EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0025

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/25 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/17

ĠU L 8, 14.1.2020, p. 18–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R2306

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/25/oj

14.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 8/18


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/25

tat-13 ta’ Jannar 2020

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi li l-iskema ta’ korpi ta’ kontroll u awtoritajiet ta’ kontroll rikonoxxuti mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, li jwettqu kontrolli u li joħorġu ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-iskop ta’ importazzjoni ta’ prodotti b’garanziji ekwivalenti, se tiġi sostitwita minn skema ta’ korpi ta’ kontroll u awtoritajiet ta’ kontroll rikonoxxuti mill-Kummissjoni għall-iskop ta’ importazzjoni ta’ prodotti konformi. L-iskema l-ġdida ta’ importazzjoni prevista fir-Regolament (UE) 2018/848 se tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021. Sabiex jiġi żgurat li l-kapaċitajiet amministrattivi meħtieġa jkunu disponibbli biex ikun hemm rikonoxximent f’waqtu tal-korpi ta’ kontroll u tal-awtoritajiet ta’ kontroll taħt l-iskema l-ġdida, jixraq li tiġi introdotta data finali biex jintlaqgħu talbiet ġodda għar-rikonoxximent tal-korpi ta’ kontroll u tal-awtoritajiet ta’ kontroll għall-iskop ta’ ekwivalenza skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (3), u l-inklużjoni ta’ tali korpi ta’ kontroll u awtoritajiet ta’ kontroll fil-lista stabbilita fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. It-talbiet li jaslu wara dik id-data jenħtieġ li ma jibqgħux ikunu ammissibbli.

(2)

Il-prodotti importati minn pajjiż terz jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni bħala prodotti organiċi jekk ikunu koperti minn ċertifikat ta’ spezzjoni maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti, mill-awtoritajiet ta’ kontroll jew mill-korpi ta’ kontroll ta’ pajjiż terz rikonoxxut jew minn awtorità ta’ kontroll rikonoxxuta jew minn korp ta’ kontroll rikonoxxut. Sabiex tiġi żgurata l-konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, li jirrikjedi li jkun hemm iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni mal-oġġetti fi triqthom lejn il-bini tal-ewwel destinatarju, u bil-ħsieb li tiġi żgurata t-traċċabbiltà tal-prodotti importati matul id-distribuzzjoni, inkluż it-trasport minn pajjiżi terzi, jenħtieġ li jiġi ċċarat li ċ-ċertifikat ta’ spezzjoni għandu jinħareġ mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll rilevanti fil-mument li l-kunsinna titlaq mill-pajjiż terz tal-esportazzjoni jew tal-oriġini.

(3)

L-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika tal-prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(4)

Il-Ġappun informa lill-Kummissjoni li l-awtorità kompetenti tiegħu żiedet il-korp ta’ kontroll “Akatonbo” mal-lista ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti mill-Ġappun.

(5)

Ir-Repubblika tal-Korea infurmat lill-Kummissjoni li l-awtorità kompetenti tagħha bidlet l-isem ta’ “Neo environmentally-friendly” u l-isem u l-indirizz tal-Internet tal-“Association for Agricultural Products Quality Evaluation”. Ir-Repubblika tal-Korea infurmat ukoll lill-Kummissjoni li r-rikonoxximent tal-korp ta’ kontroll “Korea Agricultural Product and Food Certification” ġie rtirat.

(6)

L-Istati Uniti infurmaw lill-Kummissjoni li l-awtorità kompetenti tagħha żiedet seba’ korpi ta’ kontroll mal-lista ta’ korpi ta’ kontroll rikonoxxuti mill-Istati Uniti għall-fini tal-ekwivalenza skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, speċifikament “CERES”, “EcoLOGICA S.A”, “Food Safety S.A.”, “IBD Certifications”, “Istituto per la Certificazione Etica e Ambientale (ICEA)”, “OnMark” u “Perry Johnson Registrar Food Safety, Inc.”. L-Istati Uniti talbet ukoll li “Global Culture”, “Global Organic Certification Services”, “Stellar Certification Services, Inc.”, “Institute for Marketecology (IMO)”, u “Basin and Range Organics (BARO)” jitneħħew mil-lista fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(7)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll li għandhom il-kompetenza jwettqu kontrolli u joħorġu ċertifikati f’pajjiżi terzi għall-fini tal-ekwivalenza.

