Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D2182

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2182 tat-18 ta’ Diċembru 2020 li tistabbilixxi l-aħħar tweġiba dwar l-importazzjoni f’isem l-Unjoni dwar l-importazzjoni futura ta’ ċerti sustanzi kimiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2014 li tadotta deċiżjonijiet tal-Unjoni dwar l-importazzjoni għal ċerti sustanzi kimiċi skont dak ir-Regolament (notifikata bid-dokument C(2020) 8977)

    C/2020/8977

    ĠU L 433, 22.12.2020, p. 55–75 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 22/12/2020

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/2182/oj

    22.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 433/55

    ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2182

    tat-18 ta’ Diċembru 2020

    li tistabbilixxi l-aħħar tweġiba dwar l-importazzjoni f’isem l-Unjoni dwar l-importazzjoni futura ta’ ċerti sustanzi kimiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2014 li tadotta deċiżjonijiet tal-Unjoni dwar l-importazzjoni għal ċerti sustanzi kimiċi skont dak ir-Regolament

    (notifikata bid-dokument C(2020) 8977)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b’mod partikolari t-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 13(1) tiegħu,

    Wara li kkonsultat mal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (2),

    Billi:

    (1)

    Il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Informat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi Perikolużi u Pestiċidi fil-Kummerċ Internazzjonali (“il-Konvenzjoni”) hija implimentata permezz tar-Regolament (UE) Nru 649/2012. F’konformità ma’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni trid tipprovdi t-tweġibiet dwar l-importazzjoni finali jew interim f’isem l-Unjoni fir-rigward tal-importazzjoni futura tas-sustanzi kimiċi kollha li huma soġġetti għall-proċedura ta’ Kunsens Informat minn Qabel (il-“proċedura PIC”) lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni.

    (2)

    Fid-disa’ laqgħa tagħha li saret f’Ġinevra bejn id-29 ta’ April u l-10 ta’ Mejju 2019, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni qablet li jelenkaw ċerti sustanzi kimiċi fl-Anness III tal-Konvenzjoni b’effett li jsiru soġġetti għall-proċedura PIC. Fis-16 ta’ Settembru 2019 intbagħat lill-Kummissjoni dokument ta’ gwida għad-deċiżjoni dwar kull sustanza kimika b’talba għal deċiżjoni rigward l-importazzjoni futura tas-sustanza kimika.

    (3)

    Il-forat inżied fl-Anness III tal-Konvenzjoni bħala pestiċida. It-tqegħid fis-suq u l-użu tal-forat bħala komponent ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huwa pprojbit skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Barra minn hekk, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-forat bħala komponent ta’ prodotti bijoċidali huwa pprojbit skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Għalhekk, jenħtieġ li ma jingħatax kunsens skont il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam għall-importazzjoni futura tal-forat fl-Unjoni.

    (4)

    L-eżabromoċiklododekan inżied fl-Anness III tal-Konvenzjoni bħala sustanza kimika industrijali. Skont ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-eżabromoċiklododekan huma pprojbiti. Għalhekk, jenħtieġ li ma jingħatax kunsens skont il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam għall-importazzjoni futura tal-eżabromoċiklododekan fl-Unjoni.

    (5)

    L-etere tal-pentabromodifenil kummerċjali (inkluż l-etere tat-tetrabromodifenil u l-etere tal-pentabromodifenil), l-etere tal-ottabromodifenil kummerċjali (inkluż l-etere tal-eżabromodifenil u l-etere tal-ettabromodifenil) u l-aċidu perfluworoottansulfoniku, il-perfluworoottansulfonati, il-perfluworoottansulfonammidi u l-perfluworoottansulfonili nżiedu mal-proċedura PIC bħala sustanzi kimiċi industrijali fis-sitt laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni. It-tweġibiet dwar l-importazzjoni ta’ dawk is-sustanzi kimiċi ġew adottati fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2014 li tadotta deċiżjonijiet tal-Unjoni dwar l-importazzjoni għal ċerti sustanzi kimiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

    (6)

    Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-etere tal-pentabromodifenil (inkluż l-etere tat-tetrabromodifenil u l-etere tal-pentabromodifenil) u tal-etere tal-ottabromodifenil kummerċjali (inkluż l-etere tal-eżabromodifenil u l-etere tal-ettabromodifenil) huma pprojbiti skont ir-Regolament (UE) 2019/1021, soġġett għal ċerti eżenzjonijiet. Għaldaqstant il-kunsens għall-importazzjoni futura tal-etere tal-pentabromodifenil u tal-etere tal-ottabromodifenil kummerċjali fl-Unjoni, skont il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam, jenħtieġ li jingħata biss jekk ikunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.

