni ta’ prodotti ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida. Jenħtieġ li tittratta l-industriji bħal “materjali ġodda” u industriji avvanzati u ġodda oħra elenkati fil-Katalgu tal-Esportazzjoni ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida taċ-Ċina, bħala l-fokus tan-negozju tagħha u tipprovdi appoġġ komprensiv f’termini ta’ proċeduri ta’ sottoskrizzjoni, approvazzjoni b’limiti, veloċità tal-approvazzjoni tal-pretensjonijiet u flessibbiltà tar-rati. Fir-rigward tal-flessibbiltà tar-rati, hija jenħtieġ li tagħti lill-prodotti l-iskont massimu tar-rata tal-primjum fil-medda varjabbli pprovduta mill-kumpanija tal-assigurazzjoni tal-kreditu. Kif imsemmi fil-premessi (148) u (162), l-industrija GFF hija inkluża fil-kategorija aktar ġenerali ta’ “materjali ġodda”. Barra minn hekk, ir-Rapport Annwali ta’ Sinosure għall-2017 jgħid li Sinosure għandha tranżazzjonijiet assigurati b’mod attiv ta’ industriji emerġenti strateġiċi bħal materjali ġodda (112)

(474)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ ħoloq qafas normattiv li kellu jiġi rrispettat mill-maniġers u mis-superviżuri maħtura mill-GTĊ u li huma responsabbli lejn il-GTĊ. Għalhekk, il-GTĊ iddependa fuq il-qafas normattiv sabiex jeżerċita kontroll b’mod sinifikanti fuq l-imġiba ta’ Sinosure.

(475)

Il-Kummissjoni fittxet ukoll evidenza konkreta tal-eżerċizzju ta’ kontroll b’mod sinifikanti abbażi ta’ ftehimiet ta’ assigurazzjoni konkreti. Matul iż-żjara ta’ verifika, Sinosure sostniet li fil-prattika l-primjums tagħha kienu orjentati lejn is-suq u bbażati fuq il-prinċipji tal-valutazzjoni tar-riskju. Madankollu, ma ġew ipprovduti l-ebda eżempji speċifiċi fir-rigward tal-industrija tal-GFF jew tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun.

(476)

Fin-nuqqas ta’ evidenza konkreta, il-Kummissjoni għalhekk eżaminat l-imġiba konkreta ta’ Sinosure fir-rigward tal-assigurazzjoni pprovduta lill-kumpaniji inklużi fil-kampjun. Din l-imġiba kkuntrast mal-pożizzjoni uffiċjali tagħhom, peress li ma kinux qegħdin jaġixxu abbażi tal-prinċipji tas-suq.

(477)

Wara li qabblet il-pretensjonijiet totali mħallsa mal-ammonti totali assigurati, abbażi tad-data fir-Rapport Annwali ta’ Sinosure għall-2017 (113) il-Kummissjoni kkonkludiet li bħala medja, Sinosure kellha titlob 0,26 % tal-ammont assigurat bħala primjum biex tkopri l-kost tal-pretensjonijiet (mingħajr biss ma tqis l-ispejjeż ġenerali). Madankollu, fil-prattika, il-primjums imħallsa mill-kumpaniji inklużi fil-kampjun kienu ħafna aktar baxxi mit-tariffa minima meħtieġa biex jiġu koperti l-kostijiet operazzjonali.

(478)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li xi wħud mill-produtturi esportaturi bbenefikaw minn rifużjoni parzjali jew totali tal-primjums tal-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni mħallsa lil Sinosure.

(479)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-qafas legali stabbilit hawn fuq qiegħed jiġi implimentat minn Sinosure fl-eżerċizzju ta’ funzjonijiet governattivi fir-rigward tas-settur tal-GFF. Sinsosure aġixxiet bħala korp pubbliku fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u skont il-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO. Barra minn hekk, il-prodotturi esportaturi inklużi fil-kampjun ingħataw benefiċċju, billi l-assigurazzjoni ġiet ipprovduta b’rati taħt it-tariffa minima meħtieġa biex Sinosure tkopri l-kostijiet operazzjonali tagħha.

(480)

Il-Kummissjoni ddeterminat ukoll li s-sussidji mogħtija skont il-programm ta’ assigurazzjoni għall-esportazzjoni huma speċifiċi, peress li ma setgħux jinkisbu mingħajr l-esportazzjoni u għalhekk huma kontinġenti fuq l-esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(481)

Matul iż-żjara ta’ verifika, Sinosure ddikjarat li hemm ħames parteċipanti fis-suq u li ma għandhiex informazzjoni dwar is-sehem mis-suq tagħha. Madankollu, skont l-informazzjoni pprovduta f’investigazzjoni antisussidji preċedenti, li għaliha l-perjodu ta’ investigazzjoni kien bejn l-1 ta’ Lulju 2016 u t-30 ta’ Ġunju 2017 (114), Sinosure rrappreżentat madwar 90 % tas-suq domestiku għall-assigurazzjoni tal-esportazzjoni fir-RPĊ f’dak iż-żmien u għalhekk kellha pożizzjoni tas-suq predominanti. Il-Kummissjoni ma setgħetx issib primjum domestiku tal-assigurazzjoni bbażat fuq is-suq. Għalhekk, f’konformità ma’ investigazzjonijiet antisussidji preċedenti, il-Kummissjoni użat l-aktar valur referenzjarju estern xieraq, li għalih kien hemm informazzjoni faċilment disponibbli, jiġifieri r-rati tal-primjum applikati mill-Export-Import Bank (“Ex-Im Bank”) tal-Istati Uniti tal-Amerika għal istituzzjonijiet mhux finanzjarji għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi tal-OECD.

(482)

Ir-rifużjonijiet ta’ primjums tal-assigurazzjoni għall-esportazzjoni li ngħataw matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġew ittrattati bħala għotja. Minħabba li ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ kostijiet addizzjonali mġarrba mill-kumpaniji li għalihom ikun meħtieġ aġġustament, il-benefiċċju ġie kkalkulat bħala l-ammont sħiħ tar-rifużjoni rċevut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(483)

L-ammont ta’ sussidju stabbilit fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun jammonta għal:

Finanzjament u assigurazzjoni preferenzjali: assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni

Kumpanija/Grupp

Rata tas-Sussidju

Yuntianhua Group

0,43  %

CNBM Group

0,23  %

3.6.   Il-provvista ta’ oġġetti mill-gvern għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

3.6.1.   Materja prima għal remunerazzjoni inqas minn adegwata.

(484)

Peress li l-gruppi ta’ kumpaniji investigati kienu integrati vertikalment, il-fornituri ewlenin tal-materja prima ġew inklużi fl-investigazzjoni mill-Kummissjoni, u s-sussidji rċevuti fil-livell ta’ dawn il-fornituri relatati ġew integrati fil-kalkoli għal kull skema ta’ sussidju.

(485)

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma sabitx biżżejjed evidenza biex tissostanzja l-allegazzjoni ta’ provvista ta’ oġġetti b’remunerazzjoni inqas minn adegwata minn fornituri mhux relatati lill-produtturi GFF.

3.6.2.   Drittijiet għall-użu tal-art (LUR)

(486)

L-art kollha fir-RPĊ hija jew proprjetà tal-Istat jew ta’ kollettiva, magħmula minn rħula jew bliet żgħar, qabel ma t-titolu ġuridiku jew ekwitabbli tal-art ikun jista’ jingħata privattiva jew jingħata lil sidien korporattivi jew individwali. Il-biċċiet ta’ art kollha f’żoni urbanizzati huma proprjetà tal-Istat u l-biċċiet ta’ art kollha f’żoni rurali huma proprjetà tal-irħula jew tal-bliet żgħar fihom.

(487)

Madankollu, skont il-liġi kostituzzjonali tar-RPĊ u l-Liġi dwar l-Art, il-kumpaniji u l-individwi jistgħu jixtru “drittijiet għall-użu tal-art”. Għal art industrijali, il-kera hija normalment ta’ 50 sena, u tiġġedded għal perjodu ieħor ta’ 50 sena.

(488)

Skont il-GTĊ, l-Artikolu 137 tal-Liġi dwar il-Proprjetà tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jistipula li “l-art li tintuża għal skopijiet ta’ industrija, divertiment jew djar kummerċjali, eċċ. jew l-art li għaliha hemm żewġ utenti jew aktar maħsuba għandha tiġi trasferita permezz ta’ rkant, sejħa għall-offerti jew kwalunkwe metodu ieħor ta’ offerti mill-pubbliku.” Barra minn hekk il-GTĊ, jirreferi għall-Artikolu 3 tar-Regolamenti Interim tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li Jirrigwardaw l-Għoti u t-Trasferiment tad-Dritt għall-Użu ta’ Art tal-Gvern f’Żoni Urbani. Dan l-Artikolu jiddisponi li “kwalunkwe kumpanija, intrapriża, organizzazzjoni oħra u individwu ieħor fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jew barra minnha, jistgħu, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi, jiksbu d-dritt għall-użu tal-art u jinvolvu ruħhom fl-iżvilupp, l-utilizzazzjoni u l-ġestjoni tal-art f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti.

(489)

Il-GTĊ huwa tal-fehma li fir-RPĊ hemm suq ħieles għall-art u li l-prezz imħallas minn intrapriża industrijali għat-titolu ta’ twellija tal-art jirrifletti l-prezz tas-suq.

(a)   Bażi ġuridika

(490)

Fiċ-Ċina, l-għoti tad-dritt għall-użu tal-art jaqa’ taħt il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Barra minn hekk, id-dokumenti li ġejjin huma wkoll parti mill-bażi ġuridika:

(1)

Il-Liġi tal-Proprjetà tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (l-Ordni tal-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Nru 62)

(2)

Il-Liġi tal-Amministrazzjoni tal-Art tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (l-Ordni tal-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Nru 28)

(3)

Il-Liġi tal-Amministrazzjoni tal-Proprjetà Immobbli Urbana tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (l-Ordni tal-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Nru 18);

(4)

Ir-Regolamenti interim tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina Rigward l-Għoti u t-Trasferiment tad-Dritt għall-Użu ta’ Art tal-Gvern fiż-Żoni Urbani (id-Digriet Nru 55 tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina);

(5)

Ir-Regolament dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Artijiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (l-Ordni tal-Kunsill tal-Istat tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina [2014] Nru 653);

(6)

Id-Dispożizzjoni dwar l-Għoti tad-Dritt għall-Użu ta’ Art tal-Istat għall-Kostruzzjoni permezz ta’ Sejħa għall-Offerti, Irkant u Kwotazzjoni (Tħabbira Nru 39 tas-CSRC);

(7)

Avviż tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Kwistjonijiet Rilevanti Rigward it-Tisħiħ tal-Kontroll tal-Art (Guo Fa (2006) Nru 31).

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(491)

Skont l-Artikolu 10 tad-“Dispożizzjoni dwar l-Għoti tad-Dritt għall-Użu ta’ Art għall-Kostruzzjoni tal-Istat permezz ta’ Sejħa għall-Offerti, Irkant u Kwotazzjoni”, l-awtoritajiet lokali jistabbilixxu l-prezzijiet tal-art skont is-sistema tal-evalwazzjoni tal-art urbana, li tiġi aġġornata kull tliet snin biss, u l-politika industrijali tal-gvern.

(492)

Matul iż-żjara ta’ verifika, il-GTĊ iddikjara li f’Mejju 2019 il-Ministeru tal-Finanzi ħareġ Linji Gwida dwar l-utilizzazzjoni tal-użu ta’ art industrijali biex jipprovdu informazzjoni aħjar dwar il-LUR għall-parteċipanti fis-suq, u jiżgura l-forniment skont il-ħtieġa tas-suq. Dawn il-Linji Gwida jiddikjaraw li qegħdin jinħolqu kundizzjonijiet ekwi u l-parteċipanti kollha fis-suq għandhom aċċess bl-istess kundizzjonijiet għall-art industrijali. Madankollu, dawn il-Linji Gwida ma kienux applikabbli matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u fil-ħin tal-akkwist tal-LUR mill-produtturi esportaturi fil-kampjun.

(493)

F’investigazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet imħallsa għal-LUR fir-RPĊ ma kinux rappreżentattivi ta’ prezz tas-suq iddeterminat mill-provvista u mid-domanda tas-suq ħieles, peress li s-sistema tal-irkant instabet li ma kinitx ċara, ma kinitx trasparenti u ma kinitx qiegħda tiffunzjona fil-prattika, u nstab li l-prezzijiet kienu stabbiliti b’mod arbitrarju mill-awtoritajiet. Kif issemma fil-premessa preċedenti, l-awtoritajiet jistabbilixxu l-prezzijiet skont is-Sistema ta’ Evalwazzjoni tal-Art Urbana li, fost kriterji oħrajn, tagħtihom struzzjonijiet sabiex jikkunsidraw ukoll il-politika industrijali meta jistabbilixxu l-prezz tal-art industrijali.

(494)

L-investigazzjoni attwali ma wriet ebda tibdil notevoli f’dan ir-rigward. Pereżempju, il-Kummissjoni sabet li ftit biss mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu għaddew minn proċess ta’ offerti jew minn proċess ta’ offerta pubblika simili għal xi LUR tagħhom, anki għad-drittijiet tal-użu tal-art miksuba dan l-aħħar. Għall-biċċa l-kbira tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun l-LURs kienu allokati mill-awtoritajiet lokali bi prezzijiet negozjati.

(495)

Il-Kummissjoni nnutat li hemm ukoll sistema dinamika ta’ monitoraġġ tal-art minbarra s-sistema ta’ monitoraġġ tal-art urbana. Fir-rieżami tal-iskadenza tal-Panelli Solari li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (115), il-Kummissjoni sabet li dawn il-prezzijiet huma ogħla mill-prezzijiet normattivi minimi stabbiliti mis-sistema ta’ evalwazzjoni tal-art urbana u użati mill-gvernijiet lokali, minħabba li dawn tal-aħħar kienu aġġornati biss kull tliet snin, filwaqt li l-prezzijiet tal-monitoraġġ dinamiku kienu aġġornati kull tliet xhur. Madankollu, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-prezzijiet tal-art huma bbażati fuq il-prezzijiet tal-monitoraġġ dinamiku. Fil-fatt, il-GTĊ, waqt il-verifika dwar il-panelli solari, kien ikkonferma li s-sistema ta’ monitoraġġ dinamiku tal-prezz tal-art timmonitorja l-varjazzjonijiet fil-livelli tal-prezz tal-art f’ċerti żoni (jiġifieri l-105 bliet Ċiniżi) fir-RPĊ u hija ddisinjata biex tivvaluta l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-art. Madankollu, il-prezzijiet inizjali fl-offerti u fl-irkanti kienu bbażati fuq il-valuri referenzjarji stabbiliti mis-sistema tal-evalwazzjoni tal-art. Din is-sitwazzjoni kienet għadha applikabbli matul il-PI. Barra minn hekk, f’dan il-każ, il-biċċa l-kbira tal-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun irċevew il-biċċiet ta’ art tagħhom permezz ta’ allokazzjoni.

(496)

Għall-biċċiet tal-art li kienu pprovduti permezz ta’ offerti, il-Kummissjoni sabet li f’kull każ, kien hemm offerent wieħed biss għall-art, u l-prezz imħallas kien jikkorrispondi għall-prezz inizjali tal-proċess tal-offerti. Fin-nuqqas ta’ informazzjoni dettaljata addizzjonali dwar il-proċess effettiv tal-irkant, ma kienx ċert li l-prezz inizjali kien stabbilit b’mod indipendenti u li kien jikkorrispondi għall-valur tas-suq tad-dritt tal-użu tal-art.

(497)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ sostna li f’mekkaniżmu tal-offerti, il-prezz miksub eventwalment ma jirriflettix biss il-prezz li bih il-bejjiegħ ikun lest li jbigħ jew il-prezz inizjali li bih issir l-offerta, iżda jirrifletti wkoll il-prezz li x-xerrejja lesti jħallsu u l-prezz li eventwalment jintlaħaq permezz ta’ tali mekkaniżmu u li għalhekk jirrifletti kemm id-domanda kif ukoll il-provvista. Jekk, wara li jkun tlesta l-mekkaniżmu ta’ offerti, il-prezz finali “jikkorrispondi għall-prezz inizjali tal-proċess tal-offerti”, dan ifisser sempliċiment li dan huwa l-prezz li jirrifletti d-domanda u l-provvista f’dak il-mument partikolari. Il-Kummissjoni qablet mal-GTĊ dwar il-prinċipji bażiċi ta’ mekkaniżmi tal-offerti deskritti, iżda nnotat li tali mekkaniżmu jista’ jaħdem biss meta jkun hemm diversi offerenti għal ċerta biċċa art. Madankollu, il-Kummissjoni ma sabitx eżempju wieħed f’din l-investigazzjoni, jew anki f’investigazzjonijiet preċedenti, fejn kien hemm aktar minn offerent wieħed għall-art, u fejn setgħet ġiet osservata l-interazzjoni tad-domanda u l-provvista. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(498)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet ukoll li xi kumpaniji rċevew rifużjonijiet mingħand l-awtoritajiet lokali biex jikkumpensaw għall-prezzijiet li ħallsu għal-LURs. Barra minn hekk, xi wħud mil-LURs miksuba mill-kumpaniji f’CNBM Group kellhom jitħallsu biss diversi snin wara li l-art tkun bdiet tintuża.

(499)

L-evidenza ta’ hawn fuq tikkontradixxi l-affermazzjonijiet tal-GTĊ li l-prezzijiet imħallsa għal-LUR fir-RPĊ huma rappreżentattivi ta’ prezz tas-suq li jiġi stabbilit mill-provvista u mid-domanda fis-suq ħieles.

(c)   Konklużjoni

(500)

Is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni juru li s-sitwazzjoni li tikkonċerna l-akkwist tal-LURs fir-RPĊ mhijiex trasparenti u li l-prezzijiet ġew stabbiliti b’mod arbitrarju mill-awtoritajiet.

(501)

Għalhekk, l-għoti ta’ drittijiet għall-użu tal-art mill-GTĊ jenħtieġ li jitqies bħala sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) (iii) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ provvista ta’ oġġetti li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri. Kif spjegat fil-premessi (491) sa (499) ta’ hawn fuq, ma hemm l-ebda suq funzjonanti għall-art fir-RPĊ u l-użu ta’ valur referenzjarju estern (ara l-premessi (506) sa (515) ta’ hawn taħt) juri li l-ammont li l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ħallsu għad-drittijiet għall-użu tal-art huwa ferm inqas mir-rata normali tas-suq.

(502)

Fil-kuntest ta’ aċċess preferenzjali għal art industrijali għall-kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji, il-Kummissjoni tinnota li l-prezz stabbilit mill-awtoritajiet lokali għandu jqis il-politika industrijali tal-gvern, kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (493). F’din il-politika industrijali, l-industrija GFF hija elenkata bħala industrija mħeġġa (116). Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat tirrikjedi li l-awtoritajiet pubbliċi jiżguraw li l-art tiġi pprovduta lill-industriji mħeġġa. L-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni Nru 40 jagħmilha ċara li l-industriji li huma “ristretti” mhux se jkollhom aċċess għad-drittijiet għall-użu tal-art. Minn dan isegwi li s-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(a) u 4(2)(c) tar-Regolament bażiku peress li l-għoti preferenzjali ta’ art huwa limitat għal kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji, f’dan il-każ is-settur tal-GFF, u l-prattiki tal-gvern f’dan il-qasam mhumiex ċari u mhumiex trasparenti.

(503)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ tenna l-kummenti pprovduti dwar it-Taqsima 3.1 ta’ hawn fuq fir-rigward tal-LUR ukoll, u qal li l-ebda wieħed mid-dokumenti msemmija mill-Kummissjoni ma għandu rabta diretta mal-GFF, u l-ebda wieħed minnhom ma jillimita d-dispożizzjoni allegatament preferenzjali tal-LURs għal ċerti intrapriżi. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat ma ssemmix li l-awtoritajiet pubbliċi jenħtieġ li jiżguraw li l-art tiġi pprovduta lill-industriji mħeġġa.

(504)

Bi tweġiba, il-Kummissjoni rreferiet għall-argumenti diġà żviluppati fit-Taqsima 3.1 hawn fuq, fejn enfasizzat li l-GFF hija tabilħaqq industrija mħeġġa. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat issemmi fl-Artikolu XII li “Il-Katalgu ta’ Gwida għar-Ristrutturar tal-Industrija” huwa referenza importanti biex jiggwida l-investiment, l-immaniġġjar tal-gvern ta’ proġetti ta’ investiment u l-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ taxxa, krediti, art (enfasi miżjuda) u importazzjoni u esportazzjoni”. Barra minn hekk, l-introduzzjoni tad-Deċiżjoni Nru 40 tgħid li “Id-dipartimenti kollha kkonċernati jenħtieġ li jaċċelleraw il-passi fil-formulazzjoni u fl-emendar tal-politiki rilevanti tat-taxxa, il-kreditu, l-art (enfasi miżjuda) u l-importazzjoni u l-esportazzjoni, eċċ., u jsaħħu l-koordinazzjoni mal-politiki industrijali sabiex tiġi pperfezzjonata aktar is-sistema ta’ politika tal-promozzjoni tar-ristrutturar industrijali”. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu XVIII tad-Deċiżjoni Nru 40 jgħid li għall-industriji li jaqgħu taħt il-kategorija limitata “Id-dipartimenti li jirregolaw l-investiment ma għandhomx jeżaminaw, japprovaw jew jirreġistraw, l-ebda istituzzjoni finanzjarja ma tista’ tagħti self, l-ebda dipartiment ieħor li jirregola l-immaniġġjat tal-art , l-ippjanar u l-kostruzzjoni tal-bliet, il-ħarsien ambjentali, l-ispezzjoni tal-kwalità, it-tifi tan-nar, id-dwana, l-industrija u l-kummerċ, eċċ, ma jistgħu jgħaddu minn proċeduri rilevanti” (enfasi miżjuda). Għalhekk hemm rabta ċara bejn il-politiki industrijali għall-industriji mħeġġa u l-politika għall-provvista tal-art. L-affermazzjonijiet tal-GTĊ għalhekk ġew miċħuda.

(505)

Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li dan is-sussidju huwa kumpensabbli.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(506)

Bħal f’investigazzjonijiet preċedenti (117) u f’konformità mal-Artikolu 6(d)(ii) tar-Regolament bażiku, il-prezzijiet tal-art mit-Territorju Doganali Separat tat-Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu (“it-Tajpej Ċiniż”) intużaw bħala valur referenzjarju estern (118). Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jiġi kkalkulat billi tittieħed inkunsiderazzjoni d-differenza bejn l-ammont effettivament imħallas minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun (jiġifieri l-prezz effettiv imħallas kif iddikjarat fil-kuntratt u, meta applikabbli, il-prezz iddikjarat fil-kuntratt imnaqqas bl-ammont ta’ rifużjonijiet/għotjiet mill-gvern lokali) għad-drittijiet għall-użu tal-art u l-ammont li normalment kellu jitħallas abbażi tal-valur referenzjarju tat-Tajpej Ċiniż.

(507)

Il-Kummissjoni tqis it-Tajpej Ċiniż bħala valur referenzjarju estern xieraq għar-raġunijiet li ġejjin:

il-livell komparabbli ta’ żvilupp ekonomiku, il-PDG u l-istruttura ekonomika fit-Tajpej Ċiniż u l-parti l-kbira mill-provinċji u l-ibliet fir-RPĊ fejn huma bbażati l-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun;

il-prossimità fiżika tar-RPĊ u tat-Tajpej Ċiniż;

il-livell għoli ta’ infrastruttura industrijali kemm fit-Tajpej Ċiniż kif ukoll f’ħafna provinċji tar-RPĊ;

ir-rabtiet ekonomiċi u l-kummerċ transkonfinali b’saħħithom bejn it-Tajpej Ċiniż u r-RPĊ;

id-densità għolja tal-popolazzjoni f’ħafna mill-provinċji tar-RPĊ u fit-Tajpej Ċiniż;

is-similarità bejn it-tip ta’ art u t-tranżazzjonijiet użati għat-tiswir tal-valur referenzjarju rilevanti fit-Tajpej Ċiniż ma’ dawk tar-RPĊ; u

il-karatteristiċi demografiċi, lingwistiċi u kulturali komuni bejn it-Tajpej Ċiniż u r-RPĊ.

(508)

Il-Kummissjoni użat il-prezz medju tal-art għal kull metru kwadru stabbilit fit-Tajwan ikkoreġut għall-inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG mid-dati tal-kuntratti rispettivi tad-dritt għall-użu tal-art, billi segwiet il-metodoloġija applikata f’investigazzjonijiet preċedenti (119). L-informazzjoni rigward il-prezzijiet tal-art industrijali kif kienu fl-2015 inġabret mis-sit web tal-Uffiċċju Industrijali tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi tat-Tajwan (120). Għas-snin ta’ qabel, il-prezzijiet ġew ikkoreġuti permezz tar-rati ta’ inflazzjoni u tal-evoluzzjoni tal-PDG per capita bil-prezzijiet kurrenti f’USD għat-Tajwan kif ippubblikati mill-FMI għall-2015.

(509)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, diversi partijiet qalu li t-Tajpej Ċiniża ma kienx valur referenzjarju estern xieraq. Parti waħda ssuġġeriet l-użu tal-Indja minflok it-Taipei Ċiniża għar-raġunijiet li ġejjin:

Il-prezzijiet tal-art industrijali jinġabru minn għadd kbir ta’ oqsma industrijali differenti fl-istati ta’ Bihar, Maharashtra u Tamil Nadu,

Dawn it-tliet stati huma industrijalizzati sew u għandhom livell għoli ta’ żvilupp ekonomiku u infrastruttura industrijali simili għaċ-Ċina

Dawn it-tliet stati huma ġeografikament qrib xulxin u ċ-Ċina,

Hemm rabtiet ekonomiċi u kummerċ transfruntier stabbiliti sew bejn l-Indja u ċ-Ċina,

It-22 belt għandhom densitajiet tal-popolazzjoni simili għall-bliet industrijalizzati Ċiniżi,

Kemm iċ-Ċina kif ukoll l-Indja għandhom artijiet battala kbar disponibbli għall-użu fil-futur, għall-kuntrarju ta’ Tajwan li huwa limitat għal gżira iżolata

Fl-aħħar, id-data dwar il-prezzijiet tal-art industrijali hija pubblikament disponibbli fl-Indja.

(510)

Madankollu, l-affermazzjoni ta’ din il-parti injorat element kruċjali fl-analiżi tagħha, jiġifieri l-livell ta’ żvilupp ekonomiku ta’ dawn il-provinċji. Skont sorsi pubbliċi, il-livell ta’ PDG per capita ta’ dawn il-provinċji Indjani huwa inferjuri ħafna aktar minn dak tal-bliet/provinċji fejn huma bbażati l-produtturi esportaturi. Fil-fatt, il-PDG per capita ta’ Maharastra (121), li huwa l-ogħla fost it-tliet provinċji msemmija, kien jammonta għal USD 3 000 biss fl-2018–2019, filwaqt li l-livell tal-PDG fil-provinċja ta’ Zhejiang (użat għal skopijiet ta’ tqabbil mill-ilmentatur) kien jgħodd USD 14 907 fl-2018 (122). Meta jitqies dan ta’ hawn fuq u l-fatturi elenkati fil-premessa (507), din l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda.

(511)

Barra minn hekk, il-GTĊ qal li jenħtieġ li jintużaw prezzijiet domestiċi f’dan il-każ minħabba li huma involuti wkoll kumpaniji privati f’sullokazzjoni jew trasferiment ta’ LURs fiċ-Ċina, u l-GTĊ għalhekk mhuwiex l-uniku attur f’dak is-suq. Sabiex tiġi eżaminata din l-affermazzjoni l-Kummissjoni teħtieġ li l-ewwel tistabbilixxi n-natura u d-daqs tas-suq tal-art għall-atturi privati meta mqabbla mas-suq immexxi mill-gvern kif ukoll kwalunkwe interferenza possibbli mill-awtoritajiet ċentrali u lokali f’dak allegat suq tal-art li jopera privatament. Barra minn hekk, jenħtieġ li tkun disponibbli data komprensiva u aġġornata dwar l-ipprezzar tat-tranżazzjonijiet. Madankollu, il-GTĊ naqas milli jipprovdi statistika jew data li tippermetti lill-Kummissjoni teżamina l-proposta, u l-Kummissjoni ma setgħet issib l-ebda data disponibbli pubblikament dwar is-suġġett. Barra minn hekk, anki jekk tingħata din l-informazzjoni, din tkun tikkonċerna biss suq sekondarju tat-trasferimenti, peress li hemm biss parteċipant wieħed fis-suq primarju (jiġifieri l-allokazzjoni oriġinali ta’ LUR dejjem titwettaq mill-GTĊ). Tabilħaqq, is-suq primarju tal-allokazzjoni oriġinali ta’ 50 sena huwa differenti mill-kera fis-suq sekondarju, li normalment jenħtieġ li tkin għal perjodu ferm iqsar, jew tal-inqas bi klawżoli differenti għar-rivalwazzjoni, it-terminazzjoni, eċċ. Għalhekk, il-Kummissjoni kompliet tiddependi fuq l-informazzjoni disponibbli għas-suq primarju, li huwa s-suq li qed jiġi investigat f’dan il-każ.

(512)

Il-GTĊ argumenta wkoll li f’każ li l-Kummissjoni tagħżel li tipproċedi b’valur referenzjarju estern, jenħtieġ li jsir aġġustament għall-fattur tad-densità tal-popolazzjoni, li mbagħad jaffettwa d-domanda u konsegwentement il-prezzijiet. Tabilħaqq, bejn l-2015 u l-2018, id-densità tal-popolazzjoni fit-Tajpej Ċiniż kienet 4,4 darbiet ogħla milli kienet fiċ-Ċina. B’mod partikolari, filwaqt li d-densità tal-popolazzjoni għaċ-Ċina bejn l-2015 u l-2018 kienet ta’ madwar 147 persuna għal kull kilometru kwadru ta’ art, id-densità tal-popolazzjoni għat-Tajpej Ċiniż kienet ta’ madwar 650 persuna għal kull km2 ta’ art fl-istess perjodu. Is-sitwazzjoni tal-art u l-prezzijiet f’dawn iż-żewġ pajjiżi huma għalhekk inkomparabbli.

(513)

Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li l-GTĊ qabbel iċ-ċifri tad-densità tal-popolazzjoni fil-livell tal-pajjiż kollu. B’ħarsa aktar mill-qrib lejn id-densità tal-popolazzjoni tal-postijiet attwali tal-produtturi esportaturi, jidher li ċ-ċifri tad-densità tal-popolazzjoni huma fil-fatt pjuttost simili. Pereżempju, id-densità tal-popolazzjoni ta’ Zhejiang kienet ta’ 560 persuna għal kull m2 fl-2018, u d-densità tal-popolazzjoni ta’ Shandong kienet ta’ 640 persuna kull km2 (123). Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kienx iġġustifikat aġġustament.

(514)

Il-GTĊ talab ukoll lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali dwar is-similarità bejn it-tip ta’ art u t-tranżazzjonijiet użati biex inħadem il-valur referenzjarju rilevanti, kif imsemmi fil-premessa (507) hawn fuq. Il-Kummissjoni enfasizzat f’dan ir-rigward li fiż-żewġ każijiet, it-tranżazzjonijiet jikkonċernaw art industrijali ta’ ċertu daqs f’żoni industrijali.

(515)

Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidju ġie allokat għall-perjodu ta’ investigazzjoni permezz tal-ħajja normali tad-dritt għall-użu tal-art industrijali, jiġifieri 50 sena. Dan l-ammont imbagħad ġie allokat fuq il-fatturat totali tal-kumpanija rispettiva matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, peress li s-sussidju ma jiddependix mill-andament tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

(516)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, Yuntianhua Group sostna li kien hemm żball klerikali fuq il-valur użat f’kuntratt speċifiku ta’ LUR. Il-Kummissjoni aċċettat din l-affermazzjoni u kkoreġiet il-valur skont dan.

(517)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, CNBM Group argumenta li kuntratt ta’ LUR minnhom jenħtieġ li jitneħħa minħabba li kien ġie riċevut wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, il-benefiċċju għal LUR mixtri fl-2018 jenħtieġ li jiġi kkalkulat pro rata għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Fl-aħħar, CNBM Group qal li għal biċċa art oħra, li kienet mixtrija minn kumpanija relatata fl-1998 u li ġiet investita fil-produttur esportatur fl-2004, il-Kummissjoni kien imissha użat id-data tat-tranżazzjoni tal-2004 sabiex tikkalkula l-benefiċċju. Il-Kummissjoni ċaħdet l-ewwel affermazzjoni, peress li l-kuntratt tax-xiri tal-LUR inkwistjoni kien diġà ġie ffirmat fl-2018, u għalhekk is-sjieda kienet għaddiet għand l-kumpanija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni aċċettat it-tieni affermazzjoni dwar il-kalkolu pro rata, u aġġustat il-kalkolu tal-benefiċċju skont dan għall-kumpaniji kollha, li xtraw LUR fl-2018. L-aħħar affermazzjoni ġiet miċħuda, minħabba li t-tranżazzjoni li tmur lura għall-2004 kienet tikkonċerna trasferiment bejn il-kumpaniji u għalhekk ma tirriflettix il-valur reali li bih l-art kienet oriġinarjament akkwistata mill-grupp.

(518)

Wara d-divulgazzjoni definittiva addizzjonali, CNBM Group sostna li l-Kummissjoni kellha tuża d-data li fiha ġew riċevuti l-biċċiet ta’ art bħala l-punt tat-tluq għall-kalkolu tal-benefiċċju. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa preċedenti, is-sjieda tal-art, bid-drittijiet u l-obbligi korrispondenti, kienet diġà dovuta lill-kumpanija mid-data tal-kuntratt tax-xiri. Barra minn hekk, il-prezz tal-art, li fuqu huwa bbażat il-kalkolu tal-benefiċċju kien stabbilit ukoll mill-kuntratt tax-xiri. L-affermazzjonijiet tal-kumpanija għalhekk ġew miċħuda.

(519)

L-ammont ta’ sussidju stabbilit fir-rigward ta’ dan is-sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun jammonta għal:

Għoti ta’ Drittijiet għall-użu tal-art bi prezz inferjuri mir-remunerazzjoni adegwata

Kumpanija/Grupp

Rata tas-Sussidju

Yuntianhua Group

4,08  %

CNBM Group

3,63  %

3.7.   Dħul tal-gvern rinunzjat jew mhux miġbur

3.7.1.   Provvista ta’ elettriku b’rati mnaqqsa

(520)

Il-kumpaniji kollha fil-kampjun xtraw l-elettriku tagħhom.

(521)

Dwar l-istess mill-kumpaniji fil-kampjun, il-prezzijiet tax-xiri tal-elettriku segwew il-livelli tal-prezzijiet stabbiliti uffiċjalment fil-livell provinċjali għal klijenti industrijali kbar. Kif instab fl-investigazzjonijiet preċedenti (124), dan il-livell ma ta ebda vantaġġ speċifiku lil dawn il-klijenti industrijali kbar. Madankollu, il-Kummissjoni stabbiliet li l-kumpaniji investigati fiż-żewġ gruppi fil-kampjun ibbenefikaw minn tnaqqis jew rifużjonijiet ta’ parti mill-kost tagħhom tal-elettriku fil-forma ta’ għotjiet.

(a)   Bażi ġuridika

Circular of the National Development and Reform Commission and the National Energy Administration on Actively Promoting the Market-oriented Power Transactions and Further Improving the Trading Mechanism, Fa Gua Yun Xing [2018] Nru 1027, maħruġa fis-16 ta’ Lulju 2018

Diversi Opinjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Approfondiment Ulterjuri tar-Riforma tas-Sistema tal-Elettriku (Zhong Fa [2015] Nru 9);

Notice on Taking Efforts on the Construction of Power Market in 2017 of Shandong Economy and Information Technology Committee, LJXDL [2017] Nru 93

Notice on Amending the 2017 Direct Electricity Trading Rules of the National Energy Administration Shandong Supervision Office, LJNSC [2017] Nru 36

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(522)

Il-Kummissjoni sabet li xi utenti industrijali kbar ewlenin tal-elettriku jitħallew jixtru l-elettriku direttament mill-ġeneraturi tal-enerġija minflok ma jixtru mill-grilja, jew billi jiffirmaw ftehimiet ta’ xiri dirett jew billi jkunu kkwalifikati biex jipparteċipaw fis-“Sistema ta’ kummerċ tal-elettriku orjentata lejn is-suq”. Xi kumpaniji inklużi fil-kampjun kellhom tali ftehimiet dwar ix-xiri tal-elettriku dirett jew kienu kkwalifikati biex jipparteċipa fis-“Sistema ta’ kummerċ tal-elettriku orjentata lejn is-suq” matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għall-biċċa l-kbira tal-kumpaniji investigati, il-prezzijiet li ġew irċevuti permezz ta’ kuntratti/sistema ta’ negozjar bħal dawn kienu aktar baxxi mill-prezzijiet fissi stabbiliti fil-livell provinċjali għal klijenti industrijali kbar.

(523)

Il-possibbiltà li wieħed jidħol f’tali kuntratti diretti jew li jkun ikkwalifikat biex jipparteċipa fis-“Sistema ta’ kummerċ tal-elettriku orjentata lejn is-suq” bħalissa mhijiex miftuħa għall-klijenti industrijali kbar kollha. Fil-livell nazzjonali, l-Opinjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Approfondiment Ulterjuri tar-Riforma tas-Sistema tal-Enerġija jispeċifikaw pereżempju li “intrapriżi li ma jikkonformawx mal-politika industrijali nazzjonali u li l-prodotti u l-proċessi tagħhom huma eliminati ma għandhomx jipparteċipaw fi tranżazzjonijiet diretti.” (125)

(524)

Fil-prattika, in-negozjar dirett tal-elettriku jiġi eżegwit mill-provinċji. Il-kumpaniji jridu japplikaw għand l-awtoritajiet provinċjali għall-approvazzjoni biex jipparteċipaw fl-iskema pilota diretta tal-elettriku, u jridu jissodisfaw ċerti kriterji.

(525)

Pereżempju, fil-Provinċja ta’ Shandong, l-Avviż dwar Emenda tal-2017 Regoli tal-Kummerż Dirett tal-Elettriku tal-Uffiċċju Nazzjonali tas-Sorveljanza tal-Amministrazzjoni tal-Enerġija ta’ Shandong jgħid li “l-utenti li jipparteċipaw fil-kummerċ dirett tal-elettriku għandhom jiġu kkonfermati skont il-kundizzjonijiet tal-aċċess tal-2017 approvati mill-Kumitat tal-Ekonomija u t-Teknoloġija ta’ Shandong. Biex jieħdu sehem fil-kummerċ dirett tal-elettriku, l-intrapriżi li jbigħu l-elettriku għandhom iressqu applikazzjoni ta’ reġistrazzjoni għand Shandong Electric Power Trading Center, u jistgħu jipparteċipaw fil-kummerċ dirett tal-elettriku wara li jkunu ġew analizzati u ppubbliċizzati miċ-Ċentru”. F’dak ir-rigward, hija stabbilita lista ta’ intrapriżi eliġibbli li jikkwalifikaw biex jipparteċipaw fis-sistema tal-kummerċ tal-elettriku orjentata lejn is-suq u mħabbra f’avviż tal-Kummissjoni tat-Teknoloġija Ekonomika u tal-Informazzjoni ta’ Shandong (126).

(526)

Għal ċerti kumpaniji, fil-fatt ma hemm l-ebda proċess ta’ negozjar jew ta’ offerti, peress li l-kwantitajiet mixtrija b’kuntratti diretti mhumiex ibbażati fuq il-provvista u d-domanda reali. Tabilħaqq, il-ġeneraturi tal-elettriku u l-utenti tal-elettriku mhumiex liberi li jbigħu jew jixtru l-elettriku kollu tagħhom direttament. Huma ristretti minn kwoti kwantitattivi li huma allokati lilhom mill-gvern lokali.

(527)

Barra minn hekk, għalkemm il-prezzijiet suppost li jiġu nnegozjati direttament bejn il-ġeneraturi tal-elettriku u l-utent tal-elettriku jew permezz ta’ kumpaniji ta’servizzi intermedji, il-fatturi lill-kumpaniji fil-fatt għadhom jinħarġu mill-Kumpanija tal-Grilja tal-Istat. Pereżempju l-Avviż dwar l-Emenda tal-Regoli tal-2017 tal-Kummerċ Dirett tal-Elettriku tal-Uffiċċju Nazzjonali tas-Sorveljanza tal-Amministrazzjoni tal-Enerġija ta’ Shandong jistipula li, “State Grid Shandong Electric Power Company se tiċċarġja t-tariffa kummerċjali diretta għall-elettriku” u li “State Grid Shandong Electric Power Company għandha toħroġ il-fattura tal-VAT lill-utenti, u lill-impriżi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija”.

(528)

Fl-aħħar nett, il-kuntratti kollha ta’ xiri dirett iffirmati jridu jiġu ppreżentati lill-gvern lokali għar-reġistrazzjoni.

(529)

Fl-2018, il-GTĊ ħareġ il-Circular of the National Development and Reform Commission and the National Energy Administration on Actively Promoting the Market-oriented Power Transactions and Further Improving the Trading Mechanism, (Fa Gai Yun Xing [2018] Nru 1027). Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li din il-leġiżlazzjoni nħarġet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u għadha ma ġietx implimentata. Barra minn hekk, minkejja li ċ-Ċirkolari għandha l-għan li żżid l-għadd ta’ tranżazzjonijiet diretti fis-suq tal-elettriku, din issemmi speċifikament ċerti industriji, inklużi l-industrija tal-materjali tal-bini u industriji b’teknoloġija avvanzata, bħal li huma appoġġati u li jibbenefikaw mil-liberalizzazzjoni tas-suq tal-elettriku. B’mod partikolari, iċ-Ċirkolari tistipula li “l-appoġġ għall-utenti b’konsum annwali tal-elettriku ta’ aktar minn 5 miljun kWh biex jitwettqu transazzjonijiet diretti tal-elettriku ma’ intrapriżi tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. Fl-2018, il-pjanijiet tal-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-faħam, il-ħadid u l-azzar, il-metalli mhux tal-ħadid, il-materjali tal-bini u erba’ industriji oħra se jiġu liberalizzati”. Barra minn hekk, iċ-Ċirkolari tindika li “l-appoġġ ta’ industriji emerġenti b’valur miżjud għoli, bħalma huma l-industriji tat-teknoloġija avvanzata, l-Internet, il-big data u l-manifattura ta’ kwalità għolja, kif ukoll intrapriżi b’vantaġġi u karatteristiċi distinti u kontenut għoli ta’ teknoloġija, biex jipparteċipaw fi tranżazzjonijiet, ħielsa minn livelli ta’ vultaġġ u minn restrizzjonijiet fuq il-konsum tal-enerġija”.

(530)

Għalhekk, il-leġiżlazzjoni pprevediet applikazzjoni selettiva ta’ tranżazzjonijiet diretti fis-suq tal-elettriku għal ċerti industriji bħall-industriji tal-materjali tal-bini u tat-teknoloġija avvanzata. Din l-applikazzjoni selettiva għandha r-riżultat li tapplika prezzijiet orħos għall-elettriku mill-Istat lil kumpaniji minn dawn l-industriji.

(c)   Konklużjoni

(531)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li r-rata mnaqqsa għall-elettriku inkwistjoni hija sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul rinunzjat mill-GTĊ (jiġifieri l-operatur tal-grilja) li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar tal-prezz tal-elettriku, peress li l-elettriku ngħata b’rati inqas mill-prezz normali tal-grilja mħallas minn utenti industrijali kbar oħrajn li ma jistgħux jibbenefikaw minn forniment dirett. Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din l-iskema għal intrapriżi li jikkonformaw ma’ ċerti objettivi ta’ politika industrijali stabbiliti mill-Istat u li l-prodotti jew il-proċess tagħhom ma ġewx eliminati bħala mhux eliġibbli.

(532)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskema ta’ sussidju kienet fis-seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u li hija speċifika fis-sens tal-Artikoli 4(2)(a) u 4(3) tar-Regolament bażiku.

(533)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTĊ sostna li l-Kummissjoni naqset milli turi li l-entitajiet li jipprovdu l-elettriku b’rati allegatament imnaqqsa, jiġifieri li l-ġeneraturi tal-enerġija u l-kumpaniji tal-grilja tal-istat, huma korpi pubbliċi jew huma inkarigati jew diretti mill-gvern.

(534)

F’dan ir-rigward, kif spjegat fil-premessi (523) sa (528), il-Kummissjoni nnutat li s-sistema ta’ negozjar dirett tal-elettriku u l-kundizzjonijiet li taħthom il-kumpaniji jitħallew jipparteċipaw huma stabbiliti mill-Istat u eżegwiti mill-provinċji. Fil-fatt, il-kumpaniji jridu jiksbu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet provinċjali biex jipparteċipaw fl-iskema pilota tal-elettriku dirett. Barra minn hekk, kif indikat fil-premessa (527), għalkemm il-prezzijiet suppost jiġu nnegozjati direttament bejn il-ġeneraturi tal-elettriku u l-utent tal-enerġija jew permezz ta’ kumpaniji intermedjarji tas-servizzi, il-fatturi lill-kumpaniji jinħarġu mill-Kumpanija tal-Grilja tal-Istat. Meta jitqies li s-sistema ta’ negozjar dirett tal-elettriku hija mfassla u kkontrollata mill-Istat permezz tal-implimentazzjoni tagħha mill-awtoritajiet provinċjali, u li l-Kumpanija tal-Grilja tal-Istat toħroġ il-fatturi, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rati mnaqqsa nnegozjati huma pprovduti minn korpi pubbliċi. Għaldaqstant, l-affermazzjoni tal-GTĊ ġiet miċħuda.

(535)

Barra minn hekk, il-GTĊ qies li l-Kummissjoni naqset milli turi kif il-provvista tal-elettriku b’rati allegatament imnaqqsa hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tal-Ftehim SCM. Il-GTĊ sostna li l-Opinjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Approfondiment Ulterjuri tar-Riforma tas-Sistema tal-Enerġija, li għaliha rreferiet il-Kummissjoni, ma jillimitawx l-aċċess għal dan l-allegat sussidju lil ċerti intrapriżi, peress li mhumiex obbligatorji iżda biss linja gwida. Barra minn hekk, il-GTĊ qies li l-affermazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ispeċifiċità hija inkoerenti minħabba li, fuq naħa, il-Kummissjoni ddikjarat li GFF hija industrija inċentivata u, min-naħa l-oħra, hija ddikjarat li xi kumpaniji fil-kampjun biss kienu eliġibbli għas-sistema diretta ta’ negozjar tal-elettriku.

(536)

F’dan ir-rigward, kif intqal fil-premessa (523), il-possibbiltà li wieħed jidħol f’kuntratti diretti jew li jiġi kkwalifikat biex jipparteċipa fis-“Sistema ta’ negozjar tal-elettriku orjentata għas-suq”, attwalment mhijiex miftuħa għall-konsumaturi industrijali kbar kollha. Tabilħaqq il-kumpaniji jridu japplikaw għand l-awtoritajiet provinċjali għall-approvazzjoni biex jipparteċipaw fl-iskema pilota diretta tal-elettriku, u jridu jissodisfaw ċerti kriterji bħal li jkunu “konformi mal-politika industrijali nazzjonali”. Il-fatt li l-Opinjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Approfondiment Ulterjuri tar-Riforma tas-Sistema tal-Enerġija jista’ ma jkollhomx natura obbligatorja de jure, huwa irrilevanti peress li l-investigazzjoni wriet li ċerti kumpaniji biss irċevew approvazzjoni biex jipparteċipaw fis-sistema diretta ta’ negozjar tal-elettriku u b’hekk ibbenefikaw minn tnaqqis fil-prezzijiet tal-elettriku. Barra minn hekk, anki l-fatt li l-kumpaniji huma soġġetti għal approvazzjoni speċifika biex jibbenefikaw mill-prezzijiet imnaqqsa tal-elettriku jindika l-karattru speċifiku ta’ din l-iskema. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(537)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, waħda mill-kumpaniji minn CNBM Group ikkontestat il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-fatt li ċerti kumpaniji huma approvati biex jipparteċipaw fis-“sistema tal-elettriku orjentata lejn is-suq” billi jixtru l-elettriku direttament mingħand il-fornituri tal-elettriku minflok mill-Grilja tal-Istat, jikkostitwixxi “introjtu mitluf” mill-GTĊ. Din il-parti interessata rrimarkat li l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku jiddefinixxi sussidju bħala “introjtu tal-gvern, li b’xi mod ieħor ikun dovut, ikun ġie stabbilit bħala mhux eżiġibbli jew ma jinġabarx” u li peress li l-GTĊ ma kienx espliċitament ibigħ mill-ġdid l-elettriku lill-produtturi esportaturi permezz tal-grilja tal-Istat, l-ebda introjtu ma kien dovut lill-GTĊ għall-użu tal-grilja tal-Istat.

(538)

Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Kif diġà ssemma fil-premessa (527), għalkemm il-prezzijiet suppost jiġu nnegozjati direttament bejn il-ġeneraturi tal-elettriku u l-utent tal-enerġija jew permezz ta’ kumpaniji intermedjarji tas-servizzi, il-fatturi lill-kumpaniji dejjem jinħarġu mill-Kumpanija tal-Grilja tal-Istat. Għalhekk, fil-premessa (534) il-Kummissjoni kkonkludiet li peress li s-sistema ta’ negozjar dirett tal-elettriku hija mfassla u kkontrollata mill-Istat permezz tal-implimentazzjoni tagħha mill-awtoritajiet provinċjali, u peress li l-fatturi jinħarġu mill-Kumpanija tal-Grilja tal-Istat, ir-rati tal-elettriku mnaqqsa nnegozjat huma pprovduti minn korpi pubbliċi. Għalhekk, meta l-Istat japplika b’mod selettiv rati mnaqqsa ta’ elettriku għal ċerti utenti industrijali, filwaqt li l-prezzijiet stabbiliti uffiċjalment ġeneralment applikabbli għall-utenti industrijali kollha huma ogħla, l-Istat, permezz tal-intermedjazzjoni tal-Kumpanija tal-Grilja tal-Istat, ma ġabarx l-introjtu mill-bejgħ tal-elettriku fil-livell tal-prezzijiet stabbiliti uffiċjalment. Din il-prattika tikkwalifika bħala “introjtu tal-gvern, li b’xi mod ieħor ikun dovut, ikun ġie stabbilit bħala mhux eżiġibbli jew ma jinġabarx” fis-sens tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(539)

L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli kien ikkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-benefiċċju ġie kkalkulat bħala d-differenza bejn il-prezz totali tal-elettriku pagabbli skont ir-rata normali tal-grilja u l-prezz totali tal-elettriku pagabbli skont ir-rata mnaqqsa.

(540)

L-ammont ta’ sussidju stabbilit fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun jammonta għal:

Provvista ta’ elettriku b’rata mnaqqsa

Kumpanija/Grupp

Rata tas-Sussidju

Yuntianhua Group

0,05  %

CNBM Group

0,28  %

3.7.2.   Programmi ta’ tnaqqis u eżenzjoni mit-taxxa

3.7.2.1.   Privileġġi tal-EIT għal Intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida

(541)

Skont il-Liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (“il-Liġi EIT”) (127), intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida li għalihom l-Istat jeħtieġ li jagħti appoġġ ewlieni jibbenefikaw minn tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi ta’ 15 % minflok ir-rata ta’ taxxa standard ta’ 25 %.

(a)   Bażi ġuridika

(542)

Il-bażi ġuridika ta’ dan il-programm huwa l-Artikolu 28 tal-Liġi EIT u l-Artikolu 93 tar-Regoli tal-Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ (128) dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi, kif ukoll:

Iċ-Ċirkulari tal-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar ir-reviżjoni u l-ħruġ tal-“Miżuri Amministrattivi għar-Rikonoxximent ta’ Intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata”, G.K.F.H. [2016] Nru 32;

Notifika tal-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar ir-Reviżjoni, l-Istampar u l-Ħruġ ta’ Gwida għall-Immaniġġjar tar-Rikonoxximent ta’ Intrapriżi ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida, GKFH [2016] Nru 195;

Avviż [2017] Nru 24 tal-Amministrazzjoni tal-Istat tat-Tassazzjoni dwar l-Applikazzjoni ta’ Politiki ta’ Taxxa Preferenzjali fuq l-Introjtu għal Intrapriżi b’Teknoloġija Avvanzata; u

Il-Linji Gwida għall-Iżvilupp ta’Oqsma ta’ Prijorità Ewlenin għall-Iżvilupp fl-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata (2011), maħruġa mill-NDRC, il-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Proprjetà Intellettwali.

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(543)

Kumpaniji li jistgħu jibbenefikaw mit-tnaqqis tat-taxxa huma parti minn ċerti oqsma ewlenin ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida appoġġjati mill-Istat, kif ukoll il-prijoritajiet attwali dwar oqsma ta’ teknoloġija avvanzata appoġġjati mill-Istat, kif elenkati fil-Linji Gwida tal-Aħħar Oqsma Prijoritarji Ewlenin tal-Iżvilupp fl-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata. Dawn il-linji gwida jsemmu b’mod ċar it-teknoloġija tal-manifattura u l-materja prima ewlenija għall-ħġieġ, inkluż il-GFF, bħala qasam ta’ prijorità.

(544)

Sabiex ikunu eliġibbli, il-kumpaniji jeħtiġilhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

iżommu ċertu proporzjon ta’ kostijiet ta’ riċerka u żvilupp meta mqabbla mad-dħul tagħhom mill-bejgħ;

iżommu ċertu proporzjon ta’ introjtu minn teknoloġija/prodotti/servizzi tat-teknoloġija avvanzata fid-dħul totali tal-intrapriża; u

jżommu ċertu proporzjon ta’ persunal tekniku fost l-impjegati kollha tal-intrapriża.

(545)

Il-kumpaniji li jibbenefikaw minn din il-miżura jridu jippreżentaw id-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu tagħhom u l-annessi rilevanti. L-ammont propju tal-benefiċċju huwa inkluż fid-dikjarazzjoni tat-taxxa.

(546)

Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-tpaċija tat-taxxa inkwistjoni hija sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul rinunzjat mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati.

(547)

Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar fit-taxxa. Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din l-iskema għal intrapriżi li qegħdin joperaw f’ċerti oqsma ta’ prijorità ta’ teknoloġija avvanzata stabbiliti mill-Istat, bħal xi teknoloġiji ewlenin fis-settur tall-GFF.

(548)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ sostna li l-privileġġi tal-EIT għall-Intrapriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida mhumiex speċifiċi minħabba li l-leġiżlazzjoni, li skontha jopera dan il-programm, tistabbilixxi b’mod ċar kriterji oġġettivi għall-eliġibbiltà (129) u dawn il-kriterji jiġu applikati b’mod awtomatiku, jiġifieri l-awtoritajiet ikkonċernati ma għandhom l-ebda diskrezzjoni f’li jipprovdu din ir-rata tat-taxxa speċifika meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà. Il-GTĊ jirreferi għan-nota 2 f’qiegħ il-paġna tal-Ftehim SCM skont liema l-kriterji ta’ eliġibbiltà huma kkunsidrati bħala oġġettivi jekk ikunu newtrali, ma jiffavorixxux ċerti intrapriżai fuq oħrajn, ikunu ta’ natura ekonomika u b’applikazzjoni orizzontali. Il-GTĊ qies li dan huwa l-każ tal-kriterji ta’ eliġibbiltà għal din ir-rata ta’ taxxa preferenzjali, peress li l-aċċess għal din ir-rata aktar baxxa huwa miftuħ għall-intrapriżai kollha u ma jiffavorix ċerti intrapriżi fuq oħrajn minħabba li kumpaniji mis-setturi kollha, li jkopru l-ekonomija kollha, huma eliġibbli biex jiksbu ċertifikat ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida. Barra minn hekk, il-GTĊ irrefera għas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-586/14 Xinyi PV products vs il-Kummissjoni (130), peress li spjega li: “[…] dawn l-inċentivi ngħataw mill-awtoritajiet kompetenti, mhux fuq bażi diskrezzjonali, iżda meta l-kundizzjonijiet oġġettivi ta’ għoti tagħhom kienu ssodisfatti, jiġifieri li l-intrapriża inkwistjoni kienet tappartjeni għas-settur tat-teknoloġija avvanzata (…). Fi kwalunkwe każ, mill-Artikolu 28 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Kumpanniji tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Artikolu 93 tar-regolament ta’ implementazzjoni ta’ dik il-liġi li l-inċentivi tat-taxxa mogħtija lil intrapriżi fis-settur tat-teknoloġija avvanzata, bħall-applikant, li mhuwiex ikkontestat mill-Kummissjoni, huma mogħtija biss jekk jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet oġġettivi, jiġifieri, fost l-oħrajn, li l-intrapriżi inkwistjoni joperaw fis-settur tat-teknoloġiji l-ġodda avvanzati, li huma d-detenturi ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, li l-prodotti jew is-servizzi tagħhom jinsabu f’setturi ta’ teknoloġija avvanzata li huma speċifikament sostnuti mill-Istat, li l-kostijiet tar-riċerka u tal-iżvilupp jilħqu ċertu perċentwali mill-introjtu kollu tagħhom u li n-numru ta’ tekniċi jirrappreżenta ċertu perċentwali mill-impjegati kollha.

(549)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-fehma tal-GTĊ għar-raġunijiet li ġejjin. Il-Kapitolu IV tal-Liġi EIT jinkludi dispożizzjonijiet dwar “Trattament Preferenzjali tat-Taxxa”. L-Artikolu 25 tal-Liġi EIT, li jagħmilha ta’ introduzzjoni għall-Kapitolu IV, jipprovdi li “L-Istat se joffri preferenzi tat-taxxa fuq l-introjtu lil Intrapriżi involuti f’industriji jew proġetti li l-iżvilupp tagħhom huwa appoġġat u mħeġġeġ b’mod speċjali mill-Istat”. L-Artikolu 28 tal-liġi, li jagħmel parti wkoll minn dan il-Kapitolu, jipprevedi li “ir-rata tat-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi fil-qasam tat-teknoloġiċi avvanzati u ġodda li jeħtieġu appoġġ speċjali mill-Istat għandha titnaqqas għal 15 %”. L-Artikolu 93 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi jikkjarifika li:

“L-intrapriżi importanti tat-teknoloġija avvanzata u ġdida li se jiġu appoġġati mill-Istat” kif imsemmi fil-Klawżola 2 tal-Artikolu 28 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi jirreferu għall-intrapriżi, li huma sidien ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ewlenin u jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Jikkonformaw mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Oqsma Ewlieni ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida Appoġġjati mill-Istat;

2.

Il-proporzjon tal-ispiża tar-riċerka u l-iżvilupp mill-introjtu mill-bejgħ ma għandux ikun inqas mill-proporzjon preskritt;

3.

Il-proporzjon tal-introjtu minn teknoloġija/prodott/servizz ta’ teknoloġija avvanzata mill-introjtu totali tal-intrapriża ma għandux ikun inqas mill-proporzjon preskritt

4.

Il-proporzjon tal-persunal tekniku mit-total tal-impjegati tal-intrapriża ma għandux ikun inqas mill-proporzjon preskritt;

5.

Kundizzjonijiet oħra preskritti fil-Miżuri għall-Amministrazzjoni tal-Identifikazzjoni tal-Intrapriżi tat-Teknoloġija Avvanzata.”

(550)

Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq jispeċifikaw b’mod ċar li r-rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi hija riżervata għal “intrapriżi importanti ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida li jridu jiġu appoġġjati mill-Istat” li huma sidien ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali ewlenin u li jissodisfaw ċerti kondizzjonijiet bħal “konformità mal-kamp ta’ applikazzjoni tal-Oqsma Ewlenin ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida Appoġġjati mill-Istat”.

(551)

Kif iddikjarat fil-premessa (543), l-oqsma ta’ teknoloġija avvanzata appoġġjati mill-Istat huma elenkati fil-Linji Gwida tal-Aħħar Oqsma Ewlenin ta’ Żvilupp ta’ Prijorità fl-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata u dawn il-linji gwida jsemmu b’mod ċar it-teknoloġija tal-manifattura u l-materja prima ewlenija għall-ħġieġ, inkluż il-GFF, bħala qasam ta’ prijorità.

(552)

Meta wieħed iqis li t-tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi huwa riżervat biss għal intrapriżi importanti ta’ teknoloġija avvanzata u ġdida li se jiġu appoġġjati mill-Istat, li jikkonformaw mal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ Teknoloġija Ewlenija Avvanzata u Ġdida Appoġġata mill-Istat, il-Kummissjoni kkonkludiet li din il-miżura ma tapplikax abbażi ta’ kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi li ma jiffavorixxux ċerti intrapriżi fuq oħrajn. Din il-konklużjoni hija kkonfermata wkoll mill-fatt li l-“Oqsma Ewlenin ta’ Żvilupp Prijoritarju fl-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata” huma għażla ta’ oqsma fl-industriji tat-teknoloġija avvanzata skont il-prijoritajiet f’punt partikolari ta’ żmien u x’aktarx li jinbidlu maż-żmien. Għalhekk, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostna l-GTĊ, il-leġiżlazzjoni applikabbli għar-rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi ma tistabbilixxix kriterji oġġettivi għall-eliġibbiltà.

(553)

Fir-rigward tas-sejbiet tal-Kawża tal-Qorti T-586/14, il-Kummissjoni osservat li s-sentenza kienet twarrbet mill-Qorti tal-Ġustizzja f’C-301/16 P (131). Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni li għamlet il-Qorti Ġenerali saret fil-kuntest tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament antidumping bażiku, u għalhekk f’kuntest differenti

(554)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat l-ispeċifiċità tal-miżura u rrifjutat l-affermazzjonijiet tal-GTĊ.

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(555)

L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli kien ikkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-benefiċċju ġie kkalkulat bħala d-differenza bejn it-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa u t-taxxa totali pagabbli skont ir-rata mnaqqsa tat-taxxa.

(556)

L-ammont ta’ sussidju stabbilit għal din l-iskema speċifika kien ta’ 0,88 % għall-Yuntianhua Group u 2,98 % għal CNBM Group.

3.7.2.2.   Tpaċija tal-EIT għal spejjeż marbuta mar-riċerka u l-iżvilupp

(557)

It-taxxa paċuta għar-riċerka u l-iżvilupp tintitola lill-kumpaniji għal trattament fiskali preferenzjali għall-attivitajiet tagħhom ta’ R&Ż f’ċerti oqsma ta’ prijorità ta’ teknoloġija avvanzata stabbiliti mill-Istat u meta jkunu ntlaħqu ċerti limiti ta’ nfiq għar-R&Ż.

(558)

B’mod aktar speċifiku, l-infiq fir-R&Ż imġarrab biex jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u snajja’ ġodda li ma jiffurmax assi intanġibbli u jiġi kontabbilizzat fil-profitt u t-telf attwali, huwa soġġett għal tnaqqis addizzjonali ta’ 50 % wara li jitnaqqas kompletament fid-dawl tas-sitwazzjoni reali. Meta l-infiq tar-R&Ż imsemmi hawn fuq ikun jifforma parti mill-assi intanġibbli, dawn ikunu soġġetti għal ammortizzament ibbażat fuq 150 % tal-kostijiet tal-assi intanġibbli.

(a)   Bażi ġuridika

(559)

Il-bażi ġuridika għall-programm hija l-Artikolu 30(1) tal-Liġi dwar l-EIT, flimkien mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi kif ukoll dawn l-avviżi:

L-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi, tal-Amministrazzjoni tal-Istat għat-Tassazzjoni u tal-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija dwar it-Titjib tal-Politika dwar it-Tnaqqis qabel it-Taxxa fuq l-Ispejjeż marbuta mar-R&Ż. (Cai Shui [2015] Nru 119);

Tħabbira [2015] Nru 97 tal-Amministrazzjoni tal-Istat tat-Tassazzjoni dwar Kwistjonijiet li Jikkonċernaw il-Politiki tat-Tnaqqis Qabel it-Taxxa Addizzjonali tal-Ispejjeż tar-Riċerka u l-Iżvilupp tal-Intrapriżi;

Tħabbira 2017 Nru 40 tal-Amministrazzjoni tal-Istat tat-Tassazzjoni dwar Kwistjonijiet li Jikkonċernaw l-Ambitu Eliġibbli tal-Kalkolu tal-Ispejjeż tar-Riċerka u l-Iżvilupp Addizzjonali qabel it-Tnaqqis tat-Taxxa; u

Il-Linji Gwida għall-Iżvilupp ta’ Żoni ta’ Prijorità Ewlenin għall-Iżvilupp fl-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata (2011), maħruġa mill-NDRC, il-Ministeru tax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Proprjetà Intellettwali.

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(560)

Matul investigazzjoni preċedenti (132), il-Kummissjoni stabbiliet li t-“teknoloġiji, prodotti u snajja’ ġodda” li jistgħu jibbenefikaw mit-tnaqqis tat-taxxa huma parti minn ċerti oqsma ta’ teknoloġija avvanzata appoġġjati mill-Istat, kif ukoll il-prijoritajiet attwali f’oqsma ta’ teknoloġija avvanzata appoġġjati mill-Istat, kif elenkati fil-Linji Gwida tal-Aħħar Żoni Prijoritarji Ewlenin tal-Iżvilupp fl-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata.

(561)

Il-Kummissjoni kienet tal-fehma li t-tpaċija tat-taxxa inkwistjoni hija sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul rinunzjat mill-GTĊ li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar fit-taxxa. Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din il-miżura biss għal intrapriżi li jġarrbu spejjeż ta’ R&Ż f’ċerti żoni ta’ prijorità ta’ teknoloġija avvanzata stabbiliti mill-Istat, bħas-settur tal-GFF.

(562)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ qal li l-programm ta’ tnaqqis addizzjonali tal-ispejjeż R&Ż mhuwiex speċifiku. Il-GTĊ għamel referenza għall-Artikolu 2.1(b) tal-Ftehim SCM, li jipprevedi li ma għandhiex teżisti speċifiċità jekk l-awtorità jew il-leġiżlazzjoni li tagħti l-għajnuna, li skontha topera l-awtorità awtorizzanti, tistabbilixxi kriterji oġġettivi jew kundizzjonijiet li jirregolaw l-eliġibilità għal, u l-ammont tas-sussidju, sakemm (i) l-eliġibbiltà tkun awtomatika, (ii) li tali kriterji jew kondizzjonijiet ikunu strettament osservati u (iii) li jkunu spjegati b’mod ċar f’liġi, regolament jew dokumenti uffiċjali oħra, sabiex ikunu jistgħu jiġu verifikati. Fil-fehma tal-GTĊ, il-leġiżlazzjoni, li skontha jopera dan il-programm, tistabbilixxi b’mod ċar kriterji oġġettivi għall-eliġibbiltà u dawn il-kriterji jiġu applikati b’mod awtomatiku. Fi kliem ieħor, l-awtoritajiet ikkonċernati ma għandhom l-ebda diskrezzjoni f’li jipprovdu din ir-rata tat-taxxa speċifika meta l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà jiġu ssodisfati.

(563)

Il-Kummissjoni semmiet il-Kapitolu IV tal-Liġi EIT li jinkludi dispożizzjonijiet dwar “Trattament Preferenzjali tat-Taxxa”. L-Artikolu 25 tal-Liġi EIT, li jagħmilha ta’ introduzzjoni għall-Kapitolu IV, jipprovdi li “L-Istat se joffri preferenzi tat-taxxa fuq l-introjtu lil Intrapriżi involuti f’industriji jew proġetti li l-iżvilupp tagħhom huwa appoġġat u mħeġġeġ b’mod speċjali mill-Istat”. L-Artikolu 30(1), li huwa wkoll parti minn dan il-Kapitolu, jipprevedi li “l-ispejjeż tar-riċerka u l-iżvilupp imġarrba minn Intrapriżi fl-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u snajja’ ġodda” jistgħu jitnaqqsu meta jiġi kkalkulat l-introjtu taxxabbli. L-Artikolu 95 tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi jikkjarifika t-tifsira ta’ “infiq R&Ż li jiġġarrab għall-fini li jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u snajja ġodda” stabbiliti fl-Artikolu 30(1) tal-Liġi EIT.

(564)

Id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq jispeċifikaw b’mod ċar li t-tnaqqis addizzjonali tal-ispejjeż tar-R&Ż huwa riżervat għall-intrapriżi involuti fl-“iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, prodotti ġodda u snajja’ ġodda” u “involuti f’industriji jew proġetti li l-iżvilupp tagħhom huwa appoġġjat b’mod speċifiku u mħeġġeġ mill-Istat”.

(565)

Kif intqal fil-premessa (560), l-oqsma ta’ teknoloġija avvanzata appoġġjati mill-Istat, kif ukoll il-prijoritajiet attwali dwar oqsma ta’ teknoloġija avvanzata appoġġjati mill-Istat huma elenkati fil-Linji Gwida tal-Aħħar Oqsma Prijoritarji Ewlenin tal-Iżvilupp fl-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata. Kif speċifikat fil-premessa (543), dawn il-linji gwida jsemmu b’mod ċar it-teknoloġija tal-manifattura u l-materja prima ewlenija għall-ħġieġ, inkluż il-GFF, bħala qasam ta’ prijorità.