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “A CERT European Organization for Certification S.A.” sabiex ikunu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A u D għall-Armenja, il-Ghana, il-Kosovo (4), il-Kuwajt, l-Oman, il-Perù, is-Sudan, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Użbekistan u l-Vjetnam.

(9)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Argencert SA”, biex titneħħa mil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jitneħħa dak il-korp ta’ kontroll minn dik il-lista.

(10)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Balkan Biocert Skopje” biex jiġi emendat l-istatus legali tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li l-isem ta’ dak il-korp ta’ kontroll jiġi sostitwit bi “Balkan Biocert Macedonia DOOEL Skopje”.

(11)

Il-Kummissjoni rċeviet talba minn “Başak Ekolojik Ürünler Kontrol ve Sertifikasyon Hizmetleri Tic. Ltd” biex jiġi emendat l-indirizz tiegħu.

(12)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Bioagricert S.r.l.” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż l-ambitu tar-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti A, B, D u E għall-Paragwaj u l-Urugwaj, għall-kategoriji tal-prodotti A, B u D għall-Bolivja u s-Sri Lanka, għall-kategoriji tal-prodotti A, D u E għall-Kamerun, u għall-kategoriji tal-prodotti A u D għal Fiġi.

(13)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Biocert International Pvt Ltd” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Afganistan, il-Bangladesh, il-Bhutan, il-Myanmar/Burma, l-Eġittu, il-Malasja, Mauritius, in-Nepal, l-Oman, il-Pakistan, il-Filippini, it-Tanzanija, it-Tajlandja, l-Emirati Għarab Magħquda u l-Vjetnam għall-kategoriji ta’ prodotti A u D; għall-Benin, l-Etjopja, il-Mozambique, in-Niġerja, il-Qatar, ir-Russja, is-Sudan, it-Togo, l-Uganda u l-Ukrajna għall-kategoriji tal-prodotti A, D u E; u lill-Georgia għall-kategoriji tal-prodotti D u E; kif ukoll li jiġi estiż ir-rikonoxximent tagħha għas-Sri Lanka għall-kategorija tal-prodotti E.

(14)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Bio.inspecta AG” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq u s-Serbja għall-kategoriji tal-prodotti A, B, D, E u F; u li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, l-Iran, il-Każakistan, il-Kosovo (5), il-Moldova, ir-Russja, it-Taġikistan, l-Ukrajna, l-Użbekistan u l-Vjetnam għall-kategoriji ta’ prodotti B, E u F; għall-Armenja, il-Libanu u t-Tanzanija għall-kategoriji tal-prodotti B u E; għall-Alġerija u l-Kirgiżistan għall-kategorija ta’ prodotti B; għat-Turkija għall-kategoriji tal-prodotti E u F; u għall-Ażerbajġan għall-kategorija tal-prodotti E.

(15)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Bureau Veritas Certification France SAS” biex jiġu emendati l-indirizz tal-Internet u l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li hu ġġustifikat li tirtira r-rikonoxximent tagħha għall-kategoriji tal-prodotti E għal Mauritius.

(16)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “CCPB Srl” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Burkina Faso, il-Kamerun, Comoros u Madagascar għall-kategoriji tal-prodotti A, C u D; u li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Kosta tal-Avorju għall-kategoriji tal-prodotti C u D.

(17)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “CERES Certification of Environmental Standards GmbH” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Istati Uniti għall-kategorija tal-prodotti C; u li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Emirati Għarab Magħquda għall-kategorija tal-prodotti A; għaċ-Ċilì għall-kategorija tal-prodotti C; u għall-Afrika t’Isfel għall-kategorija ta’ prodotti F.

(18)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “DQS Polska sp. z o.o.”, biex jiġi inkluż fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi rikonoxxut li l-korp ta’ kontroll għall-Bosnja-Ħerzegovina, iċ-Ċina u Madagascar għall-kategoriji tal-prodotti A, B u D.