    (7)

    Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-aċidu perfluworoottansulfoniku, tal-perfluworoottansulfonati, tal-perfluworoottansulfonammidi u tal-perfluworoottansulfonili (PFOS) huma pprojbiti skont ir-Regolament (UE) 2019/1021, soġġett għal ċerti eżenzjonijiet. Għalhekk, il-kunsens għall-importazzjoni futura tal-PFOS fl-Unjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Rotterdam jenħtieġ li jingħata biss jekk ikunu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet.

    (8)

    Billi bir-Regolament (UE) 2019/1021 saru żviluppi regolatorji fl-Unjoni wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-15 ta’ Mejju 2014, jenħtieġ li dik id-Deċiżjoni tiġi emendata kif jixraq,

    IDDEĊIEDIET DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    It-tweġibiet dwar l-importazzjoni tal-forat u tal-eżabromoċiklododekan huma stabbiliti fl-Anness I.

    Artikolu 2

    L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-15 ta’ Mejju 2014 li tadotta deċiżjonijiet tal-Unjoni dwar l-importazzjoni għal ċerti sustanzi kimiċi skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa sostitwit bl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

    Magħmul fi Brussell, tat-18 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Virginijus SINKEVIČIUS

    Membru tal-Kummissjoni

    (1)   ĠU L 201, 27.07.2012, p. 60.

    (2)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1)

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).

    (6)   ĠU C 152, 20.5.2014, p. 2.

    ANNESS I

    Tweġiba dwar l-importazzjoni tal-forat

    Image 1

    FORMOLA GĦAT-TWEĠIBA DWAR L-IMPORTAZZJONI

    Pajjiż:

    L-Unjoni Ewropea

    L-Istati Membri: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja.

    Ir-Renju Unit - Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Frar 2020. Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni, li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dment li ma jittawwalx, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bi ftit eċċezzjonijiet limitati, tibqa’ tapplika għar-Renju Unit u fih, u kull referenza għall-Istati Membri fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha tinftiehem li tinkludi r-Renju Unit.

    TAQSIMA 1   L-IDENTITÀ TAS-SUSTANZA KIMIKA

    1.1

    Isem komuni

    Forat

    1.2

    Numru tal-CAS

    298-02-2

    1.3

    Kategorija

    Pestiċida

    Industrijali

    Formulazzjoni ta’ pestiċida perikoluża ħafna

    TAQSIMA 2   JEKK KIEN HEMM TWEĠIBA PREĊEDENTI, INDIKAZZJONI DWARHA

    2.1

    Din hija l-ewwel darba li qed tintbagħat tweġiba dwar l-importazzjoni ta’ din is-sustanza kimika fil-pajjiż.

    2.2

    Din hija modifika ta’ tweġiba preċedenti.

    Data tal-ħruġ tat-tweġiba preċedenti: …

    TAQSIMA 3   TWEĠIBA DWAR IMPORTAZZJONI FUTURA

    Deċiżjoni finali (Imla t-taqsima 4 ta’ hawn taħt)

    JEW

    Tweġiba interim (Imla t-taqsima 5 ta’ hawn taħt)

    TAQSIMA 4   DEĊIŻJONI FINALI, SKONT IL-MIŻURI LEĠIŻLATTIVI JEW AMMINISTRATTIVI NAZZJONALI

    4.1

    M’hemm l-ebda kunsens għall-importazzjoni

    L-importazzjoni tas-sustanza kimika hija pprojbita simultanjament mis-sorsi kollha?

    Iva

    Le

    Il-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku hija pprojbita simultanjament?

    Iva

    Le

    4.2

    Kunsens għall-importazzjoni

    4.3

    Kunsens għall-importazzjoni skont kundizzjonijiet speċifiċi biss

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi huma:

    Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tas-sustanza kimika huma l-istess għas-sorsi kollha tal-importazzjoni?