(566)

Meta jitqies li t-tnaqqis addizzjonali tal-ispejjeż R&Ż huwa riżervat biss għall-intrapriżi involuti f’industriji li huma speċifikament appoġġjati u mħeġġa mill-Istat, kif elenkat fil-Linji Gwida tal-Aħħar Oqsma Prijoritarji Ewlenin tal-Iżvilupp fl-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata, il-Kummissjoni kkonkludiet li din il-miżura ma tapplikax abbażi ta’ kriterji jew kundizzjonijiet oġġettivi li ma jiffavorixxux ċerti impriżi fuq oħrajn (saħansitra mhux għall-intrapriżi kollha tat-teknoloġiji avvanzati għolja u ġodda). Din il-konklużjoni hija kkonfermata wkoll mill-fatt li l-“Oqsma Ewlenin Prijoritarji tal-Iżvilupp fl-Industriji tat-Teknoloġija Avvanzata” huma għażla ta’ oqsma fl-industriji tat-teknoloġija avvanzata skont il-prijoritajiet f’punt partikolari ta’ żmien u x’aktarx li jinbidlu maż-żmien. Għalhekk, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostna l-GTĊ, il-leġiżlazzjoni applikabbli għat-tnaqqis addizzjonali tal-ispejjeż R&Ż ma tistabbilixxix kriterji oġġettivi jew kundizzjonijiet li jirregolaw l-eliġibbiltà. Għalhekk il-Kummissjoni kkonfermat l-ispeċifiċità tal-miżura u rrifjutat l-affermazzjonijiet tal-GTĊ.

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(567)

L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli kien ikkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-benefiċċju kien ikkalkulat bħala d-differenza bejn it-taxxa totali pagabbli skont ir-rata normali tat-taxxa u t-taxxa totali pagabbli wara t-tnaqqis addizzjonali ta’ 50 % tal-ispejjeż reali fuq ir-R&Ż.

(568)

L-ammont ta’ sussidju stabbilit għal din l-iskema speċifika kien ta’ 1,06 % għall-Yuntianhua Group u 0,17 % għal CNBM Group.

3.7.2.3.   Eżenzjoni fuq id-dividendi bejn intrapriżi residenti kkwalifikati;

(569)

Il-liġi tal-EIT toffri preferenzi tat-taxxa fuq l-introjtu lil Intrapriżi involuti f’industriji jew proġetti li l-iżvilupp tagħhom huwa speċifikament appoġġat u mħeġġeġ mill-Istat u b’mod partikolari, eżentati mit-taxxa fuq l-introjtu minn investiment fl-ekwità, bħal dividendi u bonusijiet, bejn intrapriżi residenti eliġibbli.

(a)   Bażi ġuridika

(570)

Il-bażi ġuridika għall-programm hija l-Artikolu 26(2) tal-Liġi dwar l-EIT, flimkien mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi.

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(571)

Il-Kummissjoni sabet li xi kumpaniji fil-gruppi inklużi fil-kampjun irċevew eżenzjoni mit-taxxa fuq l-introjtu mid-dividendi bejn l-intrapriżi residenti kkwalifikati.

(572)

Fit-tweġiba għall-kwestjonarju, il-GTĊ sostna li din l-iskema ma tikkostitwixxix sussidju minħabba li hija marbuta mal-profitt wara t-taxxa u l-eżenzjoni hija biex tiġi evitata tassazzjoni doppja, għalhekk ma tagħtix benefiċċju. Il-GTĊ sostna wkoll li l-iskema mhijiex speċifika peress li hija applikata b’mod ġenerali u uniformi fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi peress li l-kumpaniji residenti fir-RPĊ huma kkwalifikati biex jinvestu f’kumpaniji residenti oħra u biex ikunu eżentati mit-taxxa.

(573)

F’dan ir-rigward, issir referenza għall-Artikolu 25 tal-EIT, li hija parti mill-istess Kapitolu bħall-Artikolu 26(2); jiġifieri “Kapitolu IV Politiki tat-Taxxa Preferenzjali” u jservi bħala introduzzjoni għal dan il-kapitolu. Tali Artikolu jipprevedi li “L-Istat se joffri preferenzi tat-taxxa fuq l-introjtu lil Intrapriżi involuti f’industriji jew proġetti li l-iżvilupp tagħhom huwa appoġġat u mħeġġeġ b’mod speċjali mill-Istat”. Barra minn hekk, l-Artikolu 26(2) jispeċifika li l-eżenzjoni mit-taxxa hija applikabbli għall-introjtu minn investimenti fl-ekwità bejn “intrapriżi residenti eliġibbli”, u dan jidher li jillimita l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha għal ċerti intrapriżi residenti biss.

(574)

Fuq din il-bażi, f’konformità mal-konklużjonijiet fl-investigazzjonijiet antisussidji preċedenti (133), huwa meqjus li tali politika tat-taxxa preferenzjali hija limitata għal ċerti industriji u proġetti, jiġifieri industriji li huma speċifikament appoġġati u mħeġġa mill-Istat bħall-industrija GFF, u għalhekk speċifiċi. L-evidenza fil-fajl uriet ukoll li l-kumpaniji li bbenefikaw minn din l-iskema kellhom ċertifikat ta’ teknoloġija Ġdida u Avvanzata. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-affermazzjonijiet tal-GTĊ kellhom jiġu miċħuda.

(575)

Il-Kummissjoni tqis li din l-iskema hija sussidju skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul rinunzjat mill-GTĊ li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-iffrankar fit-taxxa. Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li l-leġiżlazzjoni nnifisha tillimita l-applikazzjoni ta’ din l-eżenzjoni għal biss intrapriżi residenti kwalifikati li għandhom l-appoġġ ewlieni tal-Istat, u li l-iżvilupp tagħhom huwa mħeġġeġ minnu.

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(576)

Il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont tas-sussidju billi applikat ir-rata tat-taxxa normali fuq l-introjtu mid-dividendi li tnaqqas mill-introjtu taxxabbli.

(577)

L-ammont ta’ sussidju stabbilit għal din l-iskema speċifika kien ta’ 0,02 % għall-Yuntianhua Group u 2,10 % għal CNBM Group.

3.7.2.4.   Deprezzament mgħaġġel ta’ tagħmir użat minn intrapriżi ta’ teknoloġija avvanzata

(578)

Skont l-Artikolu 32 tal-liġi EIT, “fejn deprezzament aċċellerat ta’ assi fissi ta’ intrapriża huwa verament neċessarju minħabba l-avvanz teknoloġiku jew raġunijiet oħra, l-għadd ta’ snin għad-deprezzament jista’ jitnaqqas jew il-metodu ta’ deprezzament aċċellerat jista’ jiġi adottat”.

(a)   Bażi ġuridika

(579)

Il-bażi ġuridika għall-programm hija l-Artikolu 32 tal-Liġi dwar l-EIT, flimkien mar-Regoli ta’ Implimentazzjoni għal-Liġi tar-RPĊ dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi kif ukoll dawn l-avviżi:

Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni Statali tat-Tassazzjoni dwar il-Politiki ta’ Tnaqqis ta’ Tagħmir u Apparat għal Skopijiet ta’ Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (Cai Shui [2018] Nru 54);

L-avviż tal-Ministeru tal-Finanzi u tal-Amministrazzjoni tal-Istat tat-Tassazzjoni fuq l-Irfinar tal-Politiki tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi Applikabbli għal Deprezzament Aċċellerat tal-Assi Fissi (Cai Shui [2014] Nru 75); u

L-Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni tal-Istat tat-Tassazzjoni dwar Aktar Irfinar tal-Politiki tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi Applikabbli għal Deprezzament Aċċellerat tal-Assi Fissi (Cai Shui [2015] Nru 106)

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(580)

Skont l-Avviż dwar il-Politiki tat-Tnaqqis ta’ Tagħmir u Apparat għal Skopijiet ta’ Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi (Cai Shui [2018] Nru 54), “meta l-unità ta’ valur ta’ biċċa tagħmir jew apparat mixtri ġdid minn intrapriża matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sal-31 ta’ Diċembru, 2020 ma taqbiżx l-RMB ħames miljuni, l-intrapriża titħalla tinkludi tali valur fil-kost u l-ispejjeż tal-perjodu kurrenti fuq bażi ta’ somma f’daqqa għal tnaqqis meta jsir il-kalkolu tal-introjtu taxxabbli tagħha, u ma tkunx aktar meħtieġa tikkalkula d-deprezzament fuq bażi annwali”. Din il-leġiżlazzjoni mhijiex speċifika għal x’industrija.

(581)

Fir-rigward ta’ assi b’valur ta’ unità ogħla minn 5 miljun RMB, ikomplu japplikaw l-Avviż dwar l-Irfinar tal-Politiki tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi Applikabbli għad-Deprezzament Aċċellerat tal-Assi Fissi (Cai Shui [2014] Nru 75) u l-Avviż dwar Aktar Irfinar tal-Politiki tat-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi Applikabbli għad-Deprezzament Aċċellerat tal-Assi Fissi (Cai Shui [2015] Nru 106). Skont dawn l-avviżi, l-assi fissi mixtrija minn kumpaniji f’10 industriji ewlenin jistgħu jagħżlu l-metodu ta’ deprezzament aċċellerat.

(582)

Il-Kummissjoni stabbiliet li, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kumpaniji fil-kampjun ma applikawx deprezzament aċċellerat għal assi b’valur ta’ unità li jaqbeż RMB 5 miljun. Għalhekk, peress li dawk l-assi ma kinux jaqgħu taħt l-Avviż Cai Shui [2014] Nru 75 u l-Avviż Cai Shui [2015] Nru 106, il-Kummissjoni sabet li l-produtturi esportaturi ma bbenefikawx minn sussidji kumpensabbli.

(c)   Konklużjoni

(583)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-produtturi esportaturi ma bbenefikawx minn sussidji kumpensabbli taħt dan il-programm.

3.7.2.5.   Eżenzjoni mit-taxxa għall-użu tal-art

(584)

Organizzazzjoni jew individwu li juża art fi bliet, fi bliet ta’ kontea u fi bliet amministrattivi u f’distretti industrijali u tal-minjieri normalment iħallas taxxa għall-użu ta’ art urbana. It-taxxa għall-użu tal-art tinġabar mill-awtoritajiet tat-taxxa lokali fejn tintuża l-art. Madankollu, ċerti kategoriji ta’ art, bħal art reklamata mill-baħar, art maħsuba biex tintuża minn istituzzjonijiet tal-gvern, organizzazzjonijiet tan-nies u unitajiet militari għall-użu tagħhom stess, art maħsuba biex tintuża mill-istituzzjonijiet iffinanzjati minn allokazzjonijiet tal-gvern mill-Ministeru tal-Finanzi, art użata minn tempji reliġjużi, parks pubbliċi u siti storiċi u xeniċi, toroq, pjazez pubbliċi, lawns u art pubblika urbana oħra, huma eżentati mit-taxxa fuq l-użu tal-art.

(a)   Bażi ġuridika

(585)

Il-bażi ġuridika għal dan il-programm hija:

Ir-Regolamenti Provviżorji tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar it-Taxxa fuq il-Proprjetà Immobbli (Guo Fa [1986] Nru 90, kif emendati fl-2011); u

Ir-Regolamenti Interim tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-Amministrazzjoni tal-Proprjetà Immobbli Urbana (l-Ordni tal-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina [2013] Nru 645).

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(586)

Wieħed mill-gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun ibbenefika minn rifużjoni tal-pagament tat-taxxi fuq l-użu tal-art mill-Uffiċċju lokali tal-Użu tal-Art, anki jekk dawn ma kinux jaqgħu taħt xi waħda mill-kategoriji eżentati kif stabbilit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali hawn fuq.

(c)   Konklużjoni

(587)

Il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjoni mit-taxxa inkwistjoni hija sussidju fis-sens jew tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) jew tal-Artikolu 3(1)(a)(ii), u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku minħabba li hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ jew trasferiment dirett ta’ fondi (refużjoni tat-taxxa imħallsa) jew dħul rinunzjat mill-GTĊ (it-taxxa mhux imħallsa) li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri huwa ugwali għall-ammont tar-rifużjoni jew iffrankat mit-taxxa. Dan is-sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku billi l-kumpaniji rċevew tnaqqis ta’ taxxa għalkemm ma kienu jaqgħu taħt l-ebda kriterju oġġettiv imsemmi fil-premessa (584).

(588)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ qal li l-Kummissjoni naqset milli turi li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq l-użu tal-art hija speċifika minħabba li l-kumpaniji rċevew tnaqqis fit-taxxa minkejja li ma kienu jaqgħu fl-ebda kriterja oġġettiva msemmija fil-premessa (584), jiġifieri “il-kriterji stabbiliti mil-liġi biex jibbenefikaw minn din l-eżenzjoni”.

(589)

F’dan ir-rigward, kif spjegat fil-premessa (584), il-Kummissjoni osservat li r-regola stabbilita mil-liġi hija li organizzazzjoni jew individwu li juża art fi bliet, bliet ta’ kontea u bliet amministrattivi u distretti industrijali u tal-minjieri normalment għandu jħallas taxxa urbana tal-użu tal-art. L-eċċezzjoni għal din ir-regola hija li ċerti kategoriji ta’ art (134) huma eżentati mit-taxxa tal-użu tal-art. L-investigazzjoni wriet li l-art użata mill-produttur esportatur li kkoopera, li bbenefika mill-eżenzjoni mit-taxxa tal-użu tal-art, ma taqa’ taħt l-ebda kategorija ta’ art li hija eżentata mit-taxxa tal-użu tal-art skont il-liġi. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż li dawn il-produtturi esportaturi kienu jagħmlu parti mill-kriterji oġġettivi stabbiliti mir-regolamenti dwar it-taxxa tal-użu tal-art. Konsegwentement, il-miżura ta’ eżenzjoni ta’ dawn il-produtturi esportaturi mit-taxxa tal-użu tal-art hija speċifika skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(590)

L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli kien ikkalkulat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-benefiċċju tqies li kien l-ammont rimborżat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(591)

L-ammont ta’ sussidju stabbilit għal din l-iskema speċifika kien ta’ 0,17 % għal CNBM Group.

3.7.2.6.   Total għall-iskemi ta’ eżenzjoni mit-taxxa u l-programmi ta’ tnaqqis

(592)

L-ammont ta’ sussidju totali stabbilit fir-rigward tal-iskemi kollha ta’ taxxa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kien kif ġej:

Eżenzjonijiet u tnaqqis tat-taxxi

Kumpanija/Grupp

Ammont ta’ Sussidju

Yuntianhua Group

1,91  %

CNBM Group

5,42  %

3.8.   Programmi ta’ għotjiet

3.8.1.   Għotjiet relatati ma’ titjib teknoloġiku, rinnovazzjoni jew trasformazzjoni

(593)

Il-kumpaniji inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn varjetà ta’ għotjiet relatati mar-R&Ż, mat-titjib teknoloġiku u mal-innovazzjoni, bħal pereżempju l-promozzjoni ta’ kompiti tar-R&Ż skont il-Pjanijiet ta’ Appoġġ għax-Xjenza u t-Teknoloġija, il-promozzjoni ta’ investimenti għal Aġġustament, Rivitalizzazzjoni u Rinnovazzjoni tat-Teknoloġija Ewlenin, eċċ.

(a)   Bażi ġuridika

It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-Innovazzjoni Teknoloġika;

L-Opinjonijiet ta’ Gwida dwar il-Promozzjoni tar-Rinnovazzjoni tat-Teknoloġija tal-Intrapriżi, il-Kunsill tal-Istat, Guo Fa [2012] 44;

Il-Pjan ta’ Ħidma tar-Rivitalizzazzjoni tal-Industrija u r-Rinnovazzjoni tat-Teknoloġija, maħruġ mill-NDRC u l-MIIT, 2015;

L-Avviż tal-NDRC dwar pjan ta’ allokazzjoni ta’ Fond għar-R&Ż għat-teknoloġija industrijali għal industriji b’teknoloġija avvanzata 2015;

Programm fuq Terminu Medju sa Twil dwar l-Iżvilupp Teknoloġiku u Xjentifiku (2006-2020) ippromulgat mill-Kunsill tal-Istat fl-2006;

Miżuri Amministrattivi għall-Pjan Nazzjonali ta’ Appoġġ għax-Xjenza u t-Teknoloġija kif rivedut fl-2011;

Miżuri Amministrattivi għal Pjan ta’ Riċerka u Żvilupp ta’ Teknoloġija Avvanzata Nazzjonali (Pjan 863) kif rivedut fl-2011;

Miżuri għall-Amministrazzjoni ta’ Fondi Speċjali għat-Trasformazzjoni ta’ Kisbiet tal-Innovazzjoni Indipendenti fil-Provinċja ta’ Shandong;

Miżuri Interim għall-Immaniġġjar tat-Trasformazzjoni u tal-Aġġornament Industrijali (Cai Jian [2012] 567);

Miżura Interim għall-Immaniġġjar tal-Aġġornament Industrijali u l-effiċjenza tal-Fond Iproving Speċjali (Lu Cai Qi 2014, Nru 24)

Miżuri għall-Immaniġġjar tat-Trasformazzjoni u tal-Aġġornament Industrijali tal-Fondi tal-2025 tal-Made in China/Manifattura Intelliġenti;

Avviż tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Ħruġ tal-“Made in China (2025)” (Nru 28 [2015])

Proġett ta’ Dimostrazzjoni ta’ Proġetti Pilota Intelliġenti; u

Fil-livell lokali/provinċjali: avviżi dwar l-allokazzjoni ta’ fondi speċjali għar-rinnovazzjoni teknika, fondi speċjali għar-rivitalizzazzjoni industrijali, fondi speċjali għat-trasformazzjoni teknika, u fondi speċjali għall-iżvilupp industrijali.

(b)   Konklużjoni

(594)

Skont l-Opinjonijiet ta’ Gwida dwar il-Promozzjoni ta’ Rinnovazzjoni tat-Teknoloġija tal-Intrapriżi (fi 3.2), il-gvernijiet ċentrali u lokali huma mitluba biex iżidu aktar l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju u jżidu l-investiment b’enfasi fuq it-trasformazzjoni industrijali u t-titjib f’oqsma ewlenin u l-kwistjonijiet kritiċi tar-rinnovazzjoni tat-teknoloġija. Barra minn hekk, l-awtoritajiet jenħtieġ li kontinwament jinnovaw u jtejbu l-metodi tal-ġestjoni tal-fondi, iwettqu b’mod flessibbli diversi tipi ta’ appoġġ u jżidu l-effiċjenza fl-użu tal-fondi fiskali.

(595)

Il-Pjan ta’ Ħidma tar-Rivitalizzazzjoni tal-Industrija u r-Rinnovazzjoni tat-Teknoloġija jimplimenta l-Opinjonijiet ta’ Gwida fil-prattika msemmija hawn fuq billi jistabbilixxi fondi speċjali għall-promozzjoni tal-progress teknoloġiku u l-proġetti ta’ trasformazzjoni teknoloġika. Dawn il-fondi jinkludu sussidji fuq l-investiment u skontijiet fuq is-self. L-użu tal-fondi jrid ikun skont il-politiki makroekonomiċi nazzjonali, il-politiki industrijali u l-politiki ta’ żvilupp reġjonali.

(596)

L-għotjiet ipprovduti taħt dan il-programm jagħtu sussidji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri trasferiment ta’ fondi mill-GTĊ fil-forma ta’ għotjiet lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat.

(597)

Il-Kummissjoni ddeterminat ukoll li dawn is-sussidji huma speċifiċi fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku peress li huma biss il-kumpaniji li joperaw f’oqsma jew teknoloġiji ewlenin kif elenkati fil-linji gwida, fil-miżuri amministrattivi u fil-katalgi ppubblikati fuq bażi regolari li huma eliġibbli biex jirċevuhom u l-GFF huwa fost is-setturi eleġibbli. Fi kwalunkwe każ, l-għotjiet li nstabu huma speċifiċi għall-kumpaniji.

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(598)

Il-benefiċċju kien ikkalkulat bħala l-ammont rċevut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jew allokat għall-perjodu ta’ investigazzjoni, fejn l-ammont ġie deprezzat matul il-ħajja utli tal-assi fiss li kienet relatata magħha l-għotja. Il-Kummissjoni kkunsidrat jekk għandhiex tapplika rata tal-imgħax kummerċjali annwali addizzjonali f’konformità mat-Taqsima F.a) tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-ammont ta’ sussidju (135). Madankollu, approċċ bħal dan kien ikun jinvolvi varjetà ta’ fatturi ipotetiċi kumplessi li għalihom ma kienx hemm informazzjoni preċiża disponibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li kien aktar xieraq li talloka ammonti għall-perjodu ta’ investigazzjoni skont ir-rati ta’ deprezzament tal-assi fissi relatati, f’konformità mal-metodoloġija ta’ kalkolu użata f’każijiet preċedenti (136).

3.8.2.   Għotjiet għall-protezzjoni tal-ambjent - Għotjiet għall-iffrankar tal-enerġija, għall-konservazzjoni u għall-emissjonijiet

(599)

Żewġ gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun ibbenefikaw minn varjetà ta’ għotjiet relatati mal-protezzjoni tal-ambjent u mat-tnaqqis tal-emissjonijiet, bħal pereżempju l-inċentivi għall-Ħarsien tal-Ambjent u l-Konservazzjoni tar-Riżorsi, il-Promozzjoni tal-użu ta’ riżorsi sinerġistiċi, Fondi ta’ inċentiv għal proġetti ta’ konservazzjoni tal-enerġija, il-Promozzjoni ta’ Ċentri ta’ Dimostrazzjoni tal-Ġestjoni tal-Enerġija, għotjiet relatati ma’ Proġetti ta’ Titjib tat-Tniġġis tal-Arja, inċentivi għal proġetti b’ekonomija ċirkolari.

(a)   Bażi ġuridika

Il-liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar il-Konservazzjoni tal-Enerġija, il-verżjoni riveduta u adottata fit-28 ta’ Ottubru 2007, u l-verżjoni emendata fit-2 ta’ Lulju 2016;

Liġi dwar il-Promozzjoni ta’ Produzzjoni Aktar Nadifa tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, Ordni Nru 54 tal-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif emendata fid-29 ta’ Frar 2012;

Miżuri dwar l-Ispezzjoni tal-Produzzjoni Nadifa, id-Digriet Nru 38 tal-NDRC u l-Ministeru tal-Ħarsien tal-Ambjent, ippromulgati fl-1 ta’ Lulju 2016;

Avviż dwar l-Istampar u t-Tqassim tal-Miżuri Interim dwar l-Amministrazzjoni tas-Sussidju għall-Iffrankar tal-Enerġija u tat-Tnaqqis fl-Emissjonijiet, il-Ministeru tal-Finanzi [2015] Nru 161;

Il-Punti Ewlenin tal-Konservazzjoni tal-Enerġija u l-Utilizzazzjoni Komprensiva fl-Industrija fl-2015, maħruġa mill-MIIT fit-3 ta’ April 2015;

(b)   Konklużjoni

(600)

Il-programm ta’ ffrankar tal-enerġija, tal-konservazzjoni u tal-emissjonijiet jagħti sussidji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri trasferiment ta’ fondi mill-GTĊ, fil-forma ta’ għotjiet lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat.

(601)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li dan il-programm ta’ sussidju huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku minħabba li huma biss il-kumpaniji li joperaw f’teknoloġiji ewlenin jew fil-produzzjoni ta’ prodotti ewlenin kif elenkat fil-linji gwida u fil-katalogi li jiġu ppubblikati fuq bażi regolari li huma eliġibbli sabiex jirċevuhom. B’mod partikolari, id-dokument MIIT tal-2015 isemmi speċifikament l-industrija tal-materjal tal-bini, inkluż l-GFF, bħala industrija għal inċentivi speċifiċi relatati mal-konservazzjoni tal-enerġija.

(c)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(602)

Il-benefiċċju ġie kkalkolat f’konformità mal-metodoloġija deskritta fil-premessa (598) ta’ hawn fuq.

3.8.3.   Għotjiet ad hoc mogħtija mill-awtoritajiet muniċipali/reġjonali

(603)

Fl-ilment tiegħu, l-ilmentatur ipprovda evidenza li wriet li l-industrija tal-GFF fir-RPĊ tista’ tirċievi diversi għotjiet ta’ darba jew rikorrenti minn livelli differenti ta’ awtoritajiet tal-gvern, jiġifieri lokali, reġjonali u nazzjonali.

(604)

L-investigazzjoni żvelat li żewġ gruppi ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun irċevew għotjiet ta’ darba jew rikorrenti sinifikanti minn diversi livelli tal-gvern li wasslu biex ġew irċevuti benefiċċji matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-kumpaniji fil-kampjun kienu diġà rappurtaw x’uħud minn dawn l-għotijiet fit-tweġibiet rispettivi tagħhom għall-kwestjonarju, filwaqt li oħrajn instabu matul iż-żjarat ta’ verifika. Il-GTĊ ma żvela l-ebda waħda minnhom fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju.

(a)   Bażi Ġuridika

(605)

Dawn l-għotjiet ingħataw lill-kumpaniji minn awtoritajiet nazzjonali, provinċjali, tal-belt, tal-kontea jew minn awtoritajiet tal-gvern tad-distrett u kollha dehru li kienu speċifiċi għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun, jew speċifiċi f’termini ta’ lokazzjoni jew tip ta’ industrija. Il-livell ta’ dettall ġuridiku għal-liġi eżatta li abbażi tagħha ngħataw dawn il-benefiċċji, jekk kien hemm bażi ġuridika għalihom, ma kienx iddivulgat mill-kumpaniji kollha fil-kampjun. Madankollu, xi drabi, il-Kummissjoni ngħatat kopja ta’ dokument maħruġ minn awtorità tal-gvern li akkumpanja l-għoti tal-fondi (li ssir referenza għalih bħala “n-notifika”).

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(606)

Minħabba l-ammont kbir ta’ għotjiet li jinsabu fl-ilment u/jew li jinsabu fil-kotba tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun, f’dan ir-Regolament huwa ppreżentat biss sommarju tas-sejbiet ewlenin. Evidenza tal-eżistenza ta’ bosta għotjiet u l-fatt li kienu ngħataw minn diversi livelli tal-GTĊ inizjalment kienet ngħatat miż-żewġ kumpaniji fil-kampjun. Is-sejbiet dettaljati dwar dawn l-għotjiet ingħataw lill-kumpaniji individwali fid-dokumenti ta’ divulgazzjoni speċifiċi tagħhom.

(607)

Eżempji ta’ dawn l-għotjiet kienu fondi ta’ privattivi, fondi u għotjiet għax-xjenza u għat-teknoloġija, fondi għall-iżvilupp tan-negozju, fondi għall-promozzjoni tal-esportazzjoni, għotjiet biex tiżdied il-kwalità tal-industrija u titjieb l-effiċjenza, fondi muniċipali ta’ għajnuna għall-kummerċ, fond għall-iżvilupp tal-kummerċ u tal-ekonomika barranin, għotjiet għas-sikurezza tal-produzzjoni, fondi ta’ appoġġ ipprovduti fil-livell distrettwali jew provinċjali, skontijiet fuq l-mgħax fuq self għal tagħmir importat.

(c)   Konklużjoni

(608)

Dawn l-għotjiet jikkostitwixxu sussidji fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u (2) tar-Regolament bażiku minħabba li kien seħħ trasferiment ta’ fondi mill-GTĊ fil-forma ta’ għotjiet lill-produtturi tal-prodott ikkonċernat u b’hekk kien ingħata benefiċċju.

(609)

Dawn l-għotjiet huma wkoll speċifiċi fis-sens tal-Artikoli 4(2)(a) u 4(3) tar-Regolament bażiku minħabba li mid-dokumenti relatati pprovduti mill-produtturi esportaturi li kkooperaw huma limitati għal ċerti kumpaniji jew għal proġetti speċifiċi f’reġjuni speċifiċi u/jew għall-industrija tal-GFF. Barra minn hekk, uħud mill-għotjiet huma kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 4(4)(a). Dawn l-għotjiet ma ssodisfawx ir-rekwiżiti ta’ nuqqas ta’ speċifiċità tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku, minħabba li l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà u l-kriterji tal-għażla attwali għall-intrapriżi biex ikunu eliġibbli mhumiex trasparenti, mhumiex oġġettivi u ma japplikawx awtomatikament.

(610)

F’kull każ il-kumpaniji pprovdew informazzjoni dwar l-ammont tal-għotja, u mingħand min irċevew l-għotja. Il-kumpaniji kkonċernati kkontabilizzaw ukoll dan l-introjtu l-aktar taħt l-intestatura “introjtu mis-sussidju” fil-kontijiet tagħhom u dawn il-kontijiet ġew awditjati b’mod indipendenti. Dan ittieħed bħala evidenza pożittiva ta’ sussidju li ta benefiċċju.

(611)

Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li s-sejbiet ivverifikati kienu jirrappreżentaw indikatur raġonevoli tal-livell ta’ sussidjar f’dan ir-rigward. Billi dawk l-għotjiet għandhom karatteristiċi komuni, ingħataw minn awtorità pubblika u ma kinux parti minn programm ta’ sussidju separat, iżda għotjiet individwali lil din l-industrija inċentivata, il-Kummissjoni vvalutathom flimkien.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(612)

Il-benefiċċju ġie kkalkolat f’konformità mal-metodoloġija deskritta fil-premessa (598) ta’ hawn fuq.

3.8.4.   Għotjiet oħra

(613)

Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ma rċevew ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-programmi ta’ għotjiet li baqa’ u li huma msemmija fit-Taqsima 3.3(v) ta’ hawn fuq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

3.8.5.   Kummenti dwar l-għotjiet

(614)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTĊ qal li l-Kummissjoni naqset milli turi li d-diversi għotjiet relatati ma’ titjib teknoloġiku, rinnovazzjoni jew trasformazzjoni, protezzjoni ambjentali u għotjiet ad hoc ipprovduti mill-awtoritajiet muniċipali/reġjonali, li l-kumpaniji fil-kampjun allegatament irċevew, huma speċifiċi. Skont il-GTĊ, il-Kummissjoni naqset milli tindika kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li espliċitament tippermetti l-għoti ta’ benefiċċji lill-industrija tal-GFF u b’hekk naqset milli tissodisfa r-rekwiżit stabbilit mill-Bord f’“KE — Inġenji tal-Ajru”, li skontu s-sejba ta’ speċifiċità teħtieġ l-istabbiliment ta’ limitazzjoni espliċita tal-allegat sussidju għal “ċerti intrapriżi” biss, li “… ma tagħmilx is-sussidju disponibbli b’mod wiesa” biżżejjed fl-ekonomija kollha” u li limitazzjoni trid “… tesprimi distintivament dak kollu li tfisser u ma tħalli xejn sempliċiment impliċitu jew issuġġerit”.

(615)

Il-GTĊ sostna wkoll li fir-rigward tal-għotjiet ad hoc ipprovduti mill-awtoritajiet muniċipali/reġjonali, il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi kwalunkwe argument jew evidenza tal-ispeċifiċità ta’ dawn l-għotjiet iżda sempliċiment qalet “… dehru li kienu speċifiċi għall-kumpaniji fil-kampjun, jew speċifiku f’termini ta’ post jew tip ta’ industrija.” Skont il-GTĊ, is-sempliċi dehra tal-ispeċifiċità ma tistax tikkostitwixxi evidenza suffiċjenti li miżura hija, fil-fatt, speċifika.

(616)

F’dan ir-rigward, il-GTĊ fakkar li, kif qal il-Korp tal-Appell f’“US - DRAMs” (CVD), il-Kummissjoni hija meħtieġa li “tipprovdi spjegazzjoni raġunata u adegwata għall-konklużjonijiet tagħha” u li tiżgura li “r-raġuni sottostanti għal dawk il-konklużjonijiet jiġu stabbiliti fid-deċiżjoni tal-awtorità tal-investigazzjoni.” Il-GTĊ enfasizza li r-referenza tal-Kummissjoni għall-fatt li l-kumpaniji kkonċernati fil-biċċa l-kbira kkontabilizzaw dan l-introjtu taħt l-intestatura “introjtu minn sussidju” ma tikkwalifikax bħala spjegazzjoni raġunata u adegwata.

(617)

Il-GTĊ nnota wkoll li s-sempliċi fatt li sussidju jingħata minn awtorità reġjonali ma jagħmlux speċifiku u rrefera għall-Korp tal-Appell li f’“US - CVD (China)” qal li sussidju disponibbli għall-intrapriżi kollha f’reġjun ma jkunx speċifiku jekk l-awtorità li tagħti l-għajnuna f’dak ir-reġjun tkun gvern reġjonali.

(618)

Il-Kummissjoni diġà wriet l-ispeċifiċità tal-għotjiet fil-premessi (597), (601) u (609) aktar ’il fuq. Fil-fatt, huma biss il-kumpaniji li joperaw f’oqsma jew teknoloġiji ewlenin kif elenkati fil-linji gwida, fil-miżuri amministrattivi u fil-katalgi li huma eliġibbli. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi li kkooperaw ipprovdew dokumenti relatati ma’ għotja, bħal dokumenti legali u avviżi ta’ għoti, li wrew li l-għotjiet ingħataw lil kumpaniji li jappartjenu għal ċerti industriji jew setturi speċifiċi u/jew li huma involuti fi proġetti industrijali speċifiċi mħeġġa mill-Istat. Għalhekk, il-Kummissjoni tenniet il-konklużjoni tagħha li dawn l-għotjiet huma disponibbli biss għal “ċerti intrapriżi” u mhumiex “disponibbli b’mod wiesa’ fl-ekonomija kollha”. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà ta’ dawn l-għotjiet ma kinux ċari u oġġettivi u ma kinux japplikaw awtomatikament; konsegwentement, ma ssodisfawx ir-rekwiżiti ta’ nuqqas ta’ speċifiċità tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(619)

Rigward l-għotjiet ad hoc, il-GTĊ ma pprovda l-ebda evidenza ulterjuri li tiġġustifika l-affermazzjoni tiegħu li mhumiex speċifiċi. Konsegwentement, il-Kummissjoni tenniet li fuq il-bażi tal-evidenza għad-dispożizzjoni tagħha tikkonkludi li dawn l-għotjiet ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tan-nuqqas ta’ speċifiċità tal-Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament bażiku.

(620)

Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet tal-GTĊ.

3.8.6.   Total għall-għotjiet kollha

(621)

Peress li l-kumpanija omm CNBM ma kkooperatx, il-benefiċċju għall-għotjiet ipprovduti fil-livell ta’ CNBM ġie stabbilit bl-użu tal-metodoloġija spjegata fit-taqsimiet 3.8.1 sa 3.8.3 hawn fuq, abbażi ta’ informazzjoni disponibbli pubblikament fir-rapport annwali tal-2018 ta’ din il-kumpanija, bħall-ammonti rreġistrati taħt sussidji mill-gvern, finanzjament mill-gvern u introjtu ieħor.

(622)

L-ammonti totali ta’ sussidju stabbiliti fir-rigward tal-għotjiet kollha matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu kif ġej:

Għotjiet

Kumpanija/Grupp

Ammont ta’ Sussidju

Yuntianhua Group

1,09  %

CNBM Group

3,15  %

3.9.   Konklużjoni dwar is-sussidjar

(623)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dan il-punt tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku billi eżaminat kull sussidju jew programm ta’ sussidju, u żiedet dawn iċ-ċifri flimkien biex tikkalkula ammont totali ta’ sussidjar għal kull produttur esportatur għall-perjodu tal-investigazzjoni. Bil-għan li tikkalkula s-sussidjar kumplessiv ta’ hawn taħt, il-Kummissjoni l-ewwel ikkalkulat il-perċentwal tas-sussidjar, li huwa l-ammont tas-sussidju bħala perċentwal tal-fatturat totali tal-kumpanija. Dan il-perċentwal imbagħad intuża għall-kalkolu tas-sussidju allokat lill-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Imbagħad ġie kkalkulat l-ammont ta’ sussidju għal kull tunnellata ta’ prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u l-marġnijiet ta’ hawn taħt ikkalkulati bħala perċentwal tal-valur tal-Kost, tal-Assigurazzjoni u tan-Noll (“CIF”) tal-istess esportazzjonijiet għal kull tunnellata.

(624)

Wara d-divulgazzjoni definittiva kif ukoll id-divulgazzjoni addizzjonali, CNBM Group sostna li bil-kalkolu tal-benefiċċju totali f’perċentwali abbażi tal-ammonti ta’ sussidju għall-produtturi esportaturi meħuda flimkien u bl-applikazzjoni ta’ dan il-benefiċċju totali bħala perċentwali tal-valur tal-GFF esportat lejn l-UE miż-żewġ produtturi esportaturi meħuda flimkien, il-Kummissjoni inkorrettament allokat l-allegati sussidji li ħa wieħed mill-produtturi esportaturi (Jushi Group) għall-fatturat taż-żewġ produtturi esportaturi meħudin flimkien (Jushi Group u Hengshi). Dan kabbar ir-rata tas-sussidju tal-grupp. Skont CNBM Group, il-Kummissjoni l-ewwel kellha tikkalkula l-ammont ta’ sussidju għal kull unità esportata lejn l-UE separatament għal kull kumpanija. Huwa biss wara dan li l-ammont ta’ sussidju ta’ kull kumpanija kellu jiġi kkombinat għall-finijiet tal-kalkolu ta’ rata ta’ sussidju konġunta.

(625)

Kif imsemmi fil-premessa (97) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni fakkret li biex jiġi żgurat li l-miżuri jkunu jistgħu jiġu infurzati b’mod effettiv, b’mod partikolari biex jiġi evitat li l-esportazzjonijiet jiġu diretti permezz ta’ kumpanija relatata bl-anqas dazju, hija l-prassi tal-Kummissjoni li tistabbilixxi r-relazzjoni bejn il-produtturi esportaturi permezz tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 127 tal-Att ta’ Implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Barra minn dan, il-kalkolu tal-ammont ta’ sussidji kumpensabbli abbażi tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni jimplika li, meta l-kumpaniji jkunu relatati, peress li l-flus huma funġibbli, jistgħu jużaw dawk il-benefiċċji għall-prodott ikkonċernat mingħajr distinzjoni, u għalhekk, irrispettivament mill-produttur esportatur b’mod partikolari. F’dan il-każ, peress li Henghsi u Jushi Group it-tnejn jimmanifatturaw u jesportaw il-prodott ikkonċernat, u peress li Jushi Group jipproduċi wkoll il-materja prima ewlenija użata fil-prodott esportat minn Hengshi, l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli mogħtija fuqhom jenħtieġ li jqis il-fatt li, minħabba r-relazzjoni tagħhom, huma kapaċi jidderieġu dawk il-benefiċċji għall-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni kif jidhrilhom huma. Konsegwentement, il-benefiċċji mogħtija lil dawk il-produtturi esportaturi fir-rigward tal-prodott ikkonċernat jenħtieġ li jirriżultaw f’ammont wieħed għall-grupp.

(626)

Il-metodoloġija proposta minn CNBM tinjora dan il-fatt, u twassal għal riżultati żbaljati. Bħala eżempju, wieħed jista’ jieħu l-każ ta’ żewġ produtturi tal-GFF relatati (kumpaniji A&B), fejn is-sussidji kollha jingħataw lill-kumpanija A, u ma jkun hemm l-ebda sussidju għal kumpanija B. Huwa preżunt ukoll li l-kumpanija A biegħet il-produzzjoni kollha tagħha tal-GFF domestikament lil B, u B esportat mill-ġdid il-prodotti kollha ta’ A, apparti l-prodotti kollha tiegħu stess. Skont il-metodoloġija tal-kalkolu proposta minn CNBM, dan ix-xenarju jirriżulta f’ammont ta’ sussidju ta’ 0 %, peress li l-ammont ta’ sussidju għal kull unità esportata lejn l-UE jkun ta’ 0 għal A, u peress li s-sussidji mogħtija lil A ma setgħux jiġu allokati lill-prodotti esportati minn B. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet l-affermazzjoni ta’ CNBM group.

(627)

CNBM group sostna wkoll li l-Kummissjoni għamlet diversi żbalji meta kienet qed tistabbilixxi l-perkors tas-sussidji bejn il-kumpaniji relatati. L-ewwel nett, il-Kummissjoni għaddet żbaljatament valuri perċentwali li kien fihom denominaturi differenti, peress li l-ammonti ta’ sussidju allokati fuq il-fatturat ta’ Jushi Group ġew miżjuda mal-ammonti ta’ sussidji allokati fuq il-fatturat flimkien ta’ Jushi u ta’ Hengshi.

(628)

It-tieni, il-Kummissjoni ddeterminat li s-sussidji li ħadu China Jushi and Zhengshi Holding Group għaddew għand il-produtturi esportaturi fuq il-bażi ta’ “investimenti f’sussidjarji”. Madankollu, ma hemm l-ebda bażi li biha ishma eżistenti ipso facto jgħaddu minn kwalunkwe allegat benefiċċju għal għand Jushi Group. It-tieni, il-Kummissjoni ma kellhiex biss tqies l-investimenti fl-ekwità fuq terminu twil ta’ China Jushi fis-sussidjarji tagħha, iżda wkoll fl-“impriżi assoċjati u konġunti” tagħha. It-tielet, jekk il-Kummissjoni riedet twettaq analiżi tat-trasferiment, il-Kummissjoni kellha fi kwalunkwe każ talloka s-sussidji allegati li China Jushi rċeviet fuq il-fatturat totali ta’ China Jushi. Ir-raba’, jekk il-preżunzjoni tkun li kumpanija omm tgħaddi s-sussidji kollha li tirċievi lis-sussidjarji tagħha, Jushi Group kellu kien għadda s-sussidji kollha tiegħu lis-sussidjarji tiegħu stess. Għalhekk, il-Kummissjoni jkollha tikkalkula rata ta’ sussidju ta’ 0 % għal Jushi Group.

(629)

It-tielet, wara d-divulgazzjoni definittiva addizzjonali, CNBM Group qal li l-Kummissjoni ma wrietx kif is-sussidji li allegatament ħadet Zhengshi Holding kienu ta’ benefiċċju għall-esportazzjonijiet tal-GFF lejn l-Unjoni. Mingħajr rabta bejn is-sussidji allegatament mogħtija mill-gvern u l-produzzjoni u l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat, ma setax jintwera li l-prodott esportat ibbenefika minn dawk is-sussidji. F’dan il-kuntest, CNBM Group innota li, kif spjegat minn Zhengshi Holding fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju, in-negozju prinċipali tagħha huwa li tixtri materja prima għal kumpanija relatata, li huwa produttur tal-azzar inossidabbli. Barra minn hekk, Zhengshi Holding kellha ammont ta’ fatturat sinifikanti, li kellu jintuża bħala koeffiċjent tal-allokazzjoni minflok.

(630)

Ir-raba’, il-benefiċċju allegatament mgħoddi lil Jushi Group kien ibbażat fuq il-parteċipazzjoni azzjonarja ta’ Jushi Group f’Hubei Hongija, għalkemm Hubei Hongjia huwa fornitur ta’ materjali tal-input għall-produtturi tal-GFF.

(631)

Il-ħames, il-koeffiċjent tal-allokazzjoni għal Jushi Hong Kong kien ibbażat fuq il-fatturat u assuma li l-bejgħ kollu sar lil Jushi Group.

(632)

Is-sitta, il-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni dwar kif l-allegati benefiċċji li ħa CNBM għaddew għal għand Jushi Group u Henshi. Il-Kummissjoni kellha tipproċedi bl-istess mod kif għamlet fir-rigward tal-kumpaniji relatati ta’ Jushi Group u twettaq analiżi tat-trasferiment ibbażata fuq il-bejgħ. Jekk il-Kummissjoni tinsisti li ma kinitx meħtieġa analiżi tat-trasferiment bejn entitajiet relatati (quod non), is-sussidji riċevuti kellhom jiġu allokati fuq il-fatturat totali tal-kumpaniji kollha fil-allegat grupp korporattiv.

(633)

Sabiex twieġeb għal dawn il-kummenti, il-Kummissjoni l-ewwel spjegat kif is-sussidji fid-diversi kumpaniji relatati ta’ CNBM Group kienu aggregati. Għal kull kumpanija relatata, il-Kummissjoni l-ewwel iddeterminat l-ammont ta’ sussidji li ngħataw. Il-Kummissjoni mbagħad użat koeffiċjent tal-allokazzjoni biex tiddetermina liema parti minn dawn is-sussidji kienet marbuta mal-produtturi esportaturi. Pereżempju, għall-fornituri tal-materjali, l-inputs jew l-assi użati fil-proċess tal-produzzjoni, dan il-koeffiċjent tal-allokazzjoni kien ibbażat fuq il-parti tal-fatturat ta’ dawn il-fornituri mal-produtturi esportaturi. Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni mbagħad ġie applikat għall-ammont tas-sussidju li ngħata. L-ammont ta’ sussidju “allokat” li jirriżulta ġie miżjud mal-ammont ta’ sussidju tal-produtturi esportaturi. Fl-aħħar, l-ammont totali ta’ sussidju tal-produttur esportatur (inklużi l-ammonti ta’ sussidju allokati minn kumpaniji relatati) ġie diviż bil-fatturat tal-produttur esportatur biex jiġi kkalkulat il-perċentwal tas-sussidjar, jiġifieri r-rata tas-sussidju.

(634)

B’riżultat ta’ dan, fir-rigward tal-ewwel punt li afferma CNBM Group, ma kien hemm l-ebda addizzjoni ta’ valuri perċentwali li kien fihom denominaturi differenti: kien hemm biss allokazzjoni u addizzjoni sussegwenti tal-ammonti tas-sussidju. Fl-aħħar għall-kalkolu tal-perċentwal tas-sussidju ntuża denominatur wieħed biss.

(635)

Fir-rigward tal-kumpaniji azzjonarji China Jushi and Zhengshi Holding Group imsemmija fit-tieni punt ta’ hawn fuq, il-koeffiċjent tal-allokazzjoni kien tabilħaqq ibbażat fuq il-parti tal-produttur esportatur fl-investimenti magħmula mill-kumpanija azzjonarja. Fil-każ ta’ kumpaniji b’parteċipazzjoni, il-koeffiċjenti tal-allokazzjoni bbażati fuq il-fatturat huma ta’ spiss bla sinifikat, peress li n-negozju ewlieni ta’ dawn il-kumpaniji mhuwiex li jbigħu prodotti jew li jipprovdu inputs, iżda li jinvestu.

(636)

Il-każ ta’ China Jushi huwa uniku f’dan ir-rigward, minħabba li l-kumpanija tgħaqqad flimkien diversi funzjonijiet. Minn naħa, hija taġixxi bħala l-entità ċentrali għall-akkwisti tal-biċċa l-kbira tal-materja prima użata mill-produtturi esportaturi fil-grupp. Min-naħa l-oħra, hija terġa’ tbigħ il-prodotti lesti tal-produtturi esportaturi fis-suq domestiku. Barra minn hekk, Jushi China teżerċita xi funzjonijiet ta’ kwartieri ġenerali bħala kumpanija omm, bħal pereżempju funzjoni ta’ finanzjament ċentrali għall-produtturi esportaturi jew li tipprovdi l-bini amministrattiv għall-funzjonijiet tal-maniġment ta’ Jushi Group. Bħala tali, l-użu tal-fatturat bħala koeffiċjent tal-allokazzjoni mhuwiex possibbli, għaliex dan jirriżulta f’referenza ċirkolari. Tabilħaqq, ċertu perċentwal tas-sussidji jkollu jiġi allokat lill-produtturi esportaturi fuq il-bażi tal-bejgħ ta’ materjali lill-produtturi, iżda sussegwentement ċerta parti mis-sussidji tal-produtturi jkollha tiġi allokata lil China Jushi bbażata fuq il-bejgħ ta’ oġġetti lesti lil China Jushi.

(637)

Peress li China Jushi kienet fl-istess ħin ukoll l-investitur ewlieni ta’ Jushi Group, u kienet qed teżerċita xi funzjonijiet li huma tipiċi għal kumpaniji b’parteċipazzjoni/omm, il-Kummissjoni kkunsidrat li allokazzjoni bbażata fuq l-investimenti kienet tirrappreżenta aħjar ir-realtà tar-rabtiet bejn China Jushi u l-produttur esportatur. Madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-investimenti f’kumpaniji assoċjati u impriżi konġunti kellhom jitqiesu wkoll, u adatta l-koeffiċjent tal-allokazzjoni skont dan.

(638)

Wara d-divulgazzjoni definittiva addizzjonali, CNBM Group żied li abbażi tal-attivitajiet attwali tan-negozju tagħha, tal-kontijiet awditjati tagħha, u tal-introjtu kbir tagħha minn attivitajiet ta’ kummerċ, l-operat ewlieni ta’ China Jushi huwa dak ta’ kumpanija tal-kummerċ. Il-kwistjonijiet ċirkolari ma kellhomx joħolqu diffikultà, peress li dawn jirriżultaw ukoll minn tranżazzjonijiet bejn il-produttur esportatur u kumpaniji relatati oħrajn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma wrietx li China Jushi kellha attivitajiet ta’ investiment sinifikanti, jew li kien hemm attivitajiet speċifiċi ta’ kwartieri ġenerali, attivitajiet ta’ finanzjament jew trasferimenti finanzjarji li jissuġġerixxu li China Jushi kienet qed tgħaddi s-sussidji tagħha lis-sussidjarji tagħha. Għall-kuntrarju, il-produttur esportatur effettivament ħallas dividendi lil China Jushi fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma wrietx li kien hemm xi rabta bejn is-sussidji li ħadet China Jushi u l-produzzjoni u l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat. Fl-aħħar nett, peress li China Jushi hija wkoll il-kumpanija omm tal-kumpaniji l-oħra Jushi li hija tikkontrolla permezz tas-sjieda tagħha ta’ 100 % ta’ Jushi Group, irid jiġi preżunt li s-sussidji ma ġewx trasferiti biss lil Jushi Group iżda wkoll lill-bosta sussidjarji oħra tagħha.

(639)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-analiżi li għamel CNBM Group. China Jushi fil-fatt kellha fatturat kbir minn attivitajiet ta’ kummerċ, kif diġà ġie deskritt fil-premessa (636) hawn fuq. Madankollu, China Jushi kellha wkoll attivitajiet ta’ investiment sinifikanti, kif muri fil-kontijiet tal-assi, tal-introjtu u tal-flussi tal-flus tagħha. Fil-fatt, 94 % tal-profitti operattivi tagħha kienu derivati minn introjtu minn investimenti. Barra minn hekk, kif diġà ssemma, China Jushi twettaq ukoll xi funzjonijiet, li huma tipiċi għal kumpaniji b’parteċipazzjoni/omm, bħal attività ċentrali ta’ finanzjament. Pereżempju, il-Kummissjoni nnutat li l-għan ta’ wieħed mill-bonds maħruġa minn China Jushi kien li “tħallas lura self mill-banek tal-emittent u tas-sussidjarja tiegħu Jushi Group”. Barra minn hekk, l-investigazzjoni sabet li kien ittieħed self “f’isem Jushi China u s-sussidjarji tagħha”, u f’każ wieħed, il-ħlas lura tal-kapital tas-self maħruġ lil China Jushi kellu jsir mis-sussidjarja tagħha Jushi Group. Għalhekk, il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-użu tal-investiment bħala koeffiċjent tal-allokazzjoni. Fl-istess ħin, dawn it-tranżazzjonijiet urew li kien hemm rabta ċara bejn is-sussidji li ħadet China Jushi u l-produzzjoni u l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat. Fl-aħħar, il-fatt li Jushi Group ukoll għandu xi sussidjarji huwa irrilevanti bħala tali, peress li l-investimenti ma ntużawx bħala koeffiċjent tal-allokazzjoni fil-livell tal-produttur esportatur. L-affermazzjonijiet tal-kumpanija għalhekk ġew miċħuda.

(640)

Rigward Zhengshi Holding, il-Kummissjoni qablet mal-fatt li l-fatturat ta’ Zhengshi Holding prinċipalment jikkonsisti fil-bejgħ mill-ġdid ta’ materja prima mixtrija lill-produttur tal-azzar relatat magħha, kumpanija li ma hija marbuta bl-ebda mod mal-GFF jew ma’ din l-investigazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni sabet ukoll li Zhengshi Holding iżżomm id-drittijiet tal-użu tal-art, li tintuża minn kumpanija relatata oħra li hija soġġetta għal din l-investigazzjoni. F’dan ir-rigward, hemm rabta ċara bejn is-sussidji li ħadet Zhengshi Holding u l-produzzjoni u l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat. Minħabba li l-bejgħ ta’ Zhengshi Holding huwa kompletament maqtugħ mir-rabta eżistenti mal-produzzjoni tal-GFF, u billi Zhengshi Holding fl-istess ħin hija wkoll kumpanija b’parteċipazzjoni b’attivitajiet sinifikanti investiment, kif muri fil-kontijiet tal-assi, tal-introjtu u tal-flussi tal-flus tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li allokazzjoni bbażata fuq l-investimenti tagħha tirrappreżenta aħjar ir-realtà tar-rabtiet bejn Zhengshi Holding u l-produttur tal-GFF. Madankollu, waqt ir-rieżami tas-sussidji għal finanzjament preferenzjali li ħadet Zhengshi Holding, il-Kummissjoni nnutat li hija kienet għamlet żball fil-valutazzjoni tagħha, peress li l-finanzjament kollu kien allokat b’mod ċar għall-benefiċċju tal-produzzjoni tal-azzar inossidabbli. Għalhekk, il-kalkolu tal-benefiċċju ġie adattat skont dan.

(641)

Fir-rigward ta’ Hubei Hongjia, il-koeffiċjent tal-allokazzjoni tabilħaqq kellu jkun fuq il-bejgħ tal-materjali prodotti minn Hubei Hongjiia. Għalhekk, il-koeffiċjent tal-allokazzjoni nbidel skont dan. Rigward Jushi Hong Kong, il-Kummissjoni aċċettat ukoll il-kummenti tal-kumpanija, u bidlet il-koeffiċjent tal-allokazzjoni b’wieħed aktar preċiż, jiġifieri l-proporzjon tal-oġġetti mibjugħa minn Jushi Hong Kong, li nxtraw mingħand Jushi Group.

(642)

Wara d-divulgazzjoni definittiva addizzjonali, CNBM Group asserixxa li jekk ma kienx hemm bejgħ minn Jushi Hong Kong lil Jushi Group, mela allura Jushi Hong Kong kellu jiġi eskluż. Il-Kummissjoni tfakkar li Jushi Hong Kong hija n-negozjant relatat mal-produttur esportatur Jushi Group, u bħala tali qed tesporta l-GFF prodott minn Jushi Group. Minħabba li hemm rabta diretta bejn is-sussidji li ħadet Jushi Hing Kong u l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat, jagħmel sens li jintuża l-proporzjon tal-esportazzjonijiet li ġew mingħand Jushi Group (meta mqabbel mal-esportazzjoni tal-prodotti ġew minn sorsi oħra) bħala kriterju tal-koeffiċjent tal-allokazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ma aċċettatx din l-affermazzjoni.

(643)

Dwar l-aħħar punt, dwar it-trasferiment tal-ammonti ta’ sussidju ta’ CNBM, il-Kummissjoni tfakkar li CNBM ma kkoperatx fl-investigazzjoni u li d-determinazzjoni tal-ammont tas-sussidji kellu jsir abbażi tal-fatti disponibbli. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-aktar approċċ raġonevoli kien li jiġu kkalkulati s-sussidji li ħadet CNBM fi proporzjon mal-introjtu totali kkonsolidat tal-grupp korporattiv. Filfatt, il-Kummissjoni għalhekk użat il-metodoloġija ta’ kalkolu proposta minn CNBM Group stess. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(644)

Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidju totali għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-ammont medju ponderat totali ta’ sussidji kompensatorji stabbilit għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw bl-esklużjoni ta’ ammonti negliġibbli kif ukoll l-ammont ta’ sussidji stabbiliti għal entrati li huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, il-Kummissjoni ma injoratx is-sejbiet parzjalment ibbażati fuq il-fatti disponibbli biex tiddetermina dawk l-ammonti. Fil-fatt, il-Kummissjoni tqis li l-fatti disponibbli użati f’dawk il-każijiet ma affettwawx sostanzjalment l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ sussidjar b’mod ġust, sabiex l-esportaturi li ma kinux intalbu jikkooperaw fl-investigazzjoni ma jiġux ippreġudikati bl-użu ta’ dan l-approċċ (137).

(645)

Minħabba r-rata għolja ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u r-rappreżentattività tal-kampjun anki f’termini tal-eleġibbiltà tas-sussudji, il-Kummissjoni stabbiliet l-ammont għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fil-livell tal-ogħla ammont stabbilit għall-kumpaniji inklużi fil-kampjun. L-ammont għall-“kumpaniji l-oħra kollha” kien applikat għal dawk il-kumpaniji li ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

Isem tal-kumpanija

L-ammont ta’ sussidji kumpensabbli

Yuntianhua Group

17,02  %

CNBM Group

30,73  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

24,85  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

30,73  %

4.   SUSSIDJAR: L-EĠITTU

4.1.   Sussidji u programmi ta’ sussidju fl-ambitu tal-investigazzjoni attwali

(646)

Abbażi tal-informazzjoni inkluża fl-ilment, fin-Notifika ta’ Bidu u fit-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, ġie investigat l-allegat sussidjar permezz tas-sussidji li ġejjin mill-GTĊ:

(i)

Self preferenzjali li juża l-valur ta’ polza ta’ assigurazzjoni bħala kollateral, linji ta’ kreditu, finanzjament ieħor, assigurazzjoni u garanziji;

(ii)

Dħul rinunzjat permezz ta’ Programmi ta’ Eżenzjoni u Tnaqqis tat-Taxxa Diretta

Privileġġi tal-EIT għal Intrapriżi li jinsabu f’Żona Ekonomika Speċjali;

(iii)

Dħul rinunzjat permezz ta’ Programmi ta’ Taxxa Indiretta u Tariffi tal-Importazzjoni

Eżenzjonijiet mit-taxxa fuq il-valur miżjud (‘VAT’) u ribassi tat-tariffa ta’ importazzjoni għall-użu ta’ tagħmir importat;

Eżenzjonijiet mill-VAT u rinunzji ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ materjali tal-input importati użati fi prodotti lesti esportati;

(iv)

Il-provvista ta’ oġġetti u servizzi mill-gvern għal remunerazzjoni inqas minn adegwata (LTAR)

Il-provvista ta’ enerġija mill-gvern għal remunerazzjoni inqas minn adegwata;

Il-provvista ta’ art mill-gvern għal remunerazzjoni inqas minn adegwata.

4.2.   Iż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ta’ Suez (“żona SETC”)

4.2.1.   Introduzzjoni u kuntest fattwali

(647)

L-allegat sussidjar fl-Eġittu jikkonċerna żewġ kumpaniji relatati fiż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ta’ Suez Ċina-Eġittu (“Żona SETC”). Iż-żona tkopri medda ta’ 7,34 km2, li hija maqsuma f’żona ta’ 1,34 km2 għal negozji ġodda u f’żona ta’ espansjoni ta’ 6 km2.

(648)

Din iż-żona ekonomika speċjali twaqqfet flimkien miċ-Ċina u mill-Eġittu, u l-istorja tagħha tmur lura għas-snin 90. F’dak il-perjodu, il-President Eġizzjan ta’ dak iż-żmien żar iż-żoni ekonomiċi speċjali taċ-Ċina, u esprima x-xewqa li jieħu eżempju mill-esperjenza taċ-Ċina b’rabta ma’ żoni bħal dawn, sabiex jistabbilixxi struttura simili fl-Eġittu. B’riżultat ta’ dan, fl-1997, il-Prim Ministri taċ-Ċina u tal-Eġittu ffirmaw memorandum ta’ qbil, li fih iż-żewġ pajjiżi “jaqblu li jikkooperaw fl-iżvilupp taż-żona ekonomika ħielsa fit-Tramuntana tal-Golf ta’ Suez, billi jaqsmu l-esperjenza Ċiniża fl-istabbiliment ta’ żoni ekonomiċi speċjali, jipparteċipaw fil-modernizzazzjoni tal-istudji relatati maż-żona u jinkoraġġixxu lis-settur tan-negozju rilevanti fiċ-Ċina biex jipprovdi kontribuzzjonijiet għall-proġetti li kienu se jiġu stabbiliti fiż-żona” (138).

(649)

Wara dan il-ftehim, iċ-Ċina ħatret lil Tianjin Teda Investment Holding Co., Ltd. (“Tianjin TEDA”), SOE taħt il-Gvern Muniċipali ta’ Tianjin, biex twettaq il-kompitu min-naħa Ċiniża. Tianjin TEDA mbagħad issieħbet mal-Amministrazzjoni Eġizzjana tal-Kanal ta’ Suez, mal-Bank Nazzjonali Eġizzjan, u ma’ erba’ intrapriżi oħrajn tal-Istat Eġizzjan sabiex tinħoloq l-Egypt China Joint Venture Company (“ECJV”), sabiex tiġi żviluppata u mibnija ż-żona ekonomika. In-naħa Ċiniża kellha 10 % tal-ishma tal-ECJV, u n-naħa Eġizzjana 90 %. Fl-1998, l-art korrispondenti fiż-Żona tal-Majjistral tal-Golf ta’ Suez ġiet ittrasferita mill-Governorat ta’ Suez lill-ECJV. Madankollu, wara dan, il-proġett ma kellu l-ebda progress għal diversi snin (139).

(650)

Fl-2002, iż-żona usa’ ta’ 20 km2, li fiha kienet tinsab iż-Żona SETC, iż-Żona Ekonomika tal-Majjistral tal-Golf ta’ Suez, kienet uffiċjalment ikklassifikata bħala żona ekonomika speċjali (“SEZone”) mill-GTE (140). Bħala tali, id-dispożizzjonijiet tal-Liġi Eġizzjana Nru 83/2002 dwar iż-Żoni Ekonomiċi ta’ Natura Speċjali (“il-Liġi 83/2002”) issa kienu applikabbli wkoll għaż-Żona SETC.

(651)

Fl-2006, ingħata impetu ġdid, meta ċ-Ċina ddeċidiet li tkompli tinkoraġġixxi l-“Politika Go Global” għall-kumpaniji Ċiniżi biex jinvestu barra l-pajjiż. F’dan il-kuntest, il-MOFCOM ippropona t-twaqqif tal-hekk imsejħa “żoni ta’ kummerċ u kooperazzjoni barra l-pajjiż”, u ż-Żona SETC saret waħda mill-ewwel 18-il żona uffiċjalment approvati (141). Waqt is-Summit ta’ Beijing tal-Forum dwar il-Kooperazzjoni Ċina-Afrika fl-2006, il-President Ċiniż Hu Jintao ħabbar li “se jiġu stabbiliti tlieta sa ħames żoni ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali barra l-pajjiż f’pajjiżi Afrikani fit-tliet snin li ġejjin.” (142)

(652)

Fl-2007, il-MOFCOM organizza sejħa għall-offerti għall-ħatra tal-iżviluppaturi għat-tieni lott ta’ żoni ta’ kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika barra l-pajjiż uffiċjalment approvati. Tianjin TEDA rebħet l-offerta għaż-Żona SETC. F’Ottubru 2008, Tianjin TEDA stabbiliet impriża konġunta mal-Fond għall-Iżvilupp Ċina-Afrika biex tistabbilixxi China-Africa TEDA Investment Co., Ltd. (“China-Africa TEDA”), bħala l-entità ta’ investiment ewlenija taċ-Ċina fiż-żona ta’ kooperazzjoni. China-Africa TEDA ngħaqdet mal-ECJV, biex toħloq kumpanija ġdida, imsejħa Egypt TEDA Investment Co. (“Egypt TEDA”), sabiex tmexxi l-iżvilupp taż-Żona SETC fl-Eġittu. Din id-darba, in-naħa Ċiniża żammet 80 % tal-ishma, filwaqt li n-naħa Eġizzjana (irrappreżentata mill-ECJV) żammet 20 %. Wara li l-kumpanija ġiet formalment stabbilita fl-2008, ix-xogħol fiż-żona avvanza malajr. Fis-7 ta’ Novembru 2009, il-Prim Ministri taż-żewġ pajjiżi ta’ dak iż-żmien inawguraw iż-żona tal-bidu, u elenkaw iż-Żona SETC bħala proġett ta’ kooperazzjoni importanti għall-ekonomija u għall-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi (143). Sal-aħħar tal-2011, l-infrastruttura kollha fiż-żona tal-bidu kienet tlestiet (144).

(653)

Fl-2012, wara l-inkwiet ċivili fl-Eġittu, il-President Morsi għamel żjara statali fiċ-Ċina, li matulha rrefera għaż-Żona bħala proġett ewlieni ta’ kooperazzjoni bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi, u ttama li aktar u aktar intrapriżi Ċiniżi jinvestu fl-Eġittu permezz taż-żona u permezz ta’ proġetti sussegwenti, u b’hekk jipparteċipaw fil-programm ta’ Rkupru tal-Eġittu (145).

(654)

Fl-2013, Egypt TEDA u l-awtoritajiet Eġizzjani ffirmaw kuntratt għas-6 km2 ta’ art taż-żona ta’ espansjoni. Mill-2013, iż-żoni ta’ kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika barra l-pajjiż, bħaż-Żona SETC, ġew ukoll żviluppati aktar taħt il-kappa tal-“Inizjattiva Belt and Road”. Għalhekk, il-parks barra l-pajjiż saru mezz importanti għall-kumpaniji Ċiniżi biex jinvestu fi swieq barranin. B’riżultat ta’ dan, speċjalment mill-2013, iż-żona SETC ġiet inkluża kważi fit-testi importanti kollha ta’ kooperazzjoni bejn iż-żewġ gvernijiet (146).

(655)

Fl-2014, l-Eġittu nieda l-“Pjan ta’ Żvilupp tal-Kuritur tal-Kanal ta’ Suez.” Fil-kuntest ta’ dan il-Pjan, iż-Żona SE ġiet inkorporata uffiċjalment fiż-Żona Ekonomika usa’ tal-Kanal ta’ Suez (“SCZone”) fl-2015 u tinkludi ż-żona kollha ta’ 461 km2 madwar il-Kanal ta’ Suez. Iż-żona kollha issa hija kkunsidrata bħala “żona ekonomika ta’ natura speċjali” skont il-Liġi 83/2002 u l-emendi tagħha (147).

(656)

F’Diċembru 2015, il-President Sisi żar iċ-Ċina, fejn iddikjara li l-Eġittu aċċetta l-offerta tal-President Xi Jinping biex jikkoopera fl-inizjattiva “One Belt, One Road” u biex ikomplu jiġu żviluppati proġetti fl-Eġittu. Fil-21 ta’ Jannar 2016, iż-żewġ Presidenti inawguraw uffiċjalment il-proġett ta’ espansjoni taż-żona SETC għaż-żona ta’ 6 km2 ta’ espansjoni. Matul iż-żjara Statali ta’ Xi Jinping fl-Eġittu, iż-żewġ gvernijiet iffirmaw ukoll “Ftehim bejn il-Ministeru tal-Kummerċ tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Awtorità Ġenerali għaż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu dwar iż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ta’ Suez” tal-21 ta’ Jannar 2016 (“il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni”). Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni ċċara aktar is-sinifikat u l-istatus legali taż-Żona SETC (148).

(657)

Matul iż-żjara ta’ verifika fil-GTE, il-GTE kkonferma li dan il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni kkodifika l-prattika stabbilita fiż-żona sa mill-2006. L-għan ewlieni tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni kien li jipprovdi qafas ċar bil-miktub għal din il-kooperazzjoni u jifformalizzaha fil-qafas tal-inizjattiva “One Belt, One Road”, inkluż l-appoġġ tal-GTĊ għall-kumpaniji barra mill-pajjiż. Madankollu, ma ngħatawx aktar dettalji dwar ix-xogħlijiet ta’ tħejjija tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni minkejja t-talbiet espliċiti tal-Kummissjoni.

(658)

Skont il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, il-gvernijiet se jiżviluppaw iż-Żona SETC b’mod konġunt. Huma jagħmlu dan skont l-istrateġiji nazzjonali rispettivi tagħhom (Inizjattiva Belt and Road għaċ-Ċina min-naħa waħda, u l-Pjan ta’ Żvilupp tal-Kuritur tal-Kanal ta’ Suez għall-Eġittu min-naħa l-oħra). Għal dak il-għan, il-GTE jipprovdi l-art, il-ħaddiema u ċerti eżenzjonijiet mit-taxxa, filwaqt li l-kumpaniji Ċiniżi li joperaw fiż-żona jħaddmu l-faċilità tal-produzzjoni bl-assi u bil-maniġers tagħhom. Biex jikkumpensa għan-nuqqas ta’ fondi Eġizzjani, il-GTĊ jappoġġja wkoll dan il-proġett billi jpoġġi l-mezzi finanzjarji meħtieġa għad-dispożizzjoni tal-Egypt TEDA u għad-ditti Ċiniżi li joperaw fiż-Żona SETC.

(659)

Il-produtturi tal-GFF li joperaw fiż-Żona SETC, Jushi Egypt u Hengshi Egypt, huma inkorporati taħt il-liġi Eġizzjana u ġew stabbiliti minn kumpaniji omm Ċiniżi (Jushi China u Hengshi China). Il-kumpaniji omm tal-produtturi GFF huma relatati u l-kumpanija omm aħħarija ta’ dawn iż-żewġ kumpaniji hija tal-Kummissjoni għas-Superviżjoni u l-Amministrazzjoni tal-Assi tal-Istat (SASAC). Dawn irċevew approvazzjoni mill-awtoritajiet tal-gvern Ċiniż rilevanti (149) għat-twaqqif ta’ sussidjarja fl-Eġittu. Il-kumpaniji filjali huma ffinanzjati b’fondi ġejjin miċ-Ċina, qegħdin jużaw materjali tal-input u tagħmir importat miċ-Ċina, huma mmexxija minn maniġers Ċiniżi u qegħdin jużaw għarfien espert Ċiniż. Huma jipproduċu l-GFF fl-Eġittu, li jiġi esportat lejn l-UE miż-żona SETC.