(19)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Ecocert SA” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Emirati Għarab Magħquda, Kuba, il-Kuwajt u l-Malawi għall-kategorija tal-prodotti B; għas-Serbja u ż-Żimbabwe għall-kategorija tal-prodotti E; u għall-Moldova għall-kategorija tal-prodotti F.

(20)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “FairCert Certification Services Pvt Ltd” biex tiġi inkluża fil-lista tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi rikonoxxut li l-korp ta’ kontroll għall-Bhutan u n-Nepal għall-kategoriji tal-prodotti A, B, D u E, u għall-Indja għall-kategoriji tal-prodotti B, D u E.

(21)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “IBD Certificações Ltda.” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Bolivja u l-Paragwaj għall-kategoriji tal-prodotti A u D, u għall-kategoriji tal-prodotti A u E għall-Mongolja.

(22)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għas-Seychelles għall-kategoriji tal-prodotti A u D; u għall-Istati Uniti għall-kategorija tal-prodotti C; kif ukoll li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Armenja, il-Georgia, it-Taġikistan, l-Użbekistan u ż-Żambja għall-kategorija tal-prodotti B; għall-Gwatemala għall-kategoriji tal-prodotti C u F; u għar-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, il-Honduras, il-Paragwaj, il-Perù, is-Serbja u t-Turkija għall-kategorija ta’ prodotti F.

(23)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Mayacert” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Panama u s-Sri Lanka għall-kategoriji tal-prodotti A u D.

(24)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “OneCert International PVT Ltd” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Eġittu, il-Ġordan, il-Malasja u l-Qatar għall-kategoriji tal-prodotti A u D; u li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Emirati Għarab Magħquda għall-kategorija tal-prodotti A; u għall-Etjopja, l-Indja, il-Mozambique, it-Tanzanija u l-Uganda għall-kategorija tal-prodotti E.

(25)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Organización Internacional Agropecuaria” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Kolombja għall-kategoriji tal-prodotti A u D; u li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għaċ-Ċilì u l-Urugwaj għall-kategorija tal-prodotti E, ħlief għal dawk il-prodotti li huma diġà koperti mill-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(26)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Servicio de Certificación CAAE S.L.U” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Kolombja, ir-Repubblika Dominicana, El Salvador, il-Gwatemala, il-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama għall-kategoriji tal-prodotti A u D.

(27)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Suolo e Salute srl” biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Eġittu għall-kategorija tal-prodotti D.

(28)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba minn “Tse-Xin Organic Certification Corporation” sabiex ikunu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għar-Repubblika tal-Korea għall-kategorija tal-prodotti A; għal Hong Kong u għal Singapore għall-kategorija tal-prodotti D, u għall-Kambodja, l-Indoneżja, il-Laos, il-Malasja, il-Myanmar/Burma, il-Filippini, it-Tajlandja u l-Vjetnam għall-kategoriji ta’ prodotti A u D.

(29)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand “Valsts SIA “Sertifikācijas un testēšanas centrs” biex jiġi emendat l-istatus legali tagħha. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li l-isem ta’ dak il-korp ta’ kontroll jiġi sostitwit bi “SIA Sertifikācijas un testēšanas centrs”. Minbarra dan, il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talba mingħand minn korp ta’ kontroll biex jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Belarussja għall-kategoriji tal-prodotti B, D, E u F; u għall-Użbekistan għall-kategoriji tal-prodotti D, E u F; kif ukoll li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha għall-Każakistan, il-Moldova u t-Taġikistan għall-kategoriji ta’ prodotti A, B, D, E u F; u għall-Kirgiżistan għall-kategoriji ta’ prodotti A, B, D u E.

(30)

Abbażi tad-dossier ippreżentat minn “Agricert - Certificação de Produtos Alimentares lda”, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha ġie estiż għall-Guinea għall-kategoriji tal-prodotti A u D bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/39 (6). Madankollu, f’dak id-dossier il-korp ta’ kontroll talab b’mod żbaljat għall-estensjoni għall-Guinea minflok għall-Guinea-Bissau. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa ġġustifikat li tikkoreġi l-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 skont kif meħtieġ. Għaċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali, din il-korrezzjoni jenħtieġ li tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/39.