    Iva

    Le

    Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku huma l-istess bħal dawk għall-importazzjonijiet kollha?

    Iva

    Le

    4.4

    Il-miżura leġiżlattiva jew amministrattiva nazzjonali li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni finali

    Deskrizzjoni tal-miżura leġiżlattiva jew amministrattiva nazzjonali:

    Fl-Unjoni Ewropea, it-tqegħid fis-suq jew l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-forat huma pprojbiti, għax dik is-sustanza attiva ma ġietx approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

    Barra minn hekk, huwa pprojbit li jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw il-prodotti bijoċidali li fihom il-forat, għax dik is-sustanza attiva ma ġietx approvata skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

    TAQSIMA 5   TWEĠIBA INTERIM

    5.1

    M’hemm l-ebda kunsens għall-importazzjoni

    L-importazzjoni tas-sustanza kimika hija pprojbita simultanjament mis-sorsi kollha?

    Iva

    Le

    Il-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku hija pprojbita simultanjament?

    Iva

    Le

    5.2

    Kunsens għall-importazzjoni

    5.3

    Kunsens għall-importazzjoni skont kundizzjonijiet speċifiċi biss

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi huma:

    Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tas-sustanza kimika huma l-istess għas-sorsi kollha tal-importazzjoni?

    Iva

    Le

    Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku huma l-istess bħal dawk għall-importazzjonijiet kollha?

    Iva

    Le

    5.4

    Indikazzjoni ta’ kunsiderazzjoni attiva sabiex tintlaħaq deċiżjoni finali

    Hemm deċiżjoni finali li qed tiġi kkunsidrata b’mod attiv?

    Iva

    Le

    5.5

    Tagħrif jew għajnuna mitluba sabiex tintlaħaq deċiżjoni finali

    Qed jintalab it-tagħrif addizzjonali ta’ hawn taħt mingħand is-Segretarjat:

    Qed jintalab it-tagħrif addizzjonali ta’ hawn taħt mingħand il-pajjiż li nnotifika l-azzjoni regolatorja finali:

    Qed tintalab l-għajnuna ta’ hawn taħt għall-evalwazzjoni tas-sustanza kimika mingħand is-Segretarjat:

    TAQSIMA 6   TAGĦRIF ADDIZZJONALI RILEVANTI, LI JISTA’ JINKLUDI:

    Din is-sustanza kimika hija rreġistrata fil-pajjiż bħalissa?

    Iva

    Le

    Din is-sustanza kimika hija mmanifatturata fil-pajjiż?

    Iva

    Le

    Jekk weġibt iva għal xi waħda minn dawn il-mistoqsijiet:

    Din is-sustanza kimika hija maħsuba għall-użu domestiku?

    Iva

    Le

    Din is-sustanza kimika hija maħsuba għall-esportazzjoni?

    Iva

    Le

    Rimarki oħrajn

    F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p.1), li jimplimenta fl-Unjoni s-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u t-Tikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi tan-NU, il-forat huwa kklassifikat bħala:

    Tossiċità Akuta 2 * – H300 – Fatali jekk jinbela’.

    Tossiċità Akuta 1 – H310 – Fatali f’kuntatt mal-ġilda.

    Akkwatiku Akut 1 – H400 – Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi.

    Akkwatiku Kroniku 1 – H410 – Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti dejjiema.

    (* = Din il-klassifikazzjoni għandha titqies bħala klassifikazzjoni minima.)

    TAQSIMA 7   L-AWTORITÀ NAZZJONALI MAĦTURA

    Istituzzjoni

    Il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ għall-Ambjent

    L-indirizz

    Rue de la Loi 200, B-1049 Brussels, Belgium

    Isem il-persuna inkarigata

    Dott. Juergen Helbig

    Il-pożizzjoni li tokkupa l-persuna inkarigata

    Koordinatur tal-Politika Internazzjonali tas-Sustanzi Kimiċi

    Telefown

    32 2 298 85 21

    Feks

    32 2 296 76 16

    Email

    Juergen.Helbig@ec.europa.eu

    Id-data, il-firma f’isem l-awtorità nazzjonali maħtura u s-siġill uffiċjali: ___________________________________

    IBGĦAT LURA L-FORMOLA MIMLIJA LIL:

    Secretariat for the Rotterdam Convention

    Food and Agriculture Organization

    of the United Nations (FAO)

