This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020R0386
Commission Implementing Regulation (EU) 2020/386 of 9 March 2020 amending Annex II to Decision 2007/777/EC as regards the list of third countries or parts thereof from which the introduction into the Union of meat products and treated stomachs, bladders and intestines is authorised, and amending Annex II to Regulation (EU) No 206/2010 as regards the list of third countries, territories or parts thereof from which the introduction into the Union of fresh meat is authorised (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/386 tad-9 ta’ Marzu 2020 li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti tal-laħam u dawk tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati, u li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ laħam frisk (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/386 tad-9 ta’ Marzu 2020 li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti tal-laħam u dawk tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati, u li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ laħam frisk (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2020/1070
ĠU L 73, 10.3.2020, p. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692
10.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/1 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/386
tad-9 ta’ Marzu 2020
li jemenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti tal-laħam u dawk tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati, u li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ laħam frisk
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8, il-punt (4) tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (3) tistabbilixxi, inter alia, il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, ta’ bżieżaq tal-awrina u ta’ msaren ittrattati li għaddew minn wieħed mit-trattamenti stipulati fil-Parti 4 tal-Anness II tagħha (“il-prodotti bażiċi”). Barra minn hekk, il-Parti 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi jew ta’ partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-importazzjoni fl-Unjoni tal-biltong/jerky u tal-prodotti tal-laħam pasturizzat, diment li jkun sarilhom wieħed mit-trattamenti msemmija fil-Parti 4 ta’ dak l-Anness. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (4) jistabbilixxi, inter alia, ir-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam frisk tal-annimali ungulati. Il-Parti 1 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom minn fejn dawn il-kunsinni jistgħu jiġu importati fl-Unjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-introduzzjoni ta’ dawk il-kunsinni minn ċerti pajjiżi terzi. |
(3) |
Ċerti partijiet tal-Afrika t’Isfel huma elenkati fil-Partijiet 1 u 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni tal-prodotti bażiċi u tal-biltong rispettivament. |
(4) |
Ċerti partijiet tal-Afrika t’Isfel huma wkoll elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala awtorizzati għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ laħam frisk ta’ ċerti annimali ungulati domestiċi u selvaġġi, minbarra l-annimali ekwini. Madankollu, l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk minn dawk l-ispeċijiet ilhom sospiżi mill-2011 minħabba s-sitwazzjoni tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fiż-żona |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2007/777/KE u r-Regolament (UE) Nru 206/2010 jirrikonoxxu r-reġjonalizzazzjoni ta’ pajjiżi terzi. Id-deskrizzjoni ta’ parti mit-territorju tal-Afrika ta’ Isfel, bil-kodiċi “ZA-1”, kif emendata mill-awtoritajiet tal-Afrika t’Isfel wara tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fl-2011, li ssir referenza għaliha f’dawk iż-żewġ atti, ma għadhiex preċiża. |
(6) |
L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (5) jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li l-pjanijiet tagħhom għall-monitoraġġ ta’ gruppi ta’ residwi u sustanzi fl-annimali u fil-prodotti tal-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem ġew approvati mill-Kummissjoni. L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-Afrika t’Isfel ta’ prodotti tal-laħam mill-ispeċijiet kollha tal-annimali, bl-eċċezzjoni tal-prodotti tal-laħam tal-kaċċa slavaġ, mhumiex permessi skont dik id-Deċiżjoni, billi l-Afrika t’Isfel ma għandhiex pjan approvat. |
(7) |
Fi Frar 2017, twettaq awditu mill-Kummissjoni fl-Afrika t’Isfel sabiex tiġi evalwata s-sistema ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali fis-seħħ f’dak il-pajjiż terz, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli li jikkonċernaw il-marda tal-ilsien u d-dwiefer (“l-awditu tal-Kummissjoni tal-2017”). Il-Kummissjoni sabet li, għalkemm is-sistema ta’ kontroll li tirregola l-produzzjoni tal-prodotti bażiċi koperti mill-awditu tista’, fil-prinċipju, tipprovdi garanziji adegwati li dawn huma prodotti f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-Unjoni, l-effettività tagħha hija mdgħajfa mill-problemi osservati fl-implimentazzjoni tagħha, b’mod partikolari rigward it-twettiq tal-kontrolli uffiċjali u d-diffikultajiet tal-persunal. Barra minn hekk, ir-regoli u l-prinċipji ta’ ċertifikazzjoni joffru, b’mod ġenerali, garanziji ekwivalenti għal dawk stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, iżda n-nuqqasijiet osservati fl-implimentazzjoni tagħhom jikkompromettu l-affidabbiltà tagħhom u l-garanziji dwar xi wħud mid-dikjarazzjonijiet iffirmati fiċ-ċertifikati għall-importazzjoni fl-Unjoni. |
(8) |
Billi l-importazzjonijiet ta’ laħam frisk u prodotti tal-laħam ta’ annimali ungulati mill-Afrika t’Isfel mhumiex permessi skont id-Deċiżjoni 2011/163/UE, u filwaqt li jitqiesu s-sejbiet tal-awditu tal-Kummissjoni tal-2017, u b’mod partikolari n-nuqqas ta’ garanziji dwar il-kontrolli uffiċjali għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, u biex jinżammu ċ-ċarezza u l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, l-entrata “ZA-1” li tkopri parti mit-territorju tal-Afrika t’Isfel jenħtieġ li titħassar mill-entrata tal-Afrika t’Isfel fil-Partijiet 1 u 3 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u mil-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjoni ta’ laħam frisk tal-annimali ungulati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010. |
(9) |
Wara l-faċilitazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), Ateni u Skopje laħqu ftehim bilaterali (“Il-Ftehim ta’ Prespa”) f’Ġunju 2018, biex jibdlu r-referenza proviżorja tan-NU għall-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Dan il-ftehim issa ġie ratifikat miż-żewġ pajjiżi u r-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq innotifikat formalment lill-UE dwar id-dħul fis-seħħ tiegħu. |
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE u l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jiġu emendati skont dan. |
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49)
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta’ Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta’ Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).
ANNESS I
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Parti 1, fl-entrata għall-Afrika t’Isfel, titħassar ir-ringiela għat-territorju ZA-1; |
(2) |
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
(3) |
Fil-Parti 3, fl-entrata għall-Afrika t’Isfel, titħassar ir-ringiela għat-territorju ZA-1. |
ANNESS II
Il-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 hija emendata kif ġej:
— |
fl-entrata għal ZA, titħassar ir-ringiela għat-territorju ZA-1. |