(31)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jiġi emendat u kkoreġut skont kif meħtieġ.

(32)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk għandhiex tinkludi korp ta’ kontroll jew awtorità ta’ kontroll fil-lista pprovduta fl-Artikolu 10 malli tirċievi talba għall-inklużjoni minn rappreżentant tal-korp ta’ kontroll jew tal-awtorità ta’ kontroll ikkonċernati fuq il-bażi tal-mudell ta’ applikazzjoni disponibbli mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2). Għall-aġġornament tal-lista, għandhom jitqiesu biss dawk it-talbiet kompluti li jkunu ġew ippreżentati sat-30 ta’ Ġunju 2020.”;

(2)

fl-Artikolu 13(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni għandu jinħareġ mill-awtorità ta’ kontroll jew mill-korp ta’ kontroll rilevanti qabel ma l-kunsinna titlaq mill-pajjiż terz ta’ esportazzjoni jew ta’ oriġini. Iċ-ċertifikat għandu jkun approvat mill-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru, u għandu jimtela mill-ewwel destinatarju abbażi tal-mudell u tan-noti stabbiliti fl-Anness V u bl-użu tas-Sistema tal-Kontroll tal-Kummerċ u tal-Esperti veterinarji (TRACES) stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE (*1).

(*1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/24/KE tat-30 ta’ Diċembru 2002 li tirrigwarda l-iżvilupp ta’ sistema veterinarja integrata u kompjuterizzata (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 44).”;"

(3)

l-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(4)

l-Anness IV huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Korrezzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa kkoreġut skont l-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 2 għandu japplika mill-31 ta’ Jannar 2019.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Jannar 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).

(4)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo

(5)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/39 tal-10 ta’ Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 106).


ANNESS I

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-entrata dwar il-Ġappun, tiżdied ir-ringiela li ġejja:

“JP-BIO-038

Akatonbo

http://www.akatonbo.or.jp/”

(2)

fl-entrata dwar ir-Repubblika tal-Korea, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli li jikkonċernaw in-numri tal-kodiċi KR-ORG-019 u KR-ORG-026 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“KR-ORG-019

Neo environmentally-friendly Certification Center

http://neoefcc.modoo.at

KR-ORG-026

Agricultural Products Quality Service

http://apqs.kr}”

(b)

titħassar ir-ringiela tan-numru tal-kodiċi KR-ORG-001;

(3)

fl-entrata dwar l-Istati Uniti, il-punt 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

“US-ORG-62

CERES

http://www.ceres-cert.com/

US-ORG-63

EcoLOGICA S.A.

http://www.eco-logica.com/

US-ORG-64

Food Safety S.A.

http://www.foodsafety.com.ar/

US-ORG-65

IBD Certifications

http://www.ibd.com.br/

US-ORG-66

Istituto per la Certificazione Etica e Ambientale (ICEA)

http://www.icea.info/

US-ORG-67

OnMark

http://onmarkcertification.com/

US-ORG-68

Perry Johnson Registrar Food Safety, Inc.

http://www.pjrfsi.com/”

(b)

ir-ringieli tan-numri tal-kodiċi US-ORG-12, US-ORG-14, US-ORG-54, US-ORG-60 u US-ORG-61 huma mħassra.


ANNESS II

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-entrata dwar “A CERT European Organization for Certification S.A .”, fil-punt 3, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“AE-BIO-171

L-Emirati Għarab Magħquda

x

-

-

x

-

-

AM-BIO-171

L-Armenja

x

-

-

x

-

-

GH-BIO-171

Il-Ghana

x

-

-

x

-

-

KW-BIO-171

Il-Kuwajt

x

-

-

x

-

-

OM-BIO-171

L-Oman

x

-

-

x

-

-

PE-BIO-171

Il-Perù

x

-

-

x

-

-

SD-BIO-171

Is-Sudan

x

-

-

x

-

-

UZ-BIO-171

L-Użbekistan

x

-

-

x

-

-

VN-BIO-171

Il-Vjetnam

x

-

-

x

-

-

XK-BIO-171

Il-Kosovo (*)

x

-

-

x

-

-

(2)

titneħħa l-entrata dwar “Argencert S A”;