    Viale delle Terme di Caracalla

    I - 00100 Rome, Italy

    Telefown: (+39 06) 5705 3441

    Feks: (+39 06) 5705 6347

    Email: pic@pic.int

    United Nations Environment

    Programm (UNEP)

    11-13, Chemin des Anémones

    CH - 1219 Châtelaine, Geneva, Switzerland

    Telefown: (+41 22) 917 8177

    Feks: (+41 22) 917 8082

    Email: pic@pic.int

    Tweġiba dwar l-importazzjoni tal-eżabromoċiklododekan

    Image 2

    FORMOLA GĦAT-TWEĠIBA DWAR L-IMPORTAZZJONI

    Pajjiż:

    L-Unjoni Ewropea

    L-Istati Membri: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja.

    Ir-Renju Unit - Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Frar 2020. Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni, li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dment li ma jittawwalx, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bi ftit eċċezzjonijiet limitati, tibqa’ tapplika għar-Renju Unit u fih, u kull referenza għall-Istati Membri fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha tinftiehem li tinkludi r-Renju Unit.

    TAQSIMA 1   L-IDENTITÀ TAS-SUSTANZA KIMIKA

    1.1

    Isem komuni

    Eżabromoċiklododekan

    1.2

    Numru tal-CAS

    134237-50-6, 134237-51-7, 134237-52-8, 25637-99-4, 3194-55-6

    1.3

    Kategorija

    Pestiċida

    Industrijali

    Formulazzjoni ta’ pestiċida perikoluża ħafna

    TAQSIMA 2   JEKK KIEN HEMM TWEĠIBA PREĊEDENTI, INDIKAZZJONI DWARHA

    2.1

    Din hija l-ewwel darba li qed tintbagħat tweġiba dwar l-importazzjoni ta’ din is-sustanza kimika fil-pajjiż.

    2.2

    Din hija modifika ta’ tweġiba preċedenti.

    Data tal-ħruġ tat-tweġiba preċedenti: …

    TAQSIMA 3   TWEĠIBA DWAR IMPORTAZZJONI FUTURA

    Deċiżjoni finali (Imla t-taqsima 4 ta’ hawn taħt)

    JEW

    Tweġiba interim (Imla t-taqsima 5 ta’ hawn taħt)

    TAQSIMA 4   DEĊIŻJONI FINALI, SKONT IL-MIŻURI LEĠIŻLATTIVI JEW AMMINISTRATTIVI NAZZJONALI

    4.1

    M’hemm l-ebda kunsens għall-importazzjoni

    L-importazzjoni tas-sustanza kimika hija pprojbita simultanjament mis-sorsi kollha?

    Iva

    Le

    Il-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku hija pprojbita simultanjament?

    Iva

    Le

    4.2

    Kunsens għall-importazzjoni

    4.3

    Kunsens għall-importazzjoni skont kundizzjonijiet speċifiċi biss

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi huma:

    Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tas-sustanza kimika huma l-istess għas-sorsi kollha tal-importazzjoni?

    Iva

    Le

    Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku huma l-istess bħal dawk għall-importazzjonijiet kollha?

    Iva

    Le

    4.4

    Il-miżura leġiżlattiva jew amministrattiva nazzjonali li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni finali

    Deskrizzjoni tal-miżura leġiżlattiva jew amministrattiva nazzjonali:

    Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-eżabromoċiklododekan huma pprojbiti fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).

    TAQSIMA 5   TWEĠIBA INTERIM

    5.1

    M’hemm l-ebda kunsens għall-importazzjoni

    L-importazzjoni tas-sustanza kimika hija pprojbita simultanjament mis-sorsi kollha?

    Iva

    Le

    Il-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku hija pprojbita simultanjament?

    Iva

    Le

    5.2

    Kunsens għall-importazzjoni

    5.3

    Kunsens għall-importazzjoni skont kundizzjonijiet speċifiċi biss

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi huma:

    Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tas-sustanza kimika huma l-istess għas-sorsi kollha tal-importazzjoni?

    Iva

    Le

    Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku huma l-istess bħal dawk għall-importazzjonijiet kollha?