(660)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni msemmi hawn fuq, iż-żewġ gvernijiet stabbilew ukoll mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni fuq tliet livelli. F’dan il-kuntest, l-Awtorità Ġenerali għaż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu u l-Kummissjoni Muniċipali ta’ Tianjin għall-Kummerċ tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ffirmaw “Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar l-Istabbiliment tal-Kummissjoni Amministrattiva għaż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ta’ Suez Ċina-Eġittu” għall-konsultazzjonijiet intergovernattivi tal-ewwel livell. Fit-tieni livell, ġie stabbilit il-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ta’ Suez biex jiżgura diskussjonijiet fil-livell tekniku bejn id-dipartimenti amministrattivi kompetenti tal-Gvern tal-Muniċipalità ta’ Tianjin taċ-Ċina u d-dipartimenti kompetenti rilevanti tal-Awtorità taż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez tal-Eġittu. Mill-2017 saru laqgħat regolari ta’ dawn il-Kummissjonijiet. Fit-tielet livell, Egypt TEDA u l-kontropartijiet Eġizzjani rilevanti jirrappurtaw il-problemi u d-diffikultajiet li nqalgħu għal-livelli governattivi ta’ hawn fuq.

4.2.2.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni parzjali u l-użu tal-fatti disponibbli b’rabta maż-Żona SETC

4.2.2.1.   L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku b’rabta mal-GTE

(661)

Il-Kummissjoni talbet lill-GTE fil-kwestjonarju tagħha, fl-ittra ta’ defiċenza, u matul iż-żjara ta’ verifika biex jipprovdi ċerta informazzjoni relatata maż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ta’ Suez fl-Eġittu. Dawn it-talbiet għal informazzjoni kienu jinkludu, fost l-oħrajn, kwistjonijiet dwar il-qafas legali u istituzzjonali, u l-eżistenza ta’ ftehimiet intergovernattivi bejn iċ-Ċina u l-Eġittu.

(662)

F’dan il-kuntest, il-GTE pprovda l-Ftehim tal-2016 bejn il-Ministeru tal-Kummerċ tar-RPĊ u l-Awtorità Ġenerali għaż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu fiż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ta’ Suez. Madankollu, il-Kummissjoni għad ma għandhiex informazzjoni relatata ma’ kwalunkwe ftehim preċedenti, memoranda ta’ qbil jew dokumenti oħrajn iffirmati bejn il-GTĊ u l-GTE b’rabta maż-Żona SETC. Pereżempju, il-Kummissjoni sabet referenzi disponibbli pubblikament għal Memorandum ta’ Qbil tal-1997 bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”), irrappreżentat minn mill-Prim Ministru Li Peng u l-GTE, irrappreżentat mill-Prim Ministru Kamal alGanzouri, dwar l-istabbiliment ta’ żona ta’ kummerċ ħieles fl-Eġittu.

(663)

Il-Kummissjoni ma għandhiex lanqas dokumentazzjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-Ftehim tal-2016, u l-mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni stabbiliti mill-GTE u mill-GTĊ. Pereżempju, il-Kummissjoni sabet referenzi disponibbli pubblikament għal Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar l-Istabbiliment tal-Kummissjoni Amministrattiva għaż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ta’ Suez Ċina-Eġittu, iffirmat mill-Awtorità Ġenerali taż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez u l-Kummissjoni tal-Kummerċ ta’ Tianjin tar-RPĊ. Barra minn hekk, f’April 2017, ġie stabbilit b’mod formali kumitat ta’ ġestjoni konġunt taż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ta’ Suez ta’ TEDA Ċina-Eġittu. F’Lulju 2017, il-Kumitat Intergovernattiv ta’ Koordinazzjoni ġie stabbilit u organizza l-ewwel laqgħa konġunta tiegħu. Il-Kummissjoni ma rċevietx dokumentazzjoni bil-miktub dwar il-laqgħat li saru taħt dawn id-diversi mekkaniżmi ta’ konsultazzjoni, ħlief għal laqgħa li saret mill-Kummissjoni Amministrattiva.

(664)

Fin-nuqqas ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kinitx irċeviet informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni.

4.2.2.2.   L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku b’rabta mal-GTE

(665)

Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-GTĊ fil-kwestjonarju tagħha, fl-ittra ta’ defiċenza, u matul iż-żjara ta’ verifika biex jipprovdi informazzjoni relatata mal-investiment barra l-pajjiż b’mod ġenerali, għaż-żoni ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali barra l-pajjiż b’mod ġenerali, u b’mod aktar speċifiku għaż-Żona SETC fl-Eġittu. Dawn it-talbiet għall-informazzjoni kienu jinkludu, fost l-oħrajn, kwistjonijiet dwar il-qafas legali u istituzzjonali għaż-żoni ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali barra l-pajjiż approvati mill-Ministeru tal-Kummerċ taċ-Ċina, l-eżistenza ta’ ftehimiet intergovernattivi bejn iċ-Ċina u l-Eġittu, kif ukoll ir-rwol u l-funzjonament ta’ diversi entitajiet tal-Istat Ċiniż fiż-Żona SETC.

(666)

Il-GTĊ tenna diversi drabi li qies li t-talbiet tal-Kummissjoni kienu inkonsistenti mal-Artikoli 1, 2, 4, 11.2 u 11.3 tal-Ftehim SCM kif ukoll l-Artikoli 2, 3, 4, 10(2) u 10(3) tar-Regolament (UE) 2016/1037 (“ir-Regolament bażiku”), fost dispożizzjonijiet oħrajn, u għalhekk ma weġibx għall-mistoqsijiet li għamlet il-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ma qablitx. Fid-dawl tal-involviment tagħha fl-operazzjonijiet fiż-Żona SETC u l-ftehimiet mal-GTE, il-Kummissjoni qieset li l-GTĊ kellu jipparteċipa wkoll f’din il-parti tal-investigazzjoni sabiex jipprovdi aktar ċarezza.

(667)

Fin-nuqqas ta’ din l-informazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kinitx irċeviet informazzjoni kruċjali rilevanti għal dan l-aspett tal-investigazzjoni.

(668)

Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-GTE u lill-GTĊ li jista’ jkollha tirrikorri għall-użu ta’ fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku meta teżamina l-eżistenza u l-firxa tal-allegat sussidjar għall-kumpaniji li jinsabu fiż-Żona SETC. Il-GTE u l-GTĊ oġġezzjonaw u enfasizzaw li huma kienu kkooperaw bis-sħiħ mal-Kummissjoni. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni dwar il-kollaborazzjoni preċiża bejn iż-żewġ gvernijiet fit-twaqqif u l-amministrazzjoni taż-żona SETC kienet kruċjali għall-valutazzjoni legali tal-każ kif spjegat fit-Taqsima 4.2.3 li jmiss. Sfortunatament, hija rċeviet biss żewġ dokumenti rilevanti wara l-verifika rispettiva bil-konsegwenza li ma setgħetx tivverifika l-awtentiċità tagħhom. Barra minn hekk, ma setgħet tinvolvi ruħha fl-ebda diskussjoni ta’ segwitu mal-GTE dwar dettalji sinifikanti li setgħu jitfgħu dawl fuq id-daqs u l-grad tal-kooperazzjoni bejn iż-żewġ gvernijiet fiż-żona.

(669)

Għalhekk, il-Kummissjoni applikat l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku u qagħdet fuq il-fatti disponibbli fir-rigward ta’ dawn il-punti.

4.2.3.   Valutazzjoni legali

(670)

L-operazzjoni taż-Żona SETC tikkostitwixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn il-GTE u l-GTĊ, fit-territorju tal-pajjiż esportatur. Il-gvernijiet tal-Eġittu u taċ-Ċina ġabru flimkien riżorsi tagħhom biex jipprovdu lill-kumpaniji li jimmanifatturaw fiż-Żona SETC b’kundizzjonijiet favorevoli li jagħtuhom benefiċċji. Dan il-ġbir flimkien ta’ riżorsi permezz ta’ din l-kooperazzjoni mill-qrib għandu għan komuni u huwa ta’ benefiċċju għal benefiċjarju komuni (Jushi Egypt u Hengshi Egypt).

(671)

Fil-kummenti tiegħu tas-7 ta’ Awwissu 2019, il-GTĊ iddikjara li l-Kummissjoni ma tistax tinvestiga legalment il-parti Ċiniża ta’ din il-kooperazzjoni mill-qrib, jiġifieri l-allegati kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-banek Ċiniżi lill-kumpaniji li joperaw fl-Eġittu. Skont l-Artikolu 1.1(a) tal-Ftehim SCM jeżisti sussidju biss meta jkun hemm kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern – jew korp pubbliku – fit-territorju tal-membru tad-WTO. Għalhekk,skont il-GTĊ kwalunkwe allegat trasferiment dirett ta’ fondi minn istituzzjoni finanzjarja li topera fiċ-Ċina lil produtturi/esportaturi tal-GFF f’pajjiżi terzi “ma jistax jiġi attribwit liċ-Ċina jew ikkunsidrat bħala kontribuzzjoni finanzjarja mogħtija mill-GTĊ” (150). Fil-fehma tal-GTĊ, il-Kummissjoni nnifisha kienet appoġġjat “limitu territorjali ta’ sussidjar” fil-każ HRF, meta ddikjarat “li jrid ikun hemm kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern jew korp pubbliku fit-territorju tal-pajjiż sussidjarju” skont il-premessa 5 tar-Regolament Bażiku (151). Barra minn hekk, il-kuntest tal-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM, bħall-Artikoli XVI GATT, 2.1 u 2.2. L-SCMA dwar l-ispeċifiċità, l-Artikolu 14 tal-SCMA dwar il-kalkoli tal-benefiċċji, l-Artikolu 25.2 tal-SCMA dwar ir-rekwiżiti ta’ notifika kollha jinkludu referenzi li l-benefiċjarju jenħtieġ li jkun jinsab fit-territorju tal-Membri tad-WTO sussidjarji; fl-istess vena, anki t-Taqsima 10 tal-Protokoll ta’ Adeżjoni taċ-Ċina tirrikjedi li l-pajjiż jinnotifika kwalunkwe sussidju “mogħti jew miżmum fit-territorju tiegħu” (152). Fl-aħħar nett, fil-fehma tal-GTĊ, l-istorja tan-negozjati tal-Ftehim turi li l-pagamenti mogħtija minn gvern barra mit-territorju tiegħu ma jkunux koperti bil-ftehim.

(672)

Il-Kummissjoni osservat li dawn l-impennji jittrattaw il-kwistjoni dwar jekk il-GTĊ hux responsabbli skont il-Ftehim SCM biex jagħti sussidji għall-produzzjoni ta’ oġġetti barra l-pajjiż, li huma esportati lejn membri terzi tad-WTO. Madankollu, huma ma jitkellmux dwar il-kwistjoni separata dwar jekk, f’każijiet speċifiċi, il-gvern tal-pajjiż esportatur hux akkontabbli, skont il-Ftehim SCM, talli jkun fittex, irrikonoxxa u adotta b’mod attiv tali sussidji għall-benefiċċju tal-prodotti li jsiru hemm.

(673)

Għalhekk, il-Kummissjoni kellha d-dritt li tivverifika jekk ir-riżorsi pprovduti lil Jushi u Hengshi Egypt jistgħux jiġu kkwalifikati bħala sussidji kumpensabbli mogħtija mill-GTE fis-sens tal-Artikoli 2, 3 u 4 tar-Regolament bażiku.

4.2.3.1.   Kontribuzzjoni finanzjarja ta’ gvern jew ta’ entità pubblika

(674)

Skont l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament bażiku, sussidju jkun jeżisti jekk ikun hemm kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern fil-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni. Bl-istess mod, l-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM jgħid li sussidju għandu jitqies li jkun jeżisti “jekk ikun hemm kontribuzzjoni finanzjarja minn gvern jew minn kwalunkwe korp pubbliku”.

(675)

Il-GTE pprovda art liż-żewġ kumpaniji u offra diversi eżenzjonijiet mit-taxxa. Għalhekk, dawn is-sussidji huma operati u mogħtija direttament mill-gvern tal-Eġittu.

(676)

Madankollu, minn meta ġie konkluż il-MtQ fl-1997, il-GTE fittex b’mod attiv li jappoġġja ż-żona mhux biss direttament bil-forniment tal-art u l-eżenzjonijiet mit-taxxa iżda wkoll indirettament, permezz tal-assistenza miftiehma tal-gvern Ċiniż għall-iżvilupp taż-Żona SETC fit-territorju tiegħu. Fil-fatt, skont it-termini tal-MtQ, il-GTE espressament “ħeġġeġ is-settur tan-negozju rilevanti fiċ-Ċina biex jipprovdi kontribuzzjonijiet għall-proġetti li se jiġu stabbiliti fiż-żona”. Wara ż-żjara tal-President Morsi fiċ-Ċina f’Awwissu 2012, iż-Żona SETC irċeviet “attenzjoni u appoġġ mingħajr preċedent mill-gvern Eġizzjan” (153). Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-2016, iż-żewġ naħat qablu li jiżviluppaw iż-żona “skont (…) il-liġijiet u r-regolamenti eżistenti taż-żewġ pajjiżi”. L-Artikolu 1 tal-leġiżlazzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni jispeċifika wkoll li “Il-Kumitat ta’ Ġestjoni [responsabbli għall-koordinazzjoni u għall-ġestjoni tal-ħidma ta’ kuljum taż-Żona ta’ Kooperazzjoni] huwa stabbilit f’konformità mal-ftehimiet multilaterali u bilaterali u l-liġijiet u r-regolamenti eżistenti ffirmati jew li pparteċipaw fihom ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu”. Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, iż-żewġ naħat iwiegħdu “appoġġ u faċilitazzjoni għall-kostruzzjoni, għall-faċilitazzjoni tan-negozju u għall-operat taż-Żona ta’ Kooperazzjoni”. Għal dak il-għan, l-Eġittu qabel li ċ-Ċina tinnominah bħala “żona ta’ kummerċ u kooperazzjoni barra l-pajjiż”. Iċ-Ċina kkonfermat fl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim ta’ kooperazzjoni li ż-żona inkwestjoni “hija intitolata għal appoġġ u faċilitazzjoni tal-politika rilevanti mill-Gvern Ċiniż għaż-żoni ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali barra l-pajjiż”. Barra minn hekk, fl-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, il-GTĊ impenja ruħu b’mod espliċitu li “għandu jappoġġja” ż-żona billi, fost l-oħrajn, “jinkoraġġixxi l-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti biex jipprovdu faċilità finanzjarja” għall-kumpaniji u l-investimenti fiż-żona. Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 7 tal-istess Ftehim, kemm il-GTE kif ukoll il-GTĊ kkommettew ruħhom li kwalunkwe liġi eżistenti jew futura, li tagħti trattament aktar favorevoli mill-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, għandha tieħu preċedenza fuq tal-aħħar. Il-finanzjament preferenzjali tal-GTĊ għaż-żewġ produtturi GFF fiż-żona huma r-riżultat ta’ dawk l-impenji u jenħtieġ li jitqies f’dak il-kuntest.

(677)

L-għaqda tal-forzi mill-GTE u l-GTĊ serviet diversi skopijiet.

(678)

Għan-naħa Eġizzjana, kif espress fl-ogħla livell politiku (154), l-għan kien li jiġu attirati investimenti, għarfien espert u kapital Ċiniżi sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku taż-Żona tal-Kanal ta’ Suez u jinħolqu l-impjiegi. Skont l-Ippjanar Fuq Perjodu Twil tal-Perspettiva Eġizzjana 2022, ippubblikat mid-Dipartiment tal-Ippjanar tal-Eġittu f’Novembru 2013, iż-Żona SETC se jkollha rwol kbir fit-titjib tal-industrija tal-Eġittu, billi tagħmel qligħ mill-kambju barrani permezz tal-esportazzjoni, toħloq it-tassazzjoni u ssolvi l-problema tal-qgħad (155).

(679)

Għan-naħa Ċiniża, il-motivazzjoni kienet differenti. Mill-perspettiva tal-kumpaniji nnifishom, l-Eġittu għandu ċerti vantaġġi f’termini ta’ kostijiet lavorattivi aktar baxxi u żminijiet ta’ kunsinna iqsar għas-swieq ewlenin, bħall-UE. Barra minn hekk, kif imsemmi fil-prospett tal-bonds maħruġ minn Jushi China fl-2014: “ostakoli kummerċjali protettivi żiedu l-prezzijiet tas-suq tal-esportazzjonijiet moħbija tal-ħġieġ tal-fibra taċ-Ċina, li għandu impatt negattiv fuq l-esportazzjonijiet tal-ħġieġ tal-fibra ta’ Jushi Group. … wara t-tnedija ta’ Jushi Egyptian Glass Fiber Co., Ltd. fl-2013, id-domanda għall-prodott tat-tliet reġjuni msemmija hawn fuq se tiġi ssodisfata minn Jushi Egypt. It-tliet reġjuni msemmija hawn fuq mhux se jimponu dazji anti-dumping fuq il-prodotti Eġizzjani ta’ Jushi, u l-impatt tal-politiki anti-dumping fuq Jushi Group se jitnaqqas bil-kbir. Il-prinċipju preliminari tal-prezzijiet tal-prodotti tal-ħġieġ tal-fibra Eġizzjani ta’ Jushi għall-klijenti fit-tliet reġjuni ta’ hawn fuq huwa li l-iffrankar tat-tariffi jinqasam mal-klijenti u li l-iffrankar tad-dazji anti-dumping u tal-kostijiet tat-trasport igawdih b’mod sħiħ il-fornitur emittent”. Fil-fatt, mill-2011 (156) u tmiem l-2014 (157), l-importazzjonijiet ta’ GFR (l-input prinċipali biex jinħadem il-GFF, li jirrappreżenta madwar 70 % tal-kostijiet tal-manifattura tiegħu) li joriġinaw miċ-Ċina ġew soġġetti għal dazji anti-dumping u kumpensatorji fl-UE u l-UE hija waħda mit-“tliet reġjuni” li huma msemmija fil-prospett tal-bonds.

(680)

Mill-perspettiva tal-GTĊ, skont it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-MOFCOM għall-Iżvilupp tal-Kummerċ Barrani, wieħed mill-kompiti ewlenin skont dan il-pjan huwa t-tisħiħ tal-kooperazzjoni kummerċjali ma’ pajjiżi li jinsabu tul it-Triq tal-Inizjattiva One Belt, one Road bil-għan li jiġu promossi u mkabbra l-esportazzjonijiet ta’, fost l-oħrajn, prodotti ta’ teknoloġija avvanzata, bħall-GFF. Il-pjan fih id-dikjarazzjoni li ġejja: “Jiġu stabbilizzati l-esportazzjonijiet ta’ prodotti vantaġġużi bħal prodotti li jirrikjedu ħafna ħaddiema lejn il-pajjiżi msemmija qabel, jiġu sfruttati l-opportunitajiet li tinbena l-infrastruttura għal pajjiżi bħal dawn, u jiġu inċentivati esportazzjonijiet ta’ settijiet sħaħ kbar ta’ tagħmir, teknoloġiji, standards u servizzi. Ikun hemm adattament għax-xejra ta’ trasformazzjoni u titjib tal-industriji ta’ dawn il-pajjiżi, u jiġu aċċellerati l-esportazzjonijiet ta’ prodotti elettromekkaniċi u ta’ teknoloġija avvanzata. … Tiġi intensifikata l-espansjoni tas-swieq emerġenti, u wara li jiġu kkunsidrati b’mod komprensiv l-iskala ekonomika, ir-ritmu tat-tkabbir, il-kwalitajiet tar-riżorsi, il-grad ta’ riskju u fatturi oħrajn, jintgħażlu diversi swieq emerġenti għall-espansjoni primarja. Jitkattru l-esportazzjonijiet ta’ tagħmir tekniku avvanzat, u jiġu promossi l-esportazzjonijiet ta’ industriji u prodotti ta’ kwalità għolja, ta’ grad għoli u komparattivament vantaġġużi” Miżuri li huma previsti biex jintlaħqu dawn il-kompiti jinkludu “l-iżvilupp ta’ żoni u diversi parks ta’ żvilupp ekonomiku u teknoloġiku ta’ livell statali”.

(681)

Kif espress f’artikolu partikolari, “Taħt il-gwida tad-dipartimenti tal-gvern fil-qafas tal-“Inizjattiva One Belt, one Road”, u b’rabta mal-istrateġija tal-pajjiż ospitanti fl-ogħla livell, iż-żoni ta’ kooperazzjoni barra l-pajjiż saru mezz għall-implimentazzjoni tal-“Inizjattiva One Belt, one Road” u l-kooperazzjoni tal-kapaċità ta’ produzzjoni internazzjonali” (158).

(682)

Għalhekk, iż-żoni barra l-pajjiż għandhom diversi għanijiet strateġiċi għaċ-Ċina. L-ewwel, jistgħu jgħinu biex tiżdied id-domanda għal makkinarju u tagħmir magħmul fiċ-Ċina. It-tieni, permezz tal-produzzjoni barra l-pajjiż u l-esportazzjoni lejn l-Ewropa jew l-Amerika ta’ Fuq, il-kumpaniji Ċiniżi jkunu jistgħu jevitaw it-tfixkil u l-ostakoli kummerċjali imposti fuq l-esportazzjonijiet miċ-Ċina. It-tielet, huma jistgħu jassistu liċ-Ċina fl-isforzi tagħha biex tagħti spinta lir-ristrutturar domestiku tagħha stess u biex ittejjeb il-katina tal-valur f’pajjiżha (159).

(683)

Minn dan isegwi li l-gvern Eġizzjan kien qiegħed jistenna u jilqa’ l-finanzjament Ċiniż għall-kooperazzjoni mill-qrib fiż-Żona SETC, sabiex jagħti spinta lill-iżvilupp ta’ wieħed mill-ifqar reġjuni tiegħu. Il-Gvern Ċiniż kien qed jittama li l-kumpaniji Ċiniżi jkunu jistgħu joperaw barra t-territorji Ċiniżi u jespandu l-esportazzjonijiet tagħhom taħt l-inizjattiva “One Belt, One Road” (possibbilment biex jevitaw li jinqabdu minn miżuri ta’ difiża kummerċjali).

(684)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni kkunsidrat li t-terminu “mill-gvern” fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament bażiku jenħtieġ li jinkludi mhux biss miżuri li joriġinaw direttament mill-GTE, iżda wkoll dawk il-miżuri mill-GTĊ li jistgħu jiġu attribwiti lill-GTE abbażi tal-evidenza disponibbli.

(685)

Kif qal il-Korp tal-Appell (“AB”) fil-każ Stat Uniti-Gasoline (160), il-liġi tad-WTO ma tistax tinqara mingħajr ma wieħed jaqra wkoll id-dritt internazzjonali ġenerali. Għalhekk, b’mod partikolari, il-prinċipji ġenerali tad-dritt internazzjonali jagħmlu parti mill-ordni ġuridiku tad-WTO, li mhuwiex reġim indipendenti (161). B’konformità mal-Artikolu 3.2 tad-DSU u l-Artikolu 31(3)(c) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati (VCLT), “kwalunkwe regola rilevanti tad-dritt internazzjonali applikabbli fir-relazzjonijiet bejn il-partijiet” trid titqies fil-valutazzjoni tal-kuntest tat-termini ta’ trattat.

(686)

Dawn ir-“regoli” jinkludu d-dritt internazzjonali abitwali (162), li b’definizzjoni huwa vinkolanti fuq il-membri kollha tad-WTO, inklużi l-Eġittu, iċ-Ċina u l-Unjoni Ewropea. Fergħa importanti mid-dritt internazzjonali abitwali hija r-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-Istat, li ġew ikkodifikati mill-Kummissjoni tad-Dritt Internazzjonali (l-Artikoli ILC dwar ir-Responsabbiltà tal-Istati għal Azzjonijiet Internazzjonali Ħżiena) (163), f’konformità mal-mandat tagħha skont l-Artikolu 13(1)(a) tal-Karta tan-NU.

(687)

Ir-regoli fl-Artikoli ICL huma wkoll “rilevanti” skont it-tifsira tal-Artikolu 31(3)(c) VCLT għaliex jipprovdu gwida għall-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ attribuzzjoni, jiġifieri meta ċerti atti jew ommissjonijiet jistgħu jiġu attribwiti lil Stat wieħed, anki meta dawk l-atti jew ommissjonijiet ma jirriżultawx direttament minn dak l-Istat. F’dan ir-rigward, il-kunċett ta’ attribuzzjoni jsir rilevanti biex jiġu interpretati t-termini “mill-gvern” fl-intestatura tal-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM, u b’mod aktar partikolari, biex tiġi ddeterminata l-attribuzzjoni korretta ta’ mġiba f’sitwazzjoni ta’ kooperazzjoni bejn żewġ Stati fir-rigward ta’ sussidji, bħal f’dan il-każ (164).

(688)

L-Artikoli tal-ILC jistgħu għalhekk jintużaw biex jinterpretaw it-termini “mill-gvern” fix-chapeau tal-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM sabiex tiġi attribwita l-kondotta (l-għoti ta’ sussidju) lill-GTE, anki f’każijiet fejn il-kontribuzzjoni finanzjarja ma saritx direttament mill-GTE.

(689)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC jipprovdi, b’mod partikolari, li “imġiba li ma tistax tiġi attribwita lil Stat skont l-artikoli preċedenti għandha madankollu titqies bħala att ta’ dak l-Istat skont il-liġi internazzjonali jekk u sal-punt li l-Istat jirrikonoxxi u jadotta l-imġiba inkwistjoni bħala tiegħu stess”. Il-kummentarju tal-ILC għall-Artikolu 11 jispjega li “każijiet ta’ applikazzjoni tal-prinċipju [ta’ attribuzzjoni tal-Istat permezz ta’ rikonoxximent u adozzjoni ta’ mġiba] jistgħu jinstabu f’deċiżjonijiet ġudizzjarji u fil-prassi tal-Istati” (165). Kif inhu mfakkar fil-premessa 6 tal-istess kummentarju tal-ILC, huwa meħtieġ li Stat “jidentifika l-imġiba inkwistjoni u jagħmilha tiegħu”.

(690)

Mill-bidu tal-proġett fl-1997, il-gvern Eġizzjan għamel il-finanzjament Ċiniż ta’ Jushi Egypt u Hengshi Egypt parti mill-politika tiegħu stess għaż-żona. Il-President Morsi pubblikament laqa’ l-investiment u l-kapital Ċiniż matul iż-żjara tiegħu fiċ-Ċina f’Awwissu 2012, u d-Dipartiment tal-Ippjanar tal-Eġittu rrikonoxxa f’Novembru 2013 li ż-Żona SETC iffinanzjata miċ-Ċina se jkollha rwol importanti għall-ammeljorament tal-industrija tal-Eġittu. Fi żjara oħra fiċ-Ċina f’Diċembru 2014, il-President Sisi “esprima li l-proposta mill-President Xi Jinping li jistabbilixxu b’mod konġunt “One Belt and One Road” kienet opportunità sinifikanti għall-irkupru Eġizzjan u li l-parti Eġizzjana kienet lesta għall-involviment attiv u biex tagħti appoġġ. Il-parti Eġizzjana xtaqet tikkoopera maċ-Ċina fl-iżvilupp tal-proġetti tal-Kurituri tal-Kanal ta’ Suez, iż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ta’ Suez u l-bqija, u xtaqet tattira intrapriżi Ċiniżi biex jinvestu fl-Eġittu” (166).

(691)

Il-karatteristiċi tal-inizjattiva Ċiniża “One Road One Belt” jafhom kulħadd. L-Artikoli 30 sa 36 tal-Opinjonijiet ta’ Gwida tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promozzjoni tal-Kapaċità tal-Produzzjoni Internazzjonali u l-Kooperazzjoni fil-Manifattura tat-Tagħmir tat-13 ta’ Mejju 2015 jelenkaw l-appoġġ kollu tal-politika li l-kumpaniji “li jsiefru” jistgħu jirċievu. Dawn jinkludu politiki ta’ appoġġ fiskali u tat-taxxa, self konċessjonali, appoġġ finanzjarju permezz ta’ self sindikat, krediti għall-esportazzjoni, u finanzjament ta’ proġetti, investiment fl-ekwità, u fl-aħħar nett assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni. L-Artikolu 31 tagħha jirreferi għal “self konċessjonali” li għandu “jappoġġa lill-intrapriżi biex jipparteċipaw fl-esportazzjoni ta’ settijiet sħaħ ta’ tagħmir, kuntratti għal proġetti u proġetti ta’ investiment fuq skala kbira”. Fil-prattika, din il-politika wasslet għal għadd kbir ta’ finanzjament preferenzjali minn banek jew għat-twaqqif speċifiku tas-“Silk Road Fund” skont l-Artikolu 35 tal-Opinjonijiet ta’ Gwida, kif ġie stabbilit reċentement mill-Kummissjoni f’każ ieħor (167).

(692)

Peress li l-Presidenti tal-Eġittu kienu bla dubju ta’ xejn jafu li l-inizjattiva Ċiniża “One Belt and One Road” tinvolvi finanzjament kbir mill-Istat permezz ta’ finanzjament preferenzjali u strumenti finanzjarji oħra, kien hemm għalhekk att ċar ta’ rikonoxximent u adozzjoni fl-ogħla livell politiku ta’ tali appoġġ finanzjarju mill-GTĊ billi ġiet stabbilita b’mod konġunt iż-Żona SETC maċ-Ċina.

(693)

Il-fatt li l-Eġittu rrikonoxxa u adotta finanzjament preferenzjali Ċiniż joħroġ iżjed ukoll mit-test tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni tal-2016. Kif stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, l-Eġittu aċċetta b’mod espliċitu li ċ-Ċina tista’ tapplika l-liġijiet tagħha fir-rigward tal-operaturi fiż-Żona SETC jew fir-rigward ta’ operazzjonijiet fiż-Żona SETC. Għal dak il-għan, il-gvern Eġizzjan kien ukoll qed jaqbel li ċ-Ċina tagħżel iż-Żona SETC bħala “żona ta’ investiment barrani” skont il-liġijiet tagħha. Peress li “żoni ta’ investiment barra l-pajjiż” huma veikolu tal-inizjattiva One Road One Belt kif innotat fil-premessa (681), u peress li din l-inizjattiva tuża l-finanzjament preferenzjali bħala għodda kif deskritt fil-premessa (691), tali deżinjazzjoni fl-Artikolu 4 tal-Ftehim dwar il-Koperazzjoni fejn iċ-Ċina kkonfermat ukoll li ż-żona inkwistjoni “hija intitolata għal appoġġ u faċilitazzjoni ta’ politika rilevanti pprovduti mill-Gvern Ċiniż għal żoni ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali barra l-pajjiż”, kellha l-konsegwenza li Jushi Eġittu u Hengshi Eġittu saru eliġibbli biex jitolbu self preferenzjali minn banek ta’ politika Ċiniżi u termini ta’ assigurazzjoni preferenzjali tal-esportazzjoni. Eġittu ffirma wkoll l-Artikolu 5, li skontu l-Gvern Ċiniż għandu jappoġġja wkoll liż-Żona ta’ Kooperazzjoni billi “jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti biex jipprovdu faċilità ta’ finanzjament għal … proġetti ta’ investiment li jinsabu fiż-Żona ta’ Kooperazzjoni, dment li l-kundizzjonijiet tas-self u r-rekwiżiti tal-użu tas-self ikunu sodisfatti”. Kif diġà ġie kkonstatat f’investigazzjoni preċedenti, il-finanzjament preferenzjali Ċiniż mhuwiex operat minn programmi ta’ finanzjament preskritti b’mod ċar bi kriterji stretti ta’ eliġibbiltà, iżda pjuttost permezz tal-identifikazzjoni fl-ogħla livell ta’ għadd ta’ industriji mħeġġa (168). Id-deżinjazzjoni uffiċjali taż-Żona SETC fl-Eġittu bħala żona ta’ investiment barra l-pajjiż għall-kumpaniji Ċiniżi wara ftehim komuni bejn iż-żewġ Presidenti u t-“tħeġġiġ” fl-Artikolu 5 taqbel perfettament sew max-xejra tas-soltu Ċiniża li tattiva finanzjament preferenzjali mill-banek ta’ politika tagħha.

(694)

Il-miżuri preferenzjali Ċiniżi favur l-entitajiet Ċiniżi stabbiliti fl-Eġittu b’hekk ġew “identifikati” u “magħmula tiegħu” mill-Eġittu.

(695)

Barra minn hekk, uffiċjali Eġizzjani kienu kontinwament preżenti fil-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni ta’ tliet livelli msemmi fil-premessa (660). Il-kompitu tal-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni huwa li “jikkoordina u jiffaċilita l-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti, inkluż iżda mhux limitati għal istituzzjonijiet bankarji, istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni u diversi fondi li jipprovdu appoġġ ta’ kreditu għaż-Żona ta’ Kooperazzjoni u intrapriżi residenzjali, u jgħinu lill-intrapriżi fiż-Żona ta’ Kooperazzjoni u dawk residenzjali biex jesploraw aktar mezzi ta’ finanzjament” skont l-Artikolu 2(V) tal-Ftehim ta’ Implimentazzjoni. L-Artikolu 2(4) tal-istess dokument jagħti mandat lill-uffiċjali biex “jippruvaw iwettqu l-isforzi kollha biex jiġu implimentati l-politiki ta’ inċentiv kollha tal-liġijiet u tar-regolamenti Ċiniżi u Eġizzjani b’mod bla xkiel”. Dan jirreġistra l-fehim kondiviż tal-Eġittu u ċ-Ċina li n-naħa Ċiniża mhix qed tipprovdi flus b’rati tas-suq, li Jushi Eġittu u Hengshi Egpyt kien ikunu jistgħu jirċievu minn investituri tas-suq internazzjonali, iżda proattivament jipprovdu inċentivi tal-Istat u dan mhuwa xejn ħlief benefiċċji jew preferenzi.

(696)

Bl-implimentazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, l-Eġittu esprima wkoll l-approvazzjoni sħiħa tiegħu għall-finanzjament preferenzjali Ċiniż għall-benefiċċju tal-produtturi tal-GFF fiż-żona. Fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni parzjali taż-żewġ gvernijiet (ara t-Taqsima 4.2.2) għal dan l-aspett kruċjali tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma setax tistabbilixxi aktar dettalji f’dan ir-rigward; madankollu, l-evidenza disponibbli tindika lejn il-fatt li ż-żewġ gvernijiet ikkooperaw kif deskritt hawn fuq għall-benefiċċju tal-produtturi esportaturi tal-GFF li jinsabu fiż-żona.

(697)

Mill-evidenza jirriżulta li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji fil-forma ta’ finanzjament preferenzjali mill-korpi pubbliċi Ċiniżi lil Jushi u Hengshi Egypt jistgħu jiġu attribwiti lill-GTE bħala l-gvern tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 3.1(a) tar-Regolament bażiku. L-evidenza wriet li l-GTE approva l-appoġġ finanzjarju preferenzjali mill-GTĊ lill-produtturi tal-GFF fiż-żona f’konformità mal-impenji miftiehma għall-iżvilupp u għall-appoġġ tal-attivitajiet ekonomiċi fiż-żona.

(698)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-possibbiltà li l-gvernijiet jipprovdu kontribuzzjoni finanzjarja indirettament permezz ta’ korpi privati la hija esoġena għar-Regolament bażiku u lanqas għall-Ftehim SCM (169). Tabilħaqq, f’każijiet fejn il-gvernijiet jafdaw jew jidderieġu korpi privati lejn imġiba partikolari, kwistjoni ewlenija hija li jrid ikun hemm “rabta dimostrabbli” bejn l-att tal-gvern u l-imġiba tal-korp privat (170). Bl-istess mod, f’dan il-każ, hemm rabta ċara u espliċita bejn l-azzjonijiet affermattivi meħuda miċ-Ċina biex tipprovdi l-appoġġ finanzjarju miftiehem lill-produtturi esportaturi tal-GFF u lill-GTE.

(699)

Konsegwentement, il-Kummissjoni qieset li l-finanzjament preferenzjali mogħti mill-GTĊ lill-produtturi esportaturi tal-GFF fiż-żona jammonta għal kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-GTE fis-sens tal-Artikolu 3(1)(i) tar-Regolament bażiku (171).

4.2.3.2.   Benefiċċju

(700)

Il-Kummissjoni mbagħad qieset jekk dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji attribwibbli lill-GTE jagħtux benefiċċju lil Jushi u Hengshi Egypt skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Hija fakkret li dawn iż-żewġ kumpanniji kienu joperaw fl-Eġittu u kienu inkorporati skont id-dritt Eġizzjan. Għalhekk, kien fil-prinċipju xieraq li wieħed jistaqsi jekk dawn ir-riċevituri tal-finanzjament rċevewx kundizzjonijiet aħjar milli kienu jirċievu fis-suq finanzjarju Eġizzjan. Il-Kummissjoni vverifikat dan il-punt u kienet sodisfatta li dan kien il-każ b’marġni għoli.

(701)

Madankollu, il-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni wkoll iċ-ċirkustanzi eċċezzjonali ta’ dan il-każ. Kif innotat fil-premessa (659), il-produtturi esportaturi huma relatati ma’ kumpaniji omm Ċiniżi, li fl-aħħar mill-aħħar huma miżmuma mis-SASAC. Il-korpi pubbliċi Ċiniżi taw il-finanzjament preferenzjali wara n-negozjati u l-firma tad-dokumenti rilevanti fiċ-Ċina, u r-riċevituri rċevewh direttament jew indirettament permezz tal-kanal tal-kumpanija omm tagħhom fiċ-Ċina (self bejn il-kumpaniji). Barra minn dan, kif stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, il-gvern Eġizzjan aċċetta li dawk l-entitajiet jirċievu appoġġ preferenzjali, u dan jinkludi self irħis skont il-liġi Ċiniża, jiġifieri taħt kundizzjonijiet Ċiniżi. Il-korpi pubbliċi Ċiniżi pprovdew tali finanzjament f’konformità mal-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni skont il-politiki ta’ finanzjament preferenzjali implimentati fiċ-Ċina kif spjegat fit-Taqsima 3.4. Kif spjegat fil-premessa (657) hawn fuq, dawn id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni kkodifikaw prattika stabbilita minn qabel.

(702)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-adozzjoni u r-rikonoxximent mill-Gvern Eġizzjan tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-korpi pubbliċi Ċiniżi lil Jushi u Hengshi Egypt kienu jinkludu wkoll l-element tal-benefiċċju tagħhom. Għalhekk stabbiliet rati tas-suq għall-finanzjament preferenzjali u kkalkulat il-benefiċċju skont dan (ara t-Taqsima 4.3 hawn taħt). Hija nnotat li dan l-approċċ raġonevoli rriżulta f’ammonti ta’ sussidju aktar baxxi minn dawk idderivati mill-applikazzjoni tal-valur referenzjarju ipotetiku Eġizzjan.

4.2.3.3.   Speċifiċità

(703)

Fir-rigward tat-tielet punt dwar l-ispeċifiċità, il-Kummissjoni eżaminat jekk dawn is-sussidji kinux speċifiċi kif meħtieġ mill-Artikoli 4(2) sa (4) tar-Regolament bażiku.

(704)

B’rikonoxximent u adozzjoni, il-GTE kien l-awtorità awtorizzati fir-rigward tal-finanzjament preferenzjali. B’mod partikolari, il-GTE rrikonoxxa u adotta d-deżinjazzjoni mill-GTĊ taż-Żona SETC bħala territorju ta’ investiment barra l-pajjiż skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u approva l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu fejn, fost l-oħrajn il-GTĊ jipprovdi finanzjament preferenzjali.

(705)

Dawn is-sussidji kienu limitati għal kumpaniji li joperaw fiż-żona tal-Kanal ta’ Suez (li minnhom hija parti ż-Żona SETC). Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn kienu sussidji reġjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament bażiku u li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-awtorità li tagħti l-għajnuna skont l-Artikoli 4(2) sa (4) tar-Regolament bażiku.

4.2.3.4.   Konklużjoni

(706)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni sabet li kemm is-sussidji mogħtija lill-kumpaniji li joperaw fiż-Żona SETC direttament mill-Eġittu (għoti ta’ art, eżenzjonijiet mit-taxxa) u ukoll is-sussidji mogħtija indirettament permezz tal-finanzjament preferenzjali miċ-Ċina huma kumpensabbli skont l-Artikoli 2-4 tar-Regolament bażiku. Dawn tal-aħħar huma attribwibbli lill-Eġittu minħabba li l-Eġittu rrikonoxxa u adotta l-miżuri tal-GTĊ bħala tiegħu stess, pereżempju permezz tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, il-kooperazzjoni mill-qrib u d-diversi livelli ta’ mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji taw ukoll benefiċċji u kienu speċifiċi. Il-Kummissjoni eżaminat is-sussidji rilevanti kollha f’aktar dettall hawn taħt.

(707)

Wara d-divulgazzjoni, il-GTE kkontesta dawn is-sejbiet billi għamel ħames punti: L-ewwel nett, kien impossibbli skont id-dritt internazzjonali li jiġu attribwiti atti sovrani tal-Gvern taċ-Ċina lill-Gvern tal-Eġittu. It-tieni, il-Kummissjoni kienet injorat ir-Regolament bażiku tagħha stess, li skontu l-awtorità awtorizzanti trid tkun ibbażata fit-territorju tagħha stess. It-tielet, l-attribuzzjoni ta’ atti Ċiniżi lill-Eġittu tikser ukoll id-dritt tad-WTO, li ma setax jiġi interpretat fid-dawl tal-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat. Ir-raba’, l-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC lanqas biss kien applikabbli għall-fatti inkwistjoni. Il-ħames, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji lil Jushi u lil Hengshi China ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-ispeċifiċità skont l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku.

(708)

Il-GTĊ daqstant ieħor ma qabilx li l-Kummissjoni ttrattat is-self ipprovdut minn istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi lil kumpaniji Eġizzjani li jinsabu fiż-żona SETC u s-self bejn il-kumpaniji li jinsabu fl-Eġittu u l-kumpanija omm tagħhom bħala sussidji kumpensatorji. L-ewwel argumenta li sussidju ma setax jiġi “jinħoloq” għaċ-Ċina u mbagħad “jintefa’” fuq l-Eġittu, peress li dan ikun qed jikkumpensa għal investiment barrani leġittimu. Il-GTĊ wara qies li t-test, il-kuntest, l-għan u l-iskop tal-Ftehim SCM ma jippermettix l-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ “gvern jew korp pubbliku” għal pajjiż terz. It-tielet, il-GTĊ argumenta li l-Artikolu 11 tal-Artikoli tal-ILC dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat ma setax jiġi invokat bħala kuntest rilevanti peress li ma kellux x’jaqsam mal-istess suġġett tal-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM. Anki jekk l-Artikolu 11 tal-Artikoli tal-ILC kien rilevanti, ikun hemm inkonsistenza ċara mal-Artikolu 1.1(a)(1) tas-SCM. F’dak il-każ, il-GTĊ isostni bħala r-raba’ punt tiegħu li tal-aħħar jieħu preċedenza fuq ta’ qablu bħala lex specialis.

(709)

Mill-bidu nett, il-Kummissjoni osservat li la l-GTĊ u lanqas il-GTE ma għamlu kummenti dwar il-preċiżjoni tal-fatti rigward il-kooperazzjoni bejn dawn iż-żewġ gvernijiet kif deskritt fit-Taqsima 4.2.1 hawn fuq.

(710)

Il-Kummissjoni nnutat li l-oġġezzjonijiet mill-GTE u mill-GTĊ kienu parzjalment l-istess u parzjalment invokaw argumenti separati. Il-Kummissjoni analizzat il-punti li kienu l-istess flimkien u indirizzat wieħed wieħed l-argumenti li fadal u li saru mill-gvernijiet separatament.

(711)

Fl-ewwel opinjoni l-GTĊ jargumenta li l-Kummissjoni ma setgħetx tistabbilixxi kontribuzzjoni finanzjarja Ċiniża fil-kuntest tal-kumpaniji li joperaw fl-Eġittu. B’hekk kienet qed “toħloq” sussidju mill-GTĊ li aktar tard seta’ “jintefa’” fuq l-Eġittu u pruvat “tillegalizza” din it-teknika billi, b’mod żbaljat applikat l-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC għal sitwazzjoni fejn biex nibdew ma kien hemm l-ebda sussidju kumpensabbli miċ-Ċina. Permezz ta’ din il-kostruzzjoni li mhijiex permissibbli, l-UE tkun qed tibda tittratta “investiment barrani leġittimu”.

(712)

Il-Kummissjoni osservat li dan l-argument politiku huwa bbażat fuq żewġ premessi ġuridiċi dubjużi: L-ewwel nett, l-azzjoni Ċiniża trid tissodisfa l-kriterji kollha ta’ sussidju skont il-Ftehim SCM biex tiskatta r-responsabbiltà. It-tieni, jekk dan ma jkunx il-każ, il-Ftehim SCM ma jippermettix li l-UE tikkumpensa għal kwalunkwe appoġġ li jirċievu kumpaniji li joperaw fl-Eġittu. Madankollu, dan l-argument iħallat dimensjoni fattwali ma’ dimensjoni normattiva. Kif spjegat qabel, il-GTE stenna u laqa’ (il-fatt ta’) self preferenzjali minn istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi lill-kumpaniji fl-Eġittu, u rrikonoxxa u adotta bħala tiegħu dan is-self preferenzjali. Jekk tali self preferenzjali skattatx ukoll (minn perspettiva normattiva) responsabbiltà internazzjonali taċ-Ċina għall-ksur tal-Ftehim SCM huma irrilevanti. Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni attribwiet lill-GTE “imġiba” Ċiniża (jiġifieri l-għoti tas-self preferenzjali) u mhux “atti illegali”. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-ewwel ilment tal-GTĊ li kellha l-ewwel turi li l-GTĊ kien ta sussidju skont it-tifsira tal-Ftehim SCM, u meta naqset milli tagħmel dan “ħolqot” b’mod żbaljat sussidju tal-GTĊ għall-benefiċċju tal-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat.

(713)

Il-GTE enfasizza fl-ewwel punt tiegħu l-prinċipju tas-sovranità fid-dritt internazzjonali. Mill-perspettiva tiegħu, att jista’ jiġi attribwit biss lil Stat meta dak l-att jaqa’ taħt l-awtorità ta’ dak l-Istat. Għalhekk, l-atti ta’ entitajiet mogħtija awtorità mill-gvern Ċiniż jistgħu jiġu attribwiti biss lill-Istat Ċiniż. Fis-seduta tat-18 ta’ Marzu 2020, il-GTE speċifika r-raġunament tiegħu billi ċċitat l-eżempju tal-forzi militari ta’ Stat stazzjonati bil-kunsens ta’ Stat ieħor fit-territorju ta’ din tal-aħħar. Fil-fehma tal-GTE, kwalunkwe azzjoni tal-forzi militari mistiedna jista’ jiġi attribwit biss lill-Istat mistieden, iżda ma tistax tiskatta r-responsabbiltà tal-Istat ospitanti.

(714)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-affermazzjoni. Il-prinċipju tal-ugwaljanza sovrana fid-dritt internazzjonali, kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tal-Karta tan-NU, jipprojbixxi li Stat wieħed jeżerċita s-setgħat tiegħu fit-territorju ta’ Stat ieħor kontra r-rieda tal-Istat territorjali. Madankollu, l-Istati huma liberi li jawtorizzaw azzjoni ta’ Stat ieħor fit-territorju tagħhom. L-azzjoni tal-Istat mistieden fit-territorju tal-Istat ospitanti tista’ mbagħad issir attribwibbli lill-Istat ospitanti. Fl-eżempju msemmi minn GTE matul is-seduta ta’ smigħ, din ir-regola ssegwi direttament mir-Riżoluzzjoni 3314 (XXIX) tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-1974 dwar id-definizzjoni ta’ aggressjoni, li hija ġeneralment meqjusa bħala kodifikazzjoni tad-dritt internazzjonali konswetudinarju. Skont l-Artikolu 3 lit. (f) ta’ dik ir-Riżoluzzjoni, aggressjoni minn Stat kontra Stat ieħor hija definita mhux biss bħala attakki diretti permezz tal-organi tal-Istat tiegħu stess, iżda wkoll bħala “l-azzjoni ta’ Stat li jippermetti t-territorju tiegħu, li huwa jkun poġġa għad-dispożizzjoni ta’ Stat ieħor biex jiġi użat minn dak l-Istat biex iwettaq att ta’ aggressjoni kontra Stat terz”. B’mod ċar, kieku fl-1962 Kuba ppermettiet lill-Unjoni Sovjetika tattakka lill-Istati Uniti bil-missili Russi mit-territorju Kuban, dan kien iwassal għar-responsabbiltà internazzjonali ta’ Kuba għal atti ta’ aggressjoni kontra l-Istati Uniti. Għaldaqstant, id-dritt internazzjonali jirrikonoxxi l-possibbiltà li l-Istat ospitanti jiġi attribwit azzjoni tal-Istat ospitanti u anki li jiġi ssanzjonat għal dan, jekk l-azzjoni tal-Istat mistieden tagħmel ħsara lil Stat terz.

(715)

It-tieni, il-GTE u l-GTĊ argumentaw li ma hemmx lok li l-imġiba tal-Gvern Ċiniż tiġi attribwita lill-Eġittu skont ir-Regolament bażiku tal-UE. Id-definizzjoni ta’ “gvern” skont l-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku kienet marbuta espressament mat-territorju tal-awtorità li tagħti l-għajnuna. Il-kliem “fit-territorju” f’dik id-dispożizzjoni kellhom l-għan li jipprovdu sigurtà legali u ma setgħux jiġu interpretati fid-dawl tad-dritt tad-WTO jew dak internazzjonali.

(716)

L-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku jipprevedi: “‘Gvern tfisser’ gvern jew kull korp pubbliku fit-territorju tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni.” Il-Kummissjoni qablet mal-GTE li din id-dispożizzjoni tkopri azzjoni tal-gvern li mit-territorju tiegħu jiġu esportati l-prodotti sussidjati lejn l-Unjoni Ewropea. Dan huwa l-każ ta’ hawnhekk. Il-prodott taħt kunsiderazzjoni huwa mmanifatturat fl-Eġittu u esportat mill-Eġittu lejn l-Unjoni Ewropea. Il-gvern tal-Eġittu jinsab fit-territorju tal-Eġittu. Madankollu, l-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku ma jitkellimx dwar il-mistoqsija separata dwar x’azzjonijiet l-gvern jista’ jawtorizza fit-territorju tiegħu u jirrikonoxxi bħala tiegħu stess. Bħal fil-każ tal-kunċett ta’ “korp pubbliku”, il-kunċett ta’ “gvern” huwa miftuħ għall-interpretazzjoni u jitqies l-kuntest u l-għan tiegħu. Għalhekk, l-azzjonijiet li jistgħu jiġu attribwiti lill-gvern tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni jistgħu ma jkunux biss azzjonijiet li joħorġu direttament minn tali gvern iżda wkoll azzjonijiet imputabbli lil tali gvern. Dan huwa kkonfermat ukoll mit-termini fl-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament bażiku meta jirreferi għal kontribuzzjoni finanzjarja “minn” gvern. Għall-istess raġunijiet, l-argumenti tal-GTE bl-invokazzjoni ta’ diversi dispożizzjonijiet tal-Ftehim SCM (pereż. l-Artikoli 1.1(a)(1), 13, 18.1(a) u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 63) huma inutli. Filwaqt li huwa minnu li r-Regolament bażiku “irid jiġi interpretat, sa fejn hu possibbli, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim SCM” (172), dawn id-dispożizzjonijiet ma jargumentawx kontra l-proposta li kontribuzzjoni finanzjarja tista’ tiġi pprovduta minn stat ieħor u li l-gvern territorjali jirrikonoxxi u jadotta bħala tiegħu stess.

(717)

Konsegwentement, it-tieni affermazzjoni tal-GTE u tal-GTĊ ħarġet mill-allegat kunċett strett ta’ territorjalità skont l-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM, ġiet miċħuda.

(718)

It-tielet oġġezzjoni tal-GTE kienet marbuta mas-sinifikat tal-Artikoli ILC dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat f’dan ir-rigward. Fil-fehma tagħha, ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex wieħed jibbaża fuq l-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC peress li l-Korp tal-Appell fl-Istati Uniti — Dazji Antidumping u Dazji Kompensatorji (iċ-Ċina) (173) kien irrefera biss għall-Artikoli 4, 5 u 8 tiegħu. B’mod simili, il-GTĊ argumenta li l-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC u 1.1(a)(1) SCMA ma kinux jikkonċernaw l-istess suġġett, kif mitlub mill-Artikolu 31(3)(c) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar id-Dritt tat-Trattati. Anki jekk wieħed jassumi li l-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC kien rilevanti, l-Artikolu 1.1(a)(1) SCMA jkun fi kwalunkwe każ lex specialis u jipprevali.

(719)

Il-Kummissjoni ma laqgħetx din l-affermazzjoni. Ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jgħid li ċerti prinċipji biss tad-dritt internazzjonali konswetudinarju, kif stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 jew 8 tal-Artikoli ILC dwar ir-Responsabbiltà tal-Istat, huma rilevanti għall-interpretazzjoni tar-regoli tad-WTO, iżda oħrajn mhumiex. Il-Korp tal-Appell tad-WTO dejjem applika l-kunċetti tad-dritt konswetudinarju ġenerali, li kienu rilevanti biex jiġu vvalutati l-fatti inkwistjoni. Minbarra r-regoli dwar l-attribuzzjoni, anki l-prinċipji ta’ estoppel jew ta’ bona fide huma parti mill-ordni ġuridiku tad-WTO, pereżempju. F’dan il-każ, il-Gvern tal-Eġittu ma kkontestax iċ-ċirkustanzi fattwali li stieden, irrikonoxxa u ffaċilita l-implimentazzjoni tal-finanzjament preferenzjali Ċiniż lill-kumpaniji li joperaw fl-Eġittu. Għal dan is-sett ta’ ċirkostanzi, wieħed jista’ jsib gwida interpretattiva fl-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC, li saret referenza għalih fil-ġurisprudenza tal-investiment internazzjonali wkoll (174). L-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC huwa għalhekk regola rilevanti tad-dritt internazzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 31(3)(c) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar id-Dritt tat-Trattati għall-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “mill-gvern” fl-SCMA. Minn dan isegwi li lanqas ma hemm lok għall-applikazzjoni tal-kunċett ta’ “lex specialis”. Din hija regola ta’ kunflitt, meta żewġ regoli tad-dritt internazzjonali li jkun fihom tweġibiet normattivi konfliġġenti dwar l-istess fatti. Dan mhuwiex il-każ hawnhekk, peress li l-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC ma jgħidx l-oppost tal-Artikolu 1.1(a)(1) tal-Ftehim SCM, iżda jgħin biex tinġibed linja xierqa meta tiġi attribwita kondotta minn gvern għal ieħor, li jirrikonoxxi u jadotta imġiba bħal din bħala tiegħu stess.

(720)

Skont ir-raba’ oġġezzjoni tal-GTE, l-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC ma huwiex applikabbli għall-fatti inkwistjoni. Skont dan l-Artikolu, Stat jista’ jassumi responsabbiltà għal kondotta bħala Stat suċċessur wara l-akkwist ta’ art. Gvern jista’ wkoll jirrikonoxxi l-kondotta privata taċ-ċittadini tiegħu bħala tiegħu. Madankollu, l-Artikolu ma jipprevedix li Stat jadotta atti sovrani barrani bħala tiegħu stess.

(721)

Il-Kummissjoni ċaħdet din l-oġġezzjoni wkoll. It-Titolu tal-Artikolu 11 tal-Artikoli ILC huwa “aġir rikonoxxut u adottat minn Stat bħala tiegħu stess”, mingħajr ma jikkwalifika l-awtur tal-att oriġinali. Flimkien mal-Assemblea Ġenerali tan-NU fir-Riżoluzzjoni 3314 (XXIX) tal-1974 (ara l-premessa 714 hawn fuq), anki l-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja affermat il-libertà tal-Istati li jadottaw atti barranin bħala tagħhom stess (175). Il-prattika internazzjonali għalhekk ma tappoġġax il-fehma tal-Eġittu li l-attribuzzjoni skont l-Artikolu 11 tal-Artikoli tal-ILC hija limitata għal każijiet ta’ suċċessjoni territorjali jew għal Gvern li jirrikonoxxi u jadotta atti illeċiti privati fuq it-territorju tiegħu stess.

(722)

Fil-ħames oġġezzjoni tiegħu, il-GTE sostna li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-GTĊ lil entitajiet fl-Eġittu ma kinux speċifiċi. Huwa rrefera għar-Regolament bażiku, li skontu r-riċevituri tal-kontribuzzjoni finanzjarja jrid jaqa’ “taħt il-ġurisdizzjoni tal-awtorità li tagħti l-għajnuna”. Fil-fehma tiegħu, il-kliem “awtorità li tagħti l-għajnuna” ma jfissirx “awtorità li tirrikonoxxi u tadotta”. Barra minn hekk, f’investigazzjonijiet li saru fil-passat, l-awtorità li tagħti l-għajnuna għall-entitajiet Ċiniżi kienet dejjem il-gvern Ċiniż. Il-GTE kkonkluda li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-GTĊ ma tistax tkun speċifika “peress li l-intrapriżi li jinsabu fl-Eġittu mhumiex fil-ġurisdizzjoni taċ-Ċina”. Bl-istess mod, bħala parti mit-tieni oġġezzjoni tiegħu, il-GTĊ sostna li l-ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 2.2 tal-Ftehim SCM għandha tiġi vvalutata fil-kuntest tal-“ġurisdizzjoni territorjali” ta’ Stat.

(723)

Il-Kummissjoni tenniet li hija kkunsidrat il-GTE bħala l-awtorità bis-saħħa tal-adozzjoni u r-rikonoxximent tagħha tas-self preferenzjali Ċiniż. Peress li Jushi Egypt u Hengshi Egypt qed joperaw fiż-Żona Ekonomika Speċjali, huma jaqgħu wkoll taħt il-ġurisdizzjoni tal-Gvern tal-Eġittu. L-għoti ta’ dan l-appoġġ finanzjarju kien ukoll ristrett speċifikament għall-kumpaniji li joperaw f’din iż-żona, u għalhekk kien speċifiku.

(724)

Anki kieku kien meħtieġ jintwera li l-GTĊ kien eżerċita ġurisdizzjoni fuq dawn il-kumpaniji qabel il-GTE seta’ jadotta l-imġiba Ċiniża bħala tiegħu, quod non, ir-riżultat ma jinbidilx. Bl-iffirmar tal-Artikoli 1 u 4(1) tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni, il-GTE kien qabel li l-kumpaniji li joperaw fiż-Żona kienu se jirċievu “appoġġ u faċilitazzjoni ta’ politika rilevanti pprovduti mill-gvern Ċiniż għal żoni extra-Ċiniżi ekonomiċi u ta’ kooperazzjoni kummerċjali” u li l-iżvilupp taż-żona jsir skont il-liġijiet taż-“żewġ pajjiżi”. Minbarra li eżerċita l-ġurisdizzjoni territorjali tiegħu, il-GTE għalhekk ippermetta wkoll liċ-Ċina tipprovdi għajnuna speċifika għal kumpaniji li jinsabu biss f’“żoni extra-Ċiniżi ekonomiċi u ta’ kooperazzjoni kummerċjali”. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(725)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni affermat mill-ġdid il-konklużjoni tagħha li l-GTE rrikonoxxa u adotta bħala tiegħu l-appoġġ għall-investiment kapitali, is-self għal Jushi Egypt u l-provvediment ta’ art minn TEDA Egypt u għalhekk ipprovda sussidji speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikoli 2–4 tar-Regolament bażiku.

4.3.   Finanzjament preferenzjali

4.3.1.   Self minn banek ta’ politika lil Jushi Egypt

4.3.1.1.   Banek tal-Istat li jaġixxu bħala korpi pubbliċi

(726)

Fl-2012 u l-2016 rispettivament, CDB u EXIM taw żewġ selfiet lil Jushi Egypt għal ammont totali ta’ USD 200 miljun. L-ewwel self intuża biex jiffinanzja l-ftuħ tal-impjant u t-tieni self kien jikkorrispondi għal proġett ta’ espansjoni għal linja ta’ produzzjoni addizzjonali.

(727)

Il-Kummissjoni l-ewwel ivverifikat jekk dawn il-banek tal-Istat kinux korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikoli 3 u 2(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni l-ewwel fittxet informazzjoni dwar is-sjieda tal-Istat, kif ukoll indizji formali ta’ kontroll tal-gvern fil-banek tal-Istat. Il-Kummissjoni fittxet ukoll informazzjoni dwar jekk il-GTĊ eżerċitax kontroll sinifikanti fuq l-imġiba tal-ħames banek tal-Istat fir-rigward tal-politiki tas-self tagħhom u l-valutazzjoni tar-riskju. Kif imsemmi fit-Taqsimiet 3.4.1.1 u 3.4.1.4 ta’ hawn fuq, kemm EXIM u CDB huma banek tal-Istat Ċiniż u hemm indizji formali ta’ kontroll tal-GTĊ fuq dawn il-banek. Barra minn hekk, fit-Taqsimiet 3.4.1.3 u 3.4.1.5 ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-GTĊ ħoloq qafas normattiv li kellu jiġi rrispettat mill-maniġers u mis-superviżuri maħtura mill-GTĊ u li huma responsabbli lejn il-GTĊ. Għalhekk, il-GTĊ qagħad fuq il-qafas normattiv sabiex jeżerċita kontroll b’mod sinifikanti fuq l-imġiba tal-bank tal-Istat kull meta kien qiegħed jipprovdi self lill-industrija tal-GFF.

(728)

Minbarra l-qafas legali ġenerali stipulat fit-Taqsima 3.4.1.1 ta’ hawn fuq, il-kuntest legali li ġej kien japplika għas-self ipprovdut minn EXIM u CDB lil Jushi Egypt:

(729)

China-Africa TEDA u EXIM iffirmaw MtQ ta’ kooperazzjoni strateġika fis-6 ta’ Novembru 2009, filwaqt li ressqu pjan ta’ pakkett b’ammont totali li jlaħħaq sa 6 biljun RMB biex ikun hemm kooperazzjoni strateġika ġenerali fiż-żoni ta’ kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika barra l-pajjiż.

(730)

Fis-7 ta’ Novembru 2009, sitt żoni ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali Afrikani, fosthom iż-Żona SETC, iffirmaw il-Patt ta’ Laqgħa Konġunta bejn iż-Żoni ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali (tal-Afrika) Barra l-Pajjiż u l-Fond ta’ Żvilupp Ċina-Afrika (“CADF”), sussidjarja ta’ CDB.

(731)

Barra minn hekk, fl-2013, il-MOFCOM ħareġ “Avviż dwar l-Aspetti relatati mal-appoġġ miċ-China Development Bank għall-istabbiliment u għall-iżvilupp ta’ żoni ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali barra l-pajjiż”. Skont dan l-Avviż, il-MOFCOM u CDB se “jipprovdu appoġġ ta’ politika għal investiment u finanzjament għall-intrapriżi u l-intrapriżi li jidħlu f’xi żona ta’ kooperazzjoni eliġibbli”. CDB se “jikkjarifika l-kundizzjonijiet bażiċi għall-finanzjament prijoritarju fiż-żona ta’ kooperazzjoni skont ir-rekwiżiti tal-Ministeru tal-Kummerċ u l-Ministeru tal-Finanzi”, u CDB se “jappoġġja b’mod selettiv il-proġetti li qegħdin jinbnew u l-proġetti ta’ kooperazzjoni li l-MOFCOM tahom attenzjoni kbira flimkien mal-gvernijiet ospitanti taż-żona ta’ kooperazzjoni.”

(732)

L-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn iċ-Ċina u l-Eġittu 2016 jiddikjara li “l-Gvern Ċiniż jidentifika ż-Żona ta’ Kooperazzjoni bħala ż-żona ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali barra l-pajjiż taċ-Ċina. Iż-Żona ta’ Kooperazzjoni … hija intitolata għal appoġġ u faċilitazzjoni tal-politika rilevanti mill-Gvern Ċiniż għaż-żoni ta’ kooperazzjoni ekonomika u kummerċjali barra l-pajjiż”. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 5, il-Gvern Ċiniż għandu jappoġġja wkoll liż-Żona ta’ Kooperazzjoni billi “jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti biex jipprovdu faċilità ta’ finanzjament għal … proġetti ta’ investiment li jinsabu fiż-Żona ta’ Kooperazzjoni, dment li l-kundizzjonijiet tas-self u r-rekwiżiti tal-użu tas-self ikunu sodisfatti”.

(733)

L-Artikolu 2(IV) tal-“Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar l-Istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Ġestjoni għaż-Żona ta’ Kooperazzjoni Ekonomika u Kummerċjali ta’ Suez Ċina-Eġittu” li jimplimenta l-ftehim imsemmi hawn fuq, jispeċifika wkoll li l-Kumitat ta’ Ġestjoni stabbilit bejn id-dipartimenti funzjonali rilevanti tal-Gvern tal-Poplu ta’ Tianjin u l-Awtorità Ġenerali għaż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez għandu “jagħmel l-akbar sforzi possibbli biex jimplimenta l-politiki ta’ inċentivi kollha tal-liġijiet u r-regolamenti Ċiniżi u Eġizzjani mingħajr problemi” u l-Artikolu 2(V) iżid jgħid li għandu “jikkoordina u jiffaċilita l-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti, inkluż iżda mhux limitat għall-istituzzjonijiet bankarji, l-istituzzjonijiet tal-assigurazzjoni u d-diversi fondi li jipprovdu appoġġ għall-intrapriżi taż-Żona ta’ Kooperazzjoni u dawk residenzjali, u jgħin lill-intrapriżi taż-Żona ta’ Kooperazzjoni u dawk residenzjali jsibu aktar mezzi ta’ finanzjament”.

(734)

Il-Kummissjoni stabbiliet li l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi kollha tal-Istat, inklużi EXIM u CDB, implimentaw il-qafas legali stabbilit hawn fuq fl-eżerċizzju ta’ funzjonijiet governattivi b’rabta mas-settur tal-GFF. Għalhekk, dawn kienu korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u skont il-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO.

(735)

Barra minn hekk, anki li kieku l-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat ma jitqisux bħala korpi pubbliċi, il-Kummissjoni stabbiliet li huma kienu jitqiesu bħala li huma inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ sabiex iwettqu funzjonijiet normalment vestiti fil-gvern, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku għall-istess raġunijiet, kif stabbilit fit-Taqsima 3.4.1.6 ta’ hawn fuq.

4.3.1.2.   Benefiċċju u kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

(736)

Kif innotat fil-premessa (700), il-Kummissjoni qieset li, fil-prinċipju, peress li l-benefiċjarji kienu jinsabu fl-Eġittu, ikun xieraq li wieħed jikkontrolla jekk dawn ir-riċevituri tas-self rċevewx kundizzjonijiet aħjar milli kienu jirċievu fis-suq finanzjarju Eġizzjan. Il-Kummissjoni vverifikat dan il-punt u kkonfermat li l-ammont ta’ sussidjar ikun ogħla meta jintużaw rati ta’ self komparabbli fl-Eġittu (18,3 %) (176)). Madankollu, fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fil-premessa (701), il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont tas-sussidju kumpensabbli billi qieset il-fatt li r-riċevituri kisbu l-finanzjament preferenzjali miċ-Ċina. Għal dan il-kalkolu, il-Kummissjoni vvalutat il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri huwa d-differenza bejn l-ammont ta’ mgħax li l-kumpanija tħallas fuq is-self preferenzjali u l-ammont li l-kumpanija tħallas għal self kummerċjali komparabbli li jista’ jinkiseb fis-suq.

(737)

Kif imsemmi fit-Taqsima 3.4.2.4 ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li jiġu stabbiliti r-rati tas-suq għas-self preferenzjali ta’ EXIM u CDB fir-rigward tal-valuri referenzjarji ipotetiċi għall-investituri tas-suq Ċiniżi skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku. Waqt iż-żjara ta’ verifika għand il-GTĊ, il-Kummissjoni sabet li wieħed mill-banek li jagħti finanzjament lil Jushi fl-Eġittu qies speċifikament ir-riskju tal-pajjiż marbut mal-investiment fl-Eġittu fil-prezzijiet tal-finanzjament. Minħabba nuqqas ta’ kooperazzjoni, ma ngħatawx aktar dettalji minn dan il-bank/banek. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża l-istess metodoloġija ta’ kalkolu bħal għal self ieħor iddenominat f’muniti barranin, u maħruġa minn istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi fir-RPĊ, u żiedet il-primjum tar-riskju marbut mal-investiment fl-Eġittu kif ġej.

(738)

Skont il-metodoloġija tal-kalkolu deskritta fit-Taqsima 3.4.2.4 ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk l-ewwel stabbiliet il-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ Jushi Egypt, li tirrifletti s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija. Kif imsemmi fil-premessa (306) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-sitwazzjoni finanzjarja kumplessiva ta’ Jushi Group tikkorrispondi għal klassifikazzjoni BB, li hija l-ogħla klassifikazzjoni li ma għadhiex tikkwalifika bħala “grad ta’ investiment”. Din l-analiżi kienet irfinata aktar fil-premessi (749) u (750) hawn taħt. Fid-dawl tal-eżistenza ta’ self rotanti u maħfra ta’ dejn, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-użu ta’ bonds korporattivi US B (minflok BB) ikun aktar xieraq biex jiġi ddeterminat il-valur referenzjarju bbażat fuq is-suq.