(3)

fl-entrata dwar “Balkan Biocert Skopj e”, l-isem tal-korp ta’ kontroll huwa sostitwit bi “Balkan Biocert Macedonia DOOEL Skopj e”;

(4)

fl-entrata dwar “Başak Ekolojik Ürünler Kontrol ve Sertifikasyon Hizmetleri Tic. Lt d”, il-punt 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Indirizz: Çinarli Mahallesi Şehit Polis Fethi Sekin Cad. No:3/1006 Konak/İZMİR, Turkey”;

(5)

fl-entrata dwar “Bioagricert S.r.l.”, fil-punt 3, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin skont l-ordni tan-numri tal kodiċi:

“BO-BIO-132

Il-Bolivja

x

x

-

x

-

-

CM-BIO-132

Il-Kamerun

x

-

-

x

x

-

FJ-BIO-132

Fiġi

x

-

-

x

-

-

LK-BIO-132

Is-Sri Lanka

x

x

-

x

-

-

PY-BIO-132

Il-Paragwaj

x

x

-

x

x

-

UY-BIO-132

L-Urugwaj

x

x

-

x

x

-”

(6)

fl-entrata dwar “Biocert International Pvt Lt d”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni tan-numru tal-kodiċi:

“AE-BIO-177

L-Emirati Għarab Magħquda

x

-

-

x

-

-

AF-BIO-177

L-Afganistan

x

-

-

x

-

-

BD-BIO-177

Il-Bangladesh

x

-

-

x

-

-

BJ-BIO-177

Il-Benin

x

-

-

x

x

-

BT-BIO-177

Il-Bhutan

x

-

-

x

-

-

EG-BIO-177

L-Eġittu

x

-

-

x

-

-

ET-BIO-177

L-Etjopja

x

-

-

x

x

-

GE-BIO-177

Il-Georgia

-

-

-

x

x

-

MM-BIO-177

Il-Myanmar/Burma

x

-

-

x

-

-

MU-BIO-177

Mauritius

x

-

-

x

-

-

MY-BIO-177

Il-Malasja

x

-

-

x

-

-

MZ-BIO-177

Il-Mozambique

x

-

-

x

x

-

NP-BIO-177

In-Nepal

x

-

-

x

-

-

NG-BIO-177

In-Niġerja

x

-

-

x

x

-

OM-BIO-177

L-Oman

x

-

-

x

-

-

PH-BIO-177

Il-Filippini

x

-

-

x

-

-

PK-BIO-177

Il-Pakistan

x

-

-

x

-

-

QA-BIO-177

Il-Qatar

x

-

-

x

x

-

RU-BIO-177

Ir-Russja

x

-

-

x

x

-

SD-BIO-177

Is-Sudan

x

-

-

x

x

-

TG-BIO-177

It-Togo

x

-

-

x

x

-

TH-BIO-177

It-Tajlandja

x

-

-

x

-

-

TZ-BIO-177

It-Tanzanija

x

-

-

x

-

-

UA-BIO-177

L-Ukrajna

x

-

-

x

x

-

UG-BIO-177

L-Uganda

x

-

-

x

x

-

VN-BIO-177

Il-Vjetnam

x

-

-

x

-

-”

(b)

ir-ringiela dwar is-Sri Lanka hija sostitwita b’din li ġejja:

“LK-BIO-177

Is-Sri Lanka

x

-

-

x

x

-”

(7)

fl-entrata dwar “Bio.inspecta A G”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni tan-numru tal-kodiċi:

“ME-BIO-161

Il-Montenegro

x

x

x

x

 

x

MK-BIO-161

Il-Maċedonja ta’ Fuq

x

x

x

x

 

x

RS-BIO-161

Is-Serbja

x

x

x

x

 

x”