    Iva

    Le

    5.4

    Indikazzjoni ta’ kunsiderazzjoni attiva sabiex tintlaħaq deċiżjoni finali

    Hemm deċiżjoni finali li qed tiġi kkunsidrata b’mod attiv?

    Iva

    Le

    5.5

    Tagħrif jew għajnuna mitluba sabiex tintlaħaq deċiżjoni finali

    Qed jintalab it-tagħrif addizzjonali ta’ hawn taħt mingħand is-Segretarjat:

    Qed jintalab it-tagħrif addizzjonali ta’ hawn taħt mingħand il-pajjiż li nnotifika l-azzjoni regolatorja finali:

    Qed tintalab l-għajnuna ta’ hawn taħt għall-evalwazzjoni tas-sustanza kimika mingħand is-Segretarjat:

    TAQSIMA 6   TAGĦRIF ADDIZZJONALI RILEVANTI, LI JISTA’ JINKLUDI:

    Din is-sustanza kimika hija rreġistrata fil-pajjiż bħalissa?

    Iva

    Le

    Din is-sustanza kimika hija mmanifatturata fil-pajjiż?

    Iva

    Le

    Jekk weġibt iva għal xi waħda minn dawn il-mistoqsijiet:

    Din is-sustanza kimika hija maħsuba għall-użu domestiku?

    Iva

    Le

    Din is-sustanza kimika hija maħsuba għall-esportazzjoni?

    Iva

    Le

    Rimarki oħrajn

    F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p.1), li jimplimenta fl-Unjoni s-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u t-Tikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi tan-NU, l-eżabromoċiklododekan huwa kklassifikat bħala:

    Riprod. 2 – H361 – Issuspettat li jagħmel ħsara għall-fertilità jew lit-tarbija fil-ġuf .

    Latt. – H362 Jista’ jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa.

    TAQSIMA 7   L-AWTORITÀ NAZZJONALI MAĦTURA

    Istituzzjoni

    Il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ għall-Ambjent

    L-indirizz

    Rue de la Loi 200, B-1049 Brussels, Belgium

    Isem il-persuna inkarigata

    Dott. Juergen Helbig

    Il-pożizzjoni li tokkupa l-persuna inkarigata

    Koordinatur tal-Politika Internazzjonali tas-Sustanzi Kimiċi

    Telefown

    32 2 298 85 21

    Feks

    32 2 296 76 16

    Email

    Juergen.Helbig@ec.europa.eu

    Id-data, il-firma f’isem l-awtorità nazzjonali maħtura u s-siġill uffiċjali: ___________________________________

    IBGĦAT LURA L-FORMOLA MIMLIJA LIL:

    Secretariat for the Rotterdam Convention

    Food and Agriculture Organization

    of the United Nations (FAO)

    Viale delle Terme di Caracalla

    I - 00100 Rome, Italy

    Telefown: (+39 06) 5705 3441

    Feks: (+39 06) 5705 6347

    Email: pic@pic.int

    JEW

    Secretariat for the Rotterdam Convention

    United Nations Environment

    Programm (UNEP)

    11-13, Chemin des Anémones

    CH - 1219 Châtelaine, Geneva, Switzerland

    Telefown: (+41 22) 917 8177

    Feks: (+41 22) 917 8082

    Email: pic@pic.int

    ANNESS II

    It-tweġiba dwar l-importazzjoni tal-etere tal-pentabromodifenil

    Image 3

    FORMOLA GĦAT-TWEĠIBA DWAR L-IMPORTAZZJONI

    Pajjiż:

    L-Unjoni Ewropea

    L-Istati Membri: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja.

    Ir-Renju Unit - Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Frar 2020. Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni, li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dment li ma jittawwalx, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bi ftit eċċezzjonijiet limitati, tibqa’ tapplika għar-Renju Unit u fih, u kull referenza għall-Istati Membri fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha tinftiehem li tinkludi r-Renju Unit.

    TAQSIMA 1   L-IDENTITÀ TAS-SUSTANZA KIMIKA

    1.1

    Isem komuni

    Etere tal-pentabromodifenil kummerċjali, li jinkludi:

    Etere tat-tetrabromodifenil

    - Etere tal-pentabromodifenil

    1.2

    Numru tal-CAS

    40088-47-9 - Etere tat-tetrabromodifenil

    32534-81-9 - Etere tal-pentabromodifenil

    1.3

    Kategorija

    Pestiċida

    Industrijali

    Formulazzjoni ta’ pestiċida perikoluża ħafna

    TAQSIMA 2   JEKK KIEN HEMM TWEĠIBA PREĊEDENTI, INDIKAZZJONI DWARHA

    2.1

    Din hija l-ewwel darba li qed tintbagħat tweġiba dwar l-importazzjoni ta’ din is-sustanza kimika fil-pajjiż.

