Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0207

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/207 tal-14 ta’ Frar 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ikel għall-annimali domestiċi mill-Għarabja Sawdita (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/785

ĠU L 43, 17.2.2020, p. 69–71 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/207/oj

17.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/69


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/207

tal-14 ta’ Frar 2020

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 142/2011 fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ ikel għall-annimali domestiċi mill-Għarabja Sawdita

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 41(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (2) jistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, fosthom il-kundizzjonijiet tas-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni tal-ikel għall-annimali domestiċi.

(2)

Ir-rekwiżiti għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta’ ikel għall-annimali domestiċi u affarijiet ta’ tgerrim għall-klieb huma stabbiliti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, kif ukoll il-lista ta’ pajjiżi terzi fir-ringiela 12 tat-Tabella 2 tagħha.

(3)

L-awtoritajiet kompetenti tar-Renju tal-Arabja Sawdija taw l-assigurazzjonijiet lill-Kummissjoni li r-Renju tal-Arabja Sawdija jista’ jikkonforma mal-kundizzjonijiet tas-saħħa rilevanti u taw garanziji suffiċjenti għall-kontrolli li jwettqu fuq il-produzzjoni ta’ ikel għall-annimali domestiċi miksub mit-tjur. Għalhekk huwa ġġustifikat li l-Arabja Sawdija tinżied mal-lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi li joriġina mit-tjur jista’ jiġi importat fl-Unjoni u jgħaddi bi tranżitu mill-Unjoni.

(4)

Għaldaqstant it-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 għandha tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 hija emendata skont it-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).


ANNESS

Fit-Tabella 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XIV tar-Regolament (UE) Nru 142/2011, ir-ringiela 12 hija sostitwita b’dan li ġej:

“12

Ikel għall-annimali domestiċi, inkluż l-affarijiet ta’ tgerrim għall-klieb

(a)

Fil-każ ta’ ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi u ta’ affarijiet ta’ tgerrim għall-klieb: il-materjali msemmijin fl-Artikolu 35(a)(i) u (ii).

(b)

Fil-każ tal-ikel nej għall-annimali domestiċi: il-materjali msemmijin fl-Artikolu 35(a)(iii).

L-ikel għall-annimali domestiċi u l-affarijiet ta’ tgerrim għall-klieb iridu jkunu ġew prodotti skont il-Kapitolu II tal-Anness XIII.

(a)

Fil-każ tal-ikel nej għall-annimali domestiċi:

Il-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 jew fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ laħam frisk mill-istess speċi u minn fejn huwa awtorizzat biss il-laħam bl-għadma.

Fil-każ ta’ materjali tal-ħut, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

(b)

Fil-każ ta’ affarijiet ta’ tgerrim għall-klieb u ikel għall-annimali domestiċi minbarra l-ikel nej għall-annimali domestiċi:

Il-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010, u l-pajjiżi li ġejjin:

 

(JP) Il-Ġappun

 

(EC) L-Ekwador

 

(LK) Is-Sri Lanka

 

(TW) It-Tajwan

 

(SA) L-Arabja Sawdija (l-ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi li joriġina mit-tjur biss)

Fil-każ ta’ ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi dderivat minn materjali tal-ħut, il-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2006/766/KE.

(a)

Fil-każ ta’ ikel għall-annimali domestiċi fil-landa: L-Anness XV, il-Kapitolu 3(A).

(b)

Fil-każ ta’ ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi minbarra l-ikel għall-annimali domestiċi fil-landa: L-Anness XV, il-Kapitolu 3(B).

(c)

Fil-każ tal-affarijiet ta’ tgerrim għall-klieb: L-Anness XV, il-Kapitolu 3(C).

(d)

Fil-każ ta’ ikel nej għall-annimali domestiċi: L-Anness XV, il-Kapitolu 3(D).”


Top