(b)

ir-ringieli relatati mal-Albanija, l-Alġerija, l-Armenja, l-Azerbajġan, il-Bosnija-Ħerzegovina, il-Georgia, l-Iran, il-Każakistan, il-Kosovo, il-Kirgiżistan, il-Libanu, il-Moldova, ir-Russja, it-Taġikistan, it-Tanzanija, it-Turkija, l-Ukrajna, l-Użbekistan u l-Vjetnam huma sostitwiti b’dan li ġej:

“AL-BIO-161

L-Albanija

x

x

x

x

x

AM-BIO-161

L-Armenja

x

x

x

x

AZ-BIO-161

L-Ażerbajġan

x

 

x

x

BA-BIO-161

Il-Bożnija-Ħerzegovina

x

x

x

x

x

DZ-BIO-161

L-Alġerija

x

x

x

GE-BIO-161

Il-Georgia

x

x

x

x

x

IR-BIO-161

L-Iran

x

x

x

x

x

KG-BIO-161

Il-Kirgiżistan

x

x

x

KZ-BIO-161

Il-Każakistan

x

x

x

x

x

LB-BIO-161

Il-Libanu

x

x

x

x

MD-BIO-161

Il-Moldova

x

x

x

x

x

RU-BIO-161

Ir-Russja

x

x

x

x

x

TJ-BIO-161

It-Taġikistan

x

x

x

x

x

TR-BIO-161

It-Turkija

x

x

x

x

TZ-BIO-161

It-Tanzanija

x

x

x

x

UA-BIO-161

L-Ukrajna

x

x

x

x

x

UZ-BIO-161

L-Użbekistan

x

x

x

x

x

VN-BIO-161

Il-Vjetnam

x

x

x

x

x

XK-BIO-161

Il-Kosovo (*)

x

x

-

x

x

x

(8)

l-entrata dwar “Bureau Veritas Certification France SA S” hija emendata kif ġej:

(a)

fil-punt 2, l-indirizz tal-Internet huwa sostitwit b’dan li ġej:https://filiereagro.bureauveritas.fr}”;

(b)

fil-punt 3, ir-ringiela dwar Mauritius hija sostitwita b’din li ġejja:

“MU-BIO-165

Mauritius

x

x

—”

(9)

fl-entrata dwar “CCPB Srl”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni tan-numru tal-kodiċi:

“BF-BIO-102

Il-Burkina Faso

x

-

x

x

-

-

CM-BIO-102

Il-Kamerun

x

-

x

x

-

-

KM-BIO-102

Comoros

x

-

x

x

-

-

MG-BIO-102

Madagascar

x

-

x

x

-

-”

(b)

ir-ringiela dwar il-Kosta tal-Avorju hija sostitwita b’din li ġejja:

“CI-BIO-102

Il-Kosta tal-Avorju

x

-

x

x

-

-”

(10)

fl-entrata dwar “CERES Certification of Environmental Standards GmbH”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

tiddaħħal ir-ringiela li ġejja skont l-ordni tan-numri tal kodiċi:

“US-BIO-140

L-Istati Uniti

x

—”

(b)

ir-ringieli dwar iċ-Ċilì, l-Afrika t’Isfel u l-Emirati Għarab Magħquda huma sostitwiti b’dan li ġej:

“AE-BIO-140

L-Emirati Għarab Magħquda

x

x

CL-BIO-140

Iċ-Ċilì

x

x

x

x

ZA-BIO-140

L-Afrika t’Isfel

x

x

x

x”

(11)

wara l-entrata dwar “Control Union Certification”, tiddaħħal l-entrata li ġejja:

““DQS Polska sp. z o.o.

1.

Indirizz: ul. Domaniewska 45, 02-672 Warszawa, Poland

2.

Indirizz tal-Internet: www.dqs.pl

3.