(739)

Għalhekk, b’konformità ma’ self ieħor denominat f’muniti barranin u maħruġ mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi fir-RPĊ, intużaw bonds korporattivi klassifikati B maħruġa f’USD matul il-perjodu ta’ investigazzjoni biex jiġi ddeterminat valur referenzjarju xieraq.

(740)

Tabilħaqq, is-self l-ieħor kollu pprovdut mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi ngħata lil kumpaniji Ċiniżi li jinsabu fis-suq domestiku Ċiniż. Jushi Egypt, għall-kuntrarju, tinsab f’pajjiż li kien soġġett għal inkwiet ċivili u politiku, kif ukoll għal diversi attakki terroristiċi fiż-żmien meta ngħata s-self, u għalhekk għandha riskju ta’ kreditu differenti mill-kumpaniji Ċiniżi relatati mal-kundizzjonijiet esterni prevalenti fil-pajjiż innifsu. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni inkludiet marġni kummerċjali mar-rata normattiva tal-imgħax stabbilita għall-kumpaniji Ċiniżi inklużi fil-kampjun, sabiex ir-riskju tal-pajjiż jiġi integrat fir-rata tas-suq.

(741)

Il-primjum relatat mar-riskju tal-pajjiż kien iddeterminat fuq il-bażi tal-klassifikazzjoni tar-riskju tal-pajjiż għall-krediti tal-esportazzjoni tal-OECD, kif ukoll ir-rata minima korrispondenti ta’ primjum stabbilita mill-OECD (177). Ir-riskju tal-pajjiż għas-self mogħti mill-bank EXIM ġie stabbilit għal 2,37 % u 2,44 % għas-self ipprovdut mis-CDB.

(742)

Wara d-divulgazzjoni finali, Jushi Egypt sostniet li l-Kummissjoni kien missha użat żewġ offerti pprovduti minn bank Eġizzjan fl-2013 u fl-2016 lill-kumpanija bħala valur referenzjarju għall-kalkolu tal-benefiċċju fuq is-self. Il-Kummissjoni rieżaminat dawn l-offerti, iżda ddeċidiet li ma kinux rappreżentattivi ta’ self kummerċjali komparabbli, li l-impriża setgħet effettivament tikseb mis-suq.

(743)

Il-Kummissjoni sabet li l-offerti ma kienu jipprovdu l-ebda deskrizzjoni tal-prodott finanzjarju attwalment offrut lill-kumpanija, iżda kienu jirreferu għal rata ta’ imgħax għall-forniment ta’ “faċilitajiet ta’ kreditu” inġenerali. Bħala tali, huwa impossibbli għall-Kummissjoni li tiddetermina jekk l-offerta attwalment tirreferix għal self bħala tali jew għal prodotti finanzjarji oħra, bħal pereżempju l-ftuħ ta’ linja ta’ kreditu, il-finanzjament tal-kummerċ (ittri ta’ kreditu, kambjali, fatturament, eċċ…). Anki kieku l-offerta tqieset li kienet relatata ma’ self, informazzjoni kruċjali oħra hija nieqsa, bħat-tul tas-self allegat offrut mill-bank, u l-firxa tal-faċilitajiet ta’ kreditu offruti (jiġifieri l-ammont massimu li l-bank ikun lest li jestendi lill-kumpanija). F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li s-self ipprovdut mis-CDB u l-EXIM kien self fit-tul għal proġetti kbar ta’ assi fissi, li jammonta għal diversi mijiet ta’ miljun ta’ USD. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma setgħetx tuża s-sostitut ipprovdut minn Jushi Eġittu.

(744)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni osservat li anki jekk il-Kummissjoni tqis il-valur referenzjarju pprovdut mill-kumpanija, dan ma jwassalx f’xi bidla sinifikanti fil-kalkolu tal-benefiċċju, peress li r-rata proposta tal-bank Eġizzjan kienet konformi mar-rata bażi stabbilita mill-Kummissjoni għall-valur referenzjarju, li tikkorrispondi għal self f’USD pprovdut minn bank Ċiniż għal klijent domestiku (Ċiniż) bi klassifikazzjoni ta’ BB. Għalhekk, jekk xejn, dak is-self ikkonferma li Jushi Egypt tabilħaqq tibbenefika minn rati tal-imgħax aktar baxxi meta mqabbla mal-valuri referenzjarji tas-suq. L-affermazzjoni tal-kumpanija għalhekk ġiet miċħuda.

4.3.2.   Loans from policy banks to Jushi Egypt via the parent company Jushi in China

(745)

Matul il-perjodu 2014-2018, Jushi (China) ipprovdiet serje ta’ selfiet bejn il-kumpaniji lil Jushi Egypt għal ammont totali ta’ USD 260 miljun.

(746)

Il-Kummissjoni sabet, madankollu li Jushi (China) kienet iffinanzjat dan is-self bejn il-kumpaniji hi stess permezz ta’ finanzjament estern minn istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi. Fi kliem ieħor, minflok ma Jushi Egypt kisbet self direttament mill-banek Ċiniżi, Jushi (China) kisbet il-finanzjament preferenzjali mingħand dawn l-istituzzjonijiet u wara allokat il-benefiċċju ta’ dan is-self lill-attivitajiet ta’ manifattura tagħha fl-Eġittu (Jushi Eġittu). Dan huwa kkonfermat mid-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu ta’ Jushi China, fejn l-introjtu mis-self ta’ Jushi Egypt taħt l-intestatura “introjtu minn barra l-pajjiż” jiġi paċut mal-imgħax imħallas minn Jushi (China) fuq il-finanzjament estern tagħha. Barra minn hekk, id-dokumenti uffiċjali relatati mal-proġetti ġodda u ta’ espansjoni fl-Eġittu, bħal pereżempju l-approvazzjonijiet tal-gvern mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riforma (“NDRC”) u mill-MOFCOM u d-diversi studji ta’ fattibbiltà, jindikaw li żewġ terzi tal-proġett Eġizzjan huma ffinanzjati permezz ta’ finanzjament estern (minflok minn introjtu awtoġenerat mill-kumpanija). Is-self ipprovdut direttament minn EXIM u CDB imsemmi fit-Taqsima 4.3.1.1 hawn fuq, mhuwiex fih innifsu biżżejjed biex jipprovdi l-ammont totali ta’ finanzjament estern meħtieġ biex jiġu żviluppati l-attivitajiet ta’ manifattura fiż-Żona STEC. Għalhekk, kien meħtieġ il-finanzjament addizzjonali indirett permezz ta’ self bejn il-kumpaniji. Il-Kummissjoni ma setgħetx issib kreditu bankarju speċifiku marbut direttament mal-proġett fl-Eġittu. Madankollu, fl-2014, Jushi (China) ħarġet bond biex jissostitwixxi diversi krediti bankarji sabiex ittejjeb l-istruttura tad-dejn tagħha. Din il-bond, li tagħmel diversi referenzi għall-ħtiġijiet kapitali għall-proġett fl-Eġittu, tikkonferma li Jushi (China) kellha bżonn ta’ assistenza finanzjarja esterna biex tassisti l-attivitajiet ta’ manifattura tagħha fl-Eġittu. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-self preferenzjali sottostanti li għadda minn Jushi (China) huwa attribwibbli wkoll għall-GTE bl-istess mod bħas-self dirett ipprovdut lil Jushi Eġittu mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi.

(747)

Billi dan is-self kollu jista’ essenzjalment jiġi assimilat ma’ self mogħti mill-GTĊ lil kumpanija Ċiniża, li mbagħad talloka l-benefiċċji lill-attivitajiet ta’ manifattura tagħha x’imkien ieħor, il-Kummissjoni ddeċidiet li tittratta dan is-self bħal kwalunkwe self domestiku Ċiniż ieħor lil produttur Ċiniż tal-GFF. F’dan il-kuntest, kif imsemmi fil-premessa (266) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni sabet li l-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi tal-Istat, li pprovdew self lil Jushi (China) u lil Jushi Egypt kienu qegħdin jaġixxu bħala korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u skont il-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO.

(748)

Il-Kummissjoni mbagħad ikkalkulat l-ammont tas-sussidju kumpensabbli. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li r-rata tal-imgħax nominali mitluba minn Jushi (China) lill-Eġittu kienet ta’ 7,5 %. Madankollu, l-ebda finanzjament ipprovdut lil Jushi (China) ma kellu rata tal-imgħax għolja bħal din. Fil-fatt, il-medja tar-rata tal-imgħax mitluba lil Jushi (China) matul il-PI ammontat għal 4,4 %. Dan huwa kkonfermat għal darb’oħra mid-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu ta’ Jushi (China), li fiha l-kost ta’ finanzjament imnaqqas mill-introjtu taxxabbli jikkorrispondi għal rata tal-imgħax ta’ 4,3 %. Għalhekk, il-Kummissjoni qabblet il-medja tar-rata tal-imgħax li Jushi (China) tħallas fuq l-ammont pendenti tas-self bejn il-kumpaniji matul il-PI mar-rata li l-kumpanija jkollha tħallas għal self kummerċjali komparabbli li jista’ jinkiseb fis-suq, skont il-metodoloġija tal-kalkolu żviluppata fit-Taqsima 3.4.2.4 ta’ hawn fuq.

(749)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, Jushi Egypt ma onoratx l-iskeda tagħha għall-ħlas lura tad-dejn lill-kumpanija omm. Fil-fatt, l-ammont ta’ USD 91 miljun li suppost kellu jitħallas lura lil Jushi (China) matul l-2018, kien għadu ma tħallasx fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet diversi każijiet fejn il-fondi rċevuti permezz ta’ Jushi (China) ġew ipprovduti sabiex jitħallas lura l-kapital pendenti fuq is-self ma’ EXIM u CDB.

(750)

Sabiex titqies iż-żieda fl-iskopertura għar-riskju tal-banek enfasizzata mill-eżistenza ta’ kreditu rotanti u maħfra ta’ dejn, il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tnaqqas livell wieħed fl-iskala ta’ klassifikazzjoni tar-riskju u li tuża bonds US B (minflokk BB) maħruġa minn kumpanija sabiex tiddetermina l-valur referenzjarju bbażat fuq is-suq, f’konformità mal-premessa (339) ta’ hawn fuq.

(751)

L-elementi kollha li jikkonċernaw dan il-finanzjament deskritti hawn fuq f’din it-taqsima juru b’mod ċar li Jushi (China) allokat il-benefiċċji kollha mill-finanzjament preferenzjali li rċeviet mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ċiniżi lil Jushi Egypt. Barra minn hekk, wara li Jushi Egypt ma onoratx l-iskeda tal-ħlas lura tad-dejn lejn Jushi (China), din l-aħħar kumpanija ma aġġustatx ir-rata tal-imgħax kif xieraq u ma ħadet l-ebda miżura biex tirrifletti r-riskju reali tas-self bejn il-kumpaniji, li l-ammont tiegħu baqa’ jiżdied matul is-snin. Minħabba dawn ir-raġunijiet kollha l-benefiċċju kkalkulat b’dan il-mod ġie attribwit lil Jushi Egypt (178).

(752)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, Jushi Egypt sostniet li, għall-kuntrarju ta’ dak li ġie ddikjarat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna fil-premessa preċedenti, il-Kummissjoni kkumpensat is-self attribwit lil Jushi Egypt kemm f’Jushi (China) kif ukoll f’Jushi Egypt. Dan huwa fattwalment inkorrett, peress li l-benefiċċju kkalkulat fuq is-self interkorporattiv allokat lill-Eġittu tnaqqas mill-benefiċċju fuq is-self ikkalkulat għal Jushi (China), kif jidher fl-Anness 2.3 tad-divulgazzjoni speċifika pprovduta lill-kumpanija Ċiniża. Għaldaqstant, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(753)

Jushi Egypt argumentat ukoll li l-Kummissjoni ma kellhiex tbaxxi l-grad ta’ kreditu ta’ Jushi Egypt minn AA għal B abbażi tal-fatt li Jushi Egypt ma onoratx l-iskeda ta’ ħlas lura tagħha lill-kumpanija omm tagħha jew li, f’xi każijiet, il-kumpanija omm ta’ Jushi Egypt ħallset is-self f’isimha. Il-fatt li l-grupp korporattiv ta’ Jushi Egypt iddeċieda li kien aħjar li entità oħra fil-grupp tħallas il-kostijiet biex tippreserva l-fluss tal-flus f’entità oħra ma jindikax li din l-entità l-oħra ma kinitx se tonora l-obbligu tagħha li kieku dan l-obbligu kien lejn istituzzjoni bankarja. Barra minn hekk, Jushi Egypt argumentat li l-Kummissjoni niżżlet lil Jushi Egypt b’erba’ gradi, minn AA għal B, anki jekk il-premessa (750) ta’ hawn fuq kienet tgħid li Jushi Egypt kienet titniżżel grad wieħed biss fl-iskala ta’ klassifikazzjoni tar-riskju.

(754)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnutat li ma sabet l-ebda klassifikazzjoni tal-kreditu mogħtija minn parti esterna għal Jushi Egypt, u li Jushi Egypt ma pprovdiet l-ebda evidenza għal dan l-għan lanqas. Għalhekk Jushi Egypt qatt ma kellha klassifikazzjoni tal-kreditu “AA” bħala punt ta’ tluq. Il-Kummissjoni għalhekk kellha tiddetermina l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ Jushi Egypt bl-użu tal-fatti disponibbli fil-każ. Fid-dawl tal-ammont sinifikanti ta’ self interkorporattiv mill-kumpanija omm, kif ukoll il-fatt li Jushi Group kien opera bħala garanti għas-self minn CDB u EXIM, il-Kummissjoni ddeterminat li l-klassifikazzjoni tal-kreditu ta’ Jushi Egypt kienet marbuta mill-qrib mal-klassifikazzjoni tal-kumpanija prinċipali omm tagħha, li kienet ġiet stabbilita għal “BB”, kif imsemmi fil-premessa (306) hawn fuq. Din il-klassifikazzjoni tal-kreditu BB kienet għalhekk il-punt tat-tluq għall-Kummissjoni.

(755)

It-tieni, kif spjegat fil-premessa (750) hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li twaqqa’ livell fl-iskala tal-klassifikazzjoni, jiġifieri minn BB għal B, minħabba n-nuqqas ta’ ħlas lura tal-obbligazzjonijiet tagħha matul is-snin. Tabilħaqq, il-Kummissjoni nnutat li għalkemm is-self lil CDB u lil EXIM tħallsu lura skont l-iskeda, l-obbligazzjonijiet totali tal-kumpanija fil-fatt żdiedu matul is-snin. Bħala tali, Jushi Egypt tissostitwixxi dejn estern b’dejn intragrupp, iżda fil-fatt ma onoratx l-obbligazzjonijiet tagħha lejn l-istituzzjonijiet bankarji hija stess. Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjonijiet ta’ Jushi Egypt, hemm ukoll indikazzjonijiet li l-kumpanija ma kinitx tkun kapaċi tonora l-obbligi tagħha kieku l-kredituri kollha tagħha kienu istituzzjonijiet bankarji esterni. Pereżempju, għalkemm il-kumpanija kienet qed tagħmel telf fis-snin 2015 u 2016, u kellha ekwità negattiva fl-2016, xorta waħda għamlet repagamenti kapitali kbar lil CDB, b’total ta’ USD 54 miljun (madwar EGP 546 miljun) f’dawn is-snin. Il-kumpanija għalhekk ma kinitx tkun f’pożizzjoni li tonora l-obbligi esterni tagħha mingħajr l-appoġġ finanzjarju tal-kumpanija omm.

(756)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet dawn it-talbiet.

(757)

L-ammonti ta’ sussidju li nstabu għal finanzjament preferenzjali permezz ta’ self minn banek ta’ politika Ċiniżi, direttament jew permezz tal-kumpanija omm Jushi (China), huma b’hekk ikkonfermati, u ammontaw għal 4,87 % għal Jushi Egypt.

4.3.3.   Appoġġ għall-investiment kapitali

(758)

Minbarra s-self dirett u s-self interkorporattiv, Jushi Egypt kellha bżonn tkopri l-ħtiġijiet finanzjarji tagħha wkoll billi żżid il-kapital tagħha.

(759)

Investigazzjonijiet preċedenti sabu li ngħataw sussidji sostanzjali fil-livell tal-kumpaniji omm ta’ gruppi Ċiniżi biex jappoġġjaw l-investiment barrani, taħt l-inzjativa Belt & Road, fil-forma ta’ għotjiet, finanzjament preferenzjali u injezzjonijiet ta’ ekwità. Dan kien partikolarment il-każ fl-investigazzjoni antisussidji li ntemmet dan l-aħħar dwar Tyres (“il-każ Tyres”) (179).

(a)   Bażi ġuridika

(1)

It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp ta’ Kummerċ Barrani, maħruġ mill-Ministeru tal-Kummerċ (“MOFCOM”), is-26 ta’ Diċembru 2016;

(2)

L-Opinjonijiet ta’ Gwida tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promozzjoni tal-Kapaċità tal-Produzzjoni Internazzjonali u t-Tagħmir tal-Manifattura tal-Kooperazzjoni, maħruġa fl-2015 (“Opinjonijiet ta’ Gwida”);

(3)

Il-pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Materjali tal-Bini 2016-2020, il-Ministeru tal-Industrija u tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni, GXBG [2016] Nru 315.

(4)

It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-Materjali tal-Fibra u Komposti

(5)

Magħmula fiċ-Ċina 2025, Kunsill tal-Istat, 7 ta’ Lulju, 2015

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(760)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, Jushi Egypt ibbenefikat minn għotjiet diretti minn CNBM, entità kkontrollata mill-Istat, permezz ta’ injezzjonijiet ta’ ekwità, speċifikament permezz ta’ kapital imħallas.

(761)

Fl-2012, kien hemm kontribuzzjoni sinifikanti mill-azzjonisti ta’ USD 42,6 miljun għat-twaqqif tal-kumpanija Jushi Egypt. Minn dak iż-żmien, il-kapital ta’ Jushi Egypt żdied b’mod sinifikanti sa USD 162 miljun sal-perjodu tal-investigazzjoni. Fi tmiem il-PI, il-kapital ta’ Jushi Egypt kien madwar erba’ darbiet akbar milli kien fl-2012.

(762)

Jushi Egypt hija kompletament proprjetà ta’ Jushi Group, li huwa kompletament proprjetà ta’ China Jushi. L-azzjonist prinċipali ta’ China Jushi huwa CNBM holding, li dejjem żamm aktar minn 25 % tal-ishma tagħha mill-2010.

(763)

B’mod parallel, il-parteċipazzjoni ta’ CNBM fl-istruttura tal-kapital ta’ China Jushi żdiedet bl-istess kobor. B’mod speċifiku, CNBM żiedet sitt darbiet il-kontribuzzjoni tal-kapital imħallas tagħha lil China Jushi mill-2010 sal-aħħar tal-2018, jiġifieri matul il-PI, minn RMB 154 miljun (USD 23,3 miljun) fl-2010 għal RMB 944 miljun (USD 142,8 miljun) fl-2018.

(764)

Ix-xejra u d-daqs simili fiż-żieda tal-kapital ta’ kemm Jushi Egypt kif ukoll ta’ China Jushi jissuġġerixxu b’mod qawwi li CNBM żiedet il-fondi biex iżżid il-kapital ta’ Jushi Egypt permezz ta’ China Jushi sal-PI.

(765)

Barra miż-żidiet fil-kapital imħallsa, kien hemm ammonti sostantivi ta’ fondi trasferiti minn CNBM lil China Jushi u lil Jushi Group permezz ta’ tipi oħra ta’ kontijiet kapitali.

(766)

Sabiex tiddetermina n-natura tat-trasferimenti u ċ-ċirkustanzi li fihom evolva l-kapital proprjetarju fil-kumpaniji kkonċernati, il-Kummissjoni pruvat tikseb aċċess għall-informazzjoni rilevanti li oriġinat f’CNBM. Madankollu, kif spjegat fit-Taqsima 3.2.2, CNBM ma kkooperax fl-investigazzjoni. Fin-nuqqas ta’ tweġiba mingħand CNBM, u wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kellha tistrieħ parzjalment fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha dwar CNBM. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kellha tuża l-fatti disponibbli biex tidentifika s-sors tal-finanzjament tal-kapital ipprovdut minn CNBM lil Jushi Egypt fost l-oħrajn permezz ta’ China Jushi.

(767)

Biex waslet għal din il-konklużjoni, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ impenn ċar minn CNBM li tinvesti f’pajjiżi barranin f’industriji mħeġġa. F’dan ir-rispett, fir-rapport annwali tagħha, fuq is-sit web tagħha, u fuq il-post fl-impjanti, CNBM tirreklama lilha nnifisha bħala “prattikant attiv tal-Inizjattiva Belt and Road”. Pereżempju, hija “wettqet 312-il proġett tas-siment f’75 pajjiż u reġjun fuq livell globali, aktar minn 60 proġett tal-ħġieġ tal-fibra, l-implimentazzjoni ta’ 33 proġett ta’ investiment, il-kostruzzjoni ta’ 5 imħażen barra l-pajjiż, operat 14-il katina ta’ supermarkits tal-materjali tal-bini barra l-pajjiż, u mmaniġġjat aktar minn 30 fabbrika fuq livell globali” (180).

(768)

B’mod aktar speċifiku, fil-kuntest tal-GFF, fl-2012, CNBM stabbiliet Jushi Egypt, produttur integrat vertikalment tal-GFF fl-Eġittu, u sussidjarja tal-produttur esportatur Ċiniż Jushi. Fis-snin ta’ wara, saru diversi proġetti ta’ investiment importanti biex titwessa’ l-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ Jushi Egypt. Barra minn hekk, fl-2015, CNBM stabbiliet Hengshi Egypt, sussidjarja tal-produttur esportatur Ċiniż Hengshi. Dan il-produttur mhux integrat vertikalment tal-GFF fl-Eġittu jikseb il-materja prima ewlenija tiegħu mill-kumpanija relatata tiegħu, Jushi Egypt. Barra minn hekk, skont informazzjoni disponibbli pubblikament, ġew iffirmati kuntratti biex tiġi stabbilita kumpanija ġdida relatata ma’ Taishan (produttur esportatur ieħor f’CNBM Group) fl-Eġittu fil-futur qrib.

(769)

Barra minn hekk, Jushi China stabbiliet għadd ta’ produtturi u sussidjarji kummerċjali fl-Afrika t’Isfel, il-Korea t’Isfel, l-Italja, Spanja, Franza, il-Kanada, l-Indja, Singapore, il-Ġappun, l-Istati Uniti u Ħong Kong. Fl-2016, CNBM Group ġabar aktar minn 5 biljun RMB (USD 747,38 miljun) għall-istrateġija tiegħu ta’ globalizzazzjoni fit-13-il pjan ta’ ħames snin (2016–2020), fosthom il-proġetti Eġizzjani msemmija hawn fuq, kif ukoll investiment ta’ USD 300 miljun f’fabbrika fl-Istati Uniti, għal produzzjoni li bdiet fl-2018 (181). Fl-Indja, il-pjan huwa li tiġi stabbilita faċilità ta’ manifattura b’kapaċità ta’ 100 000 tunnellata sa nofs l-2020. Aktar pjanijiet għal faċilità tal-GFF fit-Turkija kienu wkoll għaddejjin sew matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(770)

Dawn il-proġetti barranin kollha joqgħodu fil-kuntest usa’ tal-politika “Going out” taċ-Ċina. F’dan ir-rigward, Song Zhiping, il-President ta’ CNBM, qal pereżempju: “L-iffirmar tal-proġett Jushi US huwa pass importanti fl-iżvilupp strateġiku tal-globalizzazzjoni ta’ China Jushi, u fl-istess ħin huwa pass kritiku ’l quddiem fil-mixja tagħha lejn għanijiet ogħla. Dan għandu wkoll sinifikat referenzjali għall-globalizzazzjoni ta’ CNBM u anke għall-industrija tal-materjali tal-bini taċ-Ċina kollha kemm hi”.

(771)

Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (148) hawn fuq, il-Pjan Direzzjonali Made in China 2025 (182) jidentifika 10 setturi strateġiċi, li jinkludu l-GFF. Għal dawn l-industriji ewlenin, il-pjan “Made in China 2025” isemmi espliċitament fil-Kapitolu 3.9 tiegħu li ċ-Ċina se:

(a)

“Jgħin lill-intrapriżi jwettqu fużjonijiet, investiment fl-ekwità u investiment f’kapital ta’ riskju barra l-pajjiż.

(b)

Jipparteċipaw b’mod attiv u jippromwovu l-kooperazzjoni industrijali internazzjonali u jimplimentaw pjanijiet strateġiċi ewlenin bħas-Silk Road Economic Belt u l-21st-Century Maritime Silk Road biex jaċċelleraw il-bini ta’ infrastruttura interkonnessa ma’ pajjiżi tal-madwar u ta’ kooperazzjoni industrijali profonda.

(c)

Jagħmlu użu minn “ftuħ” tul il-fruntieri u jibnu għadd ta’ parks ta’ kooperazzjoni fil-manifattura barra l-pajjiż f’pajjiżi eliġibbli.

(d)

Jinkoraġġixxi t-trasferiment barra l-pajjiż ta’ tagħmir ta’ kwalità għolja, teknoloġija avvanzata u industrija b’saħħitha”.

(772)

F’intervista oħra, Song Zhiping qal li mil-lat tal-intrapriża, CNBM tat attenzjoni speċjali lill-politiki nazzjonali relatati mal-“Belt and Road”, u li “Belt and Road”“hija verament opportunità ta’ darba għall-grupp tal-materjali tal-bini taċ-Ċina”. Huwa indika wkoll li “going out” huwa marbut mal-kooperazzjoni finanzjarja, jaħdem biss meta “nikkombinaw il-finanzi, il-kooperazzjoni ta’ fondi sovrani, il-kreditu tax-xerrej, il-lokazzjoni finanzjarja u modi oħrajn, ikollna kooperazzjoni reċiproka “going out””. Fuq l-istess linja, Song Zhiping qal ukoll li “Il-kooperazzjoni tal-kapaċità internazzjonali trid tingħaqad mal-politika nazzjonali “Belt and Road”, speċjalment il-politika finanzjarja tal-pajjiż. Aħna konna nagħmlu investimenti sempliċi, nisselfu flus u ninvestu fl-għoti ta’ self, u dak mhux se jkun massiv. Nixtieq nadotta mudell simili għal dak ta’ China Guoxin Holdings, fejn il-kumpaniji jikkontribwixxu 10 fil-mija u r-riżervi tal-kambju barrani tal-istat jikkontribwixxu 90 fil-mija. Jeħtieġ li nibdlu d-dipendenza antika tagħna fuq is-self u nfittxu mudelli ġodda ta’ negozju ta’ finanzjament u mudelli organizzazzjonali. Naħseb li għandna nużaw bis-sħiħ il-vantaġġi finanzjarji b’saħħithom attwali tal-pajjiż, ngħollu l-istabbiliment ta’ fondi ta’ investiment ta’ materjali għall-bini, nimmobilizzaw aktar kapital biex nipparteċipaw f’investiment, biex ngħinu lill-intrapriżi ta’ materjali tal-bini “go out”.

(773)

Din il-viżjoni hija appoġġjata mill-gvern Ċiniż, kif jidher f’diskors mogħti minn Xiao Yaqing, Direttur tas-SASAC tal-Kunsill tal-Istat f’konferenza organizzata minn CNBM: “l-intrapriżi ċentrali huma s-sinsla tal-ekonomija nazzjonali, u għandhom jiġu integrati mill-qrib fl-istrateġija nazzjonali “Belt and Road”, bl-użu tal-kapaċità ta’ produzzjoni vantaġġuża, billi jiġu enfasizzati oqsma ewlenin u tiġi promossa l-kapaċità internazzjonali ta’ produzzjoni u l-kooperazzjoni tat-tagħmir. Dawn huma fuq ta’ quddiem fil-ħolqien ta’ business card ġdida għall-“going out” tal-pajjiż”…. F’dawn l-aħħar snin, China Building Materials and China Materials Group aċċelleraw il-pass tal-”going out”, kisbu riżultati eċċellenti, u r-ristrutturar tal-grupp biex imexxi l-internazzjonalizzazzjoni tal-industrija tal-materjali tal-bini taċ-Ċina huwa ta’ sinifikat kbir…. Wara r-riorganizzazzjoni, il-proġetti inizjali ta’ investiment ippjanati tal-kumpanija l-ġdida f’pajjiżi tul il-“Belt and Road” se jammontaw għal investiment ta’ aktar minn 90 biljun yuan” (183).

(774)

Kif spjegat fil-premessa (93), l-investigazzjoni żvelat li CNBM Building hija intrapriża Ċiniża proprjetà tal-Istat li hija proprjetà diretta u indiretta ta’ CNBM Parent, li min-naħa tagħha hija kollha kemm hi proprjetà ta’ SASAC. SASAC hija l-istrument ewlieni li permezz tiegħu l-gvern Ċiniż jikkontrolla f’diversi modi l-intrapriżi tal-Istat bħala mezz biex jimplimenta l-politiki u l-pjanijiet tal-gvern minflok ma jsegwi l-loġika tas-suq fl-operazzjonijiet ta’ negozju tiegħu (184). Mingħajr preġudizzju għall-konklużjoni dwar in-natura ta’ korp pubbliku ta’ CNBM skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-evidenza kollha msemmija hawn fuq, jista’ jiġi konkluż li CNBM u Yushi Group inġenerali jsegwu politiki industrijali u governattivi inkluż fir-rigward tal-inizjattiva “Belt and Road” u politiki “going out” fil-produzzjoni u fl-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(775)

Huwa f’dan il-kuntest li CNBM irċeviet kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern sabiex timplimenta dawn il-politiki, inkluż biex tiffinanzja l-investiment tagħha fl-Eġittu għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Minħabba n-nuqqas totali ta’ kooperazzjoni minn CNBM u mill-GTĊ fuq dan il-punt, il-Kummissjoni ma setgħetx tidentifika s-sors reali tal-finanzjament u tissostanzja fid-dettall jekk din il-kontribuzzjoni finanzjarja saritx mis-SASAC jew mis-Silk Road Fund (“SRF)” bħala veikolu li jimplimenta l-istrateġija “Belt and Road”. Madankollu, abbażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonkludiet li kemm SASAC (185) kif ukoll SRF (186) jitqiesu bħala korpi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikoli 3 u 2(b) tar-Regolament bażiku meta jipprovdu l-kontribuzzjoni finanzjarja lil CNBM. Fi kwalunkwe każ, anki jekk dawn ma jkunux jikkostitwixxu korpi pubbliċi, kemm SASAC kif ukoll SRF jiġu kkunsidrati bħala inkarigati jew diretti mill-gvern biex iwettqu politiki u funzjonijiet governattivi skont l-Artikolu 3(1)(iv) tar-Regolament bażiku (187).

(776)

Bl-istess mod minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni, abbażi tal-evidenza kollha msemmija hawn fuq dwar il-finanzjament taħt l-inizjattiva “Belt and Road” ta’ proġetti barra miċ-Ċina, inkluż l-Eġittu, kif ukoll fuq is-sejbiet fil-każ Tyres, il-Kummissjoni kkonkludiet li CNBM irċeviet kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ għotjiet li mbagħad intużaw għal kontribuzzjonijiet kapitali suċċessivi biex jiżdied il-kapital disponibbli għall-Jushi Egypt għall-operazzjonijiet tagħha fl-Eġittu.

(777)

Fin-nuqqas ta’ aktar evidenza pprovduta minn CNBM, u abbażi tal-evidenza disponibbli pubblikament, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkumpensa ż-żidiet kapitali suċċessivi ta’ Jushi Egypt bħala injezzjonijiet ta’ ekwità appoġġati mill-Istat, bil-għan li jiġu stabbiliti u estiżi l-faċilitajiet tal-produzzjoni ta’ CNBM fl-Eġittu. Tali appoġġ jaqa’ ugwalment taħt il-punti miftiehma bejn iċ-Ċina u l-Eġittu fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni biex tiġi stabbilita ż-Żona SETC, attribwit lill-Eġittu għall-istess raġunijiet spjegati fil-premessa (706) hawn fuq u għalhekk jista’ jiġi allokat għall-prodotti esportati mill-Eġittu.

(c)   Benefiċċju

(778)

Il-Kummissjoni mbagħad analizzat jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta mill-GTĊ permezz ta’ SASAC u/jew SRF tatx benefiċċju lil Jushi Egypt. Għal darb’ oħra, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni ta’ CNBM, il-Kummissjoni kellha tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

(779)

Il-ġabra ta’ evidenza fis-sottotaqsima (b) hawn fuq uriet li l-mandat u l-objettiv kemm ta’ SASAC kif ukoll ta’ SRF huma li jimplimentaw politiki u pjanijiet governattivi, inkluż billi jipprovdu appoġġ finanzjarju u finanzjament għas-setturi mħeġġa, fosthom il-GFF sabiex titwettaq l-istrateġija going out. SASAC u SRF ma jsegwux il-prinċipji u l-imġiba tas-suq meta jipprovdu finanzjament, iżda joperaw biex jimplimentaw il-politiki rispettivi tal-gvern. Eżempju notevoli ta’ operazzjonijiet tagħhom mhux marbutin ma’ perspettiva tas-suq kien il-każ Tyres, fejn SRF ipprovda għotja lill-kumpanija omm tal-grupp għal akkwist ta’ sussidjarja fl-UE. Barra minn hekk, fil-każ Tyres il-Kummissjoni stabbiliet li tali proġetti jsegwu xejra simili (188). Għalhekk huwa raġonevoli li wieħed jassumi li CNBM, bħala SOE prinċipali maġġuri, isegwi l-istess xejra u jibbenefika minn sussidji simili.

(780)

Íl-Kummissjoni nnutat ukoll li l-ammont ta’ żidiet suċċessivi paralleli ta’ Jushi Egypt li waslu permezz ta’ China Jushi kien jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor mal-ammont tan-nuqqas ta’ finanzjament għall-proġett ta’ investiment fl-Eġittu li baqa’ wara l-finanzjament permezz tal-finanzjament preferenzjali kif deskritt fit-Taqsima 4.3 hawn fuq. Kif spjegat hawn fuq fil-premessi (763) sa (766), id-daqs u l-iskala suċċessivi taż-żidiet kapitali ta’ CNBM f’Jushi Group u f’China Jushi jirriflettu b’mod sostanzjali ż-żidiet kapitali f’Jushi Egypt preċiżament biex jimlew dan in-nuqqas fil-finanzjament. Dan kien kompletament koerenti mal-iskop tal-funzjonament u l-finanzjament ta’ SASAC u SRF, kif ukoll espliċitament iddikjarat minn rappreżentanti ta’ CNBM u minn uffiċjali ta’ SASAC u ta’ SRF.

(781)

Abbażi ta’ din l-evidenza fil-fajl u skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontribuzzjoni finanzjarja pprovduta minn SASAC u/jew minn SRF tat benefiċċju fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(782)

Kif spjegat fil-premessi (207) u (217) hawn fuq, il-kumpanija omm ta’ CNBM naqset milli tipprovdi tweġiba għall-kwestjonarju. Għalhekk, kien impossibbli li jiġu vverifikati s-sussidji fil-livell tal-kumpanija omm b’rabta mal-investimenti barranin tal-grupp relatati mal-prodott ikkonċernat u li jiġi ddeterminat ammont preċiż ta’ benefiċċju.

(783)

Il-Kummissjoni għalhekk użat il-fatti disponibbli b’applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina tal-ammont ta’ sussidju mogħti mill-kontribuzzjoni finanzjarja minn SASAC jew minn SRF fil-forma ta’ għotjiet. Kif spjegat hawn fuq, il-Kummissjoni sabet żidiet kapitali paralleli fid-diversi kumpaniji tal-grupp fiċ-Ċina u finalment diretti lejn Jushi Egypt fl-istess daqs u matul l-istess perjodu. Minħabba li CNBM irċeviet dawn il-fondi minn SASAC u/jew SFR allokati għall-investiment fl-Eġittu taħt l-Inizjattiva “Belt and Road” u l-politika going out, intużat sempliċiment biex dawk il-fondi jiġu diretti lejn Jushi Egypt mingħajr ma żammet l-ebda benefiċċju għaliha stess peress li dan ikun inkonsistenti mal-allokazzjoni. Il-fatt li l-ammont tad-diskrepanza ta’ finanzjament fl-investiment Eġizzjan ta’ Jushi Egypt kien prattikament jikkorrispondi għall-ammont taż-żidiet kapitali jkompli jikkonferma dan.

(784)

Sabiex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ fondi diretti minn CNBM lil Jushi Egypt bħala injezzjonijiet ta’ ekwità, il-Kummissjoni analizzat u rintraċċat iż-żidiet suċċessivi fl-ekwità fil-kumpaniji kkonċernati, jiġifieri Jushi Egypt, Jushi Group u China Jushi, li CNBM hija l-azzjonist ewlieni tagħhom.

(785)

Fis-segwiment tal-perkors tal-fondi, il-Kummissjoni eżaminat mhux biss iż-żidiet fil-kapital imħallas, iżda wkoll iż-żidiet fi strumenti azzjonarji oħra. B’mod speċifiku, ammont sostanzjali ta’ fondi ġie skopert fil-forma ta’ surpluses ta’ kapital fil-kumpaniji intermedji China Jushi u Jushi Group. Fir-rigward speċifiku ta’ dawn il-kumpaniji intermedjarji, il-Kummissjoni nnutat li f’ċerti żidiet kapitali l-ammont ta’ fondi trasferiti lil dawn il-kumpaniji kien akbar mill-ammonti li l-kumpanija rreġistrat aktar tard bħala kapital imħallas. Għalhekk il-kumpanija jkollha aċċess għal dawn il-fondi mingħajr il-bidla mistennija fis-sehem tas-sjieda tal-kumpanija. Meta jitqiesu l-injezzjonijiet ta’ ekwità permezz ta’ kapital imħallas u l-ammonti li jinstabu taħt tip ieħor ta’ kontijiet kapitali, bħal surplus kapitali, il-Kummissjoni tista’ tiddetermina li aktar minn 87 % tal-ekwità ta’ Jushi Egypt setgħet tkun imputabbli lil CNBM. L-ammont totali tal-benefiċċju lir-riċevituri li juża dan l-approċċ għalhekk ikun ta’ (USD 142,8 miljun).

(786)

Madankollu, minħabba l-aċċess limitat għal informazzjoni aktar dettaljata, il-Kummissjoni ma setgħetx tiddetermina l-oriġini eżatta ta’ dawn il-fondi kollha, u għalhekk ma setgħetx tistabbilixxi b’biżżejjedi standard ta’ probabbiltà li l-ammonti kollha li jinsabu f’kontijiet kapitali oħra ta’ Jushi Egypt kienu diretti u ttrasferiti minn CNBM.

(787)

Għalhekk, il-Kummissjoni adottat approċċ aktar prudenti, li jiffoka esklussivament fuq l-evoluzzjoni tal-ammonti tal-kapital imħallas li jikkorrispondu għall-istandard ta’ probabbiltà f’dak li għandu x’jaqsam mas-sors tagħhom minn CNBM. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni sempliċiment qieset iż-żieda tal-kapital imħallas ta’ CNBM f’China Jushi sa mill-2010 u l-iżvilupp parallel taż-żidiet kapitali f’Jushi Egypt mill-2012. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni qieset li 51 % tal-ekwità f’Jushi Egypt (jew USD 82,7 miljun) ġiet ipprovduta minn CNBM permezz tal-kontribuzzjoni finanzjarja li rċeviet mingħand SASAC jew SRF.

(788)

Ladarba l-ammont sħiħ tal-għotjiet ġie stabbilit, il-Kummissjoni pproċediet biex tikkalkula l-benefiċċju konferit lil Jushi Egypt matul il-perjodu ta’ investigazzjoni skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament bażiku. Il-benefiċċju tal-għotjiet permezz ta’ żidiet fl-ekwità għandu jiġi allokat lill-PI meta jitqies il-perjodu tal-amortizzament tal-ekwità, li mhuwiex assi fiss u għalhekk normalment ikun soġġett għal provvedimenti tal-allokazzjoni skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament bażiku.

(789)

Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn CNBM, il-Kummissjoni ma kellha l-ebda informazzjoni ulterjuri dwar kwalunkwe ftehim speċifiku dwar l-użu tal-għotja marbuta mal-investimenti fl-ekwità ma’ SASAC jew SRF. Fil-każ Tyres, il-Kummissjoni armortizzat l-ammont tal-għotja fuq perjodu ta’ seba’ snin minħabba li dan kien konformi mad-durata medja tal-investiment ta’ SRF u ma’ self ieħor simultanju meħud għal dik it-tranżazzjoni (189). Madankollu, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni u ta’ ftehim speċifiku tal-azzjonistiċi f’dan il-każ, il-Kummissjoni ddeċidiet li ssegwi approċċ konservattiv u ddeċidiet li tuża l-ħajja utli medja tal-assi ta’ Jushi Egypt bis-suppożizzjoni li l-finanzjament kien użat biex jimla l-vojt fil-proġett ta’ investiment f’konformità mal-Artikolu 7(3) flimkien mal-Artikolu 7(4) tar-Regolament bażiku, li jipprevedi li jista’ jintuża perjodu ta’ armortizzazzjoni differenti jekk iċ-ċirkostanzi jiġġustifikaw dan. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni użat perjodu ta’ amortizzazzjoni ta’ tnax-il sena. Dan irriżulta f’ammont ta’ sussidju ta’ 1,65 %.

(e)   Kummenti dwar l-appoġġ għall-investiment kapitali

(790)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, CNBM Group sostna li l-Kummissjoni naqset milli turi li l-ekwità hija attribwibbli għal CNBM u b’mod aktar speċifiku, li ma oriġinatx mill-profitti ta’ China Jushi jew Jushi Group. F’din il-linja l-kumpanija sostniet ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tispjega għaliex ta’ kull sena mill-2010 ngħataw fondi minn CNBM lil China Jushi iżda l-fondi għaddew għand Jushi Group u Jushi Egypt matul uħud biss minn dawk is-snin. Bl-istess mod hija sostniet li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx li l-appoġġ għall-investiment kapitali huwa attribwibbli lil xi korp pubbliku u li konsegwentement ma jistax jikkostitwixxi sussidju. Fl-aħħar nett, CNBM Group talab li, jekk il-Kummissjoni żżomm l-approċċ tagħha, hija trid tiddivulga kif hija tqis li hemm xi xejra bejn l-appoġġ għall-kapital minn CNBM lil China Jushi u dak bejn Jushi Group u Jushi Egypt.

(791)

L-ewwel nett, fir-rigward tal-oriġini tal-fondi, il-Kummissjoni nnutat li l-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza addizzjonali biex tissostanzja l-affermazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni analizzat aktar il-kontijiet tal-kumpaniji kkonċernati biex tidentifika jekk iż-żidiet fl-ekwità kinux ġejjin mill-profitti tagħhom. Il-Kummissjoni osservat li l-ebda żieda fl-ekwità ma oriġinat mill-profitti jew mill-kontijiet tal-qligħ imfaddal. Madankollu, il-Kummissjoni identifikat li ċerti żidiet fl-ekwità ta’ China Jushi li seħħew fis-snin 2012 u 2016 jistgħu jiġu attribwiti għar-riżervi kapitali. Madankollu, il-kumpanija ma pprovdietx informazzjoni dwar l-oriġini tal-fondi fil-kontijiet ta’ riżerva kapitali. Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbiliet li waħda mill-kumpaniji ta’ CNBM Group kienet irċeviet u kontabbilizzat sussidji tal-gvern taħt il-kont tar-riżervi kapitali. Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li l-profitt mhux distribwit jew il-qligħ imfaddal mhumiex is-sors attribwibbli tal-fondi użati għaż-żidiet fl-ekwità f’Jushi Egypt sa mill-2012.

(792)

It-tieni, rigward il-mument meta l-fondi ġew trasferiti lil Jushi Group u Jushi Egypt, il-Kummissjoni nnutat li CNBM Group ma pprovda l-ebda evidenza ulterjuri biex jissostanzja jew jispjega l-iskedar taż-żieda fl-ekwità. Bl-istess mod, il-Kummissjoni nnutat li flimkien mal-intervalli ta’ żmien fit-trasferimenti ta’ ekwità minn kumpanija għall-oħra, iż-żidiet fl-ekwità jwieġbu wkoll għar-rekwiżiti kapitali differenti ta’ Jushi Egypt marbuta mal-investimenti matul il-perjodu analizzat.

(793)

It-tielet, rigward jekk l-oriġini tal-fondi li jappoġġjaw iż-żieda kapitali tistax tiġi attribwita lil korp pubbliku, il-Kummissjoni nnotat fil-premessa (775) li anki jekk dawn ma jikkostitwixxux korpi pubbliċi, SASAC kif ukoll SRF jitqiesu bħala inkarigati jew diretti mill-gvern biex iwettqu politiki u funzjonijiet governattivi skont l-Artikolu 3(1)(iv) tar-Regolament bażiku

(794)

Fl-aħħar, rigward id-divulgazzjoni dwar l-istabbiliment tax-xejra bejn l-appoġġ għall-kapital minn CNBM lil Jushi China u bejn Jushi Group u Jushi Egypt, il-Kummissjoni nnutat li din l-informazzjoni ġiet ipprovduta. Il-premessi (758) sa (789) spjegaw fid-dettall is-sejbiet u l-metodoloġija użata biex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ sussidju. Bl-istess mod, fid-divulgazzjoni speċifika, il-kumpanija ngħatat informazzjoni sħiħa dwar l-evidenza għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u l-analiżi tagħha rigward l-appoġġ kapitali minn CNBM lil Jushi China u minn Jushi Group lil Jushi Egypt.

(795)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet.

(796)

CNBM Group sostna wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi l-ammont tal-benefiċċju u trid turi għaliex kull provvediment ta’ kapital ta’ ekwità mhuwiex konformi mal-prattika normali tal-investiment.

(797)

Il-Kummissjoni fakkret li matul l-investigazzjoni t-tim tal-każ ipprova jikseb aċċess għall-informazzjoni rilevanti mingħand CNBM. Madankollu, kif spjegat fit-Taqsima 3.2.2, CNBM ma kkooperatx mal-investigazzjoni u l-Kummissjoni kellha tistrieħ fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha dwar CNBM. Barra minn hekk, il-premessi (778) sa (781) jiddeskrivu kif jiġi stabbilit il-benefiċċju. Essenzjalment, hija tispjega li SASAC u SRF ma segwewx il-prinċipji tas-suq meta pprovdew finanzjament, iżda operaw biex jimplimentaw il-politiki rispettivi tal-gvern. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetx din l-affermazzjoni.

(798)

CNBM Group kompla jargumenta li ma jistax jiġi kkunsidrat li l-fondi kollha pprovduti minn CNBM oriġinaw minn korpi pubbliċi. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li t-total tal-allegat appoġġ kapitali minn CNBM lil Jushi China jikkostitwixxi sussidju. Għalhekk, il-kumpanija argumentat li l-benefiċċju ma jistax ikun ogħla mir-rata ta’ sussidju li nstabet għal CNBM fiċ-Ċina, immultiplikata bl-ammont ta’ appoġġ kapitali. CNBM Group sostna wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tikkalkola l-benefiċċju peress li ma qisitx li l-appoġġ għall-investiment kapitali minn CNBM kien sar bi skambju ta’ ishma u, b’hekk, ta’ dividendi.

(799)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni nnutat li l-kumpanija ma pprovdiet l-ebda evidenza addizzjonali biex tissostanzja l-affermazzjoni. Bl-istess mod il-Kummissjoni tfakkar li CNBM ma kkooperatx mal-investigazzjoni u l-Kummissjoni kellha tistrieħ fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha dwar CNBM. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li r-rata ta’ sussidju li nstabet għal CNBM fit-Taqsimiet 3.4 u 3.8 hawn fuq kienet ibbażata fuq self u għotjiet viżibbli fir-rapport ta’ awditjar disponibbli pubblikament ta’ CNBM, u b’hekk limitat is-sejbiet tagħha b’mod prudenti ħafna biss għal ċerti sussidji fi skemi ta’ sussidju speċifiċi, li setgħu jiġu faċilment identifikati u li mhumiex relatati mal-iskema ta’ sussidju inkwistjoni. Għalhekk, jekk il-Kummissjoni żbaljat, hija żbaljat fuq in-naħa tal-kawtela.

(800)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni nnutat li l-investigazzjoni ma tiddiskutix jekk il-fondi trasferiti minn CNBM sarux bi skambju ma’ ishma. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni stabbiliet li CNBM irċeviet kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-gvern sabiex timplimenta l-politiki tagħha, u li dawn il-kontribuzzjonijiet finanzjarji ġew riċevuti fil-forma ta’ għotjiet li mbagħad intużaw għal kontribuzzjonijiet kapitali biex jiffinanzjaw l-operazzjonijiet ta’ Jushi Egypt.

(801)

Fid-dawl tal-argumenti ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-affermazzjonijiet.

(802)

CNBM Group kompla jafferma li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-valur tal-EGP fiż-żmien meta ngħata l-appoġġ għall-investiment kapitali. Hekk kif l-EGP żvaluta b’mod sostanzjali lejn l-aħħar tal-2016 nefaħ b’mod artifiċjali l-vantaġġ ta’ Jushi Egypt minn din l-iskema. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li fl-2016 EGP żvaluta b’mod sostanzjali. Hija nnotat ukoll li ż-żidiet suċċessivi ta’ kapital ġew tabilħaqq irreġistrati fir-rapporti finanzjarji ta’ Jushi Egypt matul il-PI bir-rati tal-kambju storiċi. Skont il-metodoloġija użata fir-rapporti finanzjarji ta’ Jushi Egypt, il-Kummissjoni adattat skont dan ir-rata tal-kambju għall-provvediment tal-kapital.

(803)

Fl-aħħar, CNBM Group sostna li l-benefiċċju tal-appoġġ għall-investiment kapitali jenħtieġ li jiġix allokat matul iż-żmien. Il-kumpanija argumentat li ma hemm l-ebda evidenza li torbot l-investimenti kapitali rċevuti minn Jushi mal-akkwist ta’ assi fissi.

(804)

Il-Kummissjoni nnutat li ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza li ssostni din l-affermazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li l-istabbiliment ta’ impjant ġdid ta’ produzzjoni jinvolvi l-akkwist ta’ assi fissi. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ġabret evidenza sostantiva li minn mindu ġie stabbilit Jushi Egypt, il-kumpanija kienet involuta fl-akkwist u l-kostruzzjoni ta’ assi fissi. Il-Kummissjoni għalhekk ma laqgħetx din l-affermazzjoni.

4.4.   Assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni

(805)

Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, Jushi Egypt ibbenefikat ukoll minn assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni ma’ Sinosure fil-qafas ta’ ftehim iffirmat minn Jushi China, li kopra wkoll l-esportazzjonijiet li saru minn Jushi Egypt. Il-primjum li kellu jitħallas għall-esportazzjonijiet mill-Eġittu ma kienx differenti mill-primjum mitlub għall-esportazzjonijiet mir-RPĊ.

(806)

Kif imsemmi fit-Taqsima 3.5 ta’ hawn fuq, Sinosure hija proprjetà tal-Gvern Ċiniż u li fuqha jeżerċita kontroll sinifikanti u għalhekk hija korp pubbliku. Fi kwalunkwe każ, hija inkarigata u diretta mill-GTĊ. Barra minn hekk, it-Taqsima 3.5 ta’ hawn fuq diġà stabbiliet li l-primjums imħallsa lill-produtturi tal-GFF fiċ-Ċina kienu bbażati fuq termini preferenzjali. Il-fatt li l-primjum mitlub għall-esportazzjonijiet mill-Eġittu ma jvarjax mill-primjum għall-esportazzjonijiet miċ-Ċina juri b’mod ċar li r-riskju tal-pajjiż ma tqisx minn Sinosure meta ddeterminat il-prezz tagħha għall-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, u li s-sejbiet applikabbli għall-esportazzjonijiet minn Jushi China japplikaw ukoll għal Jushi Egypt.

(807)

Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li Sinosure kienet korp pubbliku fis-sens tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament bażiku, moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku u skont il-ġurisprudenza rilevanti tad-WTO jew kienet inkarigata jew diretta mill-GTĊ. Barra minn hekk, ingħata benefiċċju lil Jushi Egypt, billi l-assigurazzjoni ġiet ipprovduta b’rati taħt it-tariffa minima meħtieġa biex Sinosure tkopri l-kostijiet operatorji tagħha.

(808)

Il-Kummissjoni ddeterminat ukoll li s-sussidji mogħtija skont il-programm ta’ assigurazzjoni għall-esportazzjoni huma speċifiċi, peress li ma setgħux jinkisbu mingħajr l-esportazzjoni u għalhekk huma kontinġenti fuq l-esportazzjoni fis-sens tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku.

(809)

Madankollu, mingħajr preġudizzju għal sejba ta’ kompensabbilità ta’ dan il-programm, minħabba li l-benefiċċju kumpensabbli potenzjali li jirriżulta jkun insinifikanti, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tivvalutax aktar dan il-programm.

4.5.   Provvista ta’ oġġetti b’remunerazzjoni inqas minn adegwata

4.5.1.   Provvista ta’ elettriku b’remunerazzjoni inqas minn adegwata

(810)

Ma nstab l-ebda benefiċċju għall-provvista ta’ elettriku b’remunerazzjoni inqas minn adegwata peress li r-rati tal-elettriku huma stabbiliti fil-livell nazzjonali fl-Eġittu, u l-produtturi esportaturi jħallsu r-rata normali għall-utenti industrijali f’ċerta firxa ta’ vultaġġ.

(811)

Ma nstab l-ebda benefiċċju għall-provvista ta’ gass b’remunerazzjoni inqas minn adegwata. Ir-rati għall-gass huma stabbiliti għal ċerti setturi industrijali, iżda l-produtturi esportaturi jaqgħu taħt il-kategorija residwa ta’ utenti industrijali, li ma jibbenefikax mir-rata l-aktar baxxa. Għalhekk, ma hemm l-ebda speċifiċità u benefiċċju.

4.5.2.   Provvista ta’ art b’remunerazzjoni inqas minn adegwata

4.5.2.1.   Xiri ta’ art minn Jushi Egypt

(a)   Bażi ġuridika

(812)

Il-bażijiet ġuridiċi ta’ dan il-programm huma:

Il-Liġi Nru 83/2002 dwar Żoni Ekonomiċi ta’ Natura Speċjali (“Liġi 83/2002”)

Id-Digriet tal-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu dwar il-Liġi Nru 27/2015 li Temenda xi Dispożizzjonijiet dwar il-Liġi taż-Żona Ekonomika ta’ Natura Speċjali, maħruġ mil-Liġi Nru 83/2002 (“Liġi 27/2015”)

Il-Liġi Nru 8 tal-1997 dwar il-Garanziji u l-Inċentivi ta’ Investiment (“Liġi 8/1997”)

Il-Liġi dwar l-Investiment kif Ippromulgata bil-Liġi Nru 72 tal-2017

L-Abbozz ta’ Riżoluzzjoni Nru (2310) tal-Prim Ministru tal-2017 dwar il-Ħruġ tar-Regolamenti Eżekuttivi tal-Liġi dwar l-Investiment maħruġ bis-saħħa tal-Liġi Nru 72 tal-2017

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(813)

Skont l-Artikolu 5 tal-Liġi 83/2002, kif emendat fl-2015, fl-SCZone, “is-sjieda tal-art għandha tkun tal-Awtorità fiż-żona”. Mill-2015, ma għadux possibbli li wieħed jixtri s-sjieda sħiħa tal-art mill-Awtorità Ġenerali. Fil-preżent, l-Awtorità Ġenerali tipprovdi biss drittijiet ta’ użufrutt tal-art lill-Kumpanija Ewlenija tal-Iżvilupp (“MDC”), żviluppatur Eġizzjan. L-MDC imbagħad tpoġġi l-użufrutt tal-art f’irkant għas-sottożviluppaturi bħal TEDA. Sussegwentement, dawn is-sottożviluppaturi jikru l-art lill-kumpaniji li jinsabu fiż-żona.

(814)

Madankollu, meta fl-2011 Jushi Egypt bdiet tuża l-impjant tagħha, kien għadu possibbli li takkwista s-sjieda sħiħa tal-art mingħand l-awtoritajiet Eġizzjani. F’dak iż-żmien, Jushi Egypt xtarat biċċa art minn TEDA. TEDA min-naħa tagħha xtrat din il-biċċa art fl-1998 permezz tal-predeċessur tagħha, l-Egypt China Joint Venture Company, mill-Provinċja ta’ Suez bi prezz baxx ħafna (inqas minn 1 USD/m2), u mingħajr l-ebda proċedura ta’ offerti. Wara x-xiri inizjali fl-1998, TEDA investiet f’infrastruttura bażika biex tagħmel l-art tad-deżert mhux żviluppata vijabbli għal proġetti industrijali.

(815)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni vverifikat jekk ECJV u TEDA kinux korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikoli 3 u 2(b) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni l-ewwel fittxet informazzjoni dwar is-sjieda tal-Istat, kif ukoll indizji formali ta’ kontroll tal-gvern f’dan l-entitajiet. Hija analizzat ukoll jekk il-kontroll kienx ġie eżerċitat b’mod sinifikanti.

(816)

L-ewwel, il-Kummissjoni sabet li ECJV u TEDA kienu entitajiet relatati, u li t-tnejn kienu kompletament proprjetà tal-Istat. Fil-fatt, kif imsemmi fil-premessa (649) hawn fuq, Tianjin TEDA hija SOE taħt il-Gvern Muniċipali ta’ Tianjin, li ffurmat impriża konġunta mal-Amministrazzjoni tal-Kanal Eġizzjan ta’ Suez, man-National Bank of Egypt, u ma’ erba’ impriżi Eġizzjani li huma proprjetà tal-Istat biex joħolqu ECJV, sabiex jiżviluppaw u jibnu ż-żona ekonomika. In-naħa Ċiniża kellha 10 % tal-ishma ta’ ECJV, u n-naħa Eġizzjana 90 % (190). Aktar minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (651) hawn fuq, f’Ottubru 2008, Tianjin TEDA stabbiliet impriża konġunta mal-Fond għall-Iżvilupp Ċina-Afrika, sussidjarja tas-CDB, biex tistabbilixxi China-Africa TEDA Investment Co., Ltd. (“China-Africa TEDA”), bħala l-entità ta’ investiment ewlenija Ċiniża fiż-żona ta’ kooperazzjoni. China-Africa TEDA ngħaqdet ma’ ECJV, biex toħloq kumpanija ġdida, TEDA, biex tmexxi l-iżvilupp taż-Żona SETC fl-Eġittu. Din id-darba, in-naħa Ċiniża żammet 80 % tal-ishma, filwaqt li n-naħa Eġizzjana (irrappreżentata minn ECJV) żammet 20 %.

(817)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ indizji formali ta’ kontroll mill-Istat ta’ dawn l-investituri. Peress li ż-żewġ entitajiet huma proprjetà sħiħa tal-Istat, il-gvernijiet Ċiniżi u Eġizzjani formalment għandhom kontroll sħiħ fuqhom. B’mod partikolari, fin-nuqqas ta’ informazzjoni speċifika li tindika mod ieħor, il-Kummissjoni qieset li l-maniġers u s-superviżuri fl-entitajiet inkwistjoni huma preżunti li huma maħtura u akkontabbli lejn l-Istat kif inhu l-każ tal-kumpaniji tal-Istat f’dawk il-pajjiżi.

(818)

L-allokazzjoni inizjali tal-art lil ECJV għal prezz tax-xiri ta’ inqas minn USD 1/m2 huwa skont il-qafas legali applikabbli għalhekk ċertament kienet tinvolvi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTE (191). It-trasferiment sussegwenti tal-art bejn ECJV u TEDA kien fil-fatt tranżazzjoni bejn kumpaniji relatati, ibbażata fuq prezz ta’ trasferiment li jinvolvi l-istess atturi fuq iż-żewġ naħat tat-tranżazzjoni.

(819)

Fl-aħħar, rigward il-bejgħ tal-art minn TEDA lil Jushi Egypt, il-Kummissjoni nnutat li l-azzjonist maġġoritarju ta’ TEDA, li għandu 75 % tal-ishma, hija China Africa TEDA Investment Company, li għandha wkoll il-maġġoranza tas-siġġijiet fuq il-Bord tad-Diretturi ta’ TEDA. Il-kontrollur finali ta’ China Africa TEDA Investment Company huwa l-CDB, li diġà ġie deżinjat bħala korp pubbliku fil-premessa (257) hawn fuq. Barra minn hekk, skont l-informazzjoni pprovduta minn TEDA fit-tweġiba għall-kwestjonarju, l-attività ta’ negozju ta’ China Africa TEDA Investment Company tikkonsisti f’“investimenti f’diversi proġetti ġewwa u barra l-pajjiż (jiġifieri ċ-Ċina) … Dawn il-proġetti huma soġġetti għall-approvazzjoni f’konformità mal-liġi u jistgħu jkunu soġġetti għal attivitajiet kummerċjali wara l-approvazzjoni tad-dipartimenti rilevanti”. Dan il-kliem jirreferi għall-approvazzjonijiet meħtieġa minn MOFCOM u NDRC għal kwalunkwe investiment barrani Ċiniż, u juri li China Africa TEDA Investment Companyy twettaq il-politiki industrijali tal-GTĊ billi tinvesti fi proġetti industrijali approvati u mħeġġa mill-GTĊ. TEDA nnifisha tiddeskrivi l-viżjoni u l-missjoni tagħha kif ġej: “Viżjoni: issir attur tal-investiment u l-operat ta’ park industrijali internazzjonali li jappoġġja liċ-Ċina, li jibda mill-Eġittu, u li jħares lejn l-Afrika u anke lejn id-dinja kollha. Missjoni: L-imbottar ’il quddiem ta’ intrapriżi Ċiniżi li jmorru ’l barra, imbagħad timbotta ’l quddiem il-proċess ta’ internalizzazzjoni ta’ intrapriżi Ċiniżi” (192). TEDA tirreferi wkoll b’mod estensiv fil-pubblikazzjonijiet tagħha għall-attenzjoni, il-motivazzjoni u l-appoġġ minn MOFCOM u mill-Gvern tal-Muniċipalità ta’ Tianjin fl-eżekuzzjoni tal-attivitajiet tagħha.

(820)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet li l-entitajiet ikkontrollati mill-istat li pprovdew art lil Jushi Egypt huma korpi pubbliċi fis-sens tal-Artikolu 2(b) moqri flimkien mal-Artikolu 3(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku. Tabilħaqq, l-azzjonijiet meħuda minn TEDA taħt il-kontroll dirett tal-GTĊ u fil-kuntest tal-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-GTE u l-GTĊ jistgħu jiġu attribwiti lill-GTE kif spjegat qabel fit-Taqsima 4.2.3.1 bħala parti mis-sett ta’ appoġġ preferenzjali lill-produtturi tal-GFF fl-Eġittu.

(821)

Barra minn hekk, anki jekk l-entitajiet ikkontrollati mill-Istat kellhom ma jiġux ikkunsidrati bħala korpi pubbliċi, abbażi tal-evidenza fil-premessi (815) sa (820) kif ukoll tal-evidenza relatata mal-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-GTĊ u l-GOE, il-Kummissjoni stabbiliet li se jitqiesu bħala inkarigati jew diretti mill-GTĊ u mill-GTE biex iwettqu funzjonijiet normalment vestiti fil-gvern skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. B’hekk, fi kwalunkwe każ, l-imġiba tagħhom tiġi attribwita lill-GTE.

(822)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, kemm il-GTE kif ukoll il-produtturi esportaturi qalu li l-Kummissjoni ma tistax tqis li l-imġiba ta’ korpi pubbliċi jew korpi privati Ċiniżi inkarigati jew mogħtija direzzjonijiet mill-GTĊ jikkostitwixxu sussidji skont ir-Regolament bażiku, peress li din l-imġiba mhijiex attribwibbli għall-gvern tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-esportazzjoni.

(823)

Madankollu, kif diġà ssemma fil-premessi (816) sa (820) hawn fuq, il-Kummissjoni qieset li TEDA mhijiex biss entità pubblika Ċiniża, iżda entità pubblika kkontrollata b’mod konġunt mill-GTĊ u l-GOE, u li l-azzjonijiet taħt il-kontroll dirett tal-GTĊ jistgħu jiġu attribwiti lill-GTE anki fid-dawl tal-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-GTĊ u l-GTE. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li l-azzjonisti ta’ TEDA jinkludu wkoll korpi pubbliċi Eġizzjani tal-Istat, bħall-Amministrazzjoni Eġizzjana tal-Kanal ta’ Suez u n-National Bank of Egypt, li huma rrappreżentati fil-Bord tad-Diretturi tat-TEDA. Dan juri li l-GTE kien f’pożizzjoni li jirrikonoxxi u jadotta l-azzjonijiet ta’ TEDA. Fl-aħħar nett, kif imsemmi fil-premessa (821) hawn fuq, anki jekk TEDA ma titqiesx bħala korp pubbliku, il-Kummissjoni kkunsidrat li din se tiġi inkarigata jew diretta mill-GTĊ u l-GTE.

(824)

Minbarra l-provvista tal-art fl-2011, Jushi Egypt xtrat plot art li jmiss mingħand kumpanija Eġizzjana tal-iżvilupp fl-2016. Dan l-iżviluppatur Eġizzjan kien huwa wkoll xtara din l-art mill-istess plot ta’ art mogħtija lil Egypt China Joint Venture Company fl-1998. Il-Kummissjoni analizzat jekk l-iżviluppatur Eġizzjan kienx fdat jew direzzjonat mill-GTE biex jagħti l-art lil Jushi Egypt b’termini preferenzjali fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku.

(825)

F’dan ir-rispett, il-Kummissjoni nnotat li kien hemm involviment ċar tal-awtoritajiet tal-SCZone fit-tranżazzjoni tal-bejgħ lil Jushi Egypt. Tabilħaqq, l-iżviluppatur Eġizzjan kellu bżonn ibigħ il-biċċa art tiegħu minħabba li ma kellux mezzi biżżejjed biex jiżviluppa l-art skont il-klawżoli ta’ żvilupp industrijali tal-kuntratt tax-xiri inizjali tiegħu mal-GTE. Il-korrispondenza interna ta’ Jushi Egypt turi li l-bejgħ tal-biċċa art ġie nnegozjat mal-Awtorità Ġenerali tal-SCZone u approvat minnha. Il-maniġment ta’ Jushi Egypt ivvaluta wkoll f’din il-korrispondenza li l-iżviluppatur Eġizzjan probabbilment kien jikseb prezz aħjar għall-art tiegħu kieku tħalla joffriha liberament fis-suq. Dan huwa partikolarment rilevanti minħabba l-fatt li l-art tal-iżviluppatur Eġizzjan kienet maġenb biċċa art li diġà kienet ta’ Jushi Egypt, u għalhekk kienet tippermetti lil Jushi Egypt tespandi l-attivitajiet ta’ produzzjoni tagħha f’lokalità waħda. F’dan il-kuntest, l-Artikolu 3 tal-kuntratt tax-xiri jgħid li jekk il-kuntratt “mhuwiex approvat mill-Awtorità Ġenerali għaż-Żona Ekonomika Speċjali tal-Kanal ta’ Suez fi żmien sitt xhur, il-Parti B (Jushi Egypt) għandu jkollha d-dritt li tikkunsidra l-ksur ta’ dan il-Kuntratt mill-Parti A (l-iżviluppatur) u wara dan il-Kuntratt għandu jiġi awtomatikament ikkanċellat”. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7 “il-Parti B għandha tissottometti applikazzjoni bil-miktub lill-Awtorità Ġenerali għaż-Żona Ekonomika Speċjali tal-Kanal ta’ Suez għall-istabbiliment ta’ proġett industrijali mill-Parti B f’isem il-Parti A u tikseb approvazzjonijiet…L-Awtorità Ġenerali għaż-Żona Ekonomika Speċjali tal-Kanal ta’ Suez taqbel li tagħmel ir-reġistrazzjoni tal-art f’isem il-Parti B, teżamina u tapprova l-kuntratt finali tal-bejgħ tal-art, u tapplika għaċ-ċertifikat tal-art mal-uffiċċju tan-nutar f’isem il-Parti B.

(826)

Barra minn hekk, Jushi Egypt offriet li tħallas kwalunkwe penali li kienet dovuta mill-iżviluppatur Eġizzjan lill-Awtorità Ġenerali tal-SCZone. Madankollu, din il-penali ġiet imħallsa lura lil Jushi Egypt mill-Awtorità Ġenerali wara.

(827)

Il-GTE għalhekk uża korp privat bħala veikolu biex iwettaq kontribuzzjoni finanzjarja li permezz tagħha l-korp privat ma kellu l-ebda għażla ħlief li jbigħ l-art lil Jushi Egypt u bil-prezz u kundizzjonijiet oħra stipulati mill-GTE. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iżviluppatur Eġizzjan kien ġie fdat jew ordnat mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iv), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku biex isegwi politiki governattivi mniżżla wkoll fil-Ftehim ta’ Kooperazzjoni u pprovda art bi prezz preferenzjali lil Jushi Egypt.

(828)

Il-Kummissjoni talbet lill-GTE biex jipprovdi statistika dwar il-prezzijiet tal-art applikabbli fl-SCZone, kif ukoll il-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti relatati mat-tranżazzjonijiet tax-xiri mill-iżviluppaturi. Madankollu, il-GTE ma seta’ jipprovdi l-ebda statistika jew proċedura ta’ sejħiet għall-offerti relatata mal-perjodu jew it-tranżazzjoni taħt kunsiderazzjoni. Il-GTE seta’ jipprovdi biss informazzjoni relatata mal-proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti għall-għoti ta’ użufrutt lil TEDA ta’ biċċa art oħra fl-2016.