    2.2

    Din hija modifika ta’ tweġiba preċedenti.

    Data tal-ħruġ tat-tweġiba preċedenti: …It-18 ta’ Ġunju 2014…

    TAQSIMA 3   TWEĠIBA DWAR IMPORTAZZJONI FUTURA

    Deċiżjoni finali (Imla t-taqsima 4 ta’ hawn taħt)

    JEW

    Tweġiba interim (Imla t-taqsima 5 ta’ hawn taħt)

    TAQSIMA 4   DEĊIŻJONI FINALI, SKONT IL-MIŻURI LEĠIŻLATTIVI JEW AMMINISTRATTIVI NAZZJONALI

    4.1

    M’hemm l-ebda kunsens għall-importazzjoni

    L-importazzjoni tas-sustanza kimika hija pprojbita simultanjament mis-sorsi kollha?

    Iva

    Le

    Il-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku hija pprojbita simultanjament?

    Iva

    Le

    4.2

    Kunsens għall-importazzjoni

    4.3

    Kunsens għall-importazzjoni skont kundizzjonijiet speċifiċi biss

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi huma:

    Skont ir-Regolament (UE) 2019/1021, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-etere tal-pentabromodifenil kummerċjali huma permessi biss f’konformità mad-Direttiva 2011/65/UE meta jkunu japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    L-importazzjoni tal-etere tal-pentabromodifenil kummerċjali hija permessa biss għat-tqegħid fis-suq u l-użu fil-kejbils jew fl-ispare parts għat-tiswija, għall-użu mill-ġdid, għat-titjib tal-funzjonalitajiet jew għat-titjib tal-kapaċità ta’ dawn ta’ hawn taħt:

    (a)

    it-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) li tqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2006;

    (b)

    l-apparat mediku li tqiegħed fis-suq qabel it-22 ta’ Lulju 2014;

    (c)

    l-apparat mediku dijanjostiku in vitro li tqiegħed fis-suq qabel it-22 ta’ Lulju 2016;

    (d)

    l-istrumenti ta’ monitoraġġ u kontroll li tqiegħdu fis-suq qabel it-22 ta’ Lulju 2014;

    (e)

    l-istrumenti ta’ monitoraġġ u kontroll industrijali li tqiegħdu fis-suq qabel it-22 ta’ Lulju 2017;

    (f)

    l-EEE l-ieħor kollu li kien barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/95/KE u li tqiegħed fis-suq qabel it-22 ta’ Lulju 2019;

    (g)

    l-EEE li bbenefika minn eżenzjoni u li tqiegħed fis-suq qabel skadiet dik l-eżenzjoni, safejn hija kkonċernata l-eżenzjoni speċifika.

    L-ispare parts huma ddefiniti bħala parti separata minn EEE li jistgħu jissostitwixxu parti minn EEE. L-EEE ma jistax jiffunzjona kif intenzjonat mingħajr dik il-parti tal-EEE. Il-funzjonalità tal-EEE terġa’ tinkiseb jew titjieb meta l-parti tiġi sostitwita minn spare part.

    Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tas-sustanza kimika huma l-istess għas-sorsi kollha tal-importazzjoni?

    Iva

    Le

    Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku huma l-istess bħal dawk għall-importazzjonijiet kollha?

    Iva

    Le

    4.4

    Il-miżura leġiżlattiva jew amministrattiva nazzjonali li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni finali

    Deskrizzjoni tal-miżura leġiżlattiva jew amministrattiva nazzjonali:

    Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-etere tat-tetrabromodifenil huma pprojbiti fl-Unjoni, soġġetti għal ċerti eżenzjonijiet, skont ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019, dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.06.2019, p. 45).

    TAQSIMA 5   TWEĠIBA INTERIM

    5.1

    M’hemm l-ebda kunsens għall-importazzjoni

    L-importazzjoni tas-sustanