Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0267

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/267 tas-26 ta’ Frar 2020 li japplika tnaqqis mill-kwota tas-sajd tas-salamun tal-Atlantiku disponibbli għall-Polonja fl-2019 minħabba s-sajd eċċessiv fl-2017

C/2020/44

ĠU L 56, 27.2.2020, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/267/oj

27.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/267

tas-26 ta’ Frar 2020

li japplika tnaqqis mill-kwota tas-sajd tas-salamun tal-Atlantiku disponibbli għall-Polonja fl-2019 minħabba s-sajd eċċessiv fl-2017

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 105(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kwota tas-sajd għas-salamun tal-Atlantiku fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22 sa 31 (SAL/3BCD-F) ġiet allokata lill-Polonja għas-sena 2017 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1903 (2).

(2)

Wara skambji ta’ kwoti bejn il-Polonja u l-Latvja skont l-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-użu mill-Polonja tal-flessibbiltà minn sena għal sena skont l-Artikolu 15(9) ta’ dak ir-Regolament, il-kwota tas-sajd għas-salamun għall-Polonja għall-2017 żdiedet għal 13 693 unitajiet ta’ salamun mis-6 030 tal-bidu.

(3)

Waqt il-missjonijiet ta’ spezzjoni mwettqa fil-Polonja f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 matul l-2018, il-Kummissjoni identifikat data dwar il-qbid irrappurtata b’mod skorrett u b’data nieqsa, li żvelat li l-kwota Pollakka għall-2017 għas-salamun tal-Atlantiku fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-31 kienet ġiet issuperata b’2 246 unitá ta’ salamun. Dawn l-inkonsistenzi fir-rappurtar dwar il-kompożizzjoni tal-qbid kienu kkorroborati minn diversi missjonijiet ta’ awditu u ta’ verifikazzjoni li saru fil-Polonja matul l-2018 u l-2019 f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Dawn ir-rapporti ta’ awditi ġew ikkomunikati kif dovut u diskussi mal-Polonja.

(4)

Skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 105(4) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-Kummissjoni kkonsultat mal-Polonja dwar il-kwantitajiet mistada f’eċċess u dwar it-tnaqqis li kellu jsir permezz ta’ ittra bid-data tal-11 ta’ Ottubru 2019. L-awtoritajiet Pollakki kkonfermaw li rċevew din l-ittra fil-11 ta’ Ottubru 2019.

(5)

F’ittra bid-data tal-31 ta’ Ottubru 2019, il-Polonja rrikonoxxiet li kienet qabżet il-kwota tagħha tas-salamun fis-sena 2017 b’2 246 unità ta’ salamun, u pproponiet li l-ammont jitnaqqas mill-kwota tagħha għall-2019. Wara skambji ta’ kwoti, il-kwota tal-Polonja għas-salamun tal-Atlantiku fl-2019 hija biżżejjed biex dan it-tnaqqis jiġi applikat flimkien mat-tnaqqis li sar minħabba s-sajd eċċessiv fl-2018 (4).

(6)

Skont l-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, għandu jiġi applikat fattur ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,00 meta, bħal f’dan il-każ, il-livell ta’ sajd eċċessiv imqabbel mal-ħatt l-art permess kien ugwali għal, jew inqas minn 100 tunnellata.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwota tas-sajd għas-salamun tal-Atlantiku (Salmo Salar) fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-31 allokata lill-Polonja għas-sena 2019 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1628 (5) għandha titnaqqas kif muri fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1903 tat-28 ta’ Ottubru 2016 li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2017 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/72 (ĠU L 295, 29.10.2016, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2095 tad-29 ta’ Novembru 2019 li jnaqqas il-kwota tas-sajd tas-salamun tal-Atlantiku disponibbli għall-Polonja fl-2019 minħabba s-sajd eċċessiv fl-2018 (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 105).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1628 tat-30 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2019 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/120 fir-rigward ta’ ċerti opportunitajiet ta’ sajd f’ilmijiet oħra (ĠU L 272, 31.10.2018, p. 1).


ANNESS

Stat Membru

Kodiċi tal-ispeċi

Kodiċi taż-żona

Isem l-ispeċi

Isem iż-żona

Kwota inizjali għall-2017 (f’unitajiet ta’ ħut)

Ħatt l-art permess għall-2017 (il-kwantità totali adattata f’unitajiet ta’ ħut)  (1)

Qabdiet totali li saru fl-2017 (il-kwantità f’unitajiet ta’ ħut)

Konsum tal-kwota meta mqabbel mal-ħatt l-art permess

Sajd eċċessiv meta mqabbel mal-ħatt l-art permess (il-kwantità f’unitajiet ta’ ħut)

Fattur ta’ multiplikazzjoni  (2)

Fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni  (3) ,  (4)

Tnaqqis li jrid jiġi applikat fl-2019 (il-kwantità f’unitajiet)

PL

SĠK

3BCD-F

Salamun tal-Atlantiku

L-ilmijiet tal-Unjoni tas-suddiviżjonijiet 22-31

6 030

13 693

15 939

116,40 %

2 246

1,00

/

2 246


(1)  Il-kwoti disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22), it-trasferimenti tal-kwoti mill-2016 għall-2017 f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3) u mal-Artikolu 15(9) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew ir-riallokazzjoni u t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikoli 37 u 105 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Tnaqqis ekwivalenti għas-sajd eċċessiv * 1,00 għandu japplika fil-każijiet kollha ta’ sajd eċċessiv ta’ 100 tunnellata jew inqas.

(3)  Kif stabbilit fl-Artikolu 105(3) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 u dment li s-sajd eċċessiv ikun jaqbeż l-10 %.

(4)  L-ittra “A” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li kien hemm sajd eċċessiv b’mod konsekuttiv fl-2015, fl-2016 u fl-2017. L-ittra “C” turi li ġie applikat fattur addizzjonali ta’ multiplikazzjoni ta’ 1,5 minħabba li l-istokk huwa soġġett għal pjan pluriennali.


Top