(829)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTE u l-produtturi esportaturi ddikjaraw li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq fatti mhux korretti sabiex tikkonkludi li Wadi Degla kienet inkarigata jew diretta mill-GTE. B’mod aktar speċifiku, huma sostnew li:

Wadi Degla mhuwiex żviluppatur, iżda produttur tal-pajpijiet u tal-fittings tal-politelin;

Wadi Degla ma xtratx l-art inkwistjoni mingħand il-GTE, iżda mingħand il-Kumpanija Eġizzjana Ċiniża;

L-awtorità Ġenerali taż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez ma pparteċipatx fin-negozjati bejn Jushi Egypt u Wadi Degla iżda sempliċiment approvat il-bejgħ tal-art u ttimbratu;

Id-diskussjonijiet interni bejn il-persunal ta’ Jushi Egypt jispjegaw biss għaliex Wadi Degla xtaqet tbigħ l-art tagħha malajr. Wadi Degla riedet tbigħ l-art tagħha malajr u kienet lesta taċċetta prezz baxx minħabba li ma kinitx żviluppat l-art skont l-obbligi legali tagħha. Bħala riżultat, Wadi Degla ġiet immultata mill-GTE talli naqset milli tirrispetta l-obbligi tagħha. Il-GTE ħallas lura l-multa li ħalset Jushi Egypt minħabba li Jushi Egypt żviluppat l-art. Peress li Jushi Egypt irrispettat id-dmir legali tagħha li tiżviluppa l-art, ma kien hemm l-ebda raġuni biex tingħata sanzjoni. Għalhekk, l-azzjoni ta’ Wadi Degla li tbigħ l-art kienet biss effett sekondarju li tirriżulta mill-multa tal-GTE, li ma tikkostitwixxix inkarigu jew direzzjoni.

(830)

Fuq l-ewwel punt, skont l-informazzjoni li għandha l-Kummissjoni fuq is-sit web tal-kumpannija (193), Wadi Degla mhijiex produttur tal-pajpijiet u tal-fittings iżda żviluppatur immobbiljari bi proġetti f’diversi postijiet, fosthom Ain Sokhna.

(831)

Fir-rigward tat-tieni punt, il-Kummissjoni ma tikkontestax il-fatt li Wadi Degla xtrat l-art inkwistjoni mill-Kumpanija Eġizzjana Ċiniża. Madankollu, it-tranżazzjoni li qed tiġi kkunsiderata hija oħra, jiġifieri l-bejgħ minn Wadi Degla lil Jushi Eġittu. Barra minn hekk, jekk titqies l-istorja tat-tranżazzjonijiet kollha, irid jiżdied li fil-bidu nett il-Kumpanija Eġizzjana Ċiniża xtrat l-art mingħand il-GTE.

(832)

Rigward it-tielet u r-raba’ punt, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li Wadi Degla riedet tbigħ l-art tagħha, fost raġunijiet oħra, minħabba li ma żviluppathiex f’konformità mal-obbligi legali tagħha. Madankollu, kif intqal fil-premessa (825), il-kumpanija setgħet ukoll biegħet l-art tagħha fis-suq ħieles bi prezz aħjar. Il-korrispondenza interna tal-maniġment ta’ Jushi ma tispjegax biss għaliex Wadi Degla riedet tbigħ l-art tagħha, iżda tindika wkoll b’mod ċar li l-Awtorità Ġenerali tas-CSZone kienet involuta fin-negozjati għat-tranżazzjonijiet tal-bejgħ. B’mod aktar speċifiku, dawn l-emails jgħidu fost oħrajn li Jushi Egypt “laħqet kunsens” ma’ Wadi Degla u mal-Konsulent legali kap tal-SCZone, li l-kuntratt “diġà ġie approvat mill-President tal-SCZone”, u li l-SCZone se “tippreżenta applikazzjoni speċjali lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru” għar-rimborż tal-multa. Għaldaqstant, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

4.5.2.2.   Kiri ta’ bini minn Hengshi Egypt

(833)

Il-Kummissjoni sabet ukoll li Hengshi Egypt tikri bini mingħand TEDA. Kif imsemmi hawn fuq, TEDA inizjalment xtrat l-art għal dawn il-binjiet minn kumpanija relatata, li min-naħa tagħha xtrata bi prezz preferenzjali mingħand l-awtoritajiet Eġizzjani. L-investigazzjoni żvelat li għalkemm TEDA qiegħda tagħmel profitti fuq il-kuntratti tal-kiri tagħha, il-prezzijiet tal-kiri mitluba minn TEDA għadhom inqas minn nofs il-prezz medju mitlub mill-kompetituri fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez. Għalhekk, kif ġie konkluż fil-premessi (820) u (821), il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kiri ta’ bini mingħand TEDA għal remunerazzjoni li mhijiex adegwata lil Hengshi Egypt huwa attribwit lill-GTE.

(834)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, Hengshi Egypt qalet li l-Kummissjoni kkumpensat għal bini mikri minn Nile Group Plastic Industry lil Hengshi Egypt (SN4 u 6 tal-Anness 2.3 folja ‘Hengshi Egypt’) mingħajr ma ġie stabbilit li Nile Group Plastic Industry huwa korp pubbliku jew korp privat inkarigat jew idderiġit mill-gvern tal-pajjiż esportatur. Barra minn hekk, il-prezz mitlub minn Nile Group Plastics Industry kien konsistentement aktar baxx mill-prezzijiet ta’ TEDA.

(835)

Fil-fatt, it-tranżazzjonijiet imsemmija mill-kumpanija jirrigwardaw bini proprjetà ta’ TEDA u mikri minn TEDA lil Nile Group Plastics Industry. Dawn il-binjiet kienu ssullokati għal perjodu qasir u temporanju ta’ xahrejn minn Nile Group Plastics Industry lil Hengshi Egypt skont ftehim amikevoli bejn iż-żewġ kumpaniji. Tabilħaqq, Hengshi Egypt ħadet il-kera mingħand TEDA tal-binjiet inizjalment okkupati minn Nile Group Plastics Industry, iżda daħlet fil-bini ftit qabel ma spiċċa l-kuntratt tal-kera bejn Nile Group Plastics Industry u TEDA. Wara dan il-perjodu qasir ta’ tranżizzjoni, Hengshi Egypt kompliet tikri l-istess spazju direttament mingħand TEDA. Barra minn hekk, il-prezz tal-kera stabbilit bejn Nile Group Plastics Industry u Hengshi Egypt segwa l-lista tal-prezzijiet stabbilita minn TEDA għal binjiet simili fl-2017. Minħabba li t-tranżazzjoni kienet tikkonċerna arranġament temporanju, li taħtu TEDA baqgħet sid il-bini mikri, u minħabba li l-prezzijiet tal-kera baqgħu fil-medda tal-prezz tal-kiri stabbilita minn TEDA, il-Kummissjoni ma aċċettatx l-affermazzjoni tal-kumpanija f’dan ir-rigward.

4.5.2.3.   Konklużjoni

(836)

Is-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni juru li l-prezzijiet għall-provvista u għall-akkwist tal-art fl-SCZone huma ddeterminati mill-awtoritajiet Eġizzjani, u li l-ipprezzar applikabbli fiż-Żona tal-SCZone mhuwiex trasparenti. L-art ingħatat jew inkriet b’termini preferenzjali minn korpi pubbliċi jew minn korpi privati inkarigati jew diretti mill-Istat.

(837)

Il-provvista ta’ art b’remunerazzjoni inqas minn adegwata mill-GTE jenħtieġ għalhekk li titqies bħala sussidju fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku fil-forma ta’ provvista ta’ oġġetti li tagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri.

(838)

Il-programm huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, billi l-provvista ta’ art lil kumpaniji fiż-Żona SETC għal remunerazzjoni li tkun inqas minn adegwata huwa riżervat għal ċerti kumpaniji f’żona ġeografika partikolari.

4.5.2.4.   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(839)

L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li jeżisti tul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri huwa kkalkulat billi titqies id-differenza bejn l-ammont effettivament imħallas mill-produttur esportatur għall-art u l-ammont li normalment jenħtieġ jintħallas abbażi ta’ valur referenzjarju bbażat fuq is-suq. Il-benefiċċju għax-xiri ta’ art minn Jushi Egypt ġie kkalkulat kif ġej:

(840)

Kif imsemmi fil-premessa (828) ta’ hawn fuq, il-GTE ma setax jipprovdi informazzjoni jew statistika dwar il-prezzijiet tax-xiri tal-art. Il-GTE pprovda biss informazzjoni dwar tranżazzjonijiet li jirrigwardaw l-użufrutt. Tabilħaqq fl-2016, saret valutazzjoni tal-proprjetà immobbli minn kumitat ta’ esperti sabiex tiġi stabbilita mappa tal-prezzijiet għall-użufrutt tal-art fl-SCZone. Fuq il-bażi ta’ dan l-istudju, ġie ddeterminat il-valur medju annwali tal-użufrutt tal-art fiż-Żona Ekonomika usa’ tal-Kanal ta’ Suez. Min-naħa l-oħra, TEDA ffirmat kuntratt ta’ użufrutt tal-art mal-MDC fl-2016 sabiex tkompli tespandi ż-Żona SETC eżistenti b’6 km2. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-valur medju annwali tal-użufrutt tal-art fl-SCZone bit-tul tal-kuntratt ta’ użufrutt tal-art iffirmat ma’ TEDA għaż-żona ta’ espansjoni ta’ 6 km2. Il-Kummissjoni qieset li dan kien jirrappreżenta l-valur totali tax-xiri ta’ art mhux żviluppata għall-iżviluppatur.

(841)

Sabiex jitqies il-kost biex l-iżviluppatur jiżviluppa l-art, il-kost ta’ investiment ta’ TEDA għal kull m2 sussegwentement ġie kkalkulat fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli pubblikament. Skont din l-informazzjoni (194), kien previst investiment ta’ USD 230 miljun għall-firxa ta’ espansjoni ta’ 6 km2. Ġie miżjud ukoll profitt għall-iżviluppatur.

(842)

Il-prezz li rriżulta għal kull m2 ta’ art żviluppata ġie applikat għaż-żona mixtrija minn Jushi Egypt, u mqabbel mal-prezz tax-xiri li effettivament tħallas minn Jushi Egypt. Għall-biċċa art mixtrija fl-2011, il-prezz tax-xiri tal-2016 ġie kkoreġut skont l-inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG. Din l-evoluzzjoni ġiet ikkalkulata abbażi tar-rati ta’ inflazzjoni u l-evoluzzjoni tal-PDG per capita bil-prezzijiet attwali f’USD għall-Eġittu kif ippubblikati mill-FMI għall-2016. Għall-biċċa art mixtrija fl-2016, saret żieda biex titqies il-pożizzjoni ġeografika konvenjenti tal-biċċa art għax-xerrej (ma’ ġenb il-faċilitajiet eżistenti ta’ Jushi Egypt).

(843)

Skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku dwar l-allokazzjoni ta’ ammonti ta’ sussidju għall-assi li ma ġewx deprezzati, l-ammont ta’ sussidju ġie allokat għall-perjodu ta’ investigazzjoni billi ġiet applikata, għas-self bla imgħax, rata tal-imgħax xierqa u disponibbli pubblikament fl-Eġittu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif ippubblikata mill-Bank Dinji (195).

(844)

Wara d-divulgazzjonijiet definittivi u d-divulgazzjonijiet definittivi addizzjonali, Jushi Egypt qalet li l-Kummissjoni għamlet diversi żbalji fid-determinazzjoni tal-valur referenzjarju għall-bejgħ tal-art, jiġifieri:

(1)

Il-korrispondenza interna dwar ix-xiri tal-biċċa art mingħand Wadi Degla turi li Jushi Egypt evalwat il-prezz tal-art bejn 1 000 u 1 200 EGP/m2. Kien imissu ttieħed dan il-prezz bħala punt referenzjarju.

(2)

Il-valur ta’ użufrutt tul id-duratura ta’ użufrutt ma jistax jitqabbel mas-sjieda sħiħa tal-art għax l-użufrutt huwa min-natura tiegħu differenti minn sjieda sħiħa.

(3)

Il-valwazzjoni ipotetika tal-art ikkummissjonata mill-Awtorità Ġenerali taż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez mhijiex valur referenzjarju għax hija prezz ipotetiku li bih l-Awtorità Ġenerali taż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez ma rnexxilha tbiegħ l-ebda biċċa art.

(4)

Il-valur sħiħ tad-dritt ta’użufrutt fuq biċċa art ma huwiex il-prezz tal-kiri annwali tal-użufrutt immultiplikat bid-duratura totali tal-użufrutt, iżda l-prezz tal-kiri annwali tal-użufrutt diviż bil-redditu medju fuq l-investiment. Dan huwa hekk għaliex l-ammont annwali inizjali tal-użufrutt jitlef mill-valur kull sena minħabba l-inflazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni trid tiddividi l-prezz annwali għal kull metru kwadru f’USD bil-profitt medju mistenni minn TEDA għall-art.

(5)

Il-kost tal-investiment ta’ USD 230 miljun imħabbar minn TEDA Egypt jikkonsisti fil-prezz tal-użufrutt tal-art kif ukoll tal-investiment għall-bini ta’ żoni residenzjali, żoni ta’ servizzi u fabbriki. Il-biċċiet tal-art mixtrija minn Jushi Egypt ma fihom xejn minn dawn, peress li Jushi Egypt xtrat art vojta.

(6)

Il-Kummissjoni trid tuża r-rata tal-kambju applikabbli fil-mument tal-bejgħ biex tikkonverti l-valur referenzjarju minn USD għal EGP.

(845)

Dwar l-ewwel punt, il-Kummissjoni ma setgħetx tuża l-prezz propost minn CNBM Group peress li kien jikkonċerna valutazzjoni interna suġġettiva tal-produttur esportatur inkwistjoni, ma kienx ikkorroborat minn xi evidenza ta’ sostenn ibbażata fuq parametri tas-suq u għalhekk ma setax titqies bħala approssimazzjoni affidabbli għall-valur tal-art.

(846)

Dwar it-tieni punt, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li sjieda sħiħa hija differenti minn użufrutt, iżda peress li l-GTE ma seta’ jipprovdi l-ebda informazzjoni jew statistika dwar il-prezzijiet tax-xiri tal-art, il-Kummissjoni kkunsidrat li din kienet l-aħjar informazzjoni disponibbli biex jiġi ddeterminat il-valur referenzjarju.

(847)

Dwar it-tielet punt, il-Kummissjoni fakkret li l-valwazzjoni inkwistjoni kienet tikkonsisti fi studju indipendenti kkummissjonat mill-GTE, li kien jipprovdi l-valur intrinsiku tal-art, jiġifieri l-prezz li bih l-art normalment kieku tinbiegħ. Il-fatt li l-biċċiet tal-art fil-fatt ma nbigħux b’dan il-prezz mill-GTE ma jaffettwax il-valur intrinsiku tagħhom.

(848)

Fir-rigward tar-raba’ punt, il-Kummissjoni qieset li l-valur ta’ użufrutt huwa normalment determinat bħala perċentwal tal-valur tas-suq tal-assi sottostanti (jiġifieri l-valur tas-sjieda sħiħa) skont id-durata tal-użufrutt, jiġifieri itwal l-użufrutt, aktar ma l-valur tal-użufrutt ikun eqreb il-valur tas-sjieda sħiħa. Peress li s-sjieda sħiħa tal-art hija mid-definizzjoni indefinita fiż-żmien, bil-multiplikazzjoni tar-rata tal-użufrutt annwali b’50 sena, il-valur referenzjarju li jirriżulta, ikkalkulat mill-Kummissjoni, dejjem ikun inqas mill-valur reali tas-sjieda sħiħa. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li fl-eżempju konkret tal-kuntratt ta’ użufrutt iffirmat minn TEDA fl-2016, l-ammont sħiħ tal-użufrutt kellu jitħallas bħala somma f’daqqa fid-data tal-bidu tad-dritt tal-użufrutt. Peress li fil-prattika ma kienx hemm kirjiet annwali bħala tali, l-affermazzjoni għalhekk issir nulla.

(849)

Dwar il-ħames punt, il-Kummissjoni nnutat li Jushi Egypt tabilħaqq xtrat art mingħajr bini fuqha. Madankollu, din l-art diġà kellha aċċess għall-utilitajiet kollha meħtieġa, toroq, trattament tad-drenaġġ, dawl pubbliku, sigurtà u faċilitajiet oħra ta’ servizz ipprovduti minn TEDA. Il-prezz ta’ biċċa art f’żona konnessa tajjeb u żviluppata ma jistax jitqabbel mal-prezz ta’ biċċa vojta fid-deżert. Barra minn hekk, id-dħul mill-iżviluppaturi tal-proprjetà immobbli, bħal TEDA, normalment jirriżulta mill-bejgħ ta’ art u mill-kiri tal-bini u l-infrastruttura pprovduti fiż-żona. Jekk il-kost tal-iżvilupp ma ġiex ikkunsidrat fil-prezz tas-suq tal-art, allura, biex nibdew, ma jkunx hemm inċentiv għall-iżviluppaturi biex jinvestu.

(850)

Dwar l-aħħar punt, il-Kummissjoni nnutat li hija aġġustat il-prezz tal-2016 abbażi tal-evoluzzjoni tal-PDG Eġizzjan f’termini reali mill-2011. Dan ifisser li l-inflazzjoni kkawżata mid-devalwazzjoni tal-EGP mqabbel mal-USD diġà ġiet inkluża fl-aġġustament tal-PDG. Aġġustamenti ulterjuri għall-bidliet fir-rati tal-kambju għalhekk jirriżultaw f’għadd doppju.

(851)

Abbaża tal-argumenti ta’ hawn fuq, l-affermazzjonijiet tal-kumpanija ġew miċħuda. Madankollu, waqt ir-rieżami tal-affermazzjonijiet tal-kumpanija, il-Kummissjoni nnutat li għamlet żball klerikali fir-rata tal-imgħax użata għall-kalkolu tal-benefiċċju. Dan ġie aġġustat kif xieraq.

(852)

Il-benefiċċju għall-kiri tal-art minn Hengshi Egypt ġie kkalkulat billi l-prezz medju tal-kiri mitlub mill-kompetituri fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez, ibbażat fuq studju tas-suq ikkummissjonat minn TEDA fl-2018, tqabbel mal-prezz tal-kiri effettivament imħallas minn Hengshi Egypt fl-2018.

(853)

Wara d-divulgazzjonijiet definittivi u definittivi addizzjonali, il-GTE u Hengshi Egypt argumentaw li l-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi li l-lokazzjoni tal-bini lil Hengshi Egypt tat benefiċċju għaliex (i) il-Kummissjoni ma qabblitx il-prezzijiet tal-kiri ta’ TEDA għal Hengshi Egypt ma’ dawk ta’ kompetitur fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez, peress li użat il-prezzijiet tas-“6 ta’ Ottubru” ta’ IDG, li ma jinsabx fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez, iżda f’żona ħielsa fil-Punent tal-Kajr (ii) il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq studju indikattiv intern; u (iii) il-Kummissjoni naqset milli tistabbilixxi li l-prezzijiet ta’ TEDA Egypt huma aktar vantaġġużi mill-prezzijiet tas-suq fl-istess żona ġeografika, għaliex kumpaniji oħra mwaqqfa fil-viċinanzi, iżda barra ż-żona TEDA, iddeċidew li ma jikrux mingħand TEDA anke jekk il-prezzijiet kienu baxxi.

(854)

Rigward l-ewwel punt, il-Kummissjoni tinnota li l-kumpanija bi żball ħasbet li l-Kummissjoni bbażat il-valur referenzjarju tal-prezz tal-kera fuq il-prezz tas-“6 ta’ Ottubru” ta’ IDG. Kif imsemmi fil-premessa (845) hawn fuq, il-Kummissjoni fil-fatt użat il-prezz medju tal-kiri, jiġifieri 88 EGP/m2, li ġew iċċarġjati minn diversi kompetituri fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez matul is-sena 2019, abbażi ta’ studju tas-suq ikkummissjonat minn TEDA. Dan il-prezz ġie mbagħad aġġustat biż-żieda fil-prezz annwali ta’ 10 % imsemmija fl-istess studju biex jerġa’ jinġieb għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-valur referenzjarju li jirriżulta ta’ 80 EGP/m2 inzerta l-istess bħall-prezz mitlub mis-“6 ta’ Ottubru” ta’ IDG, iżda ma kienx ibbażat fuq il-prezz mitlub minn IDG bħala tali.

(855)

Fir-rigward tal-komparabbiltà tal-kompetituri fl-istudju f’termini ta’ lokazzjoni, il-Kummissjoni nnutat li skont is-sit web tagħha, IDG għandha diversi proġetti li jinsabu f’diversi żoni, li waħda minnhom tinsab tabilħaqq fiż-żona tal-Punent tal-Kajr. Madankollu, għandha wkoll proġett f’Port Said fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez. Min-naħa l-oħra, kompetitur ieħor imsemmi fl-istudju, SIDC, jinsab 100 % fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez (196). Fl-aħħar, il-Kummissjoni qieset li l-prezzijiet kollha għall-postijiet kollha inklużi fl-istudju kienu komparabbli, minħabba li TEDA stess iddeċidiet li tqabbel il-kundizzjonijiet tal-kiri tagħha ma’ dawn il-kumpaniji/proġetti. F’dan is-sens, il-Kummissjoni ma qablitx mat-tieni punt imqajjem minn Hengshi Egypt, jiġifieri li studju intern, li ntuża biex tittieħed deċiżjoni dwar iż-żieda annwali fil-prezzijiet tal-kiri, ma kellux jintuża biex jiġi stabbilit valur referenzjarju. Il-Kummissjoni nnutat li l-kapitolu li taħtu sar il-paragun tal-prezzijiet jismu “studju tas-suq”. Għaldaqstant, TEDA qieset li kienet qed twettaq studju tas-suq li fih topera. Barra minn hekk, TEDA inkludiet id-data tal-kiri tagħha stess fit-tabella, li ntużat mill-Kummissjoni, u b’hekk uriet li hija kienet qiegħda tqabbel lilha nnfisha ma’ żviluppaturi oħra. Fl-aħħar nett, fil-konklużjonijiet, TEDA semmiet li wieħed mill-punti pożittivi ta’ żieda fil-prezzijiet tagħha għas-sena 2019 kien li “adatta mal-prezzijiet tas-suq”. Abbażi ta’ din l-evidenza, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-istudju intern kien indikatur affidabbli għal prezzijiet komparabbli fuq is-suq mill-perspettiva ta’ TEDA, u li t-talba għandha konsegwentement tiġi miċħuda.

(856)

Fir-rigward tat-tielet punt imqajjem mill-GTE u Hengshi Egypt, il-Kummissjoni qieset li l-fatt li kumpaniji oħra fil-viċinanza ddeċidew li ma jikrux mingħand TEDA mhuwiex indikatur affidabbli tan-nuqqas ta’ kompetittività tal-prezzijiet tal-kiri tiegħu. Tabilħaqq, ma ngħatat l-ebda evidenza dwar is-sjieda tal-art użata minn dawn il-kumpaniji (xiri, użufrutt, kiri) jew dwar ir-raġunijiet sottostanti għad-deċiżjoni tagħhom li jistabbilixxu ruħhom barra ż-Żona TEDA. Pereżempju, Saint Gobain hija kumpanija li tinsab f’bini kbir b’attività ta’ manifattura li probabbilment kienet teħtieġ aktar spazju u karatteristiċi speċifiċi li ma setgħux jiġu offruti mill-fabbriki tal-kiri standard tat-TEDA. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tixtieq ukoll tenfasizza li l-entitajiet ta’ manifattura kollha fiż-żona ġestita minn TEDA huma kompletament jew parzjalment proprjetà ta’ persuni ġuridiċi jew fiżiċi Ċiniżi, u li l-missjoni tat-TEDA hija li tmexxi ’l quddiem intrapriżi Ċiniżi li joħorġu miċ-Ċina, kif imsemmi fil-premessa (819) hawn fuq. Sa fejn taf il-Kummissjoni, l-ebda kumpanija fil-viċinanza msemmija minn Hengshi Egypt ma hija proprjetà Ċiniża.

(857)

Fl-aħħar, Hensghi Egypt oġġezzjonat għall-fatt li l-Kummissjoni użat l-istess prezz tal-kiri tal-fabbriki u tal-imħażen, kif ukoll għall-kuntratti li bdew qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni tfakkar li l-istudju tas-suq li sar minn TEDA ipprovda biss prezz għall-“fabbriki u l-imħażen” meħuda flimkien. Bħala tali, il-Kummissjoni ma tistax tagħmel distinzjoni bejn il-prezzijiet tal-fabbriki u tal-imħażen. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnutat li hija użat il-prezzijiet effettivament iddebitati minn TEDA matul l-2018. Il-fatt li TEDA ma kinitx adattat il-prezzijiet tal-kiri tagħha fl-2018 għal ċerti kuntratti huwa f’dan is-sens irrilevanti. Għalhekk, dawn il-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(858)

B’hekk l-ammont finali ta’ sussidju misjub għall-provvista ta’ art b’remunerazzjoni inqas minn adegwata ammonta għal 1,93 %.

4.6.   Dħul rinunzjat

4.6.1.   Privileġġi tat-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriżi

(a)   Bażi ġuridika:

Il-liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul kif stabbilita bil-liġi 91 tal-2005; u

Id-digriet tal-Ministeru tal-Investiment Nru 16 tal-2017 li jżid addendum (A) intitolat “L-effetti tal-bidliet fir-rati tal-kambju” mal-Istandard tal-Kontabilità Eġizzjan Nru 13.

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(859)

Jushi u Hengshi Egypt huma soġġetti għat-taxxa normali Eġizzjana fuq id-dħul ta’ 22,5 %.

(860)

Fl-2016, il-gvern Eġizzjan iddeċieda li jibdel ir-rata tal-kambju fissa tal-lira Eġizzjana (“EGP”) ma’ rata tal-kambju varjabbli, ibbażata fuq rakkomandazzjoni mill-Fond Monetarju Internazzjonali. Bħala riżultat, il-lira Eġizzjana tilfet nofs il-valur tagħha kontra muniti oħra ewlenin bħall-USD u l-EUR fi żmien xahar. Sabiex tiġi indirizzata din il-varjazzjoni f’daqqa tal-munita, il-GTE ħareġ standard speċjali ta’ kontabilità, kif ukoll regola speċjali dwar it-taxxa għat-trattament tad-differenzi fil-kambju. B’riżultat ta’ dan, il-kumpaniji setgħu jnaqqsu d-differenzi tal-kambju minħabba d-devalwazzjoni tal-EGP mid-dħul taxxabbli tagħhom b’mod aktar estensiv.

(861)

Għalkemm din il-leġiżlazzjoni kienet ġeneralment applikabbli għall-kumpaniji kollha fl-Eġittu u kienet maħsuba biex tpaċi l-effetti negattivi tad-devalwazzjoni tal-munita Eġizzjana, din ħolqot de facto benefiċċju sostanzjali għal numru limitat ta’ kumpaniji fl-Eġittu, jiġifieri kumpaniji li huma orjentati lejn l-esportazzjoni u jħaddmu n-negozju tagħhom kważi kollu f’muniti barranin bħal USD jew EUR. Din il-kategorija partikolari ta’ kumpaniji ma ġarbitx telf reali b’konsegwenza tad-devalwazzjoni tal-EGP, iżda setgħet tibbenefika mill-istandard speċjali tal-kontabilità maħruġ mill-GTE għall-finijiet ta’ taxxa. Bħala konsegwenza, il-kumpaniji li joperaw in-negozju tagħhom f’munita barranija jidhru li qed jagħmlu telf għal skopijiet ta’ taxxa għalkemm is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom tista’ turi profitti b’saħħithom. Għall-kuntrarju, il-kumpaniji Eġizzjani li joperaw in-negozju tagħhom fl-EGP sofrew telf reali li kellu impatt reali fuq in-negozju tagħhom, li kien indirizzat mir-regola speċjali tat-taxxa maħruġa mill-GTE.

(862)

Jushi u Hengshi Egypt ibbenefikaw minn din il-miżura, peress li l-investigazzjoni wriet li huma joperaw in-negozju tagħhom kważi esklussivament f’USD jew EUR u kważi ma kellhom l-ebda tranżazzjoni f’liri Eġizzjani. Fil-fatt, huma kważi esklussivament orjentati lejn l-esportazzjoni, jimportaw kważi t-tagħmir kollu tagħhom, u s-self tagħhom kif ukoll parti kbira tal-materjali tagħhom huma f’muniti barranin. Tabilħaqq, b’riżultat ta’ dan, it-telf irreġistrat minn Jushi u Hengshi Egypt minħabba d-devalwazzjoni tal-EGP, b’mod partikolari minħabba s-self sinifikanti f’munita barranija, mhumiex reali u jintużaw biss għal skopijiet ta’ taxxa biex jitnaqqas l-introjtu taxxabbli.

(863)

Barra minn hekk, it-tnaqqis fit-taxxa kellu jkun miżura temporanja, applikabbli biss għat-tranżazzjonijiet affettwati fi żmien d-divalwazzjoni. Madankollu, fil-perjodu ta’ investigazzjoni, Jushi u Hengshi Egypt xorta waħda naqqsu ammonti sostanzjali mid-dħul taxxabbli tagħhom taħt id-differenzi realizzati u mhux realizzati tal-kambju. Bħala riżultat, dawn kienu inqas profittabbli jew saħansitra jagħmlu telf skont ir-rapporti tat-taxxa fuq id-dħul tagħhom, minkejja li r-rapporti finanzjarji tagħhom urew profitt b’saħħtu u sostenibbli.

(c)   Konklużjoni

(864)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn il-benefiċċji tat-taxxa jikkostitwixxu dħul mitluf mill-GTE fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku u pprovdew benefiċċju skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku.

(865)

Barra minn hekk, huma de facto speċifiċi għall-produtturi esportaturi Jushi u Hengshi Egypt, skont l-Artikolu 4(2)(c) tar-Regolament bażiku, peress li jintużaw b’mod predominanti minn grupp limitat ta’ kumpaniji li joperaw kważi esklużivament f’muniti barranin.

(866)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTE u l-produtturi esportaturi nnutaw li r-regola speċjali tat-taxxa tal-2016 għat-trattament tat-telf mill-kambju barrani bħala telf ta’ taxxa ma tistax tikkostitwixxi sussidju, peress li ma tagħtix benefiċċju u mhijiex speċifika. L-ewwel nett, peress li din ir-regola tat-taxxa ġiet adottata biex tpaċi telf ikkawżat mill-gvern, ma ngħata l-ebda benefiċċju. It-tieni, billi l-entitajiet kollha affettwati b’mod simili mit-telf ikkawżat mill-gvern jistgħu jirrikorru għal dan it-trattament tat-taxxa, din l-iskema ma tistax titqies li hija speċifika

(867)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet fil-premessa (861) hawn fuq li din il-leġiżlazzjoni kienet applikabbli b’mod ġenerali għall-kumpaniji kollha fl-Eġittu u kienet maħsuba biex tpaċi l-effetti negattivi tad-devalwazzjoni tal-munita Eġizzjana. Madankollu, il-Kummissjoni qalet ukoll li l-kumpaniji li huma prinċipalment orjentati lejn l-esportazzjoni u jħaddmu n-negozju tagħhom kważi kollu f’muniti barranin bħal USD jew EUR ibbenefikaw b’mod sproporzjonat minn din il-leġiżlazzjoni. Tabilħaqq, dawn il-kumpaniji ma ġarrbux telf reali sinifikanti b’konsegwenza tad-devalwazzjoni tal-EGP, peress li t-telf mir-rata tal-kambju fuq ix-xiri/l-obbligazzjonijiet tagħhom f’USD seta’ jiġi paċu mill-qligħ mir-rata tal-kambju fuq il-bejgħ tagħhom f’USD. Bħala riżultat, minflok ma tpaċa telf ikkawżat mill-gvern, il-leġiżlazzjoni attwalment ħolqot benefiċċju tat-taxxa, li applika speċifikament għal din it-tip ta’ kumpaniji. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(868)

Il-benefiċċju għall-produtturi esportaturi ġie stabbilit fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul tal-2018. L-ewwel, ġie stabbilit l-ammont imnaqqas mid-dħul taxxabbli skont id-dispożizzjoni msemmija hawn fuq. It-tieni, ir-rata tat-taxxa applikabbli b’mod ġenerali ta’ 22,5 % ġiet applikata għal dan l-ammont imnaqqas. Fl-aħħar nett, dan l-ammont ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat totali tal-produtturi esportaturi fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(869)

L-ammont ta’ sussidju li nstab għal dan il-programm tat-taxxa huwa ta’ 1,43 %.

4.6.2.   Eżenzjonijiet mill-VAT u ribassi tat-tariffa ta’ importazzjoni għat-tagħmir importat

(870)

Dan il-programm jipprovdi eżenzjoni mill-VAT u mit-tariffi tal-importazzjoni għall-importazzjonijiet ta’ tagħmir użat fil-proċess tal-produzzjoni tal-kumpaniji li jinsabu fl-SCZone.

(a)   Bażi ġuridika

(871)

Il-bażijiet ġuridiċi ta’ dan il-programm huma:

Il-Liġi Nru 83/2002 dwar Żoni Ekonomiċi ta’ Natura Speċjali (“Liġi 83/2002”);

Id-Digriet tal-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu dwar il-Liġi Nru 27/2015 li Temenda xi Dispożizzjonijiet dwar il-Liġi taż-Żona Ekonomika ta’ Natura Speċjali, maħruġ mil-Liġi Nru 83/2002 (“Liġi 27/2015”);

Il-Liġi dwar l-Investiment kif Ippromulgata bil-Liġi Nru 72 tal-2017;

L-Abbozz ta’ Riżoluzzjoni Nru (2310) tal-Prim Ministru tal-2017 dwar il-Ħruġ tar-Regolamenti Eżekuttivi tal-Liġi dwar l-Investiment maħruġ bis-saħħa tal-Liġi Nru 72 tal-2017;

Il-Liġi tal-VAT kif Ippromulgata bil-Liġi Nru 67 tal-2016;

Regolamenti Eżekuttivi tal-Liġi tal-VAT, Digriet tal-Ministeru tal-Finanzi Nru 66/2017.

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(872)

Skont l-Artikolu 22 tal-Liġi 83/2002, kif emendata bil-Liġi 27/2015, is-SCZone hija parti minn żona doganali separata permezz ta’ digriet maħruġ mill-Ministru tal-Finanzi. Din iż-żona doganali separata taħdem taħt is-superviżjoni ta’ kumitat doganali suprem, stabbilit mill-President tal-Awtorità taż-żona.

(873)

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 42 tal-Liġi 83/2002, tagħmir, għodod jew apparati importati għandhom ikunu eżentati minn taxxi u dazji sakemm dawn ikunu allokati għal oġġetti jew servizzi prodotti għall-attività liċenzjata fl-SCZone. Min-naħa l-oħra, peress li s-SCZone mhijiex żona għall-esportazzjoni biss, it-taxxi u d-dazji kollha jridu jitħallsu għal kwalunkwe prodott maħruġ fis-suq domestiku barra mis-SCZone.

(874)

Fl-aħħar, skont il-liġijiet rilevanti, kumpaniji li jinsabu barra mis-SCZone jħallsu l-VAT fuq l-importazzjoni bil-quddiem u jinnettjawha mal-VAT fuq il-bejgħ domestiku tagħhom jew, jekk applikabbli, japplikaw għal rifużjoni meta oġġetti lesti jiġu esportati. Għall-kumpaniji li jinsabu fl-SCZone, tiġi miżmuma l-VAT u għalhekk inizjalment din ma tiġix imposta skont l-ittra ta’ qbil dwar dan il-punt bejn il-Ministeru tal-Finanzi u l-Awtorità Ġenerali tal-SCZone.

(875)

Il-Kummissjoni sabet li l-VAT u d-dazji fuq l-importazzjoni ta’ tagħmir importat ilhom effettivament jiġu miżmuma mill-kumpaniji fil-kampjun sa mill-2017 u matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kollu. Qabel l-2017, il-kumpaniji fil-fatt ħallsu d-dazji fuq l-importazzjoni tagħhom u t-taxxa tal-VAT/taxxa ġenerali fuq il-bejgħ (“GST”) fuq it-tagħmir importat, peress li kienu għadhom ma ngħaqqdux fir-reġim tal-SCZone. Madankollu, permezz tal-opt-in tal-2017 tal-kumpanija għar-reġim tat-taxxa u amministrattiv tal-SCZone, il-produtturi esportaturi bbenefikaw mit-trattamenti tat-taxxa preferenzjali fi ħdan iż-żona, inkluża l-VAT u l-eżenzjonijiet mit-tariffi.

(876)

Bħala regola ġenerali fl-Eġittu, il-kumpaniji li jixtru magni soġġetti għar-rata tal-VAT ta’ 5 % jenħtieġ li jużaw l-ammonti bħala kreditu għal pagamenti futuri (197). Madankollu, meta il-bilanċ tal-kreditu jinżamm għal aktar minn 6 perjodi tat-taxxa konsekuttivi (xhur), li huwa l-każ ta’ kumpaniji involuti b’mod qawwi f’esportazzjonijiet li ma jistgħux ipaċu l-VAT tal-input bħala kreditu għal pagamenti futuri, il-persuna reġistrata jenħtieġ li tapplika bil-miktub u turi l-ammont tal-bilanċ ta’ kreditu. L-awtorità tat-Taxxa Eġizzjana jenħtieġ li tivverifika l-korrettezza tal-bilanċ u tar-rifużjoni fi żmien 45 jum mid-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

(877)

Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li fil-prattika, il-GTE ma jirrimborsax il-VAT imħallsa bil-quddiem u għalhekk it-taxxa hija spiża reali għal kumpaniji bħal dawn. Tabilħaqq, analiżi tal-krediti tal-GST/VAT ta’ Jushi Egypt elenkati fir-Rapporti Annwali tal-2016–2018 uriet li l-ammonti dovuti mill-GTE lil Jushi Egypt kienu għadhom pendenti wara bosta snin (198) u Jushi Egypt ikkonfermat li ma kinitx qed tistenna li tirċievi r-rimborżi (199). Fil-każ ta’ Hengshi Egypt, il-kumpanija applikat għal rifużjoni tal-VAT/GST fuq tagħmir u materjali. Fl-aħħar irċeviet rifużjoni għat-tagħmir mixtri sa tliet snin qabel, iżda l-ammonti rimborżati ma koprewx l-ammonti mitluba, u ma ngħatat l-ebda evidenza dwar ir-raġunijiet għar-rimbors ta’ xi oġġetti, iżda mhux ta’ oħrajn. Dan juri li r-rimborż tal-VAT mill-GTE jingħata fl-aħjar każ b’dewmien sinifikanti u fi kwalunkwe każ huwa arbitrarju u mhux trasparenti.

(878)

Jeħtieġ li jiġi kkunsidrat ukoll li peress li t-tagħmir użat fil-manifattura ta’ prodotti, inkluż il-prodott investigat, probabbilment se jintuża għall-ħajja utli kollha tiegħu fit-territorju Eġizzjan mingħajr ma jiġi esportat mill-ġdid jew inkella jinbiegħ domestikament, ma hemm l-ebda raġuni għall-għoti ta’ eżenzjoni mid-dazji doganali u mill-VAT fuq ix-xiri tiegħu, ħlief għall-benefiċċju tal-kumpaniji li jinsabu fl-SCZone. Dan għalhekk jikkostitwixxi dħul mitluf fil-forma ta’ dazji doganali u VAT mhux pagabbli mingħajr ebda ġustifikazzjoni, peress li dan it-tagħmir jintuża għall-produzzjoni lokali tal-prodott li qed jiġi investigat li fuqu huma normalment dovuti dazji doganali u VAT għal produtturi ma jinsabux fl-SCZone.

(879)

Għalhekk, peress li l-produtturi esportaturi saru soġġetti għal trattament preferenzjali skont ir-reġim legali tal-SCZone fl-2017, huma bbenefikaw minn eżenzjoni de facto tal-VAT fuq l-importazzjoni ta’ makkinarju. Din l-eżenzjoni tikkostitwixxi dħul mitluf minħabba li, kif iddikjarat fil-paragrafi preċedenti, għalkemm il-VAT eventwalment suppost titħallas lura, essenzjalment m’hemm l-ebda evidenza li l-GTE ħallas lil Jushi Egypt il-VAT imħallsa fuq il-makkinarju fil-passat. L-evidenza disponibbli tabilħaqq uriet li Jushi Egypt ma kinitx qed tingħata dawk ir-rifużjonijiet meta kienet tinsab barra ż-żona.

(880)

Il-kumpaniji li jinsabu fl-SCZone, li ma għandhomx għalfejn iħallsu l-VAT bil-quddiem, jirċievu eżenzjoni de facto tal-VAT li tiffrankalhom milli jġarrbu kost reali minbarra li jiffrankaw il-piż amministrattiv li jkollhom jitolbu r-rimborżi tal-VAT jew ipaċu l-krediti tal-VAT. L-istess konklużjoni tapplika b’mod aktar ċar fir-rigward tal-eżenzjoni tal-ħlas ta’ tariffi ta’ importazzjoni fuq tagħmir importat.

(881)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTE u l-produtturi esportaturi qajmu diversi kwistjonijiet. L-ewwel nett, mhuwiex minħabba li Jushi Egypt u Hengshi Egypt mhux dejjem irċievew rimborsi sħaħ u f’waqthom tal-VAT mill-GTE fil-passat (meta ma kinux fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez) li issa hemm rinunzja ta’ dħul fir-rigward tat-trattament tat-taxxa li japplika għalihom fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez.

(882)

It-tieni nett, il-Kummissjoni qabblet it-trattament tat-taxxa kkontestat ma’ trattament tat-taxxa ipotetiku estrapolat mis-sitwazzjoni ta’ Jushi Egypt u Hengshi Egypt qabel ma daħlu fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez, minflok qabblet it-trattament tat-taxxa kkontestat mar-regoli tal-VAT tal-Eġittu dwar l-importazzjoni ta’ tagħmir u materja prima.

(883)

It-tielet, il-Kummissjoni ma qajmet ebda kwistjoni jew diskussjoni dwar l-amministrazzjoni tal-VAT fl-Eġittu matul iż-żjara ta’ verifika.

(884)

Ir-raba’, il-GTE fakkar li l-Artikolu 27 tal-Ftehim SCM jitlob trattament speċjali u differenzjali tal-pajjiżi Membri tad-WTO li qed jiżviluppaw. Il-fatt li l-GTE mhux dejjem kellu r-riżorsi biex iħallas lura l-ammont dovut tal-kreditu tal-VAT fil-ħin ma għandux jiġi hekk ikkastigat mill-Kummissjoni.

(885)

Il-ħames, il-Kummissjoni nnifisha rrikonoxxiet li Jushi Egypt u Hengshi Egypt eventwalment irċevew mill-GTE parti mill-VAT imħallsa qabel ma ssieħbu fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez. Għalhekk, l-ammont sħiħ ta’ VAT normalment pagabbli ma jistax jikkostitwixxi l-benefiċċju. Barra minn hekk, peress li l-bilanċ tal-kreditu tal-VAT ta’ Jushi Egypt issa qed jonqos minħabba li Jushi Egypt tirċievi aktar reċivibbli tal-VAT, l-ammont sħiħ ta’ VAT normalment pagabbli kien ikun parzjalment paċut kontra dan ir-reċivibbli tal-VAT. Fl-aħħar nett, fil-bidu tal-2020, l-ammonti dovuti ta’ VAT fuq l-importazzjonijiet minn Jushi Egypt għall-perjodu 2017–2018 kienu ġew saldati u paċuti kontra l-kreditu tal-VAT ta’ Jushi Egypt mill-GTE. B’riżultat ta’ dan, ma hemmx aktar benefiċċju.

(886)

Is-sitta, il-kreditu tal-VAT imġarrab mill-produtturi esportaturi kien jirrigwarda l-VAT fuq il-makkinarju u mhux fuq il-materja prima. Minħabba l-investiment inizjali kbir tagħhom f’assi fissi, il-GTE ma kienx f’pożizzjoni li jirrimborża bis-sħiħ il-VAT imġarrba fuq il-makkinarju fil-ħin. Madankollu, dan ma kienx il-każ għall-materja prima għalhekk l-eżenzjonijiet mill-VAT fuq il-materja prima ma jikkostitwixxux sussidju.

(887)

Fl-aħħar, peress li l-Kummissjoni korrettament ikkunsidrat li ma kellhomx jitħallsu dazji fuq l-importazzjoni fir-rigward tal-inputs għall-prodotti esportati, il-Kummissjoni kien imissha applikat l-istess raġunament fir-rigward tal-VAT fuq l-inputs għall-prodotti esportati. Minn dan isegwi li l-Kummissjoni trid, sabiex tikkalkola l-benefiċċju, talloka l-ammont tal-VAT dovut matul il-perjodu ta’ investigazzjoni lill-kwantitajiet ta’ materjali użati għall-produzzjoni ta’ oġġetti mibjugħa biss fis-suq domestiku.

(888)

Bi tweġiba għal dawn l-affermazzjonijiet, il-Kummissjoni tixtieq tiċċara li l-għan tagħha mhuwiex li tikkastiga lill-GTE għal nuqqas ta’ riżorsi jew li tikkritika s-sistema tal-VAT fl-Eġittu bħala tali. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni nnutat li l-Artikolu 27 tal-Ftehim SCM ma għandux rwol fl-affermazzjoni tal-GTE f’dan il-kuntest. L-aktar dispożizzjoni rilevanti applikabbli fi proċedimenti ta’ dazju kompensatorju hija l-paragrafu (10) tal-Artikolu 27, li jittratta biss ċerti limiti de minimis, filwaqt li d-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Artikolu 27 jittrattaw prinċipalment sussidji għall-esportazzjoni ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw. F’dan il-każ, il-GTE qed jibbaża fuq l-Artikolu 27 biex jiġġustifika n-nuqqas ta’ ħlas lura ta’ krediti tal-VAT lill-kontribwenti, li għalihom din id-dispożizzjoni hija irrilevanti.

(889)

Rigward l-affermazzjoni dwar it-talbiet għal informazzjoni dwar is-sistema tal-VAT, il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar kif taħdem is-sistema tal-VAT fl-Eġittu mill-bidu tal-investigazzjoni, permezz tal-kwestjonarju kif ukoll matul il-proċess ta’ defiċenza. Barra minn hekk, matul iż-żjara ta’ verifika tqajmu mistoqsijiet ġenerali dwar l-ammont ta’ taxxi miġbura mill-produtturi esportaturi. Il-Kummissjoni għalhekk qieset li kienet irċeviet biżżejjed informazzjoni matul l-investigazzjoni dwar il-qafas tal-VAT bħala tali.

(890)

Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li t-trattament tal-VAT huwa differenti għal kumpaniji fl-SCZone. Tabilħaqq, kumpaniji fl-SCZone ma għandhomx għalfejn iħallsu l-VAT bil-quddiem (“xenarju 1”). B’kuntrast ma’ dan, kontribwenti f’sitwazzjonijiet komparabbli, jiġifieri kumpaniji li mhumiex fl-SCZone, ikollhom iħallsu l-VAT bil-quddiem (“xenarju 2”). Jekk din il-VAT eventwalment hijiex dovuta jew tridx tiġi rimborżata f’dak il-mument huwa irrilevanti. Dak li huwa importanti huwa li inizjalment ma jinġabar l-ebda dħul mill-GTE fix-xenarju 1, filwaqt li fil-każijiet kollha tax-xenarju 2 d-dħul tal-GTE jinġabar mill-ewwel.

(891)

Skont il-qafas normattiv rilevanti fl-Eġittu, fid-data tas-saldu, l-ammont finali tas-saldu jkun dovut mill-kumpaniji fix-xenarju 1, filwaqt li parti mid-dħul miġbur mill-GTE jerġa’ lura għand il-kumpaniji fix-xenarju 2 (fil-każ li l-VAT tkun trid tiġi rimborżata). Jekk dan il-proċess ta’ saldu jkun rapidu u affidabbli, allura l-benefiċċju li wieħed ma jkollux iħallas bil-quddiem skont ix-xenarju 1 ikun ekwivalenti għall-vantaġġ ta’ fluss tal-flus tul iż-żmien kollu li jgħaddi sakemm isir il-ħlas lura. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li, kif diġà ssemma fil-premessa (876) hawn fuq, l-iskadenza statutorja għal dan is-saldu hija ta’ sitt xhur mid-data li fiha jinħoloq il-kreditu.

(892)

Madankollu, il-Kummissjoni sabet li fil-prattika s-saldu u r-rifużjoni korrispondenti għal kumpaniji li joperaw taħt ix-xenarju 2 fl-Eġittu seħħew, fl-aħjar każ, b’dewmien sinifikanti ħafna, u li l-kriterji biex tinkiseb rifużjoni ma kinux ċari. Il-Kummissjoni nnutat f’dan ir-rigward li l-GTE ma kkontestax dan il-fatt bħala tali. Il-benefiċċju tal-fluss tal-flus għall-kumpaniji fl-SCZone għalhekk jirriżulta mill-fatt li ma jinġabar l-ebda dħul mill-VAT mill-GTE mill-kumpaniji fl-SCZone sas-saldu finali, li d-data tiegħu ma tkunx ċerta (xenarju 1), b’kuntrast ma’ kumpaniji li mhumiex fl-SCZone, fejn id-dħul jinġabar immedjatament u jitħallas lura ħafna aktar tard, f’data inċerta (xenarju 2). Bħala riżultat, il-kumpaniji fl-SCZone jibbenefikaw minn trattament preferenzjali tal-VAT meta mqabbla ma’ kumpaniji li mhumiex fl-SCZone. L-ammont mhux miġbur mill-GTE fir-rigward ta’ kumpaniji fl-SCZone jammonta għal dħul rinunzjat jew mhux miġbur skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku.

(893)

Biex tispjega aktar dan, flimkien mal-qafas rilevanti tal-VAT fl-Eġittu, il-Kummissjoni ħarset lejn is-sitwazzjoni tal-produtturi esportaturi qabel u wara ma daħlu fl-SCZone. Tabilħaqq, qabel ma aderixxew fl-SCZone, is-sitwazzjoni tagħhom kienet komparabbli ma’ kumpaniji li ma kinux fl-SCZone matul il-perjodu ta’ investigazzjoni skont ix-xenarju 2. F’dan ir-rigward, il-GTE ma kkontestax il-fatt li Jushi Egypt kienet akkumulat kreditu tal-VAT sinifikanti ħafna qabel ma aderiet fl-SCZone, u li l-GTE ma kienx f’pożizzjoni li jirrimborża dan il-kreditu. Is-sitwazzjoni tal-kreditu tal-VAT ta’ Jushi Egypt, li nħolqot qabel ma daħlet fl-SCZone, b’hekk turi li s-sitwazzjoni deskritta fil-premessa preċedenti tikkorrispondi għar-realtà tal-kumpaniji li ma kinux fl-SCIŻona matul il-PI.

(894)

Rigward il-ħames punt imqajjem mill-GTE u l-produtturi esportaturi, id-destinazzjoni finali tal-oġġetti li fuqhom hija applikata l-VAT u l-fatt li Jushi Egypt tista’ tpaċi xi ammonti pagabbli tal-VAT kontra l-kreditu tal-VAT oriġinali tagħha matul iż-żmien ma jibdilx is-sejbiet tal-Kummissjoni peress li dawn ma jaffettwawx id-differenza inizjali fit-trattament bejn kumpaniji ġewwa u barra ż-żona, u fi kwalunkwe każ dawn il-kumpensi mhumiex marbuta ma’ rifużjoni proattiva mill-GTE iżda pjuttost ma’ obbligazzjoni tal-VAT li ġġarrbet minn dawn il-kumpaniji.

(895)

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni rrikonoxxiet ukoll li wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi rċieva darba waħda rifużjoni tat-taxxa dwar xi tagħmir li kien xtara, għalkemm barra mill-PI u wara dewmien ta’ diversi snin. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħadet nota li l-liġi l-ġdida tal-VAT fl-Eġittu ġiet promulgata ftit qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni, u li l-leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni kienet għadha ma ġietx kompletament fis-seħħ matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Fid-dawl ta’ din il-fażi tranżizzjonali, il-Kummissjoni fehmet l-argument tal-GTE li l-perjodu tas-saldu għal rimborżi tal-VAT jista’ jiddewwem b’mod sinifikanti, minħabba li l-GTE huwa pajjiż li qed jiżviluppa b’numru subottimali ta’ persunal amministrattiv responsabbli mis-sistema l-ġdida u b’nuqqasijiet baġitarji possibbli li jagħmluha diffiċli li jinħarġu rimborżi tal-VAT fi żmien il-ħinijiet preskritti. Għalhekk, b’kont meħud ta’ dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali u bit-tama li jkunu temporanji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tieħu kont biss tal-vantaġġ tal-fluss ta’ flus għall-produtturi esportaturi biex tikkalkola l-benefiċċju mill-eżenzjonijiet tal-VAT. Il-metodoloġija tal-kalkolu għall-kalkolu tal-benefiċċju, kif deskritt fil-premessa (899) hawn taħt, ġiet adattata skont dan.

(896)

Fir-rigward tas-sitt punt, il-Kummissjoni nnutat li għalkemm Hengshi Egypt irċeviet f’mument minnhom rimborż tal-VAT imħallsa bil-quddiem fuq il-makkinarju, hija qatt ma rċeviet xi rimborż tal-VAT imħallsa fuq il-materjali, minkejja li l-kumpanija applikat għalih. Is-sejbiet tal-VAT fuq il-makkinarju għalhekk japplikaw a fortiori għall-VAT fuq il-materjali. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(c)   Konklużjoni

(897)

Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li dan il-programm jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul rinunzjat mill-GTE fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) peress li l-intrapriżi eliġibbli huma eżentati mill-ħlas tal-VAT u/jew ta’ tariffi li kieku kienu jkunu dovuti. Jagħti wkoll benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, peress li jitqiegħdu f’pożizzjoni finanzjarja aħjar milli kienu jkunu li kienu ma kienx hemm l-iskema. Fil-fatt, mingħajr l-iskema kienu jħallsu l-VAT u t-tariffi tal-importazzjoni fuq l-importazzjoni tat-tagħmir.

(898)

Il-programm huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, peress li mhuwiex applikabbli fl-Eġittu b’mod ġenerali, u japplika biss għall-kumpaniji li jinsabu f’Żoni Ekonomiċi ta’ Natura Speċjali, bħal-SCZone. Il-leġiżlazzjoni li skontha topera l-awtorità awtorizzanti tillimita l-aċċess tagħha għal intrapriżi li jinsabu fl-SCZone.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(899)

L-ammont ta’ sussidju kumpensabbli jiġi kkalkolat f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li jeżisti tul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jitqies li huwa:

(1)

l-ammont ta’ dazji doganali eżentati fuq it-tagħmir importat. Sabiex jiġi żgurat li l-ammont kumpensabbli kopra biss il-perjodu ta’ investigazzjoni, il-benefiċċju riċevut ġie ammortizzat fuq il-ħajja utli tat-tagħmir skont il-proċeduri kontabilistiċi normali tal-kumpanija, ħlief għal waħda mill-kategoriji tal-assi, fejn il-perjodu tal-amortizzament ġie adattat biex jirrifletti aħjar il-ħajja utli reali, kif ivverifikat mis-servizzi tal-Kummissjoni.

(2)

Rigward id-dħul rinunzjat fil-forma ta’ eżenzjoni de facto tal-VAT, il-benefiċċju ġie inizjalment ikkalkulat billi ttieħed l-ammont kollu ta’ VAT normalment pagabbli iżda mhux imħallas matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fuq ix-xiri ta’ tagħmir importat (matul il-PI). Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (895), wara l-kumment dwar id-divulgazzjoni finali, il-Kummissjoni ddeċidiet li tieħu kont biss tal-vantaġġ tal-fluss ta’ flus għall-produtturi esportaturi biex tikkalkola l-benefiċċju mill-eżenzjonijiet tal-VAT. Il-metodoloġija tal-kalkolu tal-benefiċċju ġiet adattata skont dan. Bħala riżultat, il-benefiċċju tal-fluss ta’ flus mill-VAT miżmuma tqies li huwa ekwivalenti għar-rata medja tal-imgħax fuq id-depożiti fl-Eġittu matul il-PI (12,32 %), applikat għall-ammonti tal-VAT li kienu miżmuma għall-prodotti mixtrija mill-2017.

(900)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, Jushi Egypt qalet li l-Kummissjoni applikat dazju doganali ta’ 5 % fuq l-importazzjonijiet tal-bushing fl-2018, għalkemm dawn kienu soġġetti għal dazju doganali ta’ 2 % fl-2018. Il-kumpanija argumentat ukoll li l-Kummissjoni kellha talloka l-VAT fuq l-importazzjonijiet ta’ makkinarju abbażi tad-deprezzament matul il-perjodu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 7.3 tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni aċċettat dawn l-affermazzjonijiet u adattat il-kalkolu tal-ammont tas-sussidju skont dan.

(901)

L-ammont ta’ sussidju stabbilit fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi kien ta’ 0,13 %.

4.6.3.   Eżenzjonijiet mill-VAT u ribassi tat-tariffa ta’ importazzjoni għall-materjal importat

(902)

Skont il-Liġi 83/2002, entitajiet li joperaw f’Żona Ekonomika Speċjali huma permessi jimportaw materja prima mingħajr ma jħallsu dazju doganali, taxxa tal-bejgħ jew kwalunkwe taxxa jew dazju ieħor, li nkella kienu jkunu dovuti, sa fejn dawn il-prodotti importati jkunu esportati mill-ġdid bħala tali jew ikunu pproċessati fi prodott downstream li mbagħad jiġi exportat.

(a)   Bażi ġuridika

(903)

Il-bażijiet ġuridiċi ta’ dan il-programm huma:

Il-Liġi Nru 83/2002 dwar Żoni Ekonomiċi ta’ Natura Speċjali (“Liġi 83/2002”)

Digriet tal-Prim Ministru Nru 1625 tal-2002 li Joħroġ ir-Regolamenti Eżekuttivi għal-Liġi ta’ Żoni Ekonomiċi ta’ Natura Speċjali

Id-Digriet tal-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu dwar il-Liġi Nru 27/2015 li Temenda xi Dispożizzjonijiet dwar il-Liġi taż-Żona Ekonomika ta’ Natura Speċjali, maħruġ mil-Liġi Nru 83/2002 (“Liġi 27/2015”)

Il-Liġi dwar l-Investiment kif Ippromulgata bil-Liġi Nru 72 tal-2017

L-Abbozz ta’ Riżoluzzjoni Nru (2310) tal-Prim Ministru tal-2017 dwar il-Ħruġ tar-Regolamenti Eżekuttivi tal-Liġi dwar l-Investiment maħruġ bis-saħħa tal-Liġi Nru 72 tal-2017

Il-Liġi tal-VAT kif Ippromulgata bil-Liġi Nru 67 tal-2016;

Regolamenti Eżekuttivi tal-Liġi tal-VAT, Digriet tal-Ministeru tal-Finanzi Nru 66/2017.

(b)   Sejbiet tal-investigazzjoni

(904)

Kif imsemmi fil-premessa (872) ta’ hawn fuq, iż-Żona SC hija parti minn żona doganali separata. Skont l-Artikolu 42 tal-Liġi 83/2002, il-materja prima importata, il-provvisti, il-parts tal-bdil, u kwalunkwe materjal jew komponent ieħor importat minn barra l-pajjiż għandhom ikunu eżentati mit-taxxi u mid-dazji sakemm ikunu allokati għall-oġġetti jew għas-servizzi magħmula għall-attività liċenzjata fl-SCZone. Min-naħa l-oħra, it-taxxi u d-dazji kollha għandhom jitħallsu għal kwalunkwe prodott maħruġ fis-suq domestiku barra mis-SCZone.

(905)

Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni sabet li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu tal-Liġi 83/2002 imsemmi hawn fuq, iż-żewġ produtturi esportaturi ngħataw eżenzjonijiet mill-VAT u mid-dazji tal-importazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ materjali ta’ input użati fil-produzzjoni ta’ prodotti lesti esportati (u b’mod partikolari l-prodott konċernat).

(906)

Dwar l-eżenzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni, dan l-arranġament jikkorrispondi għal skema ta’ restituzzjoni tad-dazju kif deskritta fl-Anness I(i) tar-Regolament bażiku. Skont il-punt (i) tal-Anness I, is-sistemi ta’ restituzzjoni ta’ sostituzzjoni jistgħu jikkostitwixxu sussidju fuq l-esportazzjoni sa fejn jirriżultaw f’restituzzjoni li teċċedi l-imposti tal-importazzjoni li nġabru inizjalment minn fuq l-inputs importati li għalihom tkun qiegħda tintalab ir-restituzzjoni.

(907)

Sabiex jiġi ddeterminat jekk tali remissjoni żejda kinitx teżisti, skont l-Anness III, il-punt II tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand il-GTE dwar l-iskema ta’ restituzzjoni tad-dazji b’mod ġenerali, u b’mod aktar speċifiku dwar l-eżistenza u l-applikazzjoni effettiva tal-proċeduri ta’ monitoraġġ u verifika li jakkumpanjaw.

(908)

Abbażi tal-informazzjoni rċevuta inizjalment, deher li l-GTE daħħal fis-seħħ qafas leġiżlattiv għall-monitoraġġ tas-sistema ta’ restituzzjoni tad-dazju, inkluż fejn applikabbli refużjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni mħallsa. Madankollu, matul iż-żjarat ta’ verifika għand il-produtturi esportaturi, instab li dan il-qafas ma ġiex effettivament applikat fil-prattika. L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi ma ħallas dazji tal-importazzjoni jew VAT fuq xi materjal li xtara fil-perjodu ta’ investigazzjoni, kemm jekk jintuża għall-bejgħ domestiku kif ukoll għall-bejgħ tal-oġġetti għall-esportazzjoni. Normalment, jeħtieġ li jsir depożitu f’kont imblukkat tal-awtoritajiet doganali, li minnu jkunu jistgħu jitħallsu d-dazji perjodikament. Madankollu, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ma sar l-ebda depożitu, u ma nġabru l-ebda ammonti mill-awtoritajiet.

(909)

Wara l-perjodu ta’ investigazzjoni, Jushi Egypt għamlet depożitu żgħir għand l-awtoritajiet Eġizzjani, allegatament biex tkopri remissjoni żejda għall-bejgħ domestiku. Madankollu, ma ngħatat l-ebda evidenza li dan il-pagament tabilħaqq sar minħabba remissjoni żejda ta’ bejgħ domestiku, jew kien relatat mal-bejgħ domestiku li sar matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Sadanittant, kien hemm ukoll evidenza li Jushi Egypt irċeviet rimborż ta’ dazji fuq l-importazzjoni mħallsa f’perjodi preċedenti, qabel ma kisbet eżenzjoni fuq id-dazji fuq l-importazzjoni.

(910)

Wara aktar skambji mal-GTE, il-Kummissjoni rċiviet informazzjoni addizzjonali, li turi li fil-fatt il-qafas ta’ monitoraġġ u verifika għall-ġbir tad-dazji doganali fl-SCZone kien għadu qiegħed jinħoloq matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Pereżempju, il-Kumitat għall-Aġġustament tal-Bilanċi tad-Dazji fuq l-Importazzjoni kien stabbilit biss fl-2019 skont id-Digriet tal-Kap tal-Awtorità Doganali Nru 158, il-ħolqien ta’ kumitat ta’ spezzjoni doganali kien għadu għaddej fl-2019, u l-proċeduri eżekuttivi kienu għadhom ma nħarġux. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm sistema effettiva u xierqa ta’ rifużjoni tad-dazju fis-seħħ.

(911)

Barra minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (876) ta’ hawn fuq, il-VAT fuq l-oġġetti importati tinżamm minflok ma titħallas bil-quddiem fl-SCZone. L-awtoritajiet tat-taxxa jżommu biss id-dritt li jitolbu l-VAT wara.

(912)

L-investigazzjoni żvelat ukoll li għal ċerti inputs li Jushi Egypt użat fil-proċess ta’ produzzjoni minn fornituri bbażati fl-Eġittu, il-VAT ġiet debitata bir-rata standard irrispettivament mill-fatt li l-kumpanija kienet ibbażata fiż-żona speċjali fejn il-VAT normalment ma kinitx dovuta. Dawn it-tranżazzjonijiet irriżultaw fi kreditu tal-VAT għal Jushi Egypt. Min-naħa l-oħra, il-bejgħ ta’ inputs bejn kumpaniji li jinsabu fiż-żona speċjali ma kienx soġġett għal VAT domestika irrispettivament minn jekk l-oġġetti prodotti b’dawn l-inputs jiġux esportati jew mibjugħa domestikament.

(913)

Dawn l-elementi kollha juru li din iż-żona speċjali mhijiex żona ta’ pproċessar klassika tal-esportazzjoni, u hija wkoll differenti minn żoni speċjali ħielsa oħra fl-Eġittu, iżda hija tip uniku u ibridu ta’ żona speċjali b’diversi karatteristiċi speċifiċi li jiddistingwuha minn żoni oħra. Il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli ma jidhrux li huma applikati fil-prattika fiż-żona, għalhekk il-Kummissjoni bbażat is-sejbiet tagħha fuq il-fehim tagħha ta’ kif jaħdmu fil-prattika l-operazzjonijiet fiż-żona.

(914)

Barra minn hekk, u fuq kollox, in-nuqqas ta’ awtoritajiet amministrattivi inkarigati mill-amministrazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tas-sistema tat-taxxa u ta’ kull obbligu tat-taxxa relatat mas-sistema tat-taxxa speċjali applikabbli fiż-żona jagħmluha żona unika fejn il-kumpaniji stabbiliti fiha huma kompletament ħielsa li jsegwu jew jaħarbu r-regoli tat-taxxa mingħajr ebda konsegwenza possibbli. Għalhekk, fid-dawl taċ-ċirkostanzi speċjali ta’ din iż-żona, u fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni ddeċidiet li tikkunsidra l-eżenzjonijiet tal-VAT fuq l-inputs importati bħala eżenzjoni de facto milli titħallas din il-VAT, irrispettivament minn jekk l-inputs jiġux aktar tard inkorporati fi prodotti lesti esportati jew mibjugħa domestikament.

(c)   Konklużjoni

(915)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li s-sistema ta’ monitoraġġ ta’ rifużjoni tad-dazju tal-GTE ma ġietx applikata b’mod effettiv u ma setgħetx tiġi kkwalifikata bħala tali għar-raġunijiet kollha spjegati fit-taqsima preċedenti u mqassra fil-premessa (913). Fil-fatt, kif spjegat fil-premessi (908) sa (914), l-investigazzjoni wriet li l-GTE lanqas biss kien waqqaf awtorità responsabbli għall-amministrazzjoni u l-infurzar tal-ebda obbligu tat-taxxa tal-entitajiet li jinsabu fiż-żona, inklużi d-dazji doganali u l-VAT dovuta fuq il-materjali importati.

(916)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddeterminat li l’hekk imsejħa sistema ta’ restituzzjoni tad-dazju għall-inputs użati fil-prodotti lesti esportati wasslet għal dħul rinunzjat, li jikkostitwixxi sussidju kumpensabbli fis-sens tal-Artikolu 3(1(a)(ii) tar-Regolament bażiku, peress li jirriżulta f’restituzzjoni eċċessiva tal-imposti fuq l-importazzjoni mħallsa inizjalment fuq l-inputs importati li għalihom tkun qiegħda tintalab restituzzjoni. Il-GTE ma pprovdiex aktar analiżi tat-tranżazzjonijiet inkwistjoni.

(917)

Ir-remissjonijiet eċċessivi huma wkoll speċifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, peress li ġeneralment mhuwiex applikabbli fl-Eġittu, u japplikaw biss għall-kumpaniji li jinsabu fl-SCZone.

(918)

Barra minn hekk, l-eżenzjoni defacto mill-VAT fuq materjali importati tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ dħul rinunzjat mill-GTE fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku peress li l-intrapriżi eliġibbli jinħelsu milli jħallsu tal-VAT li li kieku kien ikun dovut. Jagħti wkoll benefiċċju lill-kumpaniji riċevituri fis-sens tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Il-programm huwa speċifiku fis-sens tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament bażiku, peress li l-leġiżlazzjoni tillimita l-eżenzjoni mill-VAT għall-intrapriżi li jinsabu fl-SCZone biss.

(919)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-GTE u l-produtturi esportaturi argumentaw li Jushi Egypt kienet ħallset depożitu għad-dazji doganali fil-bidu tal-2019. Huma pprovdew ukoll evidenza addizzjonali, skont liema d-dazji doganali kollha għas-snin 2017 u 2018 issa kienu saldati u mħallsa. Barra minn hekk, huma sostnew li anke jekk l-ammonti dovuti għad-dazji doganali ma kinux ġew saldati fl-2020, il-Kummissjoni ma setgħetx titlob amministrazzjoni tat-taxxa perfetta minn pajjiż li qed jiżviluppa, bħall-Eġittu. F’dan ir-rigward, il-GTE wera diliġenza partikolari fl-istabbiliment tas-sistema ta’ rifużjoni tad-dazju għal Jushi Egypt minħabba li r-rapporti dwar il-konsum kienu diġà stabbiliti u mmonitorjati mill-GTE fi żmien ftit xhur wara li Jushi Egypt daħlet fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez. Tliet snin wara, il-GTE irkupra d-dazji doganali kollha u l-VAT dovuta minn Jushi Egypt u Hengshi Egypt. Bħala riżultat, il-GTE qal li kellu sistema xierqa ta’ rifużjoni tad-dazju fis-seħħ sabiex ma jkunx hemm remissjoni żejda.

