This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0640
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/640 of 12 May 2020 concerning the non-approval of propolis extract as a basic substance in accordance with Regulation (EC) No 1107/2009 of the European Parliament and of the Council concerning the placing of plant protection products on the market (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/640 tat-12 ta’ Mejju 2020 dwar in-nonapprovazzjoni tal-estratt taż-żaftur bħala sustanza bażika f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/640 tat-12 ta’ Mejju 2020 dwar in-nonapprovazzjoni tal-estratt taż-żaftur bħala sustanza bażika f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/2935
ĠU L 150, 13.5.2020, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
13.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 150/32 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/640
tat-12 ta’ Mejju 2020
dwar in-nonapprovazzjoni tal-estratt taż-żaftur bħala sustanza bażika f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-20 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mill-kumpanija Pollenergie għall-approvazzjoni tal-estratt taż-żaftur bħala sustanza bażika għat-trattament ta’ wara l-ħsad fil-protezzjoni tal-pjanti bħala funġiċida jew batteriċida fuq il-frott b’qoxra li ma tittikilx. Dik l-applikazzjoni kellha magħha l-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(2) |
Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Awtorità”) għall-għajnuna xjentifika. Fil-11 ta’ Ottubru 2018 (2) l-Awtorità pprovdiet lill-Kummissjoni b’rapport tekniku dwar l-estratt taż-żaftur. Fil-5 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta’ rieżami (3) u l-abbozz ta’ dan ir-Regolament dwar in-nuqqas ta’ approvazzjoni tal-estratt taż-żaftur lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
(3) |
L-informazzjoni mogħtija mill-applikant dwar l-estratt taż-żaftur taħt evalwazzjoni ma kinitx biżżejjed biex turi b’mod ċar li tissodisfa l-kriterji ta’ oġġett tal-ikel kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
(4) |
L-Awtorità identifikat l-estratt taż-żaftur bħala sensitizzatur tal-ġilda (H317 “jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda”). Għalkemm ma ġie identifikat l-ebda tħassib speċifiku ieħor, l-informazzjoni pprovduta ma kinitx biżżejjed biex turi n-nuqqas ta’ potenzjal ġenotossiku u ta’ attività endokrinali u biex tikkonkludi valutazzjoni tar-riskju għall-konsumaturi. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli dwar l-estratt taż-żaftur ma ppermettietx li jiġi stabbilit limitu sikur għall-użu ta’ dik is-sustanza. |
(5) |
Ma saret disponibbli ebda evalwazzjoni, imwettqa f’konformità mal-leġiżlazzjoni l-oħra tal-Unjoni kif imsemmija fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(6) |
Il-Kummissjoni stiednet lill-applikant iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-rapport tekniku tal-Awtorità u dwar l-abbozz tar-rapport ta’ rieżami tal-Kummissjoni. L-applikant ressaq il-kummenti tiegħu, li ġew eżaminati bir-reqqa. |
(7) |
Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa mill-applikant, it-tħassib relatat mas-sustanza ma jistax jiġi eliminat. |
(8) |
B’riżultat ta’ dan, kif stabbilit fir-rapport ta’ rieżami tal-Kummissjoni, ma ġiex stabbilit li r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 huma ssodisfati. Huwa għalhekk xieraq li l-estratt taż-żaftur ma jiġix approvat bħala sustanza bażika. |
(9) |
Dan ir-Regolament ma jippreġudikax is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni oħra għall-approvazzjoni tal-estratt taż-żaftur bħala sustanza bażika f’konformità mal-Artikolu 23(3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza estratt taż-żaftur mhijiex approvata bħala sustanza bażika.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) EFSA (European Food Safety Authority), 2018. Technical report on the outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for propolis extract (admissibility accepted when named water-soluble extract of propolis) for use in plant protection as fungicide and bactericide (Rapport tekniku dwar l-eżitu tal-konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-EFSA dwar l-applikazzjoni għas-sustanza bażika tal-estratt taż-żaftur (ammissibilità aċċettata meta tingħata l-isem estratt taż-żaftur li jinħall fl-ilma) għall-użu fil-protezzjoni tal-pjanti bħala funġiċida u batteriċida. Pubblikazzjoni ta’ sostenn tal-EFSA 2018:EN-1494. 56 pp. doi:10.2903/sp.efsa.2018.EN-1494.
(3) https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.selection&language=MT.
(4) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).