In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta’ prodott ikkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

BA-BIO-181

Il-Bożnija-Ħerzegovina

x

x

-

x

-

-

CN-BIO-181

Iċ-Ċina

x

x

-

x

-

-

MG-BIO-181

Madagascar

x

x

-

x

-

-

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u nbid

5.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta’ Ġunju 2021”

(12)

fl-entrata dwar “Ecocert SA”, fil-punt 3, ir-ringieli relatati ma’ Kuba, il-Kuwajt, il-Malawi, il-Moldova, is-Serbja, l-Emirati Għarab Magħquda u ż-Żimbabwe huma sostitwiti b’dan li ġej:

“AE-BIO-154

L-Emirati Għarab Magħquda

x

x

x

x

CU-BIO-154

Kuba

x

x

x

x

KW-BIO-154

Il-Kuwajt

x

x

x

MD-BIO-154

Il-Moldova

x

x

x

x

MW-BIO-154

Il-Malawi

x

x

x

RS-BIO-154

Is-Serbja

x

x

x

x

x

ZW-BIO-154

Iż-Żimbabwe

x

x

x

x

x”

(13)

wara l-entrata dwar “Ekoagros”, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja:

““FairCert Certification Services Pvt Ltd

1.

Indirizz: C 122, GAURIDHAM COLONY, 451001-KHARGONE, India

2.

Indirizz tal-Internet: www.faircert.com

3.

In-numri tal-kodiċi, il-pajjiżi terzi u l-kategoriji ta’ prodott ikkonċernati:

Numru tal-kodiċi

Pajjiż terz

Kategorija ta’ prodotti

A

B

C

D

E

F

BT-BIO-180

Il-Bhutan

x

x

-

x

x

-

IN-BIO-180

L-Indja

-

x

-

x

x

-

NP-BIO-180

In-Nepal

x

x

-

x

x

-

4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni u nbid

5.

It-tul taż-żmien tal-inklużjoni: sat-30 ta’ Ġunju 2021”

(14)

fl-entrata għal “IBD Certificações Ltda.”, fil-punt 3 jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin skont l-ordni tan-numri tal kodiċi:

“BO-BIO-122

Il-Bolivja

x

-

-

x

-

-

MN-BIO-122

Il-Mongolja

x

-

-

-

x

-

PY-BIO-122

Il-Paragwaj

x

-

-

x

-

-”

(15)

fl-entrata dwar “Kiwa BCS Öko-Garantie GmbH”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“SC-BIO-141

Is-Seychelles

x

x

US-BIO-141

L-Istati Uniti

x

—”

(b)

ir-ringieli dwar l-Armenja, ir-Repubblika Dominikana, l-Ekwador, il-Georgia, il-Gwatemala, il-Honduras, il-Paragwaj, il-Perù, is-Serbja, it-Taġikistan, it-Turkija, l-Użbekistan u ż-Żambja jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“AM-BIO-141

L-Armenja

x

x

x

DO-BIO-141

Ir-Repubblika Dominicana

x

x

x

EC-BIO-141

L-Ekwador

x

x

x

x

x

x

GE-BIO-141

Il-Georgia

x

x

x

x

GT-BIO-141

Il-Gwatemala

x

x

x

x

x

x

HN-BIO-141

Il-Honduras

x

x

x

x

PE-BIO-141

Il-Perù

x

x

x

x

x

PY-BIO-141

Il-Paragwaj

x

x

x

x

x

RS-BIO-141

Is-Serbja

x

x

x

TJ-BIO-141

It-Taġikistan

x

x

x

TR-BIO-141

It-Turkija

x

x

x

x

x

UZ-BIO-141

L-Użbekistan

x

x

x

ZM-BIO-141

Iż-Żambja

x

x

x

—”

(16)

fl-entrata dwar “Mayacert”, fil-punt 3, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“LK-BIO-169

Is-Sri Lanka

x

-

-

x

-

-

PA-BIO-169

Il-Panama

x

-

-

x

-

-”

(17)

fl-entrata dwar “OneCert International PVT Ltd”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni tan-numru tal-kodiċi:

“EG-BIO-152

L-Eġittu

x

-

-

x

-

-

JO-BIO-152

Il-Ġordan

x

-

-

x

-

-

MY-BIO-152

Il-Malasja

x

-

-

x

-

-

QA-BIO-152

Il-Qatar

x

-

-

x

-

-”

(b)

ir-ringieli dwar l-Emirati Għarab Magħquda, l-Etjopja, l-Indja, il-Mozambique, it-Tanzanija u l-Uganda jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“AE-BIO-152