(920)

Barra minn hekk, skont il-GTE l-Artikolu 377 tal-Kodiċi Ċivili Eġizzjan u s-sentenza tal-Qorti Monetarja Nru 915/43, il-GTE għandu ħames snin sabiex jirkupra d-dazji fuq l-importazzjoni. B’riżultat ta’ dan, ma setax ikun hemm rinunzja tad-dħul mill-GTE sakemm dan il-perjodu ma jkunx skada, minħabba li l-GTE xorta kien intitolat għad-dazji doganali dovuti u filfatt irkuprahom fil-ħin.

(921)

Fl-aħħar nett, Jushi Egypt argumentat li l-bejgħ lil Hengshi Egypt huwa ttrattat skont il-liġi Eġizzjana bl-istess mod bħall-bejgħ tal-esportazzjoni fir-rigward tad-dazji tal-importazzjoni fuq il-materja prima, minħabba li Hengshi Egypt tinsab fiż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez. Barra minn hekk, Hengshi Egypt ma kellha l-ebda bejgħ domestiku peress li esportat il-produzzjoni tagħha kollha. B’riżultat ta’ dan, kieku Jushi Egypt ma ġietx eżentata mid-dazji tal-importazzjoni fuq il-materja prima, xorta ma kinitx iġġarrab id-dazji tal-importazzjoni fuq il-materja prima għal bejgħ domestiku lil Henghi Egypt. Jushi Egypt tenniet dan l-argument wara d-divulgazzjoni definittiva addizzjonali.

(922)

Il-Kummissjoni rrieżaminat l-evidenza pprovduta dwar il-pagament tad-dazji doganali, u sabet li l-GTE kien beda verifika fil-bini tal-produttur esportatur fi tmiem l-2019, minħabba l-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Bħala riżultat ta’ din il-verifika, il-GTE talab ċertu ammont ta’ dazji doganali fuq materjali importati mill-kumpanija, b’rabta mas-snin 2017, 2018 u 2019. Abbażi tal-evidenza pprovduta, u minħabba l-impossibbiltà li din l-evidenza ġdida tiġi vverifikata fuq il-post minħabba r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni aċċettat l-affermazzjoni u naqqset l-ammont ta’ dazji doganali mħallsa fuq il-materjali importati relatati mal-perjodu ta’ investigazzjoni skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

(923)

Madankollu, il-Kummissjoni ma qisitx li dawn is-saldi poġġew f’dubju s-sejbiet dwar l-iskema ta’ sussidju bħala tali. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li l-irkupru tad-dazji doganali kien ikkawżat mill-attivitajiet ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni, aktar milli mill-qafas ta’ monitoraġġ u ta’ verifika tal-GTE stess għall-ġbir tad-dazji doganali. Il-GTE lanqas ma kkontestat il-fatt li ma kienx hemm tali qafas matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Rigward in-natura temporanja tan-nuqqas ta’ monitoraġġ u verifika, il-Kummissjoni nnutat li għalkemm Jushi Egypt daħlet fl-SCZone fl-2017 u mhux qabel, l-aħħar bidla leġiżlattiva fil-qafas tal-ġbir tad-dazji doganali kienet diġà seħħet fl- 2015, meta r-responsabbiltà għall-ġbir tad-dazji doganali ġiet trasferita lill-Awtorità Ġenerali tal-SCZone. Barra minn hekk, ir-rapport dettaljat tal-Awtorità Doganali, ipprovdut mill-GTE bħala l-Anness I tal-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni definittiva, ikkonferma li l-leġiżlazzjoni ġenerali tal-ġbir tad-dazji doganali kienet diġà fis-seħħ fl-2006. Il-GTE għalhekk kellu biżżejjed żmien biex jimplimenta sistema li tiffunzjona għall-ġbir tad-dazji doganali.

(924)

Fir-rigward tal-bejgħ minn Jushi Egypt lil Hengshi Egypt, il-Kummissjoni diġà nnutat fil-premessi (912) sa (913) hawn fuq li l-bejgħ ta’ inputs bejn kumpaniji li jinsabu fiż-żona speċjali qatt ma kien soġġett għal kwalunkwe taxxa, biex b’hekk intwera li l-SCZone kienet żona speċjali b’diversi karatteristiċi speċifiċi li jiddistingwuha minn żoni oħra. Il-fatt li Hengshi Egypt għandha biss bejgħ ta’ esportazzjoni f’dan is-sens huwa irrilevanti, u ma jbiddilx il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet tal-GTE u tal-produtturi esportaturi dwar il-validità tas-sejbiet tal-Kummissjoni b’mod ġenerali, u dwar il-bejgħ lil Hengshi Egypt b’mod aktar speċifiku, ġew miċħuda.

(d)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(925)

Rigward id-dazji fuq l-importazzjoni, il-benefiċċju mogħti lir-riċevituri jitqies li huwa d-differenza bejn l-ammont ta’ dazji fuq l-importazzjoni dovuti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u l-ammont attwali ta’ dazji fuq l-importazzjoni mħallsa matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(926)

Sabiex jiġi ddeterminat l-ammont dovut ta’ dazji fuq l-importazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-proporzjon medju tal-konsum għat-tipi kollha ta’ prodotti lesti huwa l-istess, peress li kollha jappartjenu għall-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti. Il-Kummissjoni bbażat il-proporzjon tal-konsum fuq ir-rekords tal-produtturi esportaturi. Imbagħad, l-ewwel stabbiliet il-kwantità ta’ materjal importat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. It-tieni, ikkalkulat il-proporzjon bejn il-bejgħ domestiku meta mqabbel mal-bejgħ tal-produtturi esportaturi. It-tielet, il-Kummissjoni applikat dan il-proporzjon ta’ bejgħ domestiku għall-volum totali ta’ materjal importat u stabbiliet il-kwantità ta’ materjal importat li għalih id-dazji tal-importazzjoni jkunu dovuti.

(927)

Fl-aħħar nett, sabiex jiġi stabbilit l-ammont ta’ benefiċċju, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont ta’ dazju tal-importazzjoni li jrid jitħallas għall-kwantitajiet ta’ materjali użati għall-produzzjoni ta’ oġġetti mibjugħa fis-suq domestiku.

(928)

Rigward id-dħul rinunzjat fil-forma ta’ eżenzjoni de facto tal-VAT, il-benefiċċju ġie oriġinalment ikkalkulat billi ttieħed l-ammont kollu ta’ VAT normalment pagabbli iżda mhux imħallas matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fuq ix-xiri ta’ inputs importati.

(929)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-Kummissjoni adattat il-metodoloġija tal-kalkolu tal-benefiċċju fuq l-eżenzjoni de facto tal-VAT, kif imsemmi fil-premessa (895) hawn fuq. Bħala riżultat, il-benefiċċju tal-fluss ta’ flus mill-VAT miżmuma tqies li huwa ekwivalenti għar-rata medja tal-imgħax fuq id-depożiti fl-Eġittu matul il-PI (12,32 %), applikat għall-ammonti tal-VAT, li kienu miżmuma għall-prodotti mixtrija mill-2017 u kkalkulat prorata għall-ammonti tal-VAT, li nżammu matul il-PI. Peress li ma kienet disponibbli l-ebda informazzjoni dwar l-ammont tal-materjali mixtrija qabel il-PI, il-Kummissjoni kkunsidrat li dan l-ammont ikun ekwivalenti għall-ammonti misjuba matul il-PI, aġġustat bid-differenza fil-kost tal-prodotti mibjugħa bejn iż-żewġ perjodi.

(930)

L-ammont ta’ sussidju stabbilit fir-rigward ta’ dan it-tip ta’ sussidju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni għall-produtturi esportaturi kien ta’ 0,95 %.

4.7.   Konklużjoni dwar is-sussidjar

(931)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli f’dan il-punt ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku għall-produtturi esportaturi billi eżaminat kull sussidju jew programm ta’ sussidju, u żiedet dawn iċ-ċifri flimkien biex tikkalkula ammont totali ta’ sussidjar għal kull produttur esportatur għall-perjodu ta’ investigazzjoni. Bil-għan li tikkalkula s-sussidjar kumplessiv ta’ hawn taħt, il-Kummissjoni l-ewwel ikkalkulat il-perċentwal tas-sussidjar, li huwa l-ammont tas-sussidju bħala perċentwal tal-fatturat totali tal-kumpanija. Dan il-perċentwal imbagħad intuża għall-kalkolu tas-sussidju allokat lill-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Imbagħad ġie kkalkulat l-ammont ta’ sussidju għal kull tunnellata ta’ prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, u l-marġnijiet ta’ hawn taħt ikkalkulati bħala perċentwal tal-valur tal-Kost, tal-Assigurazzjoni u tan-Noll (“CIF”) tal-istess esportazzjonijiet għal kull tunnellata.

(932)

Minħabba li Jushi & Hengshi Egypt huma kumpaniji relatati, ġie stabbilit ammont ta’ sussidju wieħed għal dawn il-produtturi esportaturi. Wara d-divulgazzjonijiet definittivi kif ukoll id-divulgazzjonijiet definittivi addizzjonali, CNBM Group qajjem l-istess argumenti bħal dawk li tqajmu mill-entitajiet Ċiniżi tal-Grupp fil-premessi (624) sa (626) hawn fuq, dwar il-metodoloġija tal-kalkolu biex jiġu stabbiliti l-ammonti singoli ta’ sussidju għal kumpaniji relatati. Din l-affermazzjoni ġiet miċħuda f’konformità mal-argumenti żviluppati għall-parti Ċiniża tal-Grupp.

(933)

CNBM group speċifikament talab ukoll lill-Kummissjoni biex tenfasizza liema ċelloli fil-kalkolu wrew li saret ponderazzjoni tal-medja tal-ammonti ta’ sussidju individwali taż-żewġ produtturi esportaturi relatati. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni rreferiet għall-informazzjoni pprovduta fid-divulgazzjoni definittiva u definittiva addizzjonali. Il-Kummissjoni ma setgħetx taċċetta din l-affermazzjoni, peress li qieset li l-iskedi tal-Excel ipprovduti fihom l-informazzjoni kollha neċessarja, inklużi l-formoli użati għall-kalkolu ta’ kull ċellola, u għalhekk jippermettu lill-kumpanija ssegwi l-metodoloġija ta’ kalkolu użata.

(934)

Barra minn hekk, peress li l-produtturi esportaturi Eġizzjani li kkooperaw huma l-uniċi produtturi tal-GFF fl-Eġittu, il-Kummissjoni stabbiliet l-ammont għall-“kumpaniji l-oħra kollha” fil-livell tal-ogħla ammont stabbilit għall-produtturi esportaturi li kkooperaw:

Isem tal-kumpanija

L-ammont ta’ sussidji kumpensabbli

CNBM Group Egypt

10,9  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

10,9  %

5.   DANNU

5.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(935)

Il-prodott simili kien manifatturat minn 16-il produttur fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” fis-sens tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament bażiku.

(936)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ GFF matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kienet stabbilita għal kważi 115 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tat-tweġiba verifikata għall-kwestjonarju tal-ilmentatur, li ġiet kontroverifikata u, fejn xieraq, aġġornata bit-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Kif indikat fil-premessa (83), il-kampjun kien magħmul minn erba’ produtturi tal-Unjoni li kienu jirrappreżentaw aktar minn 40 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

5.2.   Konsum tal-Unjoni

(937)

Il-Kummissjoni qagħdet fuq id-data aġġustata tal-Eurostat sabiex tistabbilixxi l-konsum tal-Unjoni u l-volumi tal-importazzjoni, skont il-metodoloġija ssuġġerita mill-ilmentatur. Abbażi tad-data (TARIC) fil-livell ta’ 10 ċifri, porzjon żgħir tal-inputs tneħħa mill-istatistika użata dwar l-importazzjonijiet. Il-Kummissjoni vverifikat u kkonfermat l-istimi tal-ilmentatur fir-rigward tal-proporzjon tal-prodott ikkonċernat fil-volumi importati skont il-kodiċijiet NM (200) imsemmija fin-Notifika ta’ Bidu (201) abbażi tal-informazzjoni li rċevew il-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ u fl-Eġittu.

(938)

Il-volumi u l-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kienu stabbiliti matul l-investigazzjoni abbażi tal-għarfien dirett tal-kumpaniji li jipproduċu l-GFF f’pajjiżi terzi oħrajn u li jimportaw lejn l-Unjoni. Għall-pajjiżi terzi kollha, flimkien maċ-ċifri msemmija fl-ilment, l-ilmentatur ipprovda informazzjoni aġġornata tal-intelliġenza tas-suq għall-perjodu ta’ investigazzjoni.

(939)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni flimkien mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha kif irreġistrati fil-bażi tad-data Comext tal-Eurostat, aġġustati kif deskritt fil-premessi (937) u (938) hawn fuq.

(940)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Il-konsum tal-Unjoni (f’tunnellati)

 

2015

2016

2017

Perjodu ta’ Investigazzjoni

Konsum totali fl-Unjoni

153 287

175 827

181 464

168 270

Indiċi

100

115

118

110

Sors:

Comext, Ilment.

(941)

Il-konsum tal-Unjoni żdied matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minn madwar 153 000 tunnellata fl-2015 għal madwar 168 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri b’9,8 %.

(942)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, wieħed mill-produtturi esportaturi ta’ CNBM Group (China) talab divulgazzjoni addizzjonali li tiċċara d-data sottostanti dwar l-importazzjoni u l-konsum u l-metodoloġija dettaljata użata biex tiġi stabbilita. Huma argumentaw li dan kien meħtieġ, peress li ċ-ċifri użati fl-ilment huma differenti miċ-ċifri divulgati.

(943)

L-affermazzjoni li ċifri rilevanti ma ġewx divulgati hija żbaljata. Iċ-ċifri użati biex jiġi stabbilit il-konsum tal-GFF fl-Unjoni ġew divulgati lill-partijiet interessati kollha fid-divulgazzjoni finali tas-27 ta’ Frar 2020. Differenzi fiċ-ċifri użati fl-ilment mhumiex riżultat ta’ bidla fil-metodoloġija iżda, minn naħa, tal-perjodi ta’ żmien differenti bejn l-ilment u l-investigazzjoni kif spjegat hawn fuq u, min-naħa l-oħra, id-disponibbiltà ta’ data aktar dettaljata miġbura matul l-investigazzjoni. Filwaqt li l-ilmentatur kellu jiddependi fuq l-intelligence tas-suq biex ineħħi l-importazzjonijiet skont il-kodiċijiet NM rilevanti li ma kinux GFF, il-Kummissjoni għandha aċċess għad-data tal-importazzjoni fil-livell tat-TARIC. Kif imsemmi fil-premessa (937), il-Kummissjoni użat din id-data biex tneħħi l-prodotti li kienu importati skont il-kodiċi TARIC għal prodotti oħra. Minbarra d-differenza fil-perjodi, il-Kummissjoni kellha aċċess għad-data attwali tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u f’ċerti każijiet il-verifika ta’ din id-data wasslet għal reviżjonijiet taċ-ċifri rrapportati.

(944)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ tenna li l-aġġustamenti tal-ilmentaturi għad-data tal-importazzjoni x’aktarx uriet li l-volumi tal-importazzjoni mir-Russja kienu sottovalutati ħafna, filwaqt li l-metodoloġija applikata għar-RPĊ kienet differenti u ta’ żvantaġġ għar-RPĊ.

(945)

Kif spjegat fil-premessa (18), id-data tal-importazzjoni Russa kienet ibbażata fuq data tal-Eurostat kontroverifikata mal-importazzjonijiet miż-żewġ produtturi magħrufa tal-GFF fir-Russja. Il-volum tal-esportazzjoni tal-GFF irrappurtat matul il-perjodu tal-investigazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw irrappreżenta t-totalità tal-importazzjonijiet irreġistrati fl-Eurostat taħt il-kodiċijiet TARIC rilevanti u għalhekk l-esportazzjonijiet kollha tqiesu bħala prodott ikkonċernat.

(946)

Għaldaqstant, l-affermazzjoni li l-metodoloġiji applikati biex jiġu ddeterminati l-volumi tal-importazzjoni wasslu għal riżultati preġudikati, ġiet miċħuda.

5.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

5.3.1.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(947)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-GFF li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati jenħtieġx li jiġu vvalutati b’mod kumulattiv skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament bażiku.

(948)

Id-dispożizzjoni tistipula li l-importazzjonijiet minn aktar minn pajjiż wieħed iridu jiġu vvalutati b’mod kumulattiv biss jekk ikun iddeterminat li:

(a)

l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli stabbilit b’rabta mal-importazzjonijiet minn kull pajjiż huwa ogħla mil-limitu de minimis stabbilit fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku u l-volum ta’ importazzjonijiet minn kull pajjiż mhuwiex negliġibbli; u

(b)

stima kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet tkun xierqa fid-dawl tal-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-kundizzjonijiet ta’ kompetittività bejn il-prodotti importati u l-prodott simili fl-Unjoni.

(949)

L-ammont ta’ sussidji kumpensabbli stabbilit b’rabta mal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Eġittu kien ogħla mil-limitu de minimis stabbiliti fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku. Il-volum tal-importazzjonijiet ma kienx negliġibbli fis-sens tal-Artikolu 10(9) tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, l-ishma mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienu ta’ 22,3 % (37 558 tunnellata) għall-importazzjonijiet mir-RPĊ u 9,1 % (15 334 tunnellata) għall-importazzjonijiet mill-Eġittu.

(950)

Il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ u mill-Eġittu u bejn dawk l-importazzjonijiet u l-prodott simili fl-Unjoni kienu simili. B’mod aktar speċifiku, il-prodotti importati kienu f’kompetizzjoni ma’ xulxin u mal-GFF prodott fl-Unjoni minħabba li jinbiegħu bl-istess mezzi ta’ bejgħ u lil kategoriji simili ta’ klijenti. Fir-rigward tal-prezzijiet tal-importazzjoni, it-tabella 4 turi li għalkemm il-livelli ġenerali tal-prezzijiet kienu differenti għal kull pajjiż ikkonċernat, ix-xejriet kienu fil-biċċa l-kbira l-istess, jiġifieri juru tnaqqis ġenerali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, bi stabbilizzazzjoni fl-2017 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni, it-tnejn li huma jwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni.

(951)

Fil-kummenti tagħhom għad-divulgazzjoni finali, il-GTĊ tenna li r-rekwiżiti għal valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati ma ġewx issodisfati peress li dan imur kontra l-prattika tal-Kummissjoni li tirrikjedi similarità tal-importazzjonijiet tal-pajjiżi kkonċernati f’termini tal-volum globali tagħhom, is-sehem mis-suq u l-prezz, li skont il-GTĊ ma jingħatawx għall-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Eġittu f’dan il-każ. B’appoġġ għal din l-affermazzjoni, il-GTĊ irrefera għal investigazzjonijiet antidumping preċedenti (202) u għall-bord tad-WTO fil-każ tal-immuntar tat-Tubi u l-Pajpijiet (203). Il-GTĊ sostna wkoll li l-importazzjonijiet Ċiniżi waħedhom ma kkawżawx dannu billi wrew xejriet simili fil-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(952)

Fil-kummenti tagħhom għad-divulgazzjoni finali, il-GTĊ sostna wkoll li fl-investigazzjoni attwali l-importazzjonijiet Eġizzjani lejn l-Unjoni ma kinux jeżistu qabel l-2017 u għalhekk għall-biċċa l-kbira tal-perjodu ta’ investigazzjoni ma kinux jikkompetu mal-importazzjonijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, il-GTĊ argumenta li bejn l-2015 u l-2018 il-volumi tal-importazzjoni u l-ishma mis-suq Eġizzjani u Ċiniżi segwew xejriet opposti. Fl-aħħar nett, il-GTĊ argumenta li l-prezzijiet tal-importazzjoni Eġizzjani kienu konsistentement aktar baxxi mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi. Għalhekk, il-GTĊ kkonkluda li ma kienx hemm kundizzjonijiet simili ta’ kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet miċ-Ċina minn naħa u l-importazzjonijiet mill-Eġittu min-naħa l-oħra u konsegwentement ma jistgħux jiġu kumulati.

(953)

Il-Kummissjoni tfakkar li l-analiżi dwar il-fatti dwar jekk il-kundizzjonijiet għal valutazzjoni tal-kumulazzjoni humiex issodisfati f’każ speċifiku tittieħed fuq bażi ta’ każ b’każ, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-fatti ta’ kull każ.

(954)

Għall-kuntrarju ta’ dak li sostna l-GTĊ, l-Artikolu 8(3) tar-Regolament bażiku ma jistipulax rekwiżit għal similarità tal-importazzjonijiet f’termini ta’ volum, sehem tas-suq u prezz iżda jistipula li valutazzjoni tal-kumulazzjoni tal-effetti tal-importazzjonijiet tkun xierqa fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-kundizzjoni tal-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-prodott simili fl-Unjoni. Din l-analiżi tista’ tinkludi elementi bħall-volum tal-importazzjoni, is-sehem mis-suq u l-prezz tal-importazzjoni, imma madankollu ma jfissirx li dawk l-elementi jeħtieġ li jkunu simili f’termini assoluti.

(955)

F’dan il-każ, u kif diġà deskritt fil-premessa (33), bejn l-2015 u l-2017, iċ-Ċina u l-Eġittu t-tnejn li huma wrew tendenzi ta’ żieda fl-importazzjoni, b’din iż-żieda tkun aktar qawwija għall-importazzjonijiet mill-Eġittu, b’mod partikolari bejn l-2016 u l-2017. Madankollu, dan ma jnaqqas xejn mill-konklużjoni li l-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi kienu qed jikkompetu ma’ xulxin u mal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Anki l-fatt li l-importazzjonijiet Eġizzjani parzjalment ħadu post l-importazzjonijiet Ċiniżi wera li kien hemm kundizzjonijiet simili ta’ kompetizzjoni. Barra minn hekk, minkejja t-tnaqqis fil-volum ta’ importazzjoni miċ-Ċina fil-PI, il-livelli kumplessivi ta’ importazzjoni baqgħu sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat, u wrew xejra ġenerali ta’ żieda matul l-istess perjodu.

(956)

Rigward il-prezzijiet tal-importazzjoni, bl-istess mod kif diġà ġie spjegat fil-premessa (950), b’kuntrast ma’ dak li afferma l-GTĊ, minkejja l-prezzijiet tal-importazzjoni medji aktar baxxi mill-Eġittu, ix-xejriet kumplessivi kemm taċ-Ċina kif ukoll tal-Eġittu kienu simili, jiġifieri naqsu matul il-perjodu kollu kkunsidrat u waqqgħu b’mod konsistenti l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni.

(957)

Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet l-argumenti tal-GTĊ kontra valutazzjoni tal-kumulazzjoni tal-effetti tal-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ u mill-Eġittu. Konsegwentement, l-argument imqajjem mill-GTĊ li l-importazzjonijiet Ċiniżi waħedhom ma kinux se jikkawżaw dannu huwa irrilevanti.

(958)

Meta jitqies dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Eġittu kienu eżaminati b’mod kumulattiv għall-iskopijiet tad-determinazzjoni tad-dannu.

5.3.2.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(959)

Kif spjegat fil-premessi (937) u (938) hawn fuq il-Kummissjoni stabbiliet il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjoni fuq il-bażi ta’ data aġġustata tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit billi l-volum tal-importazzjonijiet ġie mqabbel mal-konsum tal-Unjoni. Fil-kummenti tagħhom għad-divulgazzjoni finali, u kif imsemmi fil-premessa (944), il-GTĊ qal li l-metodoloġija biex jiġu ddeterminati l-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienet preġudikata. Għar-raġunijiet stipulati fil-premessa (945), l-argumenti f’dan ir-rigward ġew miċħuda.

(960)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ u mill-Eġittu żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Il-volum tal-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq

 

2015

2016

2017

Perjodu ta’ Investigazzjoni

Importazzjonijiet mir-RPĊ f’tunnellati

34 470

42 507

44 278

37 558

Indiċi

100

123

129

109

Importazzjonijiet mill-Eġittu f’tunnellati

108

417

6 092

15 334

Indiċi

100

386

5 641

14 198

Importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati f’tunnellati

34 578

42 924

50 370

52 892

Indiċi

100

124

145

153

Is-sehem mis-suq tar-RPĊ

22,5  %

24,2  %

24,4  %

22,3  %

Indiċi

100

108

109

99

Is-sehem mis-suq tal-Eġittu

0,1  %

0,2  %

3,4  %

9,1  %

Indiċi

100

337

4 765

12 934

Is-sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati

22,6  %

24,4  %

27,8  %

31,4  %

Indiċi

100

108

123

139

Sors:

Comext, tweġibiet għall-formoli tal-kampjunar tal-produtturi esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati

(961)

L-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati żdiedu bi 53 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn kważi 35 000 tunnellata fl-2015 għal kważi 53 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, is-sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati żdied minn 22,6 % fl-2015 għal 31,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni bi kważi 9 punti perċentwali. Din iż-żieda kienet kontinwa matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, kemm f’termini assoluti kif ukoll f’termini relattivi.

5.3.3.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezz

(962)

Kif spjegat fil-premessa (937), il-Kummissjoni stabbiliet ix-xejriet tal-prezzijiet tal-importazzjoni abbażi tad-data tal-Eurostat.

(963)

Fuq dik il-bażi, il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppa kif ġej:

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/kg)

 

2015

2016

2017

Perjodu ta’ Investigazzjoni

Prezz ta’ importazzjoni RPĊ

1,78

1,75

1,69

1,63

Indiċi

100

99

95

91

Prezz ta’ importazzjoni Eġittu

1,36

1,40

1,32

1,32

Indiċi

100

103

98

97

Prezz ta’ importazzjoni pajjiż ikkonċernat

1,78

1,75

1,64

1,54

Indiċi

100

99

92

86

Sors:

Comext.

(964)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati kienu dejjem taħt il-prezz medju tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, kif muri fit-Tabella 8. Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati naqsu minn 1,78 EUR/kg għal 1,54 EUR/kg fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, jiġifieri bi kważi 14 %.

(965)

Il-Kummissjoni ddeterminat ukoll it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:

il-prezzijiet medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi u Eġizzjani li kkooperaw inklużi fil-kampjun lejn l-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni (204), stabbiliti fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni u nol (CIF), b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali għar-RPĊ biss u għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni għaż-żewġ pajjiżi; u

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti tal-bejgħ għal kull tip ta’ prodott tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika.

(966)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq il-bażi tat-tipi ta’ prodotti, aġġustati kif xieraq fejn kien meħtieġ u wara t-tnaqqis tar-ribassi u tal-iskonti. Il-Kummissjoni sabet li huwa raġonevoli li ma tinkludix il-kits fil-kwantifikazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz. Minħabba l-kombinazzjoni unika ta’ kits, paragun x’aktarx li jirriżulta f’paragun bejn kits differenti. Ir-riżultat tat-tqabbil ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ipotetiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan jinkiseb billi l-prezz medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni għal kull tip ta’ prodott jiġi mmultiplikat bil-kwantitajiet tat-tip ta’ prodott komparabbli esportat lejn l-Unjoni. Dan wera twaqqigħ sinifikanti fil-prezzijiet li jvarja minn 15,4 % sa 55,8 % għar-RPĊ u minn 30,5 % sa 54,9 % għall-Eġittu, li rriżulta f’marġni medju ponderat ta’ 32,3 % għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw fir-RPĊ u ta’ 31,5 % għall-produtturi esportaturi fl-Eġittu li kkooperaw.

(967)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, wieħed mill-produtturi esportaturi ta’ CNBM Group (China) għamel referenza ġenerali għall-kummenti tagħhom dwar il-kalkolu tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet u tal-bejgħ taħt il-prezz ipprovduti għad-divulgazzjoni finali fl-investigazzjoni anti-dumping separata. Huma tennew dawk l-istess kummenti f’din l-investigazzjoni antisussidji. Dawn il-kummenti kienu, madankollu, imfassla għall-aspetti speċifiċi ta’ investigazzjoni anti-dumping u kienu qed jirreferu għal Artikoli speċifiċi fir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (205), u CNBM Group (China) ma speċifikatx aktar liema kummenti kienu eżattament applikabbli għall-investigazzjoni antisussidji. Il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti kollha previsti f’dan ir-rigward fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (206) (“ir-Regolament (UE) 2020/492”). Għalhekk, dawk il-kummenti biss li kienu speċifikament marbuta mal-kalkolu tal-marġnijiet tat-twaqqigħ huma indirizzati f’dan ir-Regolament.

(968)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-elementi kkunsidrati għall-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezzijiet (b’mod partikolari l-prezz tal-esportazzjoni), il-Kummissjoni trid tidentifika l-ewwel punt fejn isseħħ (jew tista’ sseħħ) il-kompetizzjoni mal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Dan il-punt huwa fil-fatt il-prezz tax-xiri tal-ewwel importatur mhux relatat minħabba l-fatt li din il-kumpanija għandha fil-prinċipju l-għażla li tixtri mill-industrija tal-Unjoni jew minn klijenti barranin. B’kuntrast, il-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-importaturi relatati ma jirriflettux il-punt fejn isseħħ kompetizzjoni reali. Dan huwa biss il-punt fejn l-istruttura tal-bejgħ stabbilita tal-esportatur tipprova ssib klijenti iżda huwa diġà wara l-punt fejn kienet ittieħdet id-deċiżjoni għall-importazzjoni. Tabilħaqq, ladarba l-produttur esportatur ikun stabbilixxa s-sistema tiegħu ta’ kumpaniji relatati fl-Unjoni, huwa jkun diġà ddeċida li s-sors tal-merkanzija tiegħu se jkun minn barra l-pajjiż. Għalhekk, il-punt ta’ tqabbil għandu jkun eżatt wara li l-prodott jaqsam il-fruntiera tal-Unjoni, u mhux fi stadju aktar tard fil-katina tad-distribuzzjoni, pereżempju meta jinbiegħ lil utent finali.

(969)

Dan l-approċċ jiżgura wkoll koerenza f’każijiet fejn produttur esportatur ikun qiegħed ibigħ il-prodotti direttament lil klijent mhux relatat (kemm jekk l-importatur jew l-utent finali) minħabba li f’dan ix-xenarju, b’definizzjoni l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid ma jkunux użati. Approċċ differenti jista’ jwassal għal diskriminazzjoni bejn il-produtturi esportaturi abbażi biss tal-kanal tal-bejgħ li huma jużaw.

(970)

F’dan il-każ, il-prezz tal-importazzjoni ma jistax jittieħed b’valur par peress li l-produttur esportatur u l-importatur huma relatati. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit prezz ta’ importazzjoni affidabbli f’kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, dan il-prezz irid jiġi rikostruwit bl-użu tal-prezz ta’ bejgħ mill-ġdid tal-importatur relatat bħala punt ta’ tluq.

(971)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li f’dan il-każ partikolari l-maġġoranza tal-bejgħ kemm min-naħa tal-industrija tal-Unjoni kif ukoll min-naħa tal-produtturi esportaturi jsiru direttament (jiġifieri mingħajr negozjanti jew importaturi). Dan il-bejgħ dirett jirrappreżenta [aktar minn 95 %] tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u [aktar minn 95 %] tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi.

(972)

Filwaqt li l-Kummissjoni ssostni r-raġunament spjegat hawn fuq, għall-finijiet ta’ kompletezza, saru kalkoli addizzjonali tat-twaqqigħ tal-prezz.

(973)

Il-Kummissjoni qieset biss il-bejgħ dirett magħmul mill-industrija tal-Unjoni u l-produtturi esportaturi, li, kif imsemmi hawn fuq, jirrappreżentaw il-maġġoranza vasta tal-bejgħ fuq iż-żewġ naħat. Abbażi ta’ dan il-kalkolu, il-prezzijiet ta’ CNBM Group (China), CNBM Group (Egypt) u Yuntianhua Group instabu li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni bi 45,4 %, 30,8 % u 14,7 %, rispettivament.

(974)

Bħala konklużjoni, il-marġnijiet ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet ma jvarjawx b’mod sinifikanti irrispettivament mill-mod kif jiġu kkalkulati. Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet kollha dwar dan ġew miċħuda.

(975)

Wara d-divulgazzjoni finali, Yuntianhua Group talab għal divulgazzjoni addizzjonali dwar it-twaqqigħ dettaljat għal kull tip ta’ prodott, b’referenza għall-kummenti tagħhom mogħtija fl-investigazzjoni anti-dumping separata b’risposta għad-divulgazzjoni addizzjonali finali pprovduta f’dik l-investigazzjoni msemmija fil-premessa (121). F’din is-sottomissjoni, Yuntianhua Group talab li l-kwantitajiet tal-bejgħ u l-prezzijiet tat-tipi kollha tal-prodotti mibjugħa mill-industrija tal-Unjoni jiġu divulgati lilhom, irrispettivament minn kemm il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu qed ibigħu tip speċifiku ta’ prodott. Huma ċaħdu l-fehma tal-Kummissjoni li jekk id-data dwar il-bejgħ relatata ma’ ċertu tip ta’ prodott kienet tikkonċerna biss żewġ produtturi tal-Unjoni jew inqas, parti terza tkun tista’ ssegwi d-data lura sal-produttur individwali tal-Unjoni. Peress li Yuntianhua Group ma jkollux l-għarfien rilevanti tas-suq biex jagħmel dan, komplew isostnu, ma jkun hemm l-ebda raġuni biex din id-data tinżamm kunfidenzjali. Inkella, Yuntianhua Group argumenta li l-Kummissjoni għandha mill-inqas tipprovdi sommarju mhux kunfidenzjali sinifikanti tal-kalkoli billi tipprovdi firxiet ta’ data dwar il-bejgħ marbuta mat-tipi tal-prodotti li kienu jipproduċu żewġ produtturi tal-Unjoni jew inqas.

(976)

Data li tappartjeni lil produttur jew tnejn tal-Unjoni biss ma tistax tiġi divulgata għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità. L-istess trattament jingħata lill-produtturi esportaturi, li ma ma jkunux għamlu disponibbli l-informazzjoni individwali tagħhom, lanqas fuq bażi anonima. L-investigazzjoni wriet li s-suq tal-GFF huwa relattivament trasparenti b’utenti ta’ kwantità kbira jixtru minn numru limitat ta’ produtturi ċċertifikati fl-Unjoni u fiċ-Ċina. Għalhekk huwa raġonevoli li wieħed jassumi li l-produtturi tal-GFF fl-Unjoni u fil-pajjiżi kkonċernati ta’ spiss ikunu jafu min qed jipprovdi tip ta’ prodott partikolari. Għalhekk, jekk tiġi divulgata firxa ta’ data jinħoloq riskju għoli li tiġi divulgata data kummerċjali kunfidenzjali li l-Kummissjoni tipprova tipproteġi. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ddivulgat kalkoli dettaljati għat-tipi kollha ta’ prodotti li ġew prodotti minn tliet produtturi tal-Unjoni jew aktar li kienu jkopru madwar 70 % tal-volum mibjugħ minn Yuntianhua Group fl-Unjoni u aktar minn 70 % tal-volum tat-tipi tal-prodott korrispondenti mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni. Yuntianhua Group ma qajjem l-ebda kwistjoni fir-rigward ta’ dawn il-kalkoli. Din l-affermazzjoni għalhekk ġiet miċħuda.

(977)

Fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali, Yuntianhua Group, qal li l-kalkoli tat-twaqqigħ ma kinux ibbażati fuq tqabbil tal-prezzijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’referenza f’termini ġenerali għas-sottomissjonijiet tiegħu fl-investigazzjoni anti-dumping separata wara d-divulgazzjoni finali u addizzjonali f’dik l-investigazzjoni mingħajr, madankollu, ma speċifika aktar għal-liema affermazzjonijiet speċifiċi kien qed jirreferi. Saret ukoll affermazzjoni simili mill-GTĊ wara d-divulgazzjoni finali.

(978)

Kif imsemmi fil-premessa (971), [aktar minn 95 %] tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien bejgħ dirett. Barra minn hekk, kif ġie nnutat fil-premessi (973), il-kalkoli tal-marġnijiet tat-twaqqigħ tal-prezzijiet ibbażati fuq il-bejgħ lill-utenti finali u fuq il-bejgħ dirett biss, kollha juru marġnijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz għall-produtturi esportaturi kollha inkluż Yuntianhua Group. Dan il-kumment għalhekk ġie miċħud.

(979)

Fil-kummenti tiegħu għad-divulgazjoni finali, Yuntianhua Group reġa’ tenna d-dikjarazzjoni tiegħu li kellha ssir analiżi tad-dannu għas-segmenti speċifiċi. Biex jissostanzja din l-affermazzjoni Yuntianhua Group jerġa’ jsemmi biss f’termini ġenerali ħafna s-sottomissjonijiet ipprovduti fl-investigazzjoni anti-dumping separata wara d-divulgazzjoni finali u addizzjonali f’dik l-investigazzjoni mingħajr, madankollu, ma jispeċifika aktar għal-liema affermazzjonijiet jew argumenti speċifiċi kien qed jirreferi. Yuntianhua Group qal b’mod partikolari li l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienu qed jispeċjalizzaw u jipproduċu tipi ta’ GFF speċifikament għal utent partikolari. Huma argumentaw li dawn kienu prodotti speċifiċi għall-klijenti OEM li għalihom ma ġie kkalkulat l-ebda twaqqigħ tal-prezz. L-ebda miżura mhi meħtieġa fuq dawk il-prodotti.

(980)

Is-suppożizzjoni tal-produttur esportatur hija fattwalment żbaljata. L-investigazzjoni wriet li l-GFF ma kienx prodott fuq il-bażi tal-OEM. Il-Kummissjoni sabet li għall-biċċa l-kbira tal-applikazzjonijiet il-GFF jiġi prodott fuq ordni skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijenti u bħala riżultat il-biċċa l-kbira assoluta tal-bejgħ (kemm tal-produtturi tal-Unjoni kif ukoll tal-produtturi esportaturi) isir direttament lill-klijenti finali indipendenti. Għalhekk, il-bejgħ skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijenti huwa karatteristika tas-suq tal-GFF u bl-ebda mod ma jissuġġerixxi l-eżistenza ta’ segment OEM separat. Dan jidher ukoll mid-data divulgata lil Yuntianhua Group. Madwar 70 % tat-tipi tal-prodott esportat minn Yuntianhua Group lejn l-Unjoni kienu jiġu prodotti minn tlett jew erbgħa produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni 92 % tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien l-istess bħal ta’ Yuntianhua Group. Dan jikkontradixxi wkoll li jkun hemm speċjalizzazzjoni partikolari fis-suq u li l-produtturi tal-Unjoni jipproduċu tip wieħed jew diversi tipi għal utent partikolari. Barra minn hekk, l-affermazzjoni li l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ dawk it-tipi ta’ prodotti minn produttur tal-Unjoni wieħed jew tnejn biss ma kinux qed iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni mhijiex korretta. Il-Kummissjoni sabet twaqqigħ fil-prezz għal erbgħa mis-seba’ tipi ta’ prodotti li għalihom il-kalkolu dettaljat ma setax jiġi divulgat minħabba kwistjonijiet ta’ kunfidenzjalità. Dan ifisser li mit-18-il tip ta’ prodott li jaqblu, erba’ biss (li jammontaw għal perċentwal baxx tal-volumi tal-esportazzjonijiet ta’ Yuntianhua Group) instabu li ma jwaqqgħux il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Ovvjament, l-istabbiliment ta’ twaqqigħ tal-prezz fil-livell tat-tipi tal-prodott huwa biss pass intermedjarju u preparatorju tal-paragun tal-prezzijiet meħtieġ mill-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri d-determinazzjoni tat-twaqqigħ tal-prezz fir-rigward tal-prodott ikkonċernat fl-intier tiegħu. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-affermazzjoni li kellha ssir analiżi separata bbażata fuq segmenti differenti kellha tiġi miċħuda.

(981)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali Yuntianhua Group argumenta li l-Kummissjoni inkludiet fis-sejbiet ta’ dannu prodotti li mhumiex ikkonċernati billi sostniet li wieħed mit-tipi ta’ prodotti tiegħu kien importat b’kodiċi NM li ma kienx parti minn din l-investigazzjoni.

(982)

Kif ġie ddikjarat mill-Kummissjoni fl-Avviż ta’ bidu ta’ dan il-proċediment “[i]n-NM u l-kodiċi TARIC jingħataw għall-informazzjoni biss”. Huma ma jikkostitwixxux id-deskrizzjoni tal-prodott investigat. Tabilħaqq, f’dan il-każ partikolari kien diġà ġie nnotat fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/44 tal-20 ta’ Jannar 2020 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu soġġetti għal reġistrazzjoni (207), li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat, anki wara li l-bidu tal-proċediment ta’ spiss ġew iddikjarati ħażin.

(983)

Barra minn hekk, matul l-investigazzjoni, il-produtturi esportaturi fil-kampjun intalbu jirrappurtaw l-esportazzjonijiet tagħhom, lejn l-Unjoni, tal-prodott li jaqbel mad-deskrizzjoni mogħtija fin-Notifika ta’ bidu tal-proċediment. F’dan il-qafas, Yuntianhua Group irrapporta t-tip ta’ prodott speċifiku inkwistjoni bħala prodott ikkonċernat. Fi kwalunkwe każ, ġie vverifikat u kkonfermat matul il-verifika fuq il-post li t-tipi kollha tal-prodott rappurtati fil-kwestjonarju kienu jaqgħu fl-ambitu tal-investigazzjoni. Din l-affermazzjoni għalhekk ġiet miċħuda.

5.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

5.4.1.   Kummenti ġenerali

(984)

Skont l-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet sussidjati fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom piż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(985)

Kif imsemmi fil-premessa (83), intuża kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(986)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u l-kobor tal-ammont ta’ sussidji kumpensabbli u l-irkupru mis-sussidjar ta’ qabel.

(987)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ kull unità, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi medji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investiment, u l-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-kapital.

5.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

5.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(988)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 5

Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2015

2016

2017

Perjodu ta’ Investigazzjoni

Volum ta’ produzzjoni

(kg)

124 892 518

134 134 913

130 312 563

114 509 129

Indiċi

100

107

104

92

Kapaċità ta’ produzzjoni

(kg)

196 926 458

200 135 505

199 124 465

193 699 831

Indiċi

100

102

101

98

Użu tal-kapaċità

63  %

67  %

65  %

59  %

Indiċi

100

106

103

93

Sors:

Ilment, tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(989)

Il-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni varjat iżda naqset bi 8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Peress li l-kapaċità tal-produzzjoni nżammet kważi fl-istess livell matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kollu, l-użu tal-kapaċità naqas minn 63 % għal 59 %.

(990)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li t-tnaqqis fir-ritmu tal-produzzjoni u tal-kapaċità tal-produzzjoni seħħ biss fl-aħħar sena tal-perjodu kkunsidrat u ma jistax jitqies bħala xejra ġenerali. Xejra negattiva b’hekk tkun viżibbli biss fil-perjodu ta’ investigazzjoni li fuq il-bażi tiegħu ma jistax jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali. L-analiżi tal-Kummissjoni għalhekk timmina l-iskop li jintgħażel perjodu ta’ tliet snin għall-analiżi tax-xejriet tad-dannu.

(991)

B’kuntrast ma’ dak li ġie ddikjarat mill-GTĊ, mill-2016 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri għal tliet snin konsekuttivi, il-produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità naqsu b’mod konsistenti, u għalhekk it-tnaqqis ma ġiex osservat biss fl-aħħar sena tal-perjodu kkunsidrat. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-fatt li kien hemm żieda fil-volum tal-produzzjoni u fil-kapaċità tal-produzzjoni bejn l-2015 u l-2016 ma jpoġġix f’dubju din ix-xejra ġenerali ta’ tnaqqis. Fi kwalunkwe każ, il-perjodi ta’ qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni jservu bħala referenza li magħhom jitqabbel il-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex jiġi vvalutat jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu materjali fil-preżent. Ma hemm l-ebda rekwiżit li jkun hemm xejra konsistenti ’l isfel li tkopri l-perjodu kollu kkunsidrat. Fil-fatt, huwa normali li fatturi negattivi jkunu aktar akuti u kkonċentrati, u għalhekk juru dannu materjali, fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(992)

Dan l-argument għalhekk ġie miċħud.

5.4.2.2.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(993)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw hekk matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 6

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2015

2016

2017

Perjodu ta’ Investigazzjoni

Volum ta’ bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

112 925

125 056

123 108

106 723

Indiċi

100

111

109

95

Sehem mis-suq

73,7  %

71,1  %

67,8  %

63,4  %

Indiċi

100

97

92

86

Sors:

Ilment, tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(994)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Eġittu żdiedu bi 53 %. Meta wieħed iqis iż-żieda fil-konsum, dan wassal għal tnaqqis fis-sehem mis-suq minn 73,7 % fl-2015 għal 63,4 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri tnaqqis ta’ aktar minn 10 punti perċentwali għall-industrija tal-Unjoni, filwaqt li r-RPĊ u l-Eġittu żiedu s-sehem mis-suq tagħhom minn 22,6 % fl-2015 għal 31,4 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri żieda ta’ kważi 9 punti perċentwali.

(995)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li l-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni ma wrewx xejra ċara ta’ tnaqqis peress li dawn żdiedu b’9 % bejn l-2015 u l-2017 u naqsu biss bejn l-2017 u l-2018. Barra minn hekk, il-GTĊ argumenta li b’mod ġenerali, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu biss b’5 % bejn l-2015 u l-2018, tnaqqis li fil-biċċa l-kbira seħħ fl-2018, li għalhekk ma weriex xejra ċara ta’ tnaqqis matul il-perjodu kkunsidrat.

(996)

B’kuntrast għall-affermazzjoni tal-GTĊ, il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’mod konsistenti mill-2016 sal-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri għal tliet snin konsekuttivi. Din hija xejra ċara ’l isfel minkejja ż-żieda inizjali bejn l-2015 u l-2016. Barra minn hekk, din ix-xejra trid titqies ukoll fil-kuntest taż-żieda ġenerali fil-konsum matul il-perjodu kkunsidrat, kif muri fil-premessa (940), li ssarraf f’telf saħansitra ogħla mis-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(997)

Din l-affermazzjoni għalhekk ġiet miċħuda.

(998)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li l-importazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni ta’ GFF mill-kumpaniji relatati tagħha fl-Indja u fir-Russja jenħtieġ li jiġu inklużi fil-bejgħ tal-industrija u fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni peress li dawn l-importazzjonijiet jirriflettu d-deċiżjoni deliberata tal-industrija tal-Unjoni li toħroġ il-produzzjoni mill-Unjoni.

(999)

Il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni jinkludi biss prodotti mmanifatturati mill-produtturi tal-Unjoni għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni huwa bbażat fuq il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili tagħha stess fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, l-importazzjonijiet mill-industrija tal-Unjoni anki jekk minn kumpaniji relatati ma’ produtturi tal-Unjoni jenħtieġ li ma jitqisux bħala bejgħ mill-industrija tal-Unjoni, iżda bħala importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra huma kkunsidrati taħt l-analiżi tal-kawżalità, speċifikament fil-premessi (1044) sa (1050).

(1000)

Dan l-argument għalhekk ġie miċħud.

5.4.2.3.   Tkabbir

(1001)

Iċ-ċifri ta’ hawn fuq fir-rigward tal-produzzjoni, tal-bejgħ, tal-volum u tas-sehem mis-suq juru li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tikber f’suq li qiegħed jikber, la f’termini assoluti u lanqas fir-rigward tal-konsum, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

5.4.2.4.   Impjiegi u produttività

(1002)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej:

Tabella 7

Impjiegi u produttività

 

2015

2016

2017

Perjodu ta’ Investigazzjoni

Għadd ta’ impjegati

1 184

1 221

1 207

1 197

Indiċi

100

103

102

101

Il-produttività (kg/impjegat)

105 504

109 839

108 001

95 665

Indiċi

100

104

102

91

Sors:

Ilment, tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(1003)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-impjiegi fl-Unjoni baqgħu relattivament stabbli b’żieda żgħira biss ta’ 1 %. Fil-fatt, it-tkabbir fil-konsum ma kienx akkumpanjat minn tkabbir simili fl-impjiegi minħabba tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ u tal-produzzjoni. Peress li l-produzzjoni naqset bi 8 %, il-produttività tal-industrija tal-Unjoni naqset b’9 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(1004)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li l-impjiegi stabbli wrew li l-industrija tal-Unjoni tkun fiduċjuża li t-tnaqqis fil-produzzjoni u fil-volum tal-bejgħ mill-2018 sal-perjodu ta’ investigazzjoni jkun biss temporanju u għalhekk ma jirrikjedix tnaqqis fil-forza tax-xogħol. Il-GTĊ kkonkluda li dan juri li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali.

(1005)

L-affermazzjoni tal-GTĊ ma ġiet appoġġjata mill-ebda evidenza ta’ sostenn. L-istrateġija allegata tal-industrija tal-Unjoni fir-rigward taċ-ċifri tagħha dwar l-impjiegi kienet għalhekk ikkunsidrata purament spekulattiva. Barra minn hekk, il-fatti tal-investigazzjoni ma appoġġjawhiex din is-suppożizzjoni peress li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kif spjegat f’din it-taqsima. Dan l-argument għalhekk ġie miċħud.

5.4.2.5.   Il-kobor tal-ammont tas-sussidji kumpensabbli u tal-irkupru mis-sussidjar fl-imgħoddi

(1006)

L-ammonti ta’ sussidju li nstabu kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-ammonti attwali tas-sussidjar fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqies il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Eġittu.

5.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

5.4.3.1.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(1007)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Prezzijiet tal-bejgħ medji fl-Unjoni (EUR/kg)

 

2015

2016

2017

Perjodu ta’ Investigazzjoni

Prezz medju ta’ bejgħ mill-fabbrika għal kull kg fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati

2,20

2,11

2,10

2,05

Indiċi

100

96

96

93

Kost tal-produzzjoni għall kull kg

2,18

2,15

2,15

2,25

Indiċi

100

99

99

103

Sors:

tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(1008)

Filwaqt li l-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-aktar minħabba t-telf ta’ kuntratti ta’ volum għoli mill-industrija tat-turbini eoliċi, il-prezz medju tal-bejgħ ta’ kull unità tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni naqas b’7 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan juri t-trażżin sever fil-prezzijiet ikkawżat mill-volum ta’ importazzjonijiet li qiegħed jiżdied b’mod sinifikanti tal-prodott ikkonċernat. Kif spjegat fil-premessi (1016) u (1030), dan kellu impatt sinifikanti fuq il-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni li għamlet telf matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(1009)

Fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li ma kien hemm l-ebda relazzjoni bejn l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u ż-żieda fl-kost tal-produzzjoni peress li dawn jirriflettu biss żieda fil-kostijiet tax-xogħol.

(1010)

Filwaqt li ż-żieda fil-kostijiet tax-xogħol ikkontribwixxiet għaż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, iż-żieda fil-kost tal-produzzjoni kienet fil-biċċa l-kbira dovuta għat-telf tal-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni bħala konsegwenza tal-importazzjonijiet sussidjati bi prezzijiet baxxi. It-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni wassal għal żieda fil-kost tal-produzzjoni għal kull unità peress li l-kostijiet fissi kienu distribwiti fuq inqas volum ta’ produzzjoni. Barra minn hekk, ordnijiet iżgħar huma aktar intensivi f’xogħol ta’ aġġustamenti tal-magni u jeħtieġu aktar sigħat ta’ xogħol, li kellhom impatt fuq il-kost ta’ unità lavorattiva.

(1011)

Dan l-argument għalhekk ġie miċħud.

5.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(1012)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

 

2015

2016

2017

Perjodu ta’ Investigazzjoni

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

50 005

51 591

52 483

53 092

Indiċi

100

103

105

106

Sors:

Tweġibiet għall-kwestjonarji mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(1013)

Bejn l-2015 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu b’6 %.

5.4.3.3.   Inventarji

(1014)

Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 10

Inventarji

 

2015

2016

2017

Perjodu ta’ Investigazzjoni

Stokks tal-għeluq (kg)

5 426 656

6 841 685

6 941 733

6 822 739

Indiċi

100

126

128

126

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

4,3  %

5,1  %

5,3  %

6,0  %

Indiċi

100

117

122

137

Sors:

Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(1015)

Minkejja l-fatt li f’kundizzjonijiet normali tas-suq, il-GFF huwa prodott l-aktar b’ordni u mhux ikun fl-istokk, kien hemm żieda qawwija fl-istokk matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ta’ 26 %. Dan huwa spjegat mill-fatt li l-industrija tal-Unjoni kienet imġiegħla tikkumpensa għat-telf ta’ ordnijiet ta’ volum għoli lill-kompetituri tagħha mill-pajjiżi kkonċernati. F’tentattiv li l-kost unitarju medju jinżamm f’livelli aktar baxxi, l-industrija tal-Unjoni żammet il-ħin ta’ waqfien għall-magni qasir kemm jista’ jkun u pproduċiet GFF li ma setax jinbiegħ immedjatament lill-klijenti.

5.4.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investiment u l-kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(1016)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 11

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

2015

2016

2017

Perjodu ta’ Investigazzjoni

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

2,5  %

2,2  %

2,0  %

–3,4  %

Indiċi

100

88

80

– 139

Fluss tal-flus (EUR)

8 928 397

5 507 539

8 100 306

1 257 171

Indiċi

100

62

91

14

Investimenti (EUR)

4 572 837

5 164 214

3 963 173

5 050 438

Indiċi

100

113

87

110

Redditu fuq l-investimenti

15  %

14  %

13  %

–17  %

Indiċi

100

93

89

– 118

Sors:

Tweġibiet ivverifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(1017)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-prodott simili għall-klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà segwiet xejra ta’ tnaqqis matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u saret negattiva matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(1018)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Ix-xejra fil-flussi tal-flus netti żviluppat b’mod negattiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan juri deterjorament kostanti, b’mod partikolari fl-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni.

(1019)

L-investimenti żdiedu ftit b’10 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, iżda juru xejriet li jinbidlu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-investiment ikkonċerna l-manutenzjoni tal-linja tal-produzzjoni. Ma kien hemm l-ebda investiment f’kapaċità tal-GFF ġdida, li jirrifletti t-tnaqqis fis-sehem mis-suq.

(1020)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt espress bħala perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żviluppa b’mod negattiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u rriżulta f’valur negattiv fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(1021)

Fil-kummenti tagħhom għad-divulgazzjoni finali, CNBM Group (China) talab lill-Kummissjoni tispjega d-diskrepanza bejn il-profittabbiltà u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fl-ilment u fid-divulgazzjoni finali.

(1022)

Is-sejbiet tal-Kummissjoni, li ġew divulgati lill-partijiet, huma bbażati fuq data mikroekonomika preċiża tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, ivverifikati fuq il-post mill-Kummissjoni. Min-naħa l-oħra, l-ilment, kif innotat mill-produttur esportatur fil-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali, fil-fatt “ma jkoprix il-[perjodu ta’ investigazzjoni] u lanqas ma huwa suġġett għall-istess livell ta’ obbligi ta’ evidenza u divulgazzjoni”. Elementi oħra li x’aktarx iwasslu għad-differenza huma r-reviżjonijiet tad-data dwar il-bejgħ wara ż-żjarat ta’ verifika, u l-inklużjoni fil-kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni ta’ kumpanija li ma pparteċipatx fil-preparazzjoni tal-ilment.

(1023)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ nnota li, filwaqt li l-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, u r-redditu fuq l-investimenti naqsu bejn l-2015 u l-2018, dan it-tnaqqis huwa dovut l-aktar għat-tnaqqis fl-2018.

(1024)

Kif spjegat fil-premessa (1017), il-profittabbiltà wriet tendenza ta’ tnaqqis ċar matul il-perjodu kkunsidrat kollu. Din ix-xejra kienet partikolarment evidenti mill-2018 għall-perjodu ta’ investigazzjoni. L-osservazzjoni tal-GTĊ ma tpoġġix f’dubju din l-analiżi. L-istess jgħodd għal redditu fuq l-investimenti. L-osservazzjoni tal-GTĊ ma tikkontestax l-analiżi tal-Kummissjoni li tinsab fil-premessa (1020).

(1025)

Rigward il-fluss tal-flus, id-dikjarazzjoni tal-GTĊ hija, madankollu, skorretta fattwalment. Il-fluss ta’ flus diġà kien qed juri tnaqqis sinifikanti bejn l-2015 u l-2016 u mhux bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Din l-affermazzjoni għalhekk ġiet miċħuda.

(1026)

Fl-aħħar nett, il-GTĊ argumenta li l-investimenti żdiedu bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, u r-redditu fuq l-investiment naqsu. Il-GTĊ argumenta, meta wieħed iqis l-impjieg stabbli matul l-istess perjodu, li dan jindika li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali, iżda hija kunfidenti fil-futur.

(1027)

L-istess bħal fil-premessi (1004) u (1005), din l-affermazzjoni ma kinitx appoġġjata b’evidenza u għalhekk ġiet ikkunsidrata purament spekulattiva. Kif imsemmi fil-premessa (1019), ħafna mill-investiment kien jikkonċerna ż-żamma tal-linji tal-produzzjoni u ma kien hemm l-ebda investiment f’kapaċità GFF ġdida, u dan jirrifletti t-tnaqqis fis-sehem mis-suq.

(1028)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-argumenti kollha relatati mal-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti għalhekk ġew miċħuda.

5.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(1029)

L-indikaturi ewlenin kollha tad-dannu wrew xejra negattiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-volum tal-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ naqsu b’madwar 8 % u 5 %, rispettivament. Meta wieħed iqis iż-żieda fil-konsum, it-telf fil-volum tal-bejgħ wassal għal tnaqqis fis-sehem mis-suq minn 73,7 % fl-2015 għal 63,4 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri tnaqqis ta’ aktar minn 10 punti perċentwali.

(1030)

Bl-istess mod, l-indikaturi finanzjarji ewlenin urew ukoll xejra negattiva li tirrifletti t-trażżin sinifikanti tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni kif rifless fit-Tabella 8. Għalhekk, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet tal-bejgħ għal kull unità naqsu b’7 %, filwaqt li fl-istess ħin il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied bi 3 %. Iż-żieda fil-kost unitarju medju kienet dovuta għat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni minħabba li b’mod speċjali xirjiet ta’ volumi kbar mill-industrija tat-turbini eoliċi ntilfu u marru għand produtturi Ċiniżi u Eġizzjani. B’riżultat ta’ dan, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni għaddiet minn profitt ta’ 2,5 % fl-2015 għal telf ta’ -3,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Effetti negattivi simili jidhru fil-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investiment.

(1031)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li l-akkwist ta’ negozju tal-infurzar tal-fibri tal-ħġieġ (jiġifieri l-produzzjoni GFF) ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, jiġifieri Ahlstrom-Munksjö minn Vitrulan Group f’Novembru 2019, kien jeħtieġ rivalwazzjoni tas-sottomissjonjiet, li saru matul l-investigazzjoni, ta’ dak il-produttur tal-Unjoni. Il-GTĊ argumenta li l-intenzjonijiet apparenti tas-sid il-ġdid ikunu li jużaw il-produzzjoni GFF għall-użu ristrett biss u li dawn il-prodotti għalhekk mhux se jibqgħu jikkompetu mal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni li fadal fis-suq tal-Unjoni. Il-GTĊ argumenta wkoll li s-sid il-ġdid irrapporta li l-akkwist kien mistenni li jġib tkabbir sinifikanti għall-grupp tiegħu, li jkun f’kontradizzjoni mas-sejbiet tal-Kummissjoni tal-industrija tal-Unjoni li ġarrbet ħsara materjali.

(1032)

L-akkwist ta’ negozju GFF ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun inkwistjoni seħħ wara l-perjodu ta’ investigazzjoni u għalhekk, bħala tali, ma kellux impatt fuq id-data pprovduta minn dan il-produttur tal-Unjoni (u vverifikata mill-Kummissjoni) li kienet marbuta mal-perjodu ta’ investigazzjoni u mal-perjodu kkunsidrat. Peress li l-ambitu tal-investigazzjoni huwa limitat għall-analiżi tal-iżvilupp tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, kwalunkwe żvilupp wara l-perjodu ta’ investigazzjoni ma jistax jiġi kkunsidrat u dan l-argument ġie miċħud.

(1033)

Id-dikjarazzjoni pubblika tax-xerrej li l-akkwist huwa mistenni li jwassal għal tkabbir sinifikanti għall-kumpanija tiegħu, li ma kienet sostanzjata aktar bl-ebda evidenza, ma tistax tqajjem dubji dwar l-analiżi dettaljata tal-indikaturi kollha tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni kollha matul il-perjodu kkunsidrat. Din l-analiżi wriet biċ-ċar li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali u din il-konklużjoni ma tistax tiġi ddubitata minn kumment mhux sostanzjat bħal dan. Dan l-argument għalhekk ġie miċħud.

(1034)

Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni prinċipalment ibbażat is-sejbiet tagħha fuq id-dannu fl-aħħar sena tal-perjodu kkunsidrat (jiġifieri xejriet mill-2018 sal-perjodu ta’ investigazzjoni), u injorat is-snin preċedenti tal-perjodu kkunsidrat li wrew xejriet pożittivi jew pożittivi u f’xi każijiet xejriet negattivi inqas evidenti. Il-GTĊ sostna li fuq din il-bażi, il-Kummissjoni wettqet żball meta kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali.

(1035)

Dawn il-kummenti ġew indirizzati fil-premessi (991), (996) u (1023) to (1028). Kif jidher f’dawn il-premessi, dan l-argument ma kienx fondat u għalhekk ġie miċħud.

(1036)

Fl-aħħar, fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ sostna li x’aktarx l-industrija tal-Unjoni mhux se ġġarrab dannu materjali fil-futur.

(1037)

Ix-xejriet tal-indikaturi tad-dannu msemmija fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku kienu stabbiliti matul il-perjodu kkunsidrat tal-investigazzjoni attwali. Id-data tal-industrija tal-Unjoni nġabret u ġiet ivverifikata għal dan il-perjodu u fuq dik il-bażi ġew stabbiliti xejriet ċari ta’ tnaqqis li juru dannu materjali. M’hemm l-ebda rekwiżit li l-investigazzjoni tiġi estiża lil hinn minn dan il-perjodu fiss. Fil-fatt, l-Artikolu 11(1) tar-Regolament bażiku (l-aħħar paragrafu) jipprevedi li bħala regola, informazzjoni relatata ma’ perjodu sussegwenti l-perjodu ta’ investigazzjoni jentieġ li ma titqiesx. Il-GTĊ ma pprovda l-ebda informazzjoni jew evidenza oħra li tista’ tpoġġi f’dubju s-sejbiet tal-Kummissjoni jew tiġġustifika li ma tiġix rispettata r-regola ġenerali tal-Artikolu 11(1). L-affermazzjoni għalhekk ġiet ikkunsidrata spekulattiva u miċħuda.

(1038)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet b’mod ċar dannu materjali.

6.   KAWŻALITÀ

(1039)

F’konformità mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ u mill-Eġittu kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin għamlu dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni assigurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi oħrajn minbarra dawk mill-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ u mill-Eġittu ma ġewx attribwiti lill-importazzjonijiet sussidjati. Dawn il-fatturi kienu l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, it-tnaqqis fid-domanda tal-GFF fil-perjodu bejn l-2017 u l-2018, l-iżvilupp tal-kostijiet tal-materja prima, dannu kkawżat mill-industrija stess minħabba nuqqas ta’ flessibbiltà fil-provvista, u tnaqqis fl-installazzjoni ta’ turbini eoliċi bejn l-2017 u l-2018.

6.1.   L-effetti tal-importazzjonijiet sussidjati

(1040)

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Eġittu u s-sehem mis-suq akkumulat tagħhom żdied bi 53 % u 39 %, rispettivament, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Din iż-żieda taqbeż b’mod sostanzjali ż-żieda fil-konsum matul l-istess perjodu, li kienet kważi 9 %. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni tilfet aktar minn 5 % tal-volum tal-bejgħ tagħha u aktar minn 10 punti perċentwali tas-sehem mis-suq. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Eġittu bħala medja naqsu bi kważi 14 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, b’medja ta’ 15,4 % u 55,8 % u bi 32,3 %. Dawn il-prezzijiet baxxi tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Eġittu eżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li ma ppermettietx lill-industrija tal-Unjoni żżid il-prezzijiet tagħha ’il fuq mill-kost medju tal-produzzjoni. Għall-kuntrarju, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi kważi 7 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Konsegwentement, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tonqos b’mod kostanti u laħqet telf ta’ -3,4 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(1041)

L-analiżi tal-indikaturi tad-dannu fil-premessi (935) sa (1038) turi li s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u dan ikkoinċida ma’ żieda fl-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ u mill-Eġittu, li nstabu li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(1042)

Utent wieħed sostna li ma hemm l-ebda koinċidenza fiż-żmien bejn id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u ż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Dan l-utent sostna li meta s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u s-sehem mis-suq tagħhom fil-fatt naqas.

(1043)

Madankollu, kif muri fit-Tabella 3 tal-premessa (960), l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu minn 50 370 tunnellata għal 52 892 tunnellata u s-sehem mis-suq tagħhom minn 27,8 % għal 31,4 % bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

6.2.   Effetti ta’ fatturi oħra

6.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(1044)

Il-volum ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 12

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Pajjiż

 

2015

2016

2017

Perjodu ta’ Investigazzjoni

L-Indja

Volum tal-importazzjoni (f’tunnellati)

1 057

2 495

3 290

3 095

Indiċi

100

236

311

293

Sehem mis-suq

0,7  %

1,4  %

1,8  %

1,8  %

Indiċi

100

206

263

267

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/kg)

1,45

1,46

1,42

1,34

Indiċi

100

101

98

93

Ir-Russja

Volum tal-importazzjoni (f’tunnellati)

2 071

2 013

2 047

2 352

Indiċi

100

97

99

114

Sehem mis-suq

1,4  %

1,1  %

1,1  %

1,4  %

Indiċi

100

85

84

103

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/kg)

1,47

1,41

1,39

1,31

Indiċi

100

96

94

89

Pajjiżi terzi oħrajn (minbarra l-Indja u r-Russja)

Volum tal-importazzjoni (f’tunnellati)

2 657

3 339

2 649

3 208

Indiċi

100

126

100

121

Sehem mis-suq

1,7  %

1,9  %

1,5  %

1,9  %

Indiċi

100

110

84

110

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/kg)

2,39

2,20

2,16

2,12

Indiċi

100

92

90

89

Sors:

Comext, Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni, intelliġenza tas-suq ipprovduta mill-Ilmentatur.

(1045)

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kienu prinċipalment minn żewġ pajjiżi, jiġifieri l-Indja u r-Russja. Dawn iż-żewġ pajjiżi individwalment kellhom sehem mis-suq ogħla minn 1 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet tal-pajjiżi terzi li kien fadal, kull wieħed minnhom kienu jirrappreżentaw anqas minn 1 % tas-sehem mis-suq u flimkien kienu jirrappreżentaw 1,9 %.

(1046)

L-esportaturi Indjani huma relatati mal-industrija tal-Unjoni. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Indjani żdied b’mod gradwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni minn 0,7 % għal 1,8 %; Madankollu, dan il-bejgħ bejn il-kumpaniji ma għamilx xi pressjoni fuq il-prezzijiet tal-Unjoni peress li sar fil-livell tal-prezz tat-trasferiment. L-importazzjonijiet inkwistjoni huma prodotti nofshom lesti li jintużaw fil-manifattura tal-prodott finali, abbażi ta’ teknoloġija ta’ produttur speċifiku Ewropew u mhumiex mibjugħa fis-suq miftuħ. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn l-importazzjonijiet ma kkontribwewx għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(1047)

Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Russi baqa’ stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u saħansitra naqas bejn l-2015 u l-2017, qabel ma laħaq livelli simili fil-perjodu ta’ investigazzjoni bħal fl-2015. Għalkemm il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Russja kienu, fuq medja, qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni, meta jitqiesu s-sehem mis-suq globali u x-xejra, huwa improbabbli li dawn kellhom xi impatt fuq id-dannu mġarrab. Minflok, il-prezzijiet kienu reazzjoni għall-pressjoni tal-prezzijiet mir-RPĊ u mill-Eġittu. Għalhekk, l-importazzjonijiet Russi ma kkontribwewx għat-telf tal-ishma tas-suq mill-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni sabet li l-esportaturi Russi huma kumpaniji relatati mal-industrija tal-Unjoni u, għalhekk, dawn l-importazzjonijiet ma għamlu l-ebda pressjoni fuq il-prezzijiet tal-Unjoni peress li dawn kienu bejgħ bejn il-kumpaniji li sar bi prezzijiet ta’ trasferiment.

(1048)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ma kinux is-sors tad-dannu deskritt fil-premessi (984) sa (1038) hawn fuq.

(1049)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li bl-esternalizzazzjoni tal-produzzjoni lejn ir-Russja u l-Indja l-industrija tal-Unjoni kienet għamlet dannu lilha nnfisha. Madankollu, il-GTĊ ma indirizzax l-analiżi tal-Kummissjoni fil-premessi (1046) u (1047) ta’ dan ir-Regolament, li kkonkludiet b’mod ċar li l-importazzjonijiet mill-Indja u mir-Russja ma kinux kawża ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

(1050)

Il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet mill-Indja kienu fil-fatt ta’ prodott nofsu lest, li ntuża għall-produzzjoni tal-prodott simili minn produttur tal-Unjoni. Bl-istess mod, l-importazzjonijiet mir-Russja, għalkemm bħala medja orħos mill-prodott tal-industrija tal-Unjoni, kienu stabbli matul il-perjodu kkunsidrat u nstabu li mhumiex kawża ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. B’riżultat ta’ dan, l-importazzjonijiet minn dawn iż-żewġ pajjiżi ma jistgħux jitqiesu bħala ħsara kkaġunata mill-industrija stess. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

6.2.2.   Tnaqqis fid-domanda tal-GFF fl-Unjoni bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni

(1051)

Utent wieħed iddikjara li l-dannu tal-industrija tal-Unjoni kien ikkawżat mit-tnaqqis fil-konsum bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni u utent ieħor iddikjara li d-dannu kien ikkawżat mit-tnaqqis tal-installazzjonijiet tat-turbini eoliċi matul dan l-istess perjodu. It-tnaqqis fil-konsum bejn l-2017 u l-2018 ta’ -7,3 % ma jispjegax it-telf fil-volum tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni ta’ -13,3 % fl-istess perjodu, b’mod speċjali meta jitqies li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’5 % minn 50 370 tunnellata għal 52 892 tunnellata u s-sehem mis-suq tagħhom niżel minn 27,8 % għal 31,4 % fl-istess perjodu bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni.

(1052)

Meta wieħed janalizza l-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni u mhux biss iqabbel l-aħħar sentejn, joħroġ aktar biċ-ċar li d-dannu ma ġiex ikkawżat minn tnaqqis fil-konsum fl-2018. Il-konsum fl-Unjoni żdied matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b’mod kontinwu matul l-istess perjodu u l-ishma mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’mod kontinwu. L-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tibbenefika miż-żieda ġenerali fil-konsum minħabba l-importazzjonijiet sussidjati mill-pajjiżi kkonċernati li kienu konsistentement u sostanzjalment qegħdin iwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel telf biss fil-perjodu ta’ investigazzjoni, is-snin l-oħra diġà kienu bdew juru tnaqqis kontinwu fil-profitti tagħhom matul is-snin 2015-2017 kif muri fil-premessa (1016).

(1053)

Għalhekk, dawn il-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(1054)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ddependiet fuq l-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni aktar milli fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Il-GTĊ argumenta li dan kien jintwera mill-fatt li matul iż-żieda fil-konsum bejn l-2015 u l-2016, l-industrija tal-Unjoni bbenefikat l-aktar billi żiedet il-volum tal-bejgħ tagħhom b’madwar 12 000 MT.Barra minn hekk il-GTĊ argumenta li l-Kummissjoni injorat il-korrelazzjoni bejn it-tnaqqis fil-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u t-tnaqqis fid-domanda fl-Unjoni billi kkonkludiet li t-tnaqqis fil-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni qabeż it-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni bejn l-2017 u l-2018.

(1055)

Filwaqt li tnaqqis fil-konsum kellu jkollu l-istess effett fuq l-industrija tal-Unjoni u fuq l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, l-investigazzjoni wriet li minkejja t-tnaqqis fil-konsum bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati rnexxielhom iżidu l-volum tal-importazzjoni tagħhom b’8 % u s-sehem mis-suq tagħhom bi 3,6 punti perċentwali minn 27,8 % għal 31,4 %, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni tilfet mill-volum tal-bejgħ u mis-sehem mis-suq. Ta’ min ifakkar li l-investigazzjoni stabbiliet li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu sussidjati u daħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet li kienu qed iwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Bl-istess mod, bejn l-2015 u l-2016, meta l-konsum żdied, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’24 % u s-sehem mis-suq żdied b’1,8 punt perċentwali, filwaqt li l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdied b’11 % biss b’paragun u s-sehem mis-suq naqas b’2,6 punti perċentwali. L-affermazzjoni li l-industrija tal-Unjoni bbenefikat l-aktar minn tali żieda fil-konsum hija għalhekk inkorretta.

(1056)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta wkoll li fl-2019 kien hemm żieda sinifikanti fl-installazzjonijiet tat-turbini tar-riħ, żieda li hija mistennija li tkompli fil-futur. Peress li l-industrija tar-riħ hija l-mutur ewlieni tal-konsum tal-GFF, dan ikollu impatt pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni. B’appoġġ għall-affermazzjoni tiegħu, il-GTĊ irrefera għal pubblikazzjoni ta’ Wind Europe li turi statistika dwar l-iżvilupp tal-installazzjonijiet tat-turbini tar-riħ sal-2019 u inkluda xi pronjożi għall-iżvilupp futur tal-installazzjonijiet tat-turbini tar-riħ.

(1057)

Kif imsemmi hawn fuq, żvilupp pożittiv tal-konsum tal-Unjoni tal-GFF mhux bilfors iħalli impatt pożittiv fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Kif jidher fil-premessa (1055), iż-żieda fil-konsum bejn l-2015 u l-2016 twassal għal żieda fil-volum tal-importazzjoni u fis-sehem mis-suq mill-pajjiżi kkonċernati, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex tibbenefika b’mod sħiħ minn din iż-żieda u saħansitra tilfet mis-sehem mis-suq matul dan il-perjodu. Filwaqt li l-istatistika ta’ Wind Europa fil-fatt uriet xejra pożittiva fl-installazzjonijiet tat-turbini tar-riħ fl-2019, dawn żvelaw ukoll li l-installazzjonijiet fl-2019 baqgħu inqas minn dawk fl-2017. Fl-2017, il-konsum kien diġà wera xejra ta’ tnaqqis u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar. Bħala konklużjoni, is-sempliċi fatt li l-installazzjonijiet tat-turbini tar-riħ żdiedu fl-2019 ma jippermetti l-ebda konklużjoni dwar l-iżvilupp tal-volum tal-importazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati u s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul dik is-sena.

(1058)

Għaldaqstant l-argumenti kollha ta’ hawn fuq kellhom jiġu rrifjutati.

6.2.3.   Iż-żieda fil-kost tal-materja prima

(1059)

Iż-żewġ utenti li kkooperaw sostnew li ż-żieda fil-kost tal-materja prima ewlenija (GFR) importata mir-RPĊ billi jiġu imposti dazji kompensatorji definittivi fuq dawn il-prodotti kif ukoll iż-żieda fil-kost tal-enerġija kienet il-kawża għad-dannu. Il-kost unitarju medju tal-industrija tal-Unjoni żdied biss ftit bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati naqsu bi kważi 14 % u waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni bi 32,3 %. Għalhekk, id-dannu mġarrab ma jistax jiġi attribwit għaż-żieda fil-kost iżda għall-pressjoni eżerċitata mill-importazzjonijiet sussidjati li żammew lill-industrija tal-Unjoni milli żżid il-prezzijiet tagħha fid-dawl taż-żieda fil-kostijiet.

(1060)

Għalhekk, dawn il-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

6.2.4.   Nuqqas ta’ flessibbiltà tal-industrija tal-Unjoni

(1061)

L-utenti sostnew li l-industrija tal-Unjoni għandha nuqqas ta’ flessibbiltà u tipprovdi biss kwantitajiet kbar fuq impenji fit-tul, li madankollu għandhom riskji finanzjarji sinifikanti għall-utenti (l-industrija tar-riħ) li minflok għażlu fornituri oħrajn. Madankollu, l-investigazzjoni sabet li l-industrija tar-riħ għandha politika ta’ diversifikazzjoni tal-provvista tagħha u dejjem tintegra l-produtturi tal-GFF tal-Unjoni fil-katina ta’ provvista tagħha. L-investigazzjoni wriet ukoll li huwa possibbli għal produttur tal-enerġija mir-riħ li jkollu strateġija ta’ ksib ta’ materjal minn fornituri multipli mal-produtturi tal-GFF tal-Unjoni biss. Dan juri li hemm produtturi tal-GFF tal-Unjoni li jipprovdu lill-industrija tar-riħ bil-kwalità tal-prodott taħt il-kundizzjoni li l-industrija tar-riħ tirrikjedi kif elaborat aktar fil-premessa (1081).

(1062)

Għalhekk, dawn l-argumenti ġew miċħuda.

(1063)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li l-produtturi Ċiniżi għandhom vantaġġ kompetittiv leġittimu billi jipprovdu s-servizz ta’ kitting integrat, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni naqset milli tibdel b’mod adegwat l-istrateġija tan-negozju tagħha biex tissodisfa din id-domanda.

(1064)

Kif muri fil-premessa (1107), l-industrija tal-Unjoni għandha kumpaniji speċjalizzati fit-kitting, li jissodisfaw din il-funzjoni. B’hekk l-utenti jkunu jistgħu jirċievu l-istess tip ta’ kits minn sorsi tal-Unjoni jew mingħand produtturi Ċiniżi. Filwaqt li l-produtturi Ċiniżi jista’ jkollhom vantaġġ loġistiku ta’ vjaġġ aqas bejn il-produzzjoni tal-GFF u l-kitting, il-GTĊ ma wriex kif dan jista’ jkollu effett kbir f’suq, li huwa xprunat mill-kompetizzjoni fil-prezzijiet u mill-kwalità tal-prodott.

(1065)

Din l-affermazzjoni għalhekk ġiet miċħuda.

(1066)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-GTĊ argumenta li l-industrija tal-Unjoni naqset milli taġġusta adegwatament l-istrateġija tan-negozju tagħha għall-bejgħ imnaqqas tagħha billi ma naqqsitx il-livelli tal-impjiegi u billi saħansitra żiedet l-investimenti.

(1067)

Il-Kummissjoni nnutat li l-issensjar tal-impjegati jista’ jirriżulta f’kostijiet ogħla fuq terminu qasir u l-fatt li l-industrija tal-Unjoni jkollha tiffoka fuq ordnijiet iżgħar, li huma aktar intensivi fuq ix-xogħol minħabba aġġustamenti aktar frekwenti tal-magni. Fir-rigward tal-investimenti, kif imsemmi fil-premessa (1019), il-verifiki wrew li dawn kienu prinċipalment relatati mal-manutenzjoni u s-sostituzzjonijiet meħtieġa u mhux ma’ żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni.

(1068)

Din l-affermazzjoni għalhekk ġiet miċħuda.

6.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(1069)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda sostanzjali tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u d-deterjorament tal-qagħda tal-industrija tal-Unjoni.

(1070)

Il-Kummissjoni investigat ukoll fatturi ta’ dannu oħrajn u f’dan l-istadju ma sabet l-ebda fattur ieħor li kkontribwixxa għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Fil-fatt, l-ebda wieħed mill-fatturi l-oħra, la individwalment u lanqas kollettivament, ma jpoġġi f’dubju li hemm relazzjoni ġenwina u sostanzjali bejn l-importazzjonijiet sussidjati mir-RPĊ u mill-Eġittu u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(1071)

Fil-kummenti tiegħu għad-divulgazzjoni finali, il-GTĊ sostna li l-Kummissjoni naqset milli tqis li fatturi oħra bħat-tnaqqis fil-konsum kienu kkontribwew għad-dannu materjali. F’dan il-kuntest, il-GTĊ irrefera għad-Deċiżjoni tal-Korp tal-Appell tad-WTO f’US – Hot Rolled Steel u qal li l-Kummissjoni missha sseparat u ddistingwiet l-effett ta’ dannu minn fatturi oħra mill-effett ta’ dannu tal-importazzjonijiet sussidjati. Kif stabbilit fil-premessi minn (1044) sa (1068) u fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fil-premessa (1070) li l-ebda wieħed mill-fatturi l-oħra ma nstab li kkontribwixxa għad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

7.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(1072)

Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri kompensatorji li jikkorrispondu għall-ammont totali ta’ sussidji kumpensabbli f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ sussidjar dannuż. L-iddeterminar tal-interess tal-Unjoni kien ibbażat fuq apprezzament tal-interessi differenti kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tal-utenti, tal-fornituri u tal-industrija anċillari jiġifieri dawk li jaqtgħu/il-kitters.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(1073)

L-investigazzoni wriet ukoll li l-industrija tal-Unjoni qiegħda iġġarrab dannu materjal minħabba l-effetti tal-importazzjonijiet sussidjati li waqqgħu l-prezzijiet tal-Unjoni u jeżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet li tikkawża telf sinifikanti fis-sehem mis-suq u li jwasslu għal telf matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, kif elaborat fil-premessi (984) sa (1069) hawn fuq.

(1074)

L-industrija tal-Unjoni se tibbenefika minn miżuri, li probabbilment jipprevjenu żieda oħra fl-importazzjonijiet mill-PRĊ u mill-Eġittu bi prezzijiet baxxi ħafna. Mingħajr miżuri, il-produtturi Ċiniżi u Eġizzjani jkomplu jesportaw il-GFF fis-suq tal-Unjoni f’livelli sussidjati u jeżerċitaw pressjoni ulterjuri fuq il-prezzijiet, u dan jipprevjeni lill-industrija tal-Unjoni milli tbigħ il-GFF bi profitt adegwat u b’hekk jikkawża aktar dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni.

7.2.   Interess tal-utenti

(1075)

Il-produtturi tat-turbini eoliċi huma l-akbar utenti tal-GFF li jammontaw għal madwar 60 - 70 % tad-domanda għall-GFF fl-Unjoni. L-utenti l-oħra jinkludu l-produtturi ta’ dgħajjes (madwar 11 %), trakkijiet (madwar 8 %) u tagħmir sportiv (madwar 2 %), kif ukoll il-fornituri tas-sistemi ta’ tiswija tal-pajpijiet (madwar 8 %).

(1076)

Fil-bidu, ġew ikkuntattjati 25 utent magħruf fl-Unjoni u ġew mistiedna jikkooperaw. Żewġ produtturi tat-turbini eoliċi ppreżentaw ruħhom biex jopponu miżuri potenzjali dwar l-GFF. Tliet produtturi tat-turbini tar-riħ ippreżentaw ruħhom iżda ma esprimewx il-fehmiet tagħhom, minkejja li ġew mistiedna jagħmlu dan fl-avviż tal-investigazzjoni u fil-kwestjonarji tal-utenti li wieġbu. Iż-żewġ produtturi tat-turbini tar-riħ li jopponu l-miżuri kienu appoġġjati minn assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-industrija Ewropea tal-enerġija mir-riħ. Madankollu, wieħed mill-membri tagħha, assoċjazzjoni Franċiża tal-enerġija mir-riħ espressa espliċitament li se jibqa’ newtrali dwar dazji potenzjali. Ħames produtturi tat-turbini tar-riħ, inkluż Vestas u SGRE, wieġbuh il-kwestjonarju. Produttur wieħed tat-turbini eoliċi ddikjara li jikseb il-GFF esklussivament minn diversi produtturi tal-Unjoni. Diversi produtturi tat-tagħmir tal-iskijjar u diversi kumpaniji tal-kitting ippreżentaw ruħhom b’appoġġ għall-miżuri potenzjali.

7.2.1.   Produtturi tat-turbini eoliċi

(1077)

Żewġ tipi ewlenin ta’ turbini eoliċi huma (i) ta’ fuq il-baħar, li huma ġeneralment ikbar u maħsuba biex joperaw ’il barra mil-linji kostali, u (ii) ta’ fuq l-art, li huma maħsuba biex joperaw fuq l-art.

(1078)

Il-proġetti tal-parks eoliċi fl-Unjoni tradizzjonalment jitwettqu mill-iżviluppaturi tal-proġetti, li huma jew kumpaniji tal-enerġija jew investituri, u mhux mill-produtturi tat-turbini eoliċi nfushom. Billi oriġinarjament, l-Istati Membri ggarantew prezz ogħla (feed-in) għall-enerġija prodotta mill-parks eoliċi, mill-2014 l-appoġġ għadda għal proġetti bbażati fuq sejħiet għall-offerti, li fihom jikkompetu diversi żviluppaturi ta’ proġetti, l-aktar riċentement fuq bażi newtrali f’termini ta’ enerġija (jiġifieri l-enerġija eolika tista’ tikkompeti mal-enerġija solari).

(1079)

Vestas u SGRE huma fost l-akbar produtturi ta’ turbini eoliċi fl-Unjoni, u flimkien jikkunsmaw aktar minn 20 % tad-domanda kollha tal-Unjoni tal-GFF. Flimkien jimportaw aktar minn 30 % tal-importazzjonijiet kollha mill-pajjiżi kkonċernati. Iż-żewġ kumpaniji ressqu diversi affermazzjonijiet, jiġifieri (i) it-telf tal-istabbiltà tal-provvista; (ii) it-telf ta’ kompetittività tal-industrija tal-enerġija eolika; (iii) ir-riskju tar-rilokazzjoni ta’ parti mill-produzzjoni tagħhom, u (iv) il-kompatibbiltà mal-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli, f’każ li jiġu imposti miżuri.

(i)   L-istabbiltà tal-provvista

(1080)

Vetas u SGRE argumentaw li l-GFF użat fil-paletti tat-turbini jgħaddi minn proċess ta’ ċertifikazzjoni sofistikat, b’fażijiet ta’ ttestjar intensi u fit-tul. Sostnew ukoll li l-produtturi Ċiniżi tal-GFF biss jistgħu jfornu volumi għoljin ta’ kwalità omoġenja fi żmien qasir minħabba l-integrazzjoni vertikali tagħhom. Huma sostnew ukoll li l-volum tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni mhuwiex biżżejjed peress li huwa inqas mill-konsum totali tal-Unjoni. Skont l-utenti, għal dawn ir-raġunijiet, l-industrija tat-turbini eoliċi ma tistax tibdel malajr il-fornituri u anki li kieku tista’ tagħmel dan, il-produzzjoni ta’ GFF fl-Unjoni mhijiex biżżejjed.

(1081)

Filwaqt li l-maġġoranza tal-produtturi tal-Unjoni mhumiex integrati vertikalment, l-investigazzjoni wriet li, biex jiġu evitati diffikultajiet fil-provvista, il-produtturi tat-turbini eoliċi normalment ikollhom strateġija ta’ ksib ta’ materjal minn fornituri multipli, billi jixtru b’mod regolari l-istess tip ta’ GFF minn produttur tal-Unjoni u produttur Ċiniż jew Eġizzjan. Madankollu, il-Kummissjoni rċeviet ukoll data minn produttur terz ta’ turbini eoliċi, li jikseb il-materjal esklussivament minn diversi produtturi tal-Unjoni. Il-fatt li l-ksib ta’ GFF speċifiku minn fornituri multipli jinkludi b’mod speċifiku produtturi tal-Unjoni, kemm integrati vertikalment kif ukoll mhux integrati, juri li l-produtturi mhux integrati jistgħu jipprovdu bl-istess mod il-GFF meħtieġ għall-produzzjoni tat-turbini eoliċi.

(1082)

Fir-rigward tal-kapaċità tal-produzzjoni fl-Unjoni, kif muri fit-Tabella 5, filwaqt li l-produzzjoni tal-Unjoni bħalissa hija aktar baxxa mill-konsum kif muri fit-Tabella 2,il-kapaċità totali tal-produzzjoni tal-Unjoni taqbiżha. L-investigazzjoni wriet li bħalissa hemm kapaċità ta’ riżerva għolja disponibbli ta’ aktar minn 40 %, li hija dovuta għaż-żieda fl-importazzjonijiet sussidjati bi prezz baxx mir-RPĊ u mill-Eġittu li ħadu sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. Din il-kapaċità ta’ riżerva hija mifruxa bejn 16-il produttur tal-Unjoni, u b’hekk dan għamel l-Unjoni suq kompetittiv b’diversi sorsi ta’ provvista. Barra minn hekk, tista’ faċilment tinbena kapaċità addizzjonali peress li jkunu meħtieġa biss investimenti baxxi. L-industrija tal-Unjoni diġà qed tforni lill-industrija tat-turbini tar-riħ u għalhekk diġà hija fornitur ċertifikat; għalhekk tista’ faċilment iżżid il-forniment tagħha f’kundizzjonijiet ġusti tas-suq.

(1083)

Barra minn hekk, fi żmien medju sa twil, il-produtturi tat-turbini eoliċi jkunu jistgħu jiċċertifikaw produtturi tal-GFF addizzjonali jew mill-Unjoni jew minn sorsi oħrajn mhux sussidjati. Kif imsemmi fil-premessa (1076) wieħed mill-produtturi tat-turbini eoliċi, żviluppa strateġija ta’ ksib ta’ materjal minn fornituri multipli bbażata fuq diversi produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, hemm biżżejjed kapaċità ta’ riżerva fl-Unjoni biex isir dan fuq l-iskala meħtieġa mill-produtturi tat-turbini eoliċi kbar.

(1084)

Għalhekk, dawn il-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

(ii)   Il-kompetittività tal-industrija tal-enerġija eolika

(1085)

Il-produtturi tat-turbini eoliċi li kkooperaw sostnew li kwalunkwe żieda fil-prezz tal-GFF taffettwa bil-kbir il-kompetittività tagħhom. Huma sostnew li l-proporzjon tal-kostijiet tal-GFF għandu jkun ivvalutat fil-livell tal-produzzjoni ta’ paletta u mhux ta’ park eoliku sħiħ. Huma sostnew ukoll li ż-żieda fil-kostijiet minħabba d-dazji potenzjali ma setgħetx tingħadda fuq l-iżviluppaturi tal-parks eoliċi minħabba ż-żmien twil li hemm bejn li ssir offerta għal proġett ta’ park tal-enerġija eolika u l-implimentazzjoni reali. Skont il-produtturi tat-turbini eoliċi, iż-żieda fil-kost minħabba d-dazji se taffettwa s-sopravivenza teknoloġika fit-tul tal-industrija tar-riħ kollha fl-Unjoni, peress li investimenti importanti fir-riċerka u fl-iżvilupp huma essenzjali biex wieħed jibqa’ aġġornat mal-aktar teknoloġika effiċjenti.

(1086)

L-investigazzjoni wriet li l-paletti tat-turbini mhumiex mibjugħa separatament, iżda bħala parti minn turbina eolika. Barra minn hekk, l-iżviluppaturi tal-proġetti għall-parks eoliċi jixtru b’mod regolari infrastruttura ta’parks eoliċi minn produtturi tat-turbini eoliċi. Għalhekk, fir-rigward tal-kompetittività tal-produtturi tat-turbini eoliċi, il-kost għall-GFF jenħtieġ li jkun stabbilit b’rabta jew mat-turbina eolika kollha jew mat-teknoloġija tal-park eoliku kollu mibjugħ mill-produtturi tat-turbini eoliċi u mhux biss b’rabta mal-manifattura tal-paletti kif sostnut, peress li dan ma jirriflettix ir-realtajiet tas-suq.

(1087)

Il-GFF flimkien mar-raisin tal-epossi huma ż-żewġ komponenti ewlenin użati fil-produzzjoni tal-paletti għat-turbini eoliċi. Għalhekk, il-GFF jirrappreżenta [10 %-35 %] tal-kostijiet tal-materja prima ta’ paletta skont il-proporzjon tal-GFF minn naħa u materjali oħrajn użati min-naħa l-oħra. Madankollu, l-investigazzjoni wriet ukoll li l-manifattura tal-paletti tirrikjedi ħafna ħaddiema u għalhekk il-proporzjon tal-GFF fil-kostijiet totali ta’ manifattura ta’ paletta huwa ferm inqas u jirrappreżenta biss [4 %-14 %]. Dan il-proporzjon ikompli jonqos għal bejn [0,1 %-2 %] fil-kost totali ta’ turbina eolika u fil-kostijiet totali għall-bini ta’ park eoliku sħiħ.

(1088)

Minħabba l-parti żgħira biss ta’ GFF fil-kost ta’ park eoliku [0,1 % sa 2 %], l-impatt tad-dazji definittivi fuq il-GFF fil-kost totali ta’ park eoliku huwa kkunsidrat bħala negliġibbli, speċjalment peress li parti kbira mill-GFF jinkiseb mill-Unjoni. L-investigazzjoni wriet li l-produtturi ta’ turbini eoliċi tal-Unjoni għandhom ukoll setgħa ta’ negozjar konsiderevoli biex jgħaddu l-kost addizzjonali fuq l-iżviluppaturi tal-parks tal-enerġija eolika peress li kollettivament huma l-fornituri ewlenin tat-turbini eoliċi fis-suq tal-Unjoni. Billi titqies il-parti żgħira ta’ GFF fil-kost ta’ park eoliku, il-profittabbiltà jenħtieġ li tibqa’ f’livell li jżomm il-livell ta’ investimenti fir-riċerka u fl-iżvilupp, li huma essenzjali biex wieħed jibqa’ aġġornat mat-teknoloġija l-aktar effiċjenti.

(1089)

Għalkemm ma jistax jiġi eskluż li n-natura kompetittiva tal-parteċipazzjoni indiretta fil-proċess tal-offerti tista’ tagħmel tali passaġġ diffiċli, jenħtieġ li jitqies li għall-kuntrarju tal-produtturi tal-GFF, il-produtturi tat-turbini eoliċi li kkooperaw huma f’kundizzjoni finanzjarja b’saħħitha b’marġnijiet ta’ profitt fejn l-impatt żgħir tad-dazji jkun faċilment assorbit. Barra minn hekk, iż-żewġ produtturi tat-turbini eoliċi li kkooperaw mhumiex biss qegħdin ibigħu t-turbini eoliċi iżda huma wkoll assoċjati ma’ servizzi ta’ manutenzjoni ta’ segwitu lil żviluppaturi ta’ parks eoliċi. Dawn il-kuntratti jħallu ħafna qligħ. L-attraenza tal-parti tas-servizz tan-negozju hija riflessa wkoll mill-akkwist riċenti mid-dipartiment tas-servizz ta’ kompetitur insolventi (208) minn wieħed mill-utenti li kkooperaw.

(1090)

Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet li kwalunkwe żieda fil-kostijiet minħabba dazji kompensatorji li ma setgħetx tingħadda fuq l-iżviluppaturi tal-parks eoliċi setgħet tiġi assorbita faċilment mill-produtturi tat-turbini eoliċi. Barra minn hekk, kif iddikjarat fil-premessa (1083), jenħtieġ li l-produtturi tat-turbini eoliċi jkunu jistgħu jibdlu l-fornituri tagħhom għal sors tal-GFF li mhux affettwat mis-sussidjar, kemm jekk fl-Unjoni kif ukoll jekk f’postijiet oħrajn.

(1091)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-affermazzjonijiet kollha fir-rigward tal-kompetittività tal-produtturi tat-turbini eoliċi ġew miċħuda.

(iii)   Rilokazzjoni tal-produzzjoni tal-paletti

(1092)

L-utenti li kkooperaw sostnew ukoll li kwalunkwe żieda fil-kost tal-produzzjoni tal-paletti twassal għar-rilokazzjoni ta’ dan l-istadju tal-produzzjoni barra l-Unjoni b’eluf ta’ impjiegi mitlufa fl-Unjoni.

(1093)

Sa fejn hija kkonċernata l-produzzjoni tal-paletti fuq l-art, l-investigazzjoni wriet li r-rilokazzjoni ta’ din il-produzzjoni diġà qiegħda sseħħ mingħajr l-applikazzjoni ta’ miżuri fuq il-GFF. Dan huwa minħabba t-tkabbir fis-suq tal-proġetti tal-parks eoliċi barra mill-Unjoni, flimkien ma’ tnaqqis fl-iżvilupp ta’ proġetti ta’ parks eoliċi ġodda fl-Unjoni, u pereżempju l-ilħuq tal-inqas livell li qatt inlaħaq f’għoxrin sena fil-Ġermanja. Raġuni oħra hija l-kost lavorattiv għoli involut fil-produzzjoni tal-paletti. L-investigazzjoni wriet li l-produzzjoni tal-paletti tirrikjedi ħafna ħaddiema u li l-kostijiet lavorattivi jaqbżu l-kostijiet tal-GFF bi [300 %-700 %]. Għalhekk, kostijiet lavorattivi aktar baxxi f’pajjiżi terzi huma inċentiv qawwi għar-rilokazzjoni tal-produzzjoni tal-paletti. L-impożizzjoni ta’ dazji fuq il-GFF jkollha rwol iżgħar, jekk ikun hemm.

(1094)

L-investigazzjoni żvelat ukoll li għall-paletti fuq il-baħar, il-kostijiet tat-trasport għandhom rwol aktar importanti mill-kostijiet tal-materja prima tal-paletti, bħall-GFF. Il-paletti fuq il-baħar huma itwal u itqal mill-paletti fuq l-art, u dan jagħmel it-trasport aktar kumpless u għali. Għalhekk, ir-rilokazzjoni tal-produzzjoni tal-paletti fuq il-baħar x’aktarx li ma tkunx ikkawżata minn dazji kompensatorji fuq il-prodott ikkonċernat.

(1095)

Għalhekk, l-affermazzjonijiet b’rabta mar-rilokazzjoni tal-produzzjoni tal-paletti lejn pajjiżi terzi oħrajn ġew miċħuda.

(iv)   Politika dwar l-enerġija rinovabbli

(1096)

Utent wieħed sostna li l-impożizzjoni ta’ miżuri tikkontradixxi l-objettivi stabbiliti mill-Unjoni fil-politiki dwar l-enerġija rinnovabbli tagħha, billi din iżżid b’mod sinifikanti l-kostijiet tal-produzzjoni tat-turbini eoliċi. B’sostenn ta’ dan, hija rreferiet għall-Inizjattiva Industrijali Ewropea tal-Kummissjoni dwar l-enerġija mir-riħ li tinkludi l-objettiv li jitnaqqsu l-kostijiet tal-manifattura tat-turbini eoliċi u l-komponenti tagħhom b’20 % sal-2020.

(1097)

Kif muri fil-premessi (1085) sa (1090), l-investigazzjoni ma tappoġġjax din l-affermazzjoni, peress li sabet li kwalunkwe miżura kompensatorja jkollha biss impatt negliġibbli fuq l-kostijiet tal-produtturi tat-turbini eoliċi. Barra minn hekk, dan l-utent naqas ukoll milli juri kif il-miżuri kompensatorji fuq il-GFF, li jirrappreżentaw biss frazzjoni tal-kostijiet tat-teknoloġija tal-parks eoliċi, jevitaw il-proporzjon dejjem jikber tal-enerġija eolika fl-Ewropa jew jevitaw li tintlaħaq il-mira tal-2020. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

7.2.2.   Produtturi tal-iskijjar u utenti oħrajn

(1098)

Bosta utenti mill-industrija tal-iskijjar sostnew li l-eżistenza tal-produtturi tal-GFF fl-Unjoni kienet essenzjali għall-istabbiltà tal-provvista tagħhom, peress li dawn kienu jeħtieġu sieħeb lokali għal kooperazzjoni mill-qrib u GFF magħmul apposta f’volumi aktar baxxi attwalment mhux prodotti barra l-Unjoni. Barra minn hekk, huma enfasizzaw li l-industrija tal-GFF fl-Unjoni kienet sieħeb essenzjali fit-titjib tal-prodotti tagħhom u l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ġodda. Il-kooperazzjoni fir-riċerka u fl-iżvilupp mal-produtturi tal-GFF f’dawn l-aħħar snin wasslet għal titjib sostanzjali fl-effiċjenza, prestazzjonijiet imtejba tal-prodotti u l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda u aktar ekoloġiċi. Dawn l-utenti sostnew li l-produtturi tal-iskijjar tal-Unjoni ma jistgħux jidħlu fl-istess livell ta’ kooperazzjoni mal-fornituri Ċiniżi jew Eġizzjani tal-GFF, peress li jitilfu l-kapaċità li jibqgħu fuq quddiem nett fejn jidħlu innovazzjonijiet (ekoloġiċi u sostenibbli) u huma stess isiru aktar esposti għal importazzjonijiet li jikkompetu b’mod inġust.

(1099)

Il-Kummissjoni sabet l-argumenti mressqa bħala konvinċenti, speċjalment f’dak li għandu x’jaqsam mar-riċerka u mal-iżvilupp f’industrija xprunata mir-R&Ż. Ma wasal l-ebda kontroargument dwar il-punti mqajma mill-produtturi esportaturi. Madankollu, il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-produtturi tal-iskijjar huma utenti tal-GFF inqas voluminużi mill-produtturi tat-turbini eoliċi.

(1100)

Utenti oħrajn tal-Unjoni ma ppreżentawx ruħhom fl-investigazzjoni.

(1101)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti mill-utenti biex ma jiġux imposti miżuri kompensatorji, iżda pjuttost li s-sopravivenza tal-industrija tal-GFF tal-Unjoni hija importanti għal diversi gruppi ta’ utenti.

7.3.   Il-fornituri

(1102)

Żewġ produtturi tal-GFR tal-Unjoni, l-input ewlieni għall-GFF, kif ukoll assoċjazzjoni li tirrappreżenta lill-produtturi tal-GFR tal-Unjoni ppreżentaw ruħhom u argumentaw favur l-impożizzjoni ta’ miżuri kompensatorji. Huma sostnew li jkun ta’ detriment għall-produtturi tal-GFR tal-Unjoni li jitilfu l-klijenti ewlenin tagħhom peress li dan jhedded is-sopravivenza tagħhom fl-Unjoni.

(1103)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta’ miżuri hija b’mod ċar fl-interess tal-produtturi tal-GFR tal-Unjoni bħala fornituri għall-produtturi tal-GFF.

7.4.   L-importaturi

(1104)

Kif imsemmi fil-premessa (85), importatur indipendenti wieħed biss ippreżenta ruħu, iżda dan importa biss volumi negliġibbli taħt il-25 tunnellata ta’ GFF mir-RPĊ. Peress li l-biċċa l-kbira tal-utenti ta’ volum għoli jirrikjedu GFF speċifiku magħmul skont ordni, mhuwiex prodott li jiġi importat b’mod regolari f’volumi kbar minn kummerċjanti indipendenti.

(1105)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni konvinċenti minn importaturi mhux relatati biex ma jimponux miżuri billi huma jimportaw biss volumi negliġibbli tal-GFF.

7.5.   Il-fornituri tas-servizzi tal-qtugħ u tal-kitting

(1106)

L-utenti dejjem aktar, speċjalment l-industrija tat-turbini eoliċi, jitolbu GFF fil-forma ta’ kits, li huma maqtugħa skont il-forma mixtieqa u ffurmati flimkien billi jinħietu diversi saffi ta’ GFF, biex b’hekk tkun tista’ ssir produzzjoni aktar rapida tal-industrija downstream. Matul l-aħħar snin, dan ħoloq suq għall-fornituri tas-servizzi fl-Unjoni. Kumpanija tal-qtugħ waħda ppreżentat ruħha u argumentat favur l-impożizzjoni ta’ miżuri kompensatorji. Billi l-produtturi esportaturi Ċiniżi u Eġizzjani jintegraw dejjem aktar dawn is-servizzi addizzjonali, għall-kuntrarju tal-industrija tal-Unjoni, il-fornituri tas-servizzi jitilfu parti sostanzjali tan-negozju tagħhom, jekk il-produtturi tal-Unjoni ma jibqgħux jeżistu fis-suq. Skont stimi minn min jaqtal-ħġieġ, l-industrija tal-qtugħ timpjega aktar minn 2 000 ruħ.

(1107)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-impożizzjoni ta’ miżuri hija b’mod ċar fl-interess tal-fornituri tas-servizzi tal-kitting u tal-qtugħ tal-Unjoni għall-produtturi tal-GFF.

7.6.   Affermazzjonijiet oħrajn

(1108)

Fil-kummenti tiegħu dwar id-divulgazzjoni finali, il-GOE fakkar li l-Unjoni Ewropea għenet lill-Eġittu biex irawwem l-iżvilupp skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Politika tal-Viċinat u li l-miżuri jmorru kontra din il-politika. Il-Kummissjoni nnutat li din mhijiex kunsiderazzjoni li tista’ tiġi indirizzata taħt l-analiżi tal-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku. Fi kwalunkwe każ, l-investigazzjoni ma poġġietx fid-dubju l-isforzi tal-Eġittu biex jiżviluppa, jimmodernizza u jappoġġa t-tkabbir tal-introjtu u tal-livelli ta’ impjiegi.

7.7.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(1109)

Il-Kummissjoni sabet li l-impożizzjoni ta’ miżuri hija b’mod ċar fl-interess tal-industrija tal-GFF tal-Unjoni, li s-sopravivenza tagħha hija mhedda mill-importazzjonijiet sussidjati tal-prodott ikkonċernat. Is-sopravivenza tal-industrija tal-GFF tal-Unjoni hija importanti għall-istabbiltà tal-provvista lill-klijenti tagħhom fl-Unjoni, speċjalment għall-utenti li jiddependu fuq kooperazzjoni lokali mill-qrib u li jirrikjedu volumi aktar baxxi ta’ GFF speċifiku, li ma jistax jinxtara mir-RPĊ jew mill-Eġittu. Għal xi utenti huwa essenzjali wkoll li jinżamm l-iżvilupp ta’ GFF ġdid fl-Unjoni sabiex huma stess ma jkunux f’pożizzjoni ta’ żvantaġġ meta jikkompetu mal-importazzjonijiet minn barra l-Unjoni. Barra minn hekk, is-sopravivenza tal-industrija tal-GFF tal-Unjoni hija essenzjali wkoll għas-sopravivenza tal-fornituri tal-GFR tal-Unjoni u tal-fornituri tas-servizzi tal-Unjoni tagħhom għall-qtugħ u għat-tagħqid.

(1110)

Madankollu, l-impożizzjoni tal-miżuri, kif muri fil-premessi (1077) sa (1097) hawn fuq ma jkollhiex effetti negattivi sinifikanti għall-produtturi tat-turbini eoliċi.

(1111)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex jiġi konkluż li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri kompensatorji fuq l-importazzjonijiet ta’ GFF li joriġinaw mir-RPĊ u mill-Eġittu.

8.   MIŻURI KOMPENSATORJI DEFINITTIVI

(1112)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa hawn fuq fir-rigward tas-sussidjar, tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġi impost dazju kompensatorju definittiv.

8.1.   Il-livell tal-miżuri kompensatorji definittivi

(1113)

L-Artikolu 15(1), it-tielet subparagrafu tar-Regolament bażiku jgħid li l-ammont ta’ dazju kompensatorju definittiv jeħtieġ li ma jkunx jaqbeż l-ammont ta’ sussidji kompensatorji stabbiliti.

(1114)

L-Artikolu 15(1), ir-raba’ subparagrafu jgħid li “fejn il-Kummissjoni, abbażi tal-informazzjoni kollha sottomessa, tista’ tikkonkludi b’mod ċar li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li tiddetermina l-ammont ta’ miżuri f’konformità mat-tielet subparagrafu, l-ammont tad-dazju kumpensatorju għandu jkun inqas jekk tali dazju inferjuri jkun adegwat biex titneħħa l-ħsara għall-industrija tal-Unjoni”.

(1115)

L-ebda informazzjoni bħal din ma ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni, u, għalhekk, il-livell tal-miżuri kompensatorji se jkun stabbilit b’referenza għat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(1).

(1116)

Abbażi ta’ dan t’hawn fuq, ir-rati tad-dazju kompensatorju definittiv, espressi fuq il-prezz CIF fil-fruntieri tal-Unjoni, bħala dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:

Pajjiż ikkonċernat

Kumpanija

Rata ta’ dazju kumpensatorju

Ir-RPĊ

CNBM Group

30,7  %

Yuntianhua Group

17,0  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

24,8  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

30,7  %

L-Eġittu

CNBM Group

10,9  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

10,9  %

(1117)

L-investigazzjoni antisussidji twettqet b’mod parallel ma’ investigazzjoni anti-dumping separata dwar l-istess prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ u mill-Eġittu, li fiha l-Kummissjoni imponiet miżuri anti-dumping limitati sal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu. Il-Kummissjoni żgurat li l-impożizzjoni ta’ dazju akkumulat li jirrifletti l-livell ta’ sussidjar u l-livell sħiħ ta’ dumping ma jirriżultax fi tpaċija tal-effetti ta’ sussidjar darbtejn (“għadd doppju”) f’konformità mal-Artikolu 24(1) u l-Artikolu 15(2) tar-Regolament bażiku, kif ukoll il-ġurisprudenza rilevanti applikabbli.

(1118)

Fil-każ tar-RPĊ, il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (209) b’referenza għal kostijiet u profitti mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq. Konsegwentement, skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament bażiku u sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, il-Kummissjoni l-ewwel imponiet id-dazju kumpensatorju definittiv fil-livell tal-ammont definittiv stabbilit ta’ sussidjar u mbagħad imponiet id-dazju anti-dumping definittiv li kien fadal, li jikkorrispondi għall-marġni ta’ dumping rilevanti mnaqqas bl-ammont tad-dazju kompensatorju u sal-livell rilevanti ta’ eliminazzjoni tad-dannu stabbilit fl-investigazzjoni anti-dumping separata. Minħabba li l-Kummissjoni naqqset il-marġni ta’ dumping li nstab bl-ammont kollu ta’ sussidju stabbilit fir-RPĊ, ma kienx hemm kwistjoni ta’ għadd doppju skont it-tifsira tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament bażiku.

(1119)

Fil-każ tal-Eġittu, il-Kummissjoni qieset jekk uħud mill-iskemi ta’ sussidju humiex sussidji għall-esportazzjoni kontinġenti, li għandhom l-effett li jnaqqsu l-prezzijiet tal-esportazzjoni u b’hekk iżidu l-marġnijiet tad-dumping, sabiex jiġi deċiż jekk hemmx bżonn li l-marġni ta’ dumping jitnaqqas bl-ammonti ta’ sussidju misjuba fir-rigward tas-sussidji kontinġenti fuq l-esportazzjoni skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, peress li l-Kummissjoni ma għamlet l-ebda kumpens għal xi skemi ta’ sussidju kontinġenti fuq l-esportazzjoni, hija imponiet id-dazju kumpensatorju definittiv fil-livell tal-ammont definittiv stabbilit ta’ sussidjar flimkien mad-dazju anti-dumping stabbilit mir-Regolament (UE) 2020/492.

(1120)

Minħabba r-rata għolja ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u Eġizzjani, il-Kummissjoni sabet li l-livell tal-ogħla dazju impost fuq il-kumpaniji fil-kampjun ikun rappreżentattiv għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Id-dazju għall-“kumpaniji l-oħra kollha” se jiġi applikat għal dawk il-kumpaniji li ma kkooperawx fl-investigazzjoni.

(1121)

Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidju totali għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-ammont medju ponderat totali ta’ sussidji kompensatorji stabbilit għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun li kkooperaw bl-esklużjoni ta’ ammonti negliġibbli kif ukoll l-ammont ta’ sussidji stabbiliti għal entrati li huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku. Madankollu, il-Kummissjoni ma injoratx is-sejbiet parzjalment ibbażati fuq il-fatti disponibbli biex tiddetermina dawk l-ammonti. Fil-fatt, il-Kummissjoni qieset li l-fatti disponibbli u użati f’dawk il-każijiet ma affettwawx sostanzjalment l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ sussidjar b’mod ġust, sabiex l-esportaturi li ma kinux intalbu jikkooperaw fl-investigazzjoni ma jiġux ippreġudikati bl-użu ta’ dan l-approċċ.

(1122)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati li bihom se jiġu imposti dawn id-dazji huma stabbiliti kif ġej:

Pajjiż ikkonċernat

Kumpanija

Marġni ta’ dumping (*1)

Ammont ta’ sussidjar

Livell tal-eliminazzjoni tad-dannu

Rata ta’ dazju kumpensatorju

Rata ta’ dazju anti-dumping

RPĊ

CNBM Group

99,7  %

30,7  %

108,9  %

30,7  %

69,0  %

Yuntianhua Group

64,7  %

17,0  %

37,6  %

17,00  %

37,6  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping elenkata fl-Anness I

64,7  %

24,8  %

37,6  %

24,8  %

37,6  %

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji elenkati fl-Anness II

64,7  %

30,7  %

37,6  %

30,7  %

34,0  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

99,7  %

30,7  %

108,9  %

30,7  %

69,0  %

L-Eġittu

CNBM Group

20,0  %

10,9  %

63,9  %

10,9  %

20,0  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

20,0  %

10,9  %

63,9  %

10,9  %

20,0  %

(1123)

Skont il-metodoloġija stabbilita hawn fuq f’din it-taqsima, fil-każ ta’ CNBM Group u tal-kumpaniji l-oħra kollha li ma kkooperawx, il-marġni ta’ dumping rilevanti mnaqqas bl-ammont definittiv ta’ sussidjar kien inqas mil-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu stabbilit fl-investigazzjoni anti-dumping. Għalhekk, id-dazju kumpensatorju definittiv se jiġi stabbilit fil-livell tal-ammont tas-sussidjar definittiv stabbilit u jiġi impost dazju anti-dumping definittiv fil-livell tal-marġni ta’ dumping rilevanti mnaqqas bl-ammont tad-dazju kompensatorju. Fil-każ ta’ Yuntianhua Group, id-dazju kumpensatorju definittiv ġie stabbilit fil-livell tal-ammont ta’ sussidjar definittiv stabbilit u dazju antidumping definittiv kien impost fuq il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu minħabba li dan kien inqas mill-marġni ta’ dumping rilevanti mnaqqas bl-ammont tad-dazju kumpensatorju. Fir-rigward tal-Eġittu, kif ġie ċċarat hawn fuq fil-premessa (1119), ma kien hemm l-ebda kwistjoni potenzjali ta’ għadd doppju.

(1124)

Ir-rata ta’ dazju kompensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikata f’dan ir-Regolament kienet stabbilita abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, din tirrifletti s-sitwazzjoni li nstabet matul l-investigazzjoni fir-rigward tal-kumpanija kkonċernata. Din ir-rata ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli għall-pajjiż kollu għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”) tapplika b’mod esklussiv għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u għall-prodotti mill-kumpanija msemmija. Prodotti importati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(1125)

Kumpanija tista’ titlob li jiġu applikati dawn ir-rati ta’ dazju individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni kollha rilevanti li tippermetti li jintwera li t-tibdil ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk it-tibdil fl-isem tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat avviż li jinnotifika dwar it-tibdil tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(1126)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, l-ilmentatur immarka l-qbil kumplessiv tiegħu mas-sejbiet. Fl-istess ħin, huwa nnota li din id-divulagazzjoni ma tindirizzax l-interazzjoni tad-dazji kumpensatorji mad-dazji antidumping fil-proċediment parallel. L-ilmentatur indika li ma hemm l-ebda bażi ġuridika u lanqas ġustifikazzjoni ekonomika biex sempliċement jiġi limitat il-livell kumplessiv tal-miżuri anti-dumping u antisussidji kkombinati, u li jekk in-nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regola tal-inqas dazju fil-proċediment kontra s-sussidji għandha xi tifsira, id-dazju kumpensatorju sħiħ irid jiġi impost irrispettivament mill-applikazzjoni tar-regola tal-inqas dazju fil-proċediment anti-dumping. Fir-rigward tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-ilmentatur issottometta li d-dazji antisussidji u anti-dumping jistgħu jiġu akkumulati anke jekk il-valur normali jkun stabbilit f’pajjiż rappreżentattiv kif spjegat fil-premessa (1118), minbarra l-każijiet ta’ sussidji fuq l-esportazzjoni. F’dan ir-rigward, huwa argumenta li ma hemmx ħtieġa ta’ relazzjoni bejn il-livell ta’ dumping u l-ammont ta’ appoġġ u sussidji mill-gvern, jekk ikun hemm, u li s-sussidjar għandu effetti kbar li jmorru lil hinn mill-impatt fuq il-kost tal-produzzjoni. Il-kalkolu tal-valur normali bbażat fuq pajjiż rappreżentattiv ma jistax jindirizza l-impatt sħiħ tas-sussidji u d-distorsjonijiet fl-ekonomija Ċiniża kollha kemm hi, u sempliċement ipoġġi lill-produtturi esportaturi Ċiniżi fuq l-istess livell mal-pajjiżi l-oħra fejn din il-metodoloġija ma tapplikax u l-kumulazzjoni hija permessa.

(1127)

L-ilmentatur żied li ma hemm l-ebda bażi ġuridika għal preżunzjoni li l-kostijiet u l-prezzijiet kollha fil-pajjiż rappreżentattiv huma ħielsa minn sussidji speċifiċi għall-kumpaniji u li għalhekk ma jagħmilx sens f’dawn il-każijiet li jitwettqu investigazzjonijiet antisussidji u anti-dumping. F’dan il-kuntest, huwa rrefera għall-ġurisprudenza rilevanti tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”), jiġifieri t-tilwima WT/DS379 United States – Definitive Anti-dumping and Countervailing Duties on Certain Products from China (210) (‘DS 379’) fejn il-Korp tal-Appell tad-WTO qal li t-tpaċija tal-istess sussidju darbtejn mill-impożizzjoni konkorrenti ta’ dazji anti-dumping ikkalkolati fuq il-bażi ta’ dazju rappreżentattiv estern u dazji kumpensatorji ma kinitx konsistenti mal-Artikolu 19(3) tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji. L-ilmentatur enfasizza li l-Korp tal-Appell tad-WTO sab ukoll li l-għadd doppju mhux se “neċessarjament jirriżulta f’kull każ ta’ tali applikazzjoni konkorrenti ta’ dazji”, iżda dan pjuttost jiddependi fuq jekk u sa fejn jiġi stabbilit li s-sussidji domestiċi baxxew il-prezz tal-esportazzjoni ta’ prodott f’każ partikolari (211).

(1128)

Barra minn hekk, l-ilmentatur irrefera għas-sitwazzjoni li tikkonċerna r-RPĊ fejn id-dazju anti-dumping applikabbli huwa bbażat fuq il-marġni tad-dannu minħabba li huwa inqas mill-marġni tad-dumping, jiġifieri l-każ ta’ Yuntianhua Group. Minbarra l-argumenti kollha spjegati fil-premessi preċedenti, hija argumentat li sempliċement ma hemm l-ebda possibbiltà ta’ għadd doppju f’dan il-każ, peress li dazju anti-dumping ibbażat fuq il-marġni ta’ dannu huwa kompletament stabbilit mingħajr referenza għall-valur normali stabbilit fuq il-bażi ta’ pajjiż rappreżentattiv estern. Bħala riżultat, il-kwistjoni tal-għadd doppju lanqas biss tqum, u l-ġurisprudenza tad-WTO f’DS 379 mhijiex applikabbli. L-ilmentatur ikkonkluda li peress minn meta ġiet revokata r-regola tal-inqas dazju fi proċedimenti antisussidju, id-dazji anti-dumping u kumpensatorji kombinati ma setgħux ikunu limitati aktar mill-marġini tad-dannu.

(1129)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, Yuntianhua Group sostna li l-Kummissjoni naqset milli twettaq analiżi tal-għadd doppju biex tiddetermina jekk l-istess sussidji kinux se jiġu paċuti darbtejn billi jiġu imposti miżuri anti-dumping u dazji kumpensatorji jew sa liema grad. In-nuqqas tal-analiżi jkun qed jikser id-drittijiet tad-difiża tal-kumpanija.

(1130)

Fir-rigward ta’ għadd doppju possibbli, Yuntianhua Group irrefera wkoll għall-każ tad-WTO DS 379 simili għall-ilmentatur. Huwa enfasizza li skont dik id-deċiżjoni fost il-fatturi kkunsidrati biex jiġi stabbilit l-ammont xieraq ta’ dazju antisussidji, awtorità ta’ investigazzjoni trid tikkunsidra evidenza ta’ jekk u sa liema punt l-istess sussidji qed jiġu paċuti darbtejn meta jiġu imposti simultanjament dazji anti-dumping u antisussidji. Din il-parti rreferiet għar-rikonoxximent tal-Kummissjoni tal-kwistjoni tal-għadd doppju fil-premessa (747) tad-Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali sabiex jiġi konkluż li l-fatti fid-DS 379 mhumiex differenti minn dawk f’dan il-proċediment. Fuq din il-bażi, hija kkonkludiet li l-oneru tal-provi biex jintwera n-nuqqas ta’ għadd doppju huwa fuq il-Kummissjoni u li sa issa l-Kummissjoni naqset milli tiddivulga din l-analiżi, u b’hekk uriet nuqqasijiet u divulgazzjoni mhux sħiħa.

(1131)

Skont Yuntianhua Group, l-obbligu li ssir analiżi tal-għadd doppju mhuwiex affettwat mill-applikazzjoni tar-regola tal-inqas dazju fil-proċediment anti-dumping parallel, sal-punt li l-marġni tad-dumping jikkoinċidi kompletament mal-marġni tas-sussidju. F’dan ir-rigward, din il-parti argumentat li hemm biss livell wieħed ta’ eliminazzjoni tad-dannu għaż-żewġ proċedimenti, li jfisser li jenħtieġ li japplika l-approċċ tas-soltu li jgħaqqad l-ewwel il-kumpensazzjoni u mbagħad id-dazju anti-dumping imnaqqas bil-marġni tad-dannu. Għalhekk, jekk il-Kummissjoni timponi d-dazju kumpensatorju sħiħ u tnaqqas biss id-dazju anti-dumping mill-marġni tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu, dan ikun kuntrarju għar-Regolament anti-dumping bażiku u għas-sejbiet tal-Kummissjoni fil-każ parallel tal-anti-dumping, li kkonkluda li dazju fil-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu huwa biżżejjed biex jelimina d-dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(1132)

Il-GTĊ issottometta wkoll kummenti dwar l-għadd doppju potenzjali biex jiġu jirribatti l-kummenti li saru mill-ilmentatur kif stabbilit fil-premessi minn (1126) sa (1128) hawn fuq. Il-GTĊ serraħ ukoll fuq id-deċiżjoni DS 379 tad-WTO (212) biex jikkonkludi li r-rimedji doppji huma inkonsistenti mar-regoli rilevanti tad-WTO u d-dispożizzjonijiet korrispondenti tar-Regolament bażiku msemmija fil-premessa (1127). Fir-rigward ta’ dan il-proċediment, il-GTĊ argumenta li kien ser ikun hemm għadd doppju jekk il-Kummissjoni ma tillimitax id-dazju kumpensatorju u anti-dumping totali bil-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu, għaliex l-istess sussidjar ikun indirizzat l-ewwel permezz tal-marġni tad-dumping u mbagħad mill-ġdid permezz tal-marġni tas-sussidju. Il-GTĊ enfasizza li fir-rigward ta’ CNBM Group, il-kostruzzjoni tal-valur normali fil-proċediment anti-dumping hija bbażata fuq numri mingħajr distorsjoni mhux affettwati mis-sussidju makro u mikro, u għalhekk dan diġà indirizza s-sussidjar fir-RPĊ. Fir-rigward ta’ Yuntianhua Group, peress li d-dazju anti-dumping tagħhom huwa bbażat fuq il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu, jekk id-dazju kompensatorju jirrifletti l-ammont sħiħ ta’ sussidjar, ikun hemm ukoll għadd doppju minħabba li ż-żewġ investigazzjonijiet ikopru l-istess esportazzjonijiet u l-istess dannu materjali allegat, u l-loġika ta’ sussidji domestiċi hija li dawn jaffettwaw bl-istess mod il-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni. Dwar dan l-aħħar punt, il-GTĊ rraġuna li l-prezz tal-esportazzjoni użat bħala l-bażi għall-kalkolu tal-marġni tad-dannu huwa aktar baxx bl-ammont ta’ sussidjar misjub għas-sussidji domestiċi. Għalhekk, l-ammont allegat ta’ sussidjar se jgħadd darbtejn, jiġifieri indirettament ukoll permezz tal-marġni tad-dannu fl-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping. Il-GTĊ finalment innota li l-marġnijiet tad-dannu stabbiliti b’dan il-mod jistgħu jintefħu wkoll sal-punt li l-Kummissjoni ma qisitx id-differenza fil-livell tal-kummerċ bejn il-bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-industrija tal-UE. Fir-rigward ta’ din l-aħħar affermazzjoni, il-Kummissjoni nnutat li din ġiet indirizzata fil-premessi (977) u (978).

(1133)

Fir-rigward tal-affermazzjonijiet mill-ilmentatur, Yuntianhua Group u l-GTĊ dwar il-ksur tad-dritt tad-difiża tagħhom minħabba n-nuqqas ta’ divulgazzjoni tal-analiżi dwar l-interazzjoni bejn id-dazji anti-dumping u kumpensatorji u dwar l-għadd doppju potenzjali, il-Kummissjoni nnotat mill-bidu nett li ma għamlitx dan minħabba li fiż-żmien tad-divulgazzjoni f’dan il-proċediment, il-proċediment anti-dumping kien għadu għaddej u ma kienx hemm miżuri anti-dumping fis-seħħ formalment. Għalhekk, tali analiżi kienet tippreġudika l-eżitu tal-proċediment anti-dumping, u fi kwalunkwe każ kienet tkun ibbażata fuq livelli ipotetiċi ta’ miżuri li għadhom soġġetti għal kummenti u analiżi. Il-Kummissjoni ma setgħetx possibbilment twettaq l-analiżi mitluba mill-partijiet fil-ħin għad-divulgazzjoni ta’ dan il-proċediment, iżda kienet ġibdet l-attenzjoni tal-partijiet kollha u impenjat ruħha li teżamina din il-kwistjoni skont il-premessa (747) tad-Dokument ta’ Divulgazzjoni Ġenerali. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnutat li din it-taqsima tindirizza dawn il-kwistjonijiet u l-kummenti kollha, li tqajmu mill-partijiet s’issa, b’mod sħiħ, u li din it-taqsima ġiet divulgata lill-partijiet biex tippermettilhom bis-sħiħ id-dritt ta’ difiża tagħhom. Għaldaqstant, l-affermazzjonijiet tal-GTĊ f’dan ir-rigward ġew miċħuda.

(1134)

Fir-rigward tal-kwistjoni tal-għadd doppju possibbli u r-referenza għall-partijiet u l-kuntest rilevanti tas-sentenza DS 379 imqajma mill-ilmentatur, Yuntifanhua Group u l-GTĊ, il-Kummissjoni fakkret li l-Artikolu 19(3) tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kumpensatorji huwa rifless fid-dispożizzjoni tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament anti-sussidji bażiku. Għalhekk, hija kkonkludiet li l-ġurisprudenza tad-WTO dwar dik id-dispożizzjoni, u b’mod partikolari s-sentenza tagħha f’DS 379, tikkostitwixxi interpretazzjoni rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament bażiku f’dan il-proċediment. Il-Kummissjoni fakkret ukoll li l-investigazzjonijiet attwali jikkostitwixxu l-ewwel investigazzjonijiet anti-dumping u kompensatorji paralleli minn meta saru l-bidliet leġiżlattivi li jintroduċu metodoloġija ta’ kalkolu ġdida f’każijiet anti-dumping skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament anti-dumping bażiku (213), u dispożizzjonijiet ġodda dwar l-applikazzjoni tar-regola tal-inqas tad-dazju fil-proċedimenti anti-dumping u antisussidji bħala parti mill-modernizzazzjoni tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ (214). Il-Kummissjoni nnutat ukoll li fi kwalunkwe każ, anki fil-proċedimenti antisussidji u anti-dumping kombinati ta’ qabel dawn il-bidliet leġiżlattivi, din il-kwestjoni ma qamitx fil-prattika (215).

(1135)

Fir-rigward tad-deċiżjoni DS 379, il-Kummissjoni ħadet nota tar-referenzi kollha ppreżentati mill-partijiet. L-ewwel innota li l-Korp tal-Appell tad-WTO iċċara li għadd doppju (jew “rimedju doppju”) jirreferi għal sitwazzjonijiet fejn l-applikazzjoni simultanja ta’ dazji kompensatorji u anti-dumping fuq l-istess prodotti importati tirriżulta fit-tpaċija, tal-inqas sa ċertu punt, tal-istess sussidju darbtejn, u dan x’aktarx iseħħ meta l-marġni tad-dumping jiġi kkalkulat b’referenza għal metodoloġija li tiddependi inter alia fuq il-kostijiet jew il-prezzijiet minn pajjiż terz (216). F’dawn il-każijiet, id-dazju anti-dumping jista’ jirrimedja jew ipaċi sussidju domestiku, sal-punt li dan is-sussidju jkun ikkontribwixxa biex jonqos il-prezz tal-esportazzjoni (217). Rimedji doppji jistgħu jseħħu wkoll meta dazji kompensatorji u anti-dumping jiġu imposti fuq l-istess prodott fil-kuntest ta’ sussidji domestiċi mogħtija f’ekonomiji tas-suq meta fl-investigazzjonijiet anti-dumping jintuża valur normali mhux sussidjat, maħdum, jew minn pajjiż terz (218). F’sitwazzjonijiet ta’ għadd doppju, ma jiġix impost dazju kompensatorju “fl-ammonti xierqa” skont l-Artikolu 19(3) tal-Ftehim SCM tad-WTO. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-Korp tal-Appell tad-WTO speċifikament ma laqax il-proposta li għadd doppju neċessarjament jirriżulta f’kull każ ta’ dazji konkorrenti fejn il-valur normali jkun stabbilit fuq il-bażi tal-kostijiet u l-prezzijiet ta’ pajjiżi terzi. Minflok, il-Korp iddeċida li dan jiddependi fuq jekk is-sussidji domestiċi baxxewx il-prezz tal-esportazzjoni ta’ prodott, u sa liema punt, u fuq jekk l-awtorità investigattiva ħaditx il-passi korrettivi meħtieġa biex taġġusta l-metodoloġija tagħha biex tqis is-sitwazzjoni fattwali (219). Il-Korp tal-Appell ikkonkluda li l-obbligu li jiġi vvalutat jekk dazju kumpensatorju jirriflettix “ammont xieraq” jinkludi rekwiżit fuq l-awtorità investigattiva li twettaq investigazzjoni diliġenti biżżejjed tal-fatti rilevanti, u solleċitazzjoni tal-fatti rilevanti, u li tibbaża d-determinazzjoni tagħha fuq evidenza pożittiva fir-rekord (220).

(1136)

Bl-applikazzjoni ta’ dawn il-prinċipji għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament bażiku f’din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni nnotat li l-approċċ tagħha li tnaqqas b’mod sħiħ l-ammont ta’ sussidju mill-marġni tad-dumping billi applikat il-metodoloġija bbażata fuq l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament anti-dumping bażiku meta jinħadem il-valur normali kien kompletament konformi ma’ dawn il-prinċipji. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-argument tal-ilmentatur li fil-prinċipju jkun possibbli li jiġu akkumulati d-dazji kumpensatorji u anti-dumping anki f’din is-sitwazzjoni. Madankollu, hija nnotat li ma kienx hemm evidenza pożittiva fil-fajl li turi jekk u sa liema punt is-sussidji domestiċi fir-RPĊ kellhom effett fuq il-prezz tal-esportazzjoni. Lanqas ma kien hemm evidenza fil-fajl li l-valuri mhux distorti fil-pajjiż rappreżentattiv li ntuża biex jinħadem il-valur normali fil-proċediment anti-dumping kienu bbenefikaw minn sussidju domestiku, li jista’ jkun element ugwalment rilevanti f’din l-analiżi. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ċaħdet l-affermazzjonijiet tal-ilmentatur u aċċettat l-affermazzjonijiet ta’ Yuntianhua Group u l-GTĊ dwar dan l-aspett.

(1137)

Fir-rigward tal-argumenti tal-ilmentatur, Yuntianhua Group u l-GTĊ dwar is-sitwazzjoni fejn id-dazju anti-dumping applikabbli huwa bbażat fuq il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu minħabba li huwa inqas mill-marġini ta’ dumping skont l-Artikolu 9(4) it-tieni subparagrafu tar-Regolament anti-dumping bażiku, il-Kummissjoni nnutat dan li ġej. L-ewwel nett, iċċarat li s-sitwazzjonijiet ta’ għadd doppju possibbli koperti fl-Artikoli 15(2) u 24(1) tar-Regolament bażiku jridu jinżammu distinti mill-applikazzjoni tar-regola tal-inqas dazju, li għandha għan u skop differenti. Imbagħad indikat li d-deċiżjoni f’DS 379 hija rilevanti biss fl-interpretazzjoni tal-Artikoli 15(2) u ma għandha l-ebda effett fuq l-applikazzjoni tar-regola tal-inqas dazju skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament anti-dumping bażiku u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku.

(1138)

Rigward dan il-proċediment, il-Kummissjoni l-ewwel analizzat jekk kienx hemm kwistjoni ta’ għadd doppju skont l-Artikoli 15(2) u 24(1) tar-Regolament bażiku, billi segwiet l-approċċ deskritt hawn fuq f’din it-Taqsima billi naqqset totalment is-sussidju mill-marġni tad-dumping. Il-Kummissjoni mbagħad analizzat jekk ir-regola tal-inqas dazju kinitx applikabbli f’kull proċediment wara l-bidliet leġiżlattivi msemmija fil-premessa (1134). Fil-proċediment antisussidji attwali, peress li r-regola tal-inqas dazju ma kinitx applikabbli skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, ma kienx hemm bżonn li jiġi analizzat u anke stabbilit il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu. Għalhekk, il-Kummissjoni applikat b’mod sħiħ l-ammont ta’ sussidjar misjub. B’kuntrast, fil-proċediment anti-dumping parallel, ir-regola tal-inqas dazju kienet applikata skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament anti-dumping bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni kkalkulat il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu, u wara li naqqset l-ammont sħiħ ta’ sussidjar mill-marġini ta’ dumping, hija limitat id-dazju anti-dumping applikabbli sal-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu, li kien il-każ għal Yuntianhua Group.

(1139)

Fir-rigward tal-argumenti ta’ Yuntianhua Group u tal-GTĊ li hemm biss l-istess livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għaż-żewġ proċedimenti peress li jkopru l-istess importazzjonijiet, u għalhekk l-impożizzjoni ta’ dazju kombinat li jmur lil hinn minn dan il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu jimplika għadd doppju, il-Kummissjoni nnotat li dan l-argument iħallat iż-żewġ passi li jipprevjenu l-għadd doppju tal-ammonti tas-sussidju u tal-marġnijiet tad-dumping rispettivi misjuba, bit-tieni pass ta’ analiżi ta’ jekk u kif ir-regola tal-inqas dazju hija rilevanti f’dan il-proċediment. Kif spjegat fil-premessa preċedenti, wara l-bidliet leġiżlattivi fl-2018 f’din l-investigazzjoni antisussidji, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Artikolu 15(1), ir-raba’ subparagrafu tar-Regolament bażiku ma kienx applikabbli, filwaqt li r-regola tal-inqas dazju applikat fl-investigazzjoni anti-dumping separata dwar l-istess prodott. Ir-raġunament għar-regola fl-Artikolu 15(1), ir-raba’ subparagrafu tar-Regolament bażiku fi proċedimenti anti-sussidju huwa spjegat b’mod partikolari fil-premessa (10) tar-Regolament 2018/825, li jistabbilixxi li “is-sussidji kumpensabbli mogħtija minn pajjiżi terzi b’mod partikolari joħolqu distorsjoni fil-kummerċ” u għalhekk “mhuwiex, b’mod ġenerali, aktar possibbli li tiġi applikata r-regola tad-dazju inferjuri” Għalhekk, il-proposta ta’ dawn il-partijiet li d-dazju kompensatorju u tad-dumping ikkombinat jenħtieġ li jiġi limitat bil-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu kif stabbilit għall-fini tal-proċediment anti-dumping imur kontra l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku flimkien mal-premessa (10) tar-Regolament (UE) 2018/825. Fir-rigward tal-argument imqajjem mill-GTĊ tal-għadd doppju “indirett” minħabba l-fatt li l-prezz tal-esportazzjoni użat bħala l-bażi għall-kalkolu tal-marġni tad-dannu huwa inqas mill-ammont tas-sussidji domestiċi li nstabu, il-Kummissjoni nnotat għal darb’ oħra tentattiv biex titħallat il-kwistjoni tal-għadd doppju tal-ammonti tas-sussidju u l-marġnijiet tad-dumping rispettivi misjuba mal-pass separat tal-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu għall-fini tar-regola tal-inqas dazju. Ir-regola tal-inqas dazju hija rilevanti biss fl-investigazzjoni anti-dumping separata, u l-prezz tal-esportazzjoni użat għall-kalkolu tal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu huwa l-prezz attwali fil-livell CIF bl-aġġustamenti neċessarji kif spjegat fil-premessi (270)-(272) tar-Regolament (UE) 2020/492 f’konformità mal-prattika fil-proċedimenti kollha tal-anti-dumping (u antisussidji) fejn tapplika r-regola tal-inqas dazju, mingħajr l-ebda aġġustament fis-sussidji domestiċi misjuba. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti magħmula minn Yuntianhua Group u l-GTĊ dwar dan il-punt.

(1140)

Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, il-Kummissjoni kkonfermat id-dazji applikabbli għall-produtturi esportaturi varji kif spjegat fit-tabella fil-premessa (1122) u fl-Artikoli 1 u 2 ta’ dan ir-Regolament.

(1141)

Wara d-divulgazzjoni definittiva addizzjonali, il-produtturi esportaturi Eġizzjani relatati li kkooperaw innotaw li l-ammonti tal-benefiċċji ttrasferiti minn Jushi Egypt lil Hengshi Egypt kienu diġà ġew indirizzati mill-Kummissjoni fil-proċediment anti-dumping parallel. Huma sostnew li f’dak il-proċediment meta nħadem il-valur normali, il-Kummissjoni injorat il-prezz irreġistrat tax-xiri tal-faxex ta’ Hengshi Egypt mingħand Jushi Egypt u ssostitwietu bil-prezz tal-bejgħ tal-faxex ta’ Jushi Egypt lil klijenti domestiċi mhux relatati skont l-Artikolu 2(5) tar-Regolament anti-dumping bażiku. Skont dawn il-partijiet, dan jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament antisussidji bażiku li jipprevjeni l-għadd doppju meta jkunu involuti sussidji tal-esportazzjoni fi proċedimenti paralleli, minħabba li l-Kummissjoni diġà ttrattat l-ammont ta’ sussidju mgħoddi minn Jushi Egypt lil Hengshi Egypt permezz tal-bejgħ ta’ faxex fil-proċediment anti-dumping.