L-Emirati Għarab Magħquda

x

-

-

x

-

-

ET-BIO-152

L-Etjopja

x

-

-

x

x

-

IN-BIO-152

L-Indja

-

-

-

x

x

-

MZ-BIO-152

Il-Mozambique

x

-

-

x

x

-

TZ-BIO-152

It-Tanzanija

x

-

-

x

x

-

UG-BIO-152

L-Uganda

x

-

-

x

x

-”

(18)

fl-entrata dwar “Organización International Agropecuaria”, il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

tiddaħħal ir-ringiela li ġejja skont l-ordni tan-numri tal kodiċi:

“CO-BIO-110

Il-Kolombja

x

-

-

x

-

-”

(b)

ir-ringiela dwar iċ-Ċilì u l-Urugwaj hija sostitwita b’dan li ġej:

“CL-BIO-110

Iċ-Ċilì

x

-

x

x

x

-

UY-BIO-110

L-Urugwaj

x

x

x

x

x

-”

(19)

fl-entrata dwar “Servicio de Certificación CAAE S.L.U”, fil-punt 3, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin skont l-ordni tan-numri tal kodiċi:

“CO-BIO-178

Il-Kolombja

x

-

-

x

-

-

DO-BIO-178

Ir-Repubblika Dominicana

x

-

-

x

-

-

GT-BIO-178

Il-Gwatemala

x

-

-

x

-

-

HN-BIO-178

Il-Honduras

x

-

-

x

-

-

NI-BIO-178

In-Nikaragwa

x

-

-

x

-

-

PA-BIO-178

Il-Panama

x

-

-

x

-

-

SV-BIO-178

El Salvador

x

-

-

x

-

-”

(20)

fl-entrata dwar “Suolo e Salute srl”, fil-punt 3, ir-ringiela dwar l-Eġittu hija sostitwita b’dan li ġej:

“EG-BIO-150

L-Eġittu

x

-

-

x

-

-”

(21)

fl-entrata dwar “Tse-Xin Organic Certification Corporation”, fil-punt 3, ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni tan-numri tal-kodiċi:

“HK-BIO-174

Hong Kong

-

-

-

x

-

-

ID-BIO-174

L-Indoneżja

x

-

-

x

-

-

“KH-BIO-174

Il-Kambodja

x

-

-

x

-

-

KR-BIO-174

Ir-Repubblika tal-Korea

x

-

-

-

-

-

LA-BIO-174

Il-Laos

x

-

-

x

-

-

MM-BIO-174

Il-Myanmar/Burma

x

-

-

x

-

-

MY-BIO-174

Il-Malasja

x

-

-

x

-

-

PH-BIO-174

Il-Filippini

x

-

-

x

-

-

SG-BIO-174

Singapore

-

-

-

x

-

-

TH-BIO-174

It-Tajlandja

x

-

-

x

-

-

VN-BIO-174

Il-Vjetnam

x

-

-

x

-

-”

(22)

l-entrata dwar “Valsts SIA ‘Sertifikācijas un testēšanas centrs’” hija emendata kif ġej:

(a)

l-isem tal-korp ta’ kontroll huwa sostitwit bi “SIA ‘Sertifikācijas un testēšanas centrs’”;

(b)

il-punt 3 huwa emendat kif ġej:

(i)

ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu fl-ordni tan-numru tal-kodiċi:

“KG-BIO-173

Il-Kirgiżistan

x

x

x

x

KZ-BIO-173

Il-Każakistan

x

x

x

x

x

MD-BIO-173

Il-Moldova

x

x

x

x

x

TJ-BIO-173

It-Taġikistan

x

x

x

x

x”

(ii)

ir-ringieli dwar il-Belarussja u l-Użbekistan huma sostitwiti b’dan li ġej:

“BY-BIO-173

Il-Belarussja

x

x

x

x

x

UZ-BIO-173

L-Użbekistan

x

x

x

x

x”


(*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.”

(*)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.”


ANNESS III

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, fl-entrata dwar “Agricert - Certificação de Produtos Alimentares lda”, fil-punt 3, ir-ringiela marbuta mal-Guinea hija sostitwita b’dan li ġej:

“GW-BIO-172

Il-Guinea-Bissau

x

x

—”


Top