(1142)

Il-Kummissjoni nnotat mill-bidu nett li hija ma għamlet l-ebda kumpens għall-ebda sussidju kontinġenti fuq l-esportazzjoni fl-Eġittu kif spjegat fil-premessa (1119), u għalhekk l-Artikolu 24(1) mhuwiex applikabbli f’din is-sitwazzjoni. Għalhekk, din l-affermazzjoni diġà tista’ tiġi miċħuda fuq din il-bażi. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnutat li l-aġġustament magħmul fil-każ tal-anti-dumping kien jikkonċerna l-fatt li l-prezz tal-bejgħ tal-faxex bejn dawn l-entitajiet relatati ma jirriflettix prezz distakkat. Għalhekk, il-prezz bejn l-entitajiet relatati ġie aġġustat skont il-prezz tas-suq domestiku prevalenti minn tranżazzjonijiet mhux relatati fis-suq Eġizzjan minħabba li ma kienx jirrifletti l-kundizzjonijiet tas-suq, kif spjegat fid-dettall fil-premessi (310) sa (332) tar-Regolament anti-dumping definittiv. L-investigazzjoni antisussidji fl-Eġittu ma tittrattax il-forniment issussidjat kollu tal-inputs, jiġifieri l-faxex, b’remunerazzjoni inqas minn adegwata, aħseb u ara s-sussidju fuq l-esportazzjoni ta’ dawn il-faxex. Għalhekk, il-bażi ġuridika tal-aġġustament, jiġifieri l-Artikolu 2(5) tar-Regolament anti-dumping bażiku, u l-kuntest u ċ-ċirkostanzi sottostanti tagħha ma għandhomx x’jaqsmu mas-sitwazzjoni tal-għadd doppju possibbli skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament antisussidji bażiku. Għaldaqstant, l-affermazzjoni ta’ din il-parti hija kompletament infondata, mhux biss mill-perspettiva fattwali u ġuridika, iżda anki minn perspettiva purament teoretika. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(1143)

Wara d-divulgazzjoni definittiva addizzjonali, l-ilmentatur ma qabilx mal-metodoloġija tal-Kummissjoni dwar il-kombinament tad-dazji. Din il-parti argumentat li d-divulgazzjoni definittiva ma indirizzatx il-punt tal-ilmentatur li meta d-dazju anti-dumping kien ibbażat fuq il-marġni tad-dannu, diġà ma kienx hemm, f’kull każ, l-ebda riskju ta’ għadd doppju, peress li l-ispjegazzjoni fil-premessa (1136) tqieset insuffiċjenti. Skont l-ilmentatur, ma hemm l-ebda riskju fattwali ta’ għadd doppju f’każijiet fejn id-dazju tad-dumping huwa limitat għall-marġni tad-dannu, u għalhekk għall-produtturi esportaturi li d-dazju anti-dumping tagħhom huwa bbażat fuq il-marġni tad-dannu, il-livell tad-dazju kkombinat ġuridikament meħtieġ huwa t-total tad-dazju kumpensatorju flimkien mad-dazju anti-dumping ibbażat fuq il-marġni tad-dannu mingħajr tnaqqis jew aġġustamenti. L-ilmentatur argumenta li din il-metodoloġija wasslet għar-riżultat arbitrarju li l-produtturi esportaturi li ma kkooperawx fl-investigazzjoni antisussidji ġew effettivament ippremjati b’rata tad-dazju kkombinata aktar baxxa, peress li ġew soġġetti għal dazju anti-dumping ta’ 33,6 % (marġni tad-dumping nieqes il-marġni kompensatorju) li huwa aktar baxx mil-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu ta’ 37,6 %. Minflok, l-ilmentatur issuġġerixxa li d-dazju kkombinat tagħhom jenħtieġ li jkun ta’ 68,7 %, li jirriżulta mill-31,1 % tad-dazju kumpensatorju u mill-marġini tad-dannu ta’ 37,6 %, li jwassal għal total ta’ 68,7 %. Dan ikun premju għal nuqqas ta’ kooperazzjoni (parzjali).

(1144)

Barra minn hekk, l-ilmentatur argumenta li meta taċċetta l-affermazzjonijiet ta’ Yuntianhua Group u tal-GTĊ skont il-premessa (1136), il-Kummissjoni essenzjalment ippremjat (parzjali) in-nuqqas ta’ kooperazzjoni u aċċettat affermazzjonijiet mhux sostanzjati. Skont din il-parti, in-nuqqas ta’ evidenza rilevanti kif spjegat fl-istess premessa ma jistax fih innifsu jiġġustifika l-applikazzjoni tal-aktar metodoloġija konservattiva speċjalment f’każijiet ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni (parzjali), u b’hekk jiżdied ir-riskju li d-dazji ma jkollhomx l-effett rimedjali meħtieġ speċjalment minħabba n-natura predatorja tal-attivitajiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi kif muri mill-ħażna aggressiva tagħhom. L-ilmentatur ibbaża l-affermazzjoni tiegħu fuq in-nuqqas ta’ data speċifika għall-kumpaniji li turi kwalunkwe impatt reali tal-għadd doppju fil-livell ta’ kumpanija li semmew Yuntianhua Group u l-GTĊ, u fuq il-kummenti tagħhom, li huma astratti u mhux speċifiċi u neqsin minn kwalunkwe evidenza fattwali rilevanti. Filwaqt li tirrikonoxxi li d-WTO f’DS 379 iddeċidiet li hija l-Kummissjoni bħala l-awtorità investigattiva li trid twettaq investigazzjoni xierqa biex tevita r-riskju tal-għadd doppju, l-ilmentatur argumenta li evidentement huwa f’idejn il-produtturi esportaturi li jipprovdu evidenza li se jirriżulta għadd doppju minħabba l-kombinazzjoni tad-dazji speċifiċi tagħhom abbażi taċ-ċirkostanzi fattwali speċifiċi tagħhom, u huma dan ma’ għamluhx. L-ilmentatur irrefera wkoll għall-każ ta’ CNBM Group, li lanqas biss qajjem kwistjonijiet ta’ għadd doppju u għalhekk essenzjalment se jiġi ppremjat għan-nuqqas ta’ kooperazzjoni (parzjali) mingħajr ġustifikazzjoni ġuridika jew fattwali.

(1145)

Abbażi tal-argumenti ta’ hawn fuq, l-ilmentatur talab li: (i) għall-kumpaniji li jikkooperaw biss fl-investigazzjoni anti-dumping, jenħtieġ li l-Kummissjoni timponi dazji kkombinati ekwivalenti għat-total tad-dazju kompensatorju u tal-marġni tad-dannu; (ii) għal CNBM Group u l-produtturi esportaturi kollha li ma kkooperawx, il-Kummissjoni jenħtieġ li timponi d-dazju kumpensatorju u dazju anti-dumping sħiħ ibbażat fuq il-marġni tad-dumping peress li l-kumpanija ma għamlet l-ebda talba sostanzjata, speċifika għall-kumpanija u appoġġjata minn evidenza li tikkonċerna l-għadd doppju; (iii) għal Yuntianhua Group u għall-produtturi esportaturi li kkooperaw fiż-żewġ investigazzjonijiet, il-livelli tad-dazju kombinat huma xierqa iżda l-Kummissjoni jenħtieġ li tirrevedi u tiċċara l-metodoloġija tagħha.

(1146)

Il-Kummissjoni ma qablitx mal-affermazzjonijiet li għamel l-ilmentatur. Fir-rigward tal-affermazzjoni li d-divulgazzjoni definittiva ma indirizzatx l-argument imqajjem mill-ilmentatur, il-Kummissjoni tenniet li l-ispjegazzjonijiet f’din it-taqsima kollha, b’mod partikolari fil-premessi (1135) - (1138) u speċifikament il-premessa (1136) indirizzaw dan l-argument bis-sħiħ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnutat li l-marġni tad-dannu ġie kkalkulat b’mod parallel mal-marġni tad-dumping sabiex ikun jista’ jsir tqabbil sabiex tiġi applikata r-regola tal-inqas dazju. Meta dazju jkun ibbażat fuq il-marġni tad-dannu, dan ma jfissirx li ma kienx hemm dumping jew li l-marġni tad-dumping kien kompletament irrilevanti, peress li waħda mill-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiġu applikati d-dazji anti-dumping hija li kien hemm dumping ogħla mil-livelli de minimis. Għalhekk, f’sitwazzjonijiet fejn il-marġni tad-dannu jintuża biex jiġi stabbilit id-dazju attwali minħabba li jkun inqas mill-marġini tad-dumping skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament anti-dumping bażiku u/jew l-Artikolu 15(2) tar-Regolament antisussidji bażiku, fejn rilevanti, dan ma jeliminax l-eżistenza attwali tad-dumping (jew is-sussidju) f’livell ogħla mil-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu. Għalhekk, anki f’dawn is-sitwazzjonijiet il-potenzjal għall-għadd doppju huwa ugwalment preżenti fejn is-sitwazzjoni fattwali rilevanti u l-ġurisprudenza applikabbli juru li dan huwa l-każ. Għaldaqstant din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

(1147)

Fir-rigward tal-affermazzjoni li tikkonċerna lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw fil-proċediment anti-dumping iżda mhux fil-proċediment antisussidji, l-ilmentatur qed jissuġġerixxi essenzjalment li jiżdied mal-marġni kollu tas-sussidju l-marġni ogħla tad-dannu minflok il-marġni tad-dumping. Din il-parti la speċifikat il-bażi ġuridika jew fattwali u lanqas ir-raġuni għal dan is-suġġeriment. Il-Kummissjoni nnotat li din il-metodoloġija ssuġġerita tkun kuntrarja għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tar-Regolament anti-dumping bażiku kif applikat fil-proċediment anti-dumping skont it-Taqsimiet 7.1 u 7.2 tar-Regolament anti-dumping definittiv, mingħajr ma jkun hemm ġustifikazzjoni ġuridika jew fattwali mressqa mill-ilmentatur għajr il-ħtieġa li ma jiġix ippremjat in-nuqqas ta’ kooperazzjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni fakkret li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni parzjali jew sħiħa huwa ġuridikament irrilevanti għall-applikazzjoni tar-regola tal-inqas dazju skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament anti-dumping bażiku, u li fi kwalunkwe każ dawn il-partijiet kienu kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping u mhux fl-investigazzjoni antisussidji. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat il-validità tal-metodoloġija tagħha kif spjegat fil-premessi (1117)-(1118 u (1136)-(1137) hawn fuq għal dawn il-produtturi esportaturi li kkooperaw biss mal-investigazzjoni anti-dumping u rrifjutat l-affermazzjoni tal-ilmentatur.

(1148)

Fir-rigward tal-affermazzjonijiet tal-ilmentatur dwar it-trattament Yuntianhua Group u CNBM Group, li naqsu milli jissottomettu evidenza speċifika għall-kumpaniji biex juru l-impatt reali tal-għadd doppju fil-livell tal-kumpaniji u effettivament ġew ippremjati minkejja n-nuqqas ta’ kooperazzjoni parzjali tagħhom, il-Kummissjoni nnutat dan li ġej. Kif ammetta l-ilmentatur stess u kif jidher sew mis-sentenza DS 379 tad-WTO li hija spjegata fid-dettall fil-premessi (1135)-(1136), il-Kummissjoni ma kellhiex evidenza fil-fajl li turi li ma kienx hemm għadd doppju potenzjali bl-akkumulazzjoni tad-dazju anti-dumping u kumpensatorju. Fost l-elementi rilevanti għal dan il-għan, li wħud minnhom huma elenkati fil-premessa (1136), l-imġiba predatorja tal-produtturi esportaturi Ċiniżi murija permezz tal-ħażna aggressiva li twassal għal effett ta’ rimedju possibbilment insuffiċjenti tad-dazji kif afferma l-ilmentatur mhijiex element rilevanti għal dan l-għan. Għalhekk, fin-nuqqas ta’xi evidenza rilevanti oħra dwar il-fajl għal dan l-għan, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(1149)

Fir-rigward tal-aħħar talba ġenerika mill-ilmentatur biex Yuntianhua Group u l-produtturi esportaturi li kkooperaw fiż-żewġ investigazzjonijiet jirrevedu u jiċċaraw il-metodoloġija tagħhom, il-Kummissjoni nnutat li l-ilmentatur ma pprovda l-ebda dettall ulterjuri u ma spjegax kif il-Kummissjoni jenħtiġielha tirrevedi u tiċċara din il-metodoloġija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni enfasizzat l-inkonsistenza ta’ din it-talba ġenerika mal-prinċipju li qabel miegħu l-ilmentatur dwar l-adegwatezza tad-dazju kombinat. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(1150)

L-ilmentatur finalment talab lill-Kummissjoni tiddikjara fir-regolament definittiv li kwalunkwe talba biex jiġi aġġustat l-għadd doppju tista’ tiġi aċċettata meta jiġi ddeterminat il-livell kombinat ta’ dazji anti-dumping u kumpensatorji biss jekk tkun sostnuta minn evidenza fattwali speċifika għall-kumpaniji li jkun se jirriżulta għadd doppju, u li fin-nuqqas ta’ din l-evidenza talba minn produttur esportatur dwar l-għadd doppju trid tiġi miċħuda bħala mhux sostanzjata. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni l-ewwel qalet li bħala kwistjoni ta’ prinċipju regolamenti li jimponu miżuri provviżorji u/jew definittivi jikkonċernaw il-prodott speċifiku investigat u s-sejbiet tal-investigazzjoni, u għalhekk ma jistgħux jintużaw biex isiru dikjarazzjonijiet ġenerali ta’ politika jew dikjarazzjonijiet ta’ prinċipju li japplikaw f’investigazzjonijiet futuri fuq talba mill-partijiet. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tenniet li r-regoli u l-ġurisprudenza rilevanti fid-WTO DS379 kif spjegati fid-dettall fil-premessi (1135)-(1136) u (1148) hawn fuq fir-rigward ta’ din l-investigazzjoni jeħtieġu determinazzjoni dwar l-eżistenza reali tal-għadd doppju f’każijiet paralleli fejn metodoloġija bħal dik stabbilita fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku anti-dumping tintuża fuq il-bażi ta’ evidenza pożittiva fir-rekord. Il-fatt li f’dan il-każ speċifiku ma teżisti l-ebda evidenza bħal din minħabba li l-produtturi esportaturi ma ġewx mitluba li jissottomettu l-evidenza rilevanti mill-ebda parti ma jfissirx li fi kwalunkwe każ fil-futur din l-evidenza ma tistax tintalab u tikkostitwixxi evidenza rilevanti fir-rekord tal-Kummissjoni li tagħmel id-determinazzjoni tagħha dwar l-eżistenza potenzjali ta’ għadd doppju fi proċedimenti paralleli simili.

(1151)

Wara d-divulgazzjoni definittiva addizzjonali, Yuntianhua Group talab ukoll lill-Kummissjoni biex tiddivulga l-marġni tad-dumping eżatt għal Yuntianhua Group ħieles mill-għadd doppju, u biex tiċċara t-tnaqqis tas-sussidji stabbiliti fir-RPĊ.

(1152)

Barra minn hekk, Yuntianhua Group irrefera għall-premessa (85) tad-divulgazzjoni addizzjonali u għall-fatt li l-għadd doppju jenħtieġ li jiġi indirizzat skont l-Artikolu 24(1) tar-Regolament bażiku. Din il-parti argumentat li d-dazji anti-dumping u antisussidji jittrattaw l-istess sitwazzjoni u għalhekk ma hemm l-ebda bażi legali li jiġu imponuti żewġ dazji b’mod parallel.

(1153)

Yuntianhua Group lanqas ma qabel mad-dikjarazzjoni fil-premessa (745) tad-divulgazzjoni definittiva li ma ġietx sottomessa informazzjoni lill-Kummissjoni biex b’hekk tiġi ġġustifikata l-applikazzjoni tal-marġni ta’ dannu f’dan il-każ. Din il-parti argumentat li l-Kummissjoni għamlet determinazzjoni skont l-Artikolu 7 (2b) tar-Regolament anti-dumping bażiku, li tgħid li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li ma jiġix applikat il-marġni tad-dannu, u li filwaqt li l-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni hija identika fid-divulgazzjoni definittiva tal-proċedura antisussidji, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni differenti li ma tapplikax il-marġni tad-dannu. Din il-parti rreferiet ukoll għar-Regolament li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fil-każ Azzar inossidabbli llaminati bis-sħana (221), fejn il-Kummissjoni sabet li għall-interess tal-Unjoni biex tiġi ġġustifikata applikazzjoni tal-marġni ta’ dannu huwa biżżejjed li jkun hemm impatt fuq il-ktajjen tal-provvista. Peress li fil-proċediment antisussidji hemm ukoll impatt negattiv tad-dazji antisussidji fuq l-utenti fl-UE, għalkemm mhux biżżejjed biex jiġi ġġustifikat in-nuqqas ta’ impożizzjoni tad-dazji kompensatorji, din il-parti tikkonkludi li l-Kummissjoni jenħtieġ li tal-inqas tapplika l-marġni ta’ dannu għal Yuntianhua Group f’dan il-proċediment antisussidju b’analoġija mad-deċiżjoni fil-każ Azzar inossidabbli llaminati bis-sħana.

(1154)

Fir-rigward tat-talba ta’ Yuntianhua Group għad-divulgazzjoni tal-“marġni eżatt tad-dumping”, il-Kummissjoni nnutat li ma kienx hemm bidla fil-marġini ta’ dumping kif iddikjarat fir-regolament li jimponi l-miżuri anti-dumping. Minbarra dak li ġie spjegat hawn fuq fil-premessa (70), il-marġni tad-dumping ta’ Yuntianhua Group jibqa’ dak stabbilit fl-investigazzjoni anti-dumping u ddivulgat lill-grupp fil-kuntest ta’ dak il-proċediment. Madankollu, għal ċerti partijiet, inkluż Yuntianhua Group, kif spjegat hawn fuq, l-impożizzjoni konkomitanti ta’ miżuri anti-dumping u kompensatorji tista’ tirriżulta f’li jkolli jitqies l-għadd doppju u/jew fl-applikazzjoni tar-regola tal-inqas dazju mid-data tal-impożizzjoni tal-miżuri kumpensatorji. Għalhekk, f’dawn il-każijiet il-Kummissjoni trid temenda r-rata tal-anti-dumping. Bl-istess loġika, il-Kummissjoni tinnota wkoll li jekk fil-ġejjieni l-miżuri kumpensatorji kellhom jitħassru, ir-rata tad-dazju anti-dumping applikabbli tkun trid tiġi emendata proporzjonalment skont il-marġni imposti mir-Regolament anti-dumping, skont l-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament.

(1155)

Fir-rigward tal-kalkolu tad-dazju tad-dumping għal din il-parti, kif spjegat fil-premessi (1117)-(1118), f’każijiet fejn il-valur normali nħadem skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament anti-dumping bażiku, il-Kummissjoni evitat l-għadd doppju kompletament. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni l-ewwel imponiet id-dazju kumpensatorju sħiħ fl-investigazzjoni antisussidji, u wara emendat id-dazju anti-dumping definittiv. Biex tikkalkula d-dazju anti-dumping emendat, il-Kummissjoni naqqset mill-marġini tad-dumping il-marġni tas-sussidju stabbilit f’dan il-proċediment. Speċifikament għal Yuntianhua Group, il-Kummissjoni l-ewwel imponiet id-dazju kompensatorju f’livell ta’ 17,0 %. Imbagħad, sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, il-Kummissjoni naqqset id-dazju kumpensatorju kollu ta’ 17,0 %, mill-marġni tad-dumping ta’ 64,7 % kif stabbilit fil-proċediment ta’ anti-dumping. Dan jirriżulta f’dazju anti-dumping ta’ 47,7 %. Madankollu, skont ir-regola tal-inqas dazju, kif stabbilit fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament anti-dumping bażiku, l-ammont finali ta’ dazju impost fl-investigazzjoni anti-dumping għal Yuntianhua Group ġie limitat sal-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu ta’ 37,6 %.

(1156)

Fir-rigward tat-tieni argument ta’ Yuntianhua Group ibbażat fuq l-Artikolu 24(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni fakkret li, kif spjegat fil-Premessi (1117)—(1118), biex jiġi evitat l-għadd doppju, il-Kummissjoni naqqset ir-rata tad-dazju tad-dumping stabbilita bl-ammont kollu tas-sussidjar. Konsegwentement, ma kienx hemm għadd doppju, la skont it-tifsira tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament bażiku kif sostniet din il-parti u lanqas skont it-tifsira tal-Artikolu 15(2) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

(1157)

Fir-rigward tal-aħħar affermazzjoni ta’ Yuntianhua Group dwar il-marġni tad-dannu, il-Kummissjoni rreferiet għal dak li qalet fil-Premessi (1114) u (1139), fejn spjegat li l-marġni ta’ dannu mhuwiex rilevanti f’din l-investigazzjoni antisussidji peress li r-regola prestabbilita skont l-Artikolu 15(1) ir-raba’ subparagrafu hija li r-regola tal-inqas dazju mhijiex applikabbli sakemm ma jkunx jista’ jiġi konkluż b’mod ċar li d-dazju kumpensatorju jenħtieġ li jiġi stabbilit fil-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu jekk ikun inqas “fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha sottomessa”. Peress li l-ebda parti ma ressqet informazzjoni għal dan il-għan skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ma kellhiex għalfejn twettaq valutazzjoni f’dan ir-rigward peress li d-dazju kompensatorju jrid ikun ibbażat fuq l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji stabbiliti. Għalhekk, l-applikazzjoni mitluba tal-marġni ta’ dannu f’dan il-proċediment antisussidju ma jkollhiex bażi legali u tkun sempliċiment illegali. Din it-talba tista’ għalhekk diġà tiġi miċħuda fuq din il-bażi. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni nnutat li r-referenza għall-preċedent li jikkonċerna l-każ Azzar inossidabbli llaminati bis-sħana hija irrilevanti kemm mil-lat legali kif ukoll minn dak fattwali. Minn perspettiva legali, dan kien proċediment anti-dumping u l-analiżi rilevanti kkwotata mill-parti kienet ibbażata fuq l-Artikolu 7(2b) tar-Regolament anti-dumping bażiku. Il-qafas legali għall-applikazzjoni tar-regola tal-inqas dazju nbidel bħala riżultat tal-bidliet leġiżlattivi tal-2018, u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 7(2) sa 7(2b) tar-Regolament anti-dumping bażiku issa huma differenti minn dawk skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament antisussidji bażiku. Barra minn hekk, din il-parti qed tħallat it-test partikolari tal-interess tal-Unjoni fil-kuntest tal-Artikolu 7(2b) tar-Regolament anti-dumping bażiku, mat-test tal-interess ordinarju tal-Unjoni fil-kuntest tal-Artikolu 21 tar-Regolament anti-dumping bażiku u d-dispożizzjoni li tirriflettih tal-Artikolu 31 tar-Regolament antisussidji bażiku, li huma differenti minħabba l-kuntest u l-għan tagħhom, u din il-parti ibbażat l-argument tegħha fuq dan tal-aħħar. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni ma laqgħetx din it-talba.

8.2.   Klawżola speċjali ta’ monitoraġġ

(1158)

Biex jitnaqqsu r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tkun assigurata l-applikazzjoni tad-dazji kompensatorji individwali. Il-kumpaniji b’dazji kompensatorji individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju kompensatorju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(1159)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati individwali tad-dazju kompensatorju fuq l-importazzjonijiet, din ma għandhiex tkun l-uniku element li l-awtoritajiet doganali jqisu. Fil-fatt, anki jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jenħtieġ li, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) bil-għan li jivverifikaw il-preċiżjoni tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni, u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju aktar baxxa tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(1160)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati aktar baxxi tad-dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bћala waħda li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fix-xejra tal-kummerċ dovuta għall-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament bażiku. F’ċirkustanzi bħal dawn u diment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkumvenzjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija tar-rata/rati tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(1161)

Biex ikun żgurat infurzar xieraq tad-dazji kompensatorji, il-livell tad-dazju għall-kumpaniji l-oħra kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda wkoll għall-produtturi li ma esportawx lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

9.   REĠISTRAZZJONI

(1162)

Kif imsemmi fit-Taqsima 1.2, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-GFF li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament bażiku.

(1163)

Peress li ma ġewx imposti dazji provviżorji, ma setgħetx issir applikazzjoni retroattiva. Għalhekk, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jenħtieġ li titwaqqaf.

10.   DIVULGAZZJONI

(1164)

Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta (‘GFF’) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunitá biex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati speċifikament lilhom.

(1165)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (222), meta ammont ikun irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li għandu jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(1166)

Kif spjegat fil-premessi (1117)— (1119) hawn fuq, il-Kummissjoni naqqset mill-marġini tad-dumping parti mill-ammont ta’ sussidju sabiex tevita l-għadd doppju. Għalhekk, jekk ikun hemm xi modifika jew tneħħija tad-dazji kumpensatorji definittivi, il-livell ta’ dazji anti-dumping għandu jiżdied awtomatikament bl-istess proporzjon sabiex jirrifletti l-livell attwali ta’ għadd doppju bħala riżultat ta’ din il-modifika jew tneħħija. Din il-bidla tad-dazji anti-dumping jenħtieġ li sseħħ sa mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament.

(1167)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (223).

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(1)   Dazju kumpensatorju definittiv qed jiġi impost fuq l-importazzjonijiet ta’ materjali ta’ faxex u/jew raden tal-fibra tal-ħġieġ b’filament kontinwu, minsuġa u/jew meħjuta, b’elementi oħrajn jew mingħajrhom, għajr prodotti mxappin jew imxappin minn qabel (prepreg), u għajr materjali b’nisġa miftuħa b’ċelloli ta’ daqs aktar minn 1,8 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’ u li jiżnu aktar minn 35 g/m2 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7019 39 00, ex 7019 40 00, ex 7019 59 00 u ex 7019 90 00 (il-kodiċijiet TARIC 7019390080, 7019400080, 7019590080 u 7019900080).

(2)   Id-dazju kompensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandu jkun kif ġej:

Pajjiż ikkonċernat

Kumpanija

Dazju kompensatorju definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

RPĊ

Jushi Group Co. Ltd;

Zhejiang Hengshi Fiberglass Fabrics Co. Ltd;

Taishan Fiberglass Inc.

30,7  %

C531

PGTEX China Co. Ltd;

Chongqing Tenways Material Corp.

17,0  %

C532

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping elenkata fl-Anness I

24,8  %

Ara l-Anness I

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji elenkati fl-Anness II

30,7  %

Ara l-Anness II

Il-kumpaniji l-oħra kollha

30,7  %

C999

L-Eġittu

Jushi Egypt għal Fiberglass Industry S.A.E;

Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics S.A.E.

10,9  %

C533

Il-kumpaniji l-oħra kollha

10,9  %

C999

(3)   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju kompensatorju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 jew fl-Annessi I jew II għandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha għandhom jidhru dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat minn ismu/isimha u l-funzjoni tiegħu/tagħha, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li (il-volum) ta’ (prodott ikkonċernat) mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż inkwistjoni). Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, għandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli gћall-“kumpaniji l-oћra kollha”.

(4)   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

(5)   F’każijiet fejn id-dazju kompensatorju ġie mnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, ir-rikjesti għar-rifużjonijiet skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 għandhom ukoll jiskattaw valutazzjoni tal-marġni ta’ dumping għal dak il-produttur esportatur eżistenti fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/492 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1(2) u (3) jinbidel f’dan li ġej:

“2.   Id-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandu jkun kif ġej:

Pajjiż ikkonċernat

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv

Kodiċi addizzjonali TARIC

RPĊ

Jushi Group Co. Ltd;

Zhejiang Hengshi Fiberglass Fabrics Co. Ltd;

Taishan Fiberglass Inc.

69,0  %

C531

PGTEX China Co. Ltd;

Chongqing Tenways Material Corp.

37,6  %

C532

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping elenkata fl-Anness I

37,6  %

Ara l-Anness I

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji elenkati fl-Anness II

34,0  %

Ara l-Anness II

Il-kumpaniji l-oħra kollha

69,0  %

C999

L-Eġittu

Jushi Egypt For Fiberglass Industry S.A.E;

Hengshi Egypt Fiberglass Fabrics S.A.E.

20,0  %

C533

Il-kumpaniji l-oħra kollha

20,0  %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju speċifikati gћall-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 jew fl-Annessi I jew II għandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha għandha tidher dikjarazzjoni ddatata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat bl-isem u l-funzjoni, abbozzata kif ġej: “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li (il-volum) ta’ (prodott ikkonċernat) mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) il-(pajjiż inkwistjoni). Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata tali fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli gћall-kumpaniji l-oћra kollha”.

2.

Jiddaħħal l-Artikolu 1(5) ġdid:

“5.   Jekk id-dazji kompensatorji definittivi imposti mill-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 (*2) jiġu mmodifikati jew imneħħija, id-dazji speċifikati fil-paragrafu 2 jew fl-Annessi I jew II għandhom jiżdiedu bl-istess proporzjon limitat għall-marġni ta’ dumping attwali misjub jew għall-marġini ta’ dannu misjub bħala xieraq għal kull kumpannija u mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(*2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/776 tat-12 ta’ Ġunju 2020 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 189, 15.6.2020, p. 1).”"

3.

Jiddaħħal l-Artikolu 1(6) ġdid:

“6.   F’każijiet fejn id-dazju kompensatorju ġie mnaqqas mid-dazju anti-dumping għal ċerti produtturi esportaturi, ir-rikjesti għar-rifużjonijiet skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2016/1037 għandhom ukoll jiskattaw valutazzjoni tal-marġni ta’ dumping għal dak il-produttur esportatur eżistenti fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rifużjoni.”

4.

L-Anness huwa sostitwit bl-Anness I u bl-Anness II.

Artikolu 3

(1)   L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet stabbilita skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/44.

(2)   L-ebda dazju kompensatorju definittiv mhu se jiġi impost b’mod retroattiv fuq l-importazzjonijiet irreġistrati.

(3)   Id-data miġbura skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/44 ma għandhiex tinżamm aktar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Ġunju 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(2)  Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antisussidji li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU C 167, 16.5.2019, p. 11).

(3)  F’dan ir-Regolament, it-terminu “GTĊ” jintuża f’sens wiesa’, inklużi l-Kunsill tal-Istat, kif ukoll il-Ministeri, id-Dipartimenti, l-Aġenziji u l-Amministrazzjonijiet kollha fil-livell lokali, reġjonali jew ċentrali.

(4)  F’dan ir-Regolament, it-terminu “GTE” jintuża f’sens wiesa’, inklużi l-Ministeri, id-Dipartimenti, l-Aġenziji u l-Amministrazzjonijiet kollha fil-livell ċentrali, reġjonali jew lokali.

(5)  In-Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU C 68, 21.2.2019, p. 29).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/492 tal-1 ta’ April 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU L 108, 6.4.2020, p. 1).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir- Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir- Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17) (“il-każ HRF”), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorji impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat- tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1) (“il-każ tat-Tajers”) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 5) (“il-każ tar-roti Elettriċi”).

(8)  Idem.

(9)  Annessi tat-Taqsima 6 tal-verżjoni konsolidata tal-ilment.

(10)  Annessi tal-premessi 349 sa 352 tal-verżjoni konsolidata tal-ilment.

(11)  Annessi tat-Taqsima 4 tal-verżjoni konsolidata tal-ilment.

(12)  “Divulgazzjoni definittiva” hija l-istess bħad-“divulgazzjoni finali” għall-fini ta’ dan id-dokument

(13)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(14)  ĠU L 108, 6.4.2020, p. 67.

(15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/44 tal-20 ta’ Jannar 2020 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu soġġetti għal reġistrazzjoni (ĠU L 16, 21.1.2020, p. 1).

(16)  In-Notifika li tiċċara n-notifiki ta’ bidu ta’ proċedimenti anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ ċerti materjali tal-fibra tal-ħġieġ minsuġa u/jew meħjuta li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Eġittu (ĠU C 314, 18.9.2019, p. 6).

(17)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).

(18)  WT/DS312/R tat-28 ta’ Ottubru 2005

(19)  http://cnbm.wsfg.hk/index.php?SectionID=FinancialReports&PageID=2019&Language=eng (ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Novembru 2019)

(20)  https://www1.hkexnews.hk/listedco/listconews/sehk/2017/0908/ltn20170908865.pdf (ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Novembru 2019)

(21)  https://img3.gelonghui.com/pdf/3a1a2-2862061c-769f-43a8-823e-ebbf7ac6de94.pdf (paġna 4, ikkonsultat l-aħħar fl-20 ta’ Novembru 2019)

(22)  Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21)

(23)  Skont id-Dikjarazzjoni dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim skont il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 jew il-Parti V tal-Ftehim dwar l-SCM. Ara wkoll il-miżura tal-anti-dumping CVD DS 427 WT/DS427/RW China dwar il-brojlers — il-paragrafu 7.1 issemmi dik id-dikjarazzjoni. Il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li kemm jista’ jkun tiżgura riżultati konsistenti f’investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji paralleli (ara wkoll ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, il-Messiku — Miżuri anti-dumping Definittivi fuq iċ-Ċanga u r-Ross (WT/DS295/AB/R), para. 295.

(24)  WT/DS312/R tat-28 ta’ Ottubru 2005

(25)  WT/DS312/R tat-28 ta’ Ottubru 2005, para. 7.162.

(26)  WT/DS397AB/R tal-15 ta’ Lulju 2011, para. 376. L-istess lingwaġġ issa huwa riprodott fl-Artikolu 9(5), it-tieni paragrafu, tar-Regolament anti-dumping Bażiku.

(27)  Appellate Body Report, United States - Anti-Dumping and Countervailing Measures on Large Residential Washers from Korea (WT/DS464/AB/R), 7 Settembru 2016, para. 5.298.

(28)  Disponibbli fuq http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2398

(29)  Din il-lista tinkludi produtturi esportaturi kif ukoll entitajiet relatati oħra fl-istess grupp, irrispettivament minn jekk humiex qed jagħmlu l-prodott ikkonċernat.

(30)  Ara n-Nota fil-fajl dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-koronavajrus fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji, referenza t20.001353

(31)  Kif iċċarat fin-Notifika ta’ Kjarifika.

(32)  In-Notifika ta’ Bidu kif iċċarat min-Notifika ta’ Kjarifika

(33)  Ara t-12-il Pjan ta’ Ħames Snin, paġna 9.

(34)  Ara t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin, paġni 23 u 24

(35)  Ara t-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, parti II, Kapitolu 6, Taqsima 1.

(36)  Ibid, parti II, Kapitolu 6, Taqsima 4.

(37)  http://www.gov.cn/zhengce/content/2015-05/19/content_9784.htm

(38)  Ara l-Kummissjoni ta’ Reviżjoni Ekonomika u tas-Sigurtà Stati Uniti-Ċina: It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin, paġna 12.

(39)  https://www.cae.cn/cae/html/files/2015-10/29/20151029105822561730637.pdf

(40)  Ara l-Pjan Direzzjonali Made in China 2025, p. 142, 152.

(41)  Ara Made in China 2025, Kapitolu 4: L-Appoġġ Strateġiku u l-Forniment.

(42)  http://www.miit.gov.cn/n1146295/n1652858/n1652930/n3757016/c5657745/content.html

(43)  Ara l-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Materjali tal-Bini (2016 - 2020)

(44)  Ara l-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Materjali tal-Bini (2016-2020)

(45)  Is-sit web ta’ Taishan Fiberglass Inc.

(46)  Ara l-Pjan ta’ Żvilupp tal-Manifattura Intelliġenti (2016-2020)

(47)  Politiki preferenzjali taż-Żoni Nazzjonali ta’ Żvilupp Industrijali ta’ Teknoloġija Avvanzata, paġni 12 sa 14.

(48)  Politiki preferenzjali taż-Żoni Nazzjonali ta’ Żvilupp Industrijali ta’ Teknoloġija Avvanzata, paġna 1.

(49)  Katalgu għall-Gwida dwar ir-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) (Emenda tal-2013) (Maħruġ bl-Ordni Nru 9 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riformi fis-27 ta’ Marzu, 2011, u emendat skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Iżvilupp u r-Riforma dwar l-Emendar tal-Klawżoli Rilevanti tal-Katalogu għall-Gwida tar-Ristrutturar tal-Industrija (Verżjoni tal-2011) maħruġa bl-Ordni Nru 21 tal-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u r-Riformi fis-16 ta’ Frar 2013).

(50)  http://www.gov.cn/xinwen/2019-11/06/5449193/files/26c9d25f713f4ed5b8dc51ae40ef37af.pdf

(51)  Il-pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija tal-Materjali tal-Bini 2016-2020, il-Ministeru tal-Industrija u tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni, GXBG [2016] Nru 315.

(52)  Rapport, Kapitolu 12.3.1.4, p. 283-286.

(53)  It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin għall-Industrija tal-Fibra u tal-Materjali Kompożiti ppubblikat mill-assoċjazzjoni tal-industrija tal-fibra tal-ħġieġ taċ-Ċina u l-assoċjazzjoni tal-materjali kompożiti taċ-Ċina fit-2 ta’ Ġunju 2015.

(54)  Ibid. Taqsima III.3.

(55)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Finijiet tal-Investigazzjonijiet għad-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD (2017) 483 final/2, p. 33-34.

(56)  it-13-il Pjan ta’ Ħames Snin tal-Belt ta’ Jiujiang għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali

(57)  Il-liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar Assi ta’ Intrapriżi tal-Istat, id-Digriet Nru 5 tal-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, it-28 ta’ Ottubru 2008, l-Artikoli 11 u 12

(58)  Il-liġi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ir-Regolamentazzjoni u s-Superviżjoni tal-Industrija Bankarja, l-Ordni Nru 58 tal-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-31 ta’ Ottubru 2006

(59)  Ara it-Taqsima 3.4.1.2 għall-banek tal-Istat li kkooperaw u t-Taqsima 3.4.1.4 għall-ismijiet u d-data dwar il-banek tal-Istat li ma kkooperawx.

(60)  Ir-Rapport Annwali tal-2017 tal-Export-Import Bank Ċiniż, p. 5.

(61)  Export-Import Bank Ċiniż, paġna 33

(62)  WT/DS379/AB/R (L-Istati Uniti – Dazji Kompensatorji u Anti-dumping fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-11 ta’ Marzu 2011, DS 379, il-paragrafu 318. Ara wkoll WT/DS436/AB/R (L-Istati Uniti — Azzar tal-Karbonju (l-Indja)), ir-Rapport tal-Korp tal-Appell tat-8 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafi 4.9 - 4.10, 4.17 – 4.20 u WT/DS437/AB/R (L-Istati Uniti – Miżuri ta’ Dazju Kompensatorju fuq Ċerti Prodotti miċ-Ċina) ir-Rapport tal-Korp tal-Appell tat-18 ta’ Diċembru 2014, il-paragrafu 4.92.

(63)  Skont il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tas-CBIRC għal Kwistjonijiet ta’ Liċenzji Amministrattivi għal Banek Kummerċjali Finanzjati miċ-Ċina (l-Ordni tas-CBIRC [2017] Nru 1), il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tas-CBIRC għall-Kwistjonijiet ta’ Liċenzji Amministrattivi relatati ma’ Banek Finanzjati minn Persuni Barranin (Ordni tas-CBIRC [2015] Nru 4), u l-Miżuri Amministrattivi għall-Kwalifiki tad-Diretturi u l-Uffiċjali Anzjani tal-Istituzzjonijiet Finanzjarji fis-Settur Bankarju (CBIRC [2013] Nru 3)

(64)  Ara pereżempju l-kawżi HRF, Tyres u l-E-bikes, iċċitati fin-nota 7 ta’ qiegħ il-paġna, rispettivament fit-Taqsima 3.4.1.1.b, it-Taqsima 3.4.1.1.b u t-Taqsima 3.5.1.1.

(65)  Ara l-każijiet HRF u Tyres imsemmija fin-nota 7 f’qiegħ il-paġna, il-premessa (132) u (211) rispettivament.

(66)  Ara l-każijiet HRF u Tyres iċċitati fin-nota f’qiegħ il-paġna 7, il-premessa 132

(67)  Ara l-każijiet HRF u Tyres iċċitati fin-nota f’qiegħ il-paġna 7

(68)  WT/DS/296 (DS296 L-Istati Uniti — Investigazzjoni dwar id-dazju kompensatorju fuq Memorja Dinamika b’Aċċess Każwali (Dynamic Random Access Memory, DRAMS) mill-Korea), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-21 ta’ Frar 2005, para.116.

(69)  Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para. 116.

(70)  Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para. 115.

(71)  Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para. 114, li jaqbel mar-Rapport tal-Bord, DS 194, para. 8.31. dwar dak il-punt.

(72)  Ir-Rapport tal-Korp tal-Appell, DS 296, para. 115.

(73)  Dokument ta’ Ħidma tal-IMF “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, minn Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.

(74)  Livingstone, M. Poon, W.P.H. u Zhou, L. (2017). Are Chinese Credit Ratings Relevant? A Study of the Chinese Bond Market and Credit Rating Industry, fil-Journal of Banking & Finance, p. 24.

(75)  Price, A.H., Brightbill T.C., DeFrancesco R.E., Claeys, S.J., Teslik, A. u Neelakantan, U. (2017). China’s broken promises: why it is not a market-economy, Wiley Rein LLP, p. 68.

(76)  Għal eżempju konkret, ara Reuters. (2016). Fitch Rates Shougang’s USD Senior Notes Final ‘A-’ https://www.reuters.com/article/idUSFit982112, (aċċessata fil-21 ta’ Ottubru 2017).

(77)  Lin, L.W. u Milhaupt, C.J. (2016). Bonded to the State: A Network Perspective on China’s Corporate Debt Market. Columbia Law and Economics Working Paper Nru 543, p. 20; Livingstone, M. Poon, W.P.H. u Zhou, L. (2017). Are Chinese Credit Ratings Relevant? A Study of the Chinese Bond Market and Credit Rating Industry, fil-Journal of Banking & Finance, p. 9.

(78)  Ara l-Miżuri Addizzjonali għall-Amministrazzjoni tan-Negozju tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu Rigward is-Suq tat-Titoli Promulgati mill-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina, Ordni tal-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina [2007] Nru 50, l-24 ta’ Awwissu 2007; Avviż tal-People’s Bank of China dwar il-Kwalifiki ta’ China Cheng Xin Securities Rating Co., Ltd. u Istituzzjonijiet oħrajn Involuti fil-Corporate Bond Credit Rating Business, Yinfa [1997] Nru 547, is-16 ta’ Diċembru 1997, u t-Tħabbira Nru 14 [2018] tal-People’s Bank of China u l-Kummissjoni Regolatorja tat-Titoli taċ-Ċina dwar Kwistjonijiet li Jikkonċernaw il-Provvista ta’ Servizzi ta’ Klassifikazzjoni tal-Bonds mill-Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu dwar is-Suq Interbankarju tal-Bonds u s-Suq tal-Bonds tal-Borża.

(79)  Ara t-“Tħabbira tal-PBOC dwar Kwistjonijiet li jikkonċernaw in-Negozju tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu mwettaq minn Aġenziji ta’ Klassifikazzjoni tal-Kreditu fis-Suq Interbankarju tal-Bonds”, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2017.

(80)  Dokument ta’ Ħidma tal-PBOC Nru 2017/5, 25 ta’ Mejju 2017, p. 28.

(81)  Ara l-każ HRF ikkwotata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7 hawn fuq, (il-premessi 152 sa 242) kif ukoll il-każ Tyres ikkwotata fl-istess nota ta’ qiegħ il-paġna, (il-premessi 243 sa 294).

(82)  https://www.ing.com.tr/en/for-your-business/loans/other-cash-loans/revolving-loan

(83)  https://companies.bnpparibasfortis.be/en/solution?n=revolving-credit

(84)  L-Artikolu X, punt II tal-Linji Gwida ta’ CBRC dwar il-klassifikazzjoni tas-self ibbażata fuq ir-riskju

(85)  L-eżempju ta’ BNP Paribas provdut mill-GTĊ jagħmel dan il-punt ukoll.

(86)  Ara l-każ HRF imsemmi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7 hawn fuq, il-premessi 152 sa 244 u l-każ Tyres ukoll imsemmi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7, il-premessa 236.

(87)  Fil-każ ta’ self b’imgħax fiss. Għal self b’rata tal-imgħax varjabbli, ittieħdet ir-rata normattiva tal-PBOC matul il-PI.

(88)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/969 tat-8 ta’ Ġunju 2017 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/649 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar li joriġinaw mir- Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ĠU L 146, 9.6.2017, p. 17), (‘il-każ HRF’), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta’ Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b’wiċċ ġdid, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorji impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat- tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1) (“il-każ Tyres”)

(89)  Il-każ Tryres imsemmi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti, il-premessa (256).

(90)  Daily Report of China Onshore RMB Bond Market, 2018-07-20, Bond Information Department, China Central Depository & Clearing Co. Ltd, p. 4.

(91)  Il-proporzjon attwali huwa proporzjon ta’ likwidità li jkejjel il-kapaċità ta’ kumpanija li tħallas obbligi fuq perjodu qasir fi żmien sena. Il-proporzjon attwali huwa espress bħala t-tqabbil tal-assi kurrenti ta’ kumpanija mal-obbligazzjonijiet kurrenti tagħha.

(92)  Fil-każ ta’ self b’imgħax fiss. Għal self b’rata tal-imgħax varjabbli, ittieħdet ir-rata normattiva tal-PBOC matul il-PI.

(93)  WT/DS316/R, Il-Komunitajiet Ewropej u ċerti Stati Membri – Miżuri li Jaffettwa l-Kummerċ f’Inġenji tal-Ajru Ċivili Kbar - Rapport tal-Bord, 30 ta’ Ġunju 2010, paragrafi 7.739 u 7.801.

(94)  Tariffi debitata minn HSBC UK: https://www.business.hsbc.co.uk/…/pdfs/en/bus_bnkg_price_list.pdf

(95)  https://www.pnc.com/en/small-business/borrowing/business-lines-of-credit/secured-businessline-of-credit.html

(96)  Ara s-sit web tal-People’s Bank of China:

https://www.boc.cn/en/cbservice/cncb6/cb61/200811/t20081112_1324239.html

(97)  Ara n-nota 71 f’qiegħ il-paġna.

(98)  Ara s-sit web tad-DBS Bank: https://www.dbs.com.cn/corporate/financing/working-capital/bank-acceptance-draft-bad-issuance

(99)  Ara n-nota 73 f’qiegħ il-paġna.

(100)  Ara n-nota 75 f’qiegħ il-paġna.

(101)  http://www.cbirc.gov.cn/cn/view/pages/ItemDetail.html?docId=895429&itemId=928

(102)  Ara l-każ E-bikes, iċċitat fin-nota f’qiegħ il-paġna 7, premessa 316

(103)  Ara l-każijiet HRF u Tyres imsemmija fin-nota 7 ta’ qiegħ il-paġna t’hawn fuq, il-premessi (96-140) u (178)-(218) rispettivament.

(104)  Ara: www.cfitc.com/; www.qixin.com/; http://hdcw.chd.com.cn/; www.chd.com.cn; www.gsxt.gov.cn/index.html

(105)  www.qixin.com/; www.yngyzb.com/ynzb/index.do?url=display&id=935

(106)  www.xin.baidu.com/; www.qichacha.com/

(107)  Goldman Sachs Management, Global Liquidity Management. (2015). MISTOQSIJIET FREKWENTI: Is-Suq tal-Bonds taċ-Ċina, l-ewwel nofs tal-2015. Ara wkoll http://www.kwm.com/en/knowledge/insights/chinas-onshore-bond-market-open-for-business-20151216#ref-id-here (aċċessat fis-16 ta’ Novembru 2016).

(108)  Studju tal-OECD dwar il-politiki u l-programmi Ċiniżi tal-kreditu għall-esportazzjoni, paġna 7, para 32.

(109)  Ara s-sit web ta’ Sinosure, Profil tal-kumpanija, Nappoġġjaw il-prodotti “Made in China”.

(110)  Ara l-każ Tyres, iċċitat fin-nota f’qiegħ il-paġna 7, il-premessa 429.

(111)  Il-katalgu tal-Esportazzjonijiet ta’ Prodotti ta’ Teknoloġija Avvanzata u Ġdida, Nru 531 sa 545.

(112)  Rapport Annwali ta’ Sinosure 2017, p. 6.

(113)  Rapport Annwali ta’ Sinosure 2017, p. 20.

(114)  Ara l-każ Tyres, iċċitat fin-nota f’qiegħ il-paġna 7, il-premessa 427.

(115)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1), (Pannelli solari), premessi 421 u 425.

(116)  Ara t-Taqsima 3.1 ta’ hawn fuq.

(117)  Ara, fost l-oħrajn, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011, ĠU L 128, 14.5.2011, p. 18 (Karta fina miksija), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 16) (Azzar miksi b’materjal organiku), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1), (Pannelli solari), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1379/2014 (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 22). (Fibra tal-ħġieġ bil-filament), id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/918 (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 65) (Fibri Diskontinwi tal-Poliester).

(118)  Ikkonfermat mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-444/11 Gold East Paper and Gold Huacheng Paper vs il-Kunsill, Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2014, ECLI:EU:T:2014:773.

(119)  Ara l-premessa (499)

(120)  http://lvr.land.moi.gov.tw/login.action

(121)  https://en.wikipedia.org/wiki/Economy_of_Maharashtra

(122)  https://en.wikipedia.org/wiki/Zhejiang

(123)  https://en.wikipedia.org/wiki/Zhejiang

(124)  Il-premessa 182 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 tal-11 ta’ Marzu 2013 li jimponi dazju kumpensatorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar miksija b’materjal organiku li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 73, 15.3.2013, p. 16).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 451/2011 tas-6 ta’ Mejju 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 128, 14.5.2011, p. 1).

(125)  Diversi Opinjonijiet tal-Kumitat Ċentrali tal-Partit Komunista taċ-Ċina u tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Approfondiment Ulterjuri tar-Riforma tas-Sistema tal-Elettriku (Zhong Fa [2015] Nru 9).

(126)  Pereżempju, Avviż dwar it-Tħabbira tal-Lista tal-Utenti Pilota ta’ Tranżazzjoni Diretta tal-Enerġija fl-2015 tal-Kummissjoni tat-Teknoloġija Ekonomika u tal-Informazzjoni ta’ Shandong fl-, L.J.X.D.L [2015] Nru 9 u Avviż dwar it-Tħabbira tal-Lista tal-Utenti Pilota ta’ Tranżazzjoni Diretta tal-Enerġija fl-2017 tal-Kummissjoni tat-Teknoloġija Ekonomika u tal-Informazzjoni ta’ Shandong, L.J.X.D.L. [2017] Nru 117

(127)  Nru tal-ordni 23 tal-President tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(128)  Ir-Regolament dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (Maħruġ bl-Ordni Nru 512 tal-Kunsill tal-Istat fis-6 ta’ Diċembru, 2007; emendat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat biex temenda xi Regolamenti Amministrattivi bl-Ordni Nru 714 tal-Kunsill tal-Istat fit-23 ta’ April, 2019)

(129)  Miżuri Amministrattivi għad-Determinazzjoni tal-Intrapriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida

(130)  Kawża T-586/14, Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Marzu 2016, Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, il-punti 70-71.

(131)  C-301/16 P Il-Kummissjoni Ewropea vs Xinyi PV Products (Anhui) Holdings Ltd, Sentenza tal-Qorti (It-Tieni Awla) tat-28 ta’ Frar 2018.

(132)  Ara l-każijiet HRF u Tyres iċċitati fin-nota 7 ta’ qiegħ il-paġna hawn fuq, il-premessi 330 u 521 rispettivament.

(133)  Ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/72 tas-17 ta’ Jannar 2019 li jimponi dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ roti elettriċi li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 5).

(134)  Bħal art reklamata mill-baħar, art għall-użu mill-istituzzjonijiet governattivi, organizzazzjonijiet tal-poplu u unitajiet militari għall-użu proprju tagħhom, art għall-użu mill-istituzzjonijiet iffinanzjati minn allokazzjonijiet tal-gvern mill-Ministeru tal-Finanzi, art użata minn tempji reliġjużi, parks pubbliċi u siti storiċi u xeniċi, toroq, pjazez pubbliċi, lawns u art pubblika urbana oħra.

(135)  ĠU C 394, p. 6, 17.12.1998.

(136)  Pereżempju, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 452/2011, ĠU L 128, 14.5.2011, p. 18 (Karta fina miksija), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2013/215, 11.3.2013, ĠU L 73, p. 16 (Azzar miksi b’materjal organiku), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366, ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1, (Pannelli solari), ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1379/2014, ĠU L 367, 23.12.2014, p. 22. (Fibra tal-ħġieġ bil-filament), id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/918, ĠU L 360, 16.12.2014, p. 65 (Fibri Diskontinwi tal-Poliester).

(137)  Ara wkoll, mutatis mutandis, WT/DS294/AB/RW, L-Istati Uniti — Zeroing (l-Artikolu 21.5 DSU), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-14 ta’ Mejju 2009, il-paragrafu 453.

(138)  Memorandum ta’ Qbil Bejn ir-Repubblika Għarbija tal-Eġittu u r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, it-18 ta’ April 1997

(139)  Rapport taċ-Ċentru tal-Iżvilupp u tar-Riċerka tal-Kunsill tal-Istat, “The sustainable development experience in the China-Egypt Suez Economic and Trade Cooperation Zone”, is-6 ta’ Awwissu 2019 (“Rapport tal-Kunsill tal-Istat”)

(140)  Ara d-Digriet Presidenzjali Nru (35) tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, datat il-15/2/2003

(141)  Rapport Sommarju tal-10 Snin tat-TEDA (2008-2018), p. 4

(142)  Rapport tal-Kunsill tal-Istat, ara wkoll in-nota 104 f’qiegħ il-paġna.

(143)  Rapport Sommarju tal-10 Snin tat-TEDA (2008-2018), p. 11.

(144)  Rapport tal-Kunsill tal-Istat, ara wkoll in-nota 104 f’qiegħ il-paġna.

(145)  Rapport Sommarju tal-10 snin tat-TEDA (2008-2018), p. 53.

(146)  Rapport tal-Kunsill tal-Istat, ara wkoll in-nota 104 f’qiegħ il-paġna.

(147)  Digriet tal-President tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu Nru 330 tas-sena 2015, dwar it-twaqqif taż-Żona Ekonomika tal-Kanal ta’ Suez, id-19 ta’ Awwissu 2015.

(148)  Rapport taċ-Ċentru tal-Iżvilupp u tar-Riċerka tal-Kunsill tal-Istat, “The sustainable development experience in the China-Egypt Suez Economic and Trade Cooperation Zone”, is-6 ta’ Awwissu 2019.

(149)  Mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Iżvilupp u għar-Riforma (“NDRC”) u mill-Ministeru tal-Kummerċ (“MOFCOM”).

(150)  GTĊ, Kummenti tas-7 ta’ Awwissu 2019, § 72.

(151)  Il-kawża HRF iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7, il-premessa 396.

(152)  GTĊ, Kummenti tas-7 ta’ Awwissu 2019, §§ 74-84.

(153)  Rapport Sommarju tal-10 Snin tat-TEDA, p. 41.

(154)  Kummenti tal-President Morsi waqt iż-żjara tiegħu fiċ-Ċina ta’ Awwissu 2012, Rapport Sommarju tal-10 Snin tat-TEDA, p. 47 & 53; Kummenti tal-President Sisi matul iż-żjara tiegħu fiċ-Ċina f’Diċembru 2016, Rapport Sommarju tal-10 Snin tat-TEDA (2008–2018), p. 94.

(155)  Rapport Sommarju tal-10 Snin tat-TEDA (2008-2018), p. 59

(156)  Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011 tad-9 ta’ Marzu 2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 67, 15.3.2011, p. 1).

(157)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1379/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2011 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 22).

(158)  Ir-Rapport Annwali dwar l-Iżvilupp fl-Afrika, Nru 19 (2016-2017, Yellow Books of Africa, p. 13

(159)  D. Brautigam & Xiaoyang Tang; Going Global in Groups: Structural transformation and China’s Special Economic Zones overseas, World Development Vol. 63, 2014, pp. 78–91

(160)  WT/DS2/AB/R– US – Reformulated Gasoline, Rapport tal-Korp tal-Appell adottat fl-20 ta’ Mejju 1996, p. 17.

(161)  Ara fid-dettall J. Pauwelyn, The Role of Public International Law in the WTO – How far can we go?, American Journal of International Law (2001), pp. 535 u wara; Graham Cook, Digest of WTO Jurisprudence on Public International Law Concepts and Principles (CUP 2015).

(162)  WT/DS379 – United States – Definitive Anti-Dumping and Countervailing Duties on Certain Products from China, Rapport tal-Korp tal-Appell adottat fil-11 ta’ Marzu 2011, §§308; M.E. Villiger, “Commentary on the 1969 Vienna Convention on the Law of Treaties” (Martinus Nijhoff, 2009), p. 433.

(163)  International Law Commission, Draft Articles on Responsibility of States for Internationally Wrongful Acts, Novembru 2001, Suppliment Nru 10 (A/56/10), kap.IV.E.1.

(164)  WT/DS379/AB/R, paragrafi 304 – 322.

(165)  International Law Commission, Draft Articles on Responsibility of States for Internationally Wrongful Atti, bil-kummentarji, Novembru 2001, Suppliment Nru 10 (A/56/10), p. 52, premessa 3 tal-Artikolu 11.

(166)  Rapport Sommarju tal-10 Snin tat-TEDA (2008-2018), p. 94.

(167)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690 tad-9 ta' Novembru 2018 li jimponi dazji kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi ġodda jew b'wiċċ ġdid, ta' tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet u b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1579 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorji impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b'wiċċ ġdid, tal-lastiku, tat-tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b'indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2018/163 (ĠU L 283, 12.11.2018, p. 1), premessi 409-412.

(168)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1690, Premessa 377.

(169)  Ara l-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 1.1(a)(1)(iv) tal-Ftehim SCM.

(170)  Rapport tal-Korp tal-Appell, US — DRAMs, (WT/DS296/AB/R), punt. 112.

(171)  Inċidentalment, il-fatti inkwistjoni jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll mill-angolu tal-Artikolu 16 tal-Artikoli ILC. Il-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-GTE u l-GTĊ mhux biss irriżultat fir-rikonoxximent u l-adozzjoni ta’ atti Ċiniżi mill-GTE, iżda serviet ukoll biex potenzjalment tevadi d-dazji attwali u potenzjali imposti mill-UE fuq l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-prodott ikkonċernat li jkun sar mill-Eġittu.

(172)  Kawża T-300/16 Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) tal-10 ta’ April 2019

Jindal Saw Ltd u Jindal Saw Italia SpA vs il-Kummissjoni Ewropea ECLI:EU:T:2019:235, punt 101; ukoll T 67/14 Viraj Profiles v il-Kunsill, sentenza tal-11 Lulju 2017, mhux ippubblikata, EU:T:2017:481, punt 88.

(173)  WT/DS379/AB/R, Appellate Body Report, US – AD and CVD (China), punt 309.

(174)  Mondev International Ltd. v. United States of America (ICSID Additional Facility Case No. ARB(AF)/99/2), Deċiżjoni tal-11 October 2002, para. 115 u nota 47.

(175)  QIĠ Applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju (Bosnja-Ħerzegovina vs Serbja u Montenegro, sentenza tas-27 ta’ Frar 2007, para. 414. F’dak il-każ, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja bdiet mill-premessa li kien legalment possibbli għall-Istat Federali tas-Serbja u l-Montenegro li jirrikonoxxu u jadottaw atti ta’ ġenoċidju mwettqa mill-forzi militari organizzati tal-“Republik Srpska”, l-Istat de facto Serb fit-territorju tal-Bosnja-Ħerzegovina matul il-gwerra ċivili f’dak il-pajjiż mill-1991 sal-1995. Hija kkonstatat, madankollu, li tali rikonoxximent u adozzjoni ma kinux seħħew fil-prattika.

(176)  Statistika tal-Bank Ċentrali tal-Eġittu: Ir-rati medji tal-imgħax fuq is-self EGP għas-sena 2018, ibbażati fuq ir-rati medji tal-imgħax ponderati għal kampjun ta’ banek li d-depożiti tagħhom jirrappreżentaw madwar 80 % tad-depożiti totali tas-sistema bankarja u kkalkolati fuq bażi ta’ kull xahar, ara https://www.cbe.org.eg/en/EconomicResearch/Statistics/Pages/MonthlyInterestRatesHistorical.aspx

(177)  Għal aktar dettalji ara l-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Mgħejjuna Uffiċjalment, Jannar 2019, DAT/PG (2019)1 u l-Klassifikazzjonijiet tar-Riskji tal-Pajjiż tal-Parteċipanti fl-Arranġament dwar il-Krediti għall-Esportazzjoni Appoġġati b’mod Uffiċjali

(178)  Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni kkonfermat li s-self li ħadet Jushi (China), li l-benefiċċji tiegħu kienu finalment allokati lil Jushi (Egypt) ma ġiex ikkunsidrat fl-ammont ta’ sussidjar stabbilit għal Jushi (China).

(179)  Ara l-każ Tyres iċċitat fin-nota f’qiegħ il-paġna 7, Taqsima 3.7.

(180)  Panel ta’ informazzjoni fid-daħla tal-impjant Jushi Egypt

(181)  China Jushi Online News Center, kif ukoll l-artiklu “Jushi plans to establish a factory in India”, JEC Composites News, 4 Aug 2016, http://www.jeccomposites.com/knowledge/international-composites-news/jushi-plans-establish-factory-india (aċċessat l-aħħar fit-3 ta’ Frar 2020)

(182)  https://www.cae.cn/cae/html/files/2015-10/29/20151029105822561730637.pdf

(183)  “Xiao Yaqing: biex tinbena business card “going out” nazzjonali ġdida wara r-riorganizzazzjoni tal-intrapriża”, Sors: Sina Finance Author: Sina Finance Published: 2016-08-29

(184)  Ara fost l-oħrajn id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ, SWD(2017) 483 final/2, p. 20.12.2017, li jinsab: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2017/december/tradoc_156474.pdf.

(185)  L-evidenza li tissostanzja l-konklużjoni dwar in-natura ta’ korp pubbliku ta’ SASAC tinstab fost l-oħrajn fit-Taqsima 5 tad-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD (2017) 483, ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti.

(186)  L-evidenza li tissostanzja l-konklużjoni dwar in-natura ta’ korp pubbliku ta’ SRF tinstab fost l-oħrajn fil-każ Tyres, kif ikkwotat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 7 hawn fuq, b’mod partikolari t-Taqsima 3.7 il-premessi (341) sa (360) ta’ dak ir-Regolament.

(187)  Ara wkoll il-premessa (358) tar-regolament tat-tyres.

(188)  Ara l-każ Tyres, ċitazzjonijiet fin-nota f’qiegħ il-paġna 7.

(189)  Premessa (418) tar-regolament tat-Tyres.

(190)  Rapport taċ-Ċentru tal-Iżvilupp u tar-Riċerka tal-Kunsill tal-Istat, “The sustainable development experience in the China-Egypt Suez Economic and Trade Cooperation Zone”, is-6 ta’ Awwissu 2019 (“Rapport tal-Kunsill tal-Istat”).

(191)  L-Artikolu 38(bis A) tal-Liġi 83/2002, kif emendat fl-2015; L-Artikolu 20(bis) u l-Artikolu 28 tal-Liġi 8/1997.

(192)  Rapport Sommarju tal-10 Snin tat-TEDA (2008-2018), p. 4.

(193)  http://www.wadidegla.com/Wadi-Degla-Holding/en/spage/page/223 (aċċessat l-aħħar fit-2.4.2020).

(194)  Servizz Pubbliku Go-Global tad-Dipartiment tal-Kummerċ tal-Provinċja ta’ Guangdong http://go.gdcom.gov.cn/article.php?typeid=31&contentId=13961(aċċessat l-aħħar fit-2 ta’ Jannar 2020), kif ukoll “China-Egypt TEDA Suez Economic and Trade Cooperation Zone”, Preżentazzjoni fuq http://www.bern-cci.ch/export/fr1/marche.html (aċċessat l-aħħar fit-2 ta’ Jannar 2020).

(195)  World Bank Report of Doing Business 2020, l-Eġittu, ir-Repubblika Għarbija, ara wkoll https://data.worldbank.org/indicator/FR.INR.LEND?locations=EG

(196)  Għal aktar dettalji, ara: https://www.idg-egypt.com/ for IDG and https://sidc.com.eg/ for SIDC (last accessed on 1.4.2020)

(197)  Art 22, liġi 67 tal-2016.

(198)  Tabilħaqq il-maġġoranza tar-riċevibbli tal-VAT/riċevibbli oħra ta’ taxxa indiretta rrapportati fir-Rapporti Annwali 2016–2018 jirreferu għal xiri barrani taħt ir-reġim ta’ 10 % GST, li kien fis-seħħ sa Lulju 2016.

(199)  Ir-rapport tal-Bank Dinji “Doing Business fl-Eġittu 2020” jikklassifika l-Eġittu fl-156 post minn 190 fi kwistjonijiet ta’ taxxa.

(200)  Kodiċijiet ta’ Nomenklatura Maqgħuda.

(201)  Kodiċijiet NM 7019 39 00, 7019 40 00, 7019 59 00 u 7019 90 00.

(202)  Ċerti prodotti ċatti b’laminazzjoni termali tal-ħadid, azzar mhux illigat jew liga oħra tal-azzar (Brażil, l-Iran, ir-Russja u l-Ukrajna), 2017 Ġ.U. (L258) 24, fil-premessi 234-240, Ir-rapport tal-Bord tad-WTO, EC – Tube or Pipe Fittings, paras. 7.245-7.267.

(203)  Ir-Rapport tal-Bord tad-WTO, Mexico — Steel Pipes and Tubes, para. 7.56.

(204)  Il-GFF huwa prodott l-aktar fuq domanda skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-klijenti; għalhekk, il-biċċa l-kbira tal-bejgħ sar direttament lil klijenti finali indipendenti. Il-bejgħ lill-bejjiegħa bl-ingrossa kien jirrappreżenta [minn 1 sa 5 %] tal-bejgħ totali tal-pajjiżi kkonċernati (filwaqt li l-bqija sar lill-utenti finali). [95 sa 99]% tal-bejgħ magħmul mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u l-produtturi esportaturi Eġizzjani sar direttament fl-Unjoni (il-bqija sar permezz ta’ importaturi relatati). Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ibiegħu wkoll b’mod predominanti direttament lill-istess tip ta’ klijenti finali li jirrappreżentaw [90 sa 95 %] tal-bejgħ tagħhom u [5 sa 10 %] biss tal-bejgħ tagħhom lill-bejjiegħa bl-ingrossa.

(205)  Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21)(ir-Regolament antidumping bażiku).

(206)  ĠU L 108, 6.4.2020, p. 1. Premessi (387) sa (400).

(207)  ĠU L 16, 21.1.2020, p. 1.

(208)  Akkwist ta’ assi magħżula ta’ Senvion minn Siemens Gamesa f’Ottubru 2019.

(209)  Din il-metodoloġija ġiet introdotta bir-Regolament (UE) 2017/2321 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 338, 19.12.2017, p. 1).

(*1)  Stabbilit fl-investigazzjoni anti-dumping.

(210)  WT/DS379/AB/R (US – Anti-Dumping and Countervailing Duties on Certain Products from China), Rapport tal-Korp tal-Appell tal-11 ta’ Marzu 2011.

(211)  Ara WT/DS379/AB/R, paragrafi 583 u 599.

(212)  B’mod partikolari, il-GTĊ irrefera għall-paragrafi 143-158, 541 u 543 tar-rapport finali.

(213)  Ibid nota ta’ qiegħ il-paġna 182.

(214)  Dawn il-bidliet ġew introdotti bir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).

(215)  Ara, pereżempju, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill li jimponi dazju definittiv kontra s-sussidji fuq l-importazzjonijiet ta’ karta fina miksija li toriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ĠU L 128, 14.5.2011, p. 18, premessi (269) - (274).

(216)  DS 379, para. 541-542.

(217)  DS 379, para. 543.

(218)  DS 379, para. 543.

(219)  DS 379, para. 599.

(220)  DS 379, para. 602.

(221)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/508 tas-7 ta’ April 2020 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pjanċi u kojls tal-azzar inossidabbli llaminati bis-sħana li joriġinaw mill-Indoneżja, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan ĠU L 110, 8.4.2020, p. 3).

(222)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1)

(223)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, kif emendat l-aħħar bir-Regulation (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).


ANNESS I

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw kemm fl-investigazzjoni antisussidji kif ukoll fl-investigazzjoni anti-dumping

Isem il-Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Changshu Dongyu Insulated Compound Materials Co., Ltd

B995

Changzhou Pro-Tech Industry Co., Ltd

C534

Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd;

C535

Neijiang Huayuan Electronic Materials Co., Ltd

C537

NMG Composites Co., Ltd

C538

Zhejiang Hongming Fiberglass Fabrics Co., Ltd

C539


ANNESS II

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw fl-investigazzjoni anti-dumping, iżda mhux fl-investigazzjoni antisussidji

Isem il-Kumpanija

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jiangsu Jiuding New Material Co., Ltd

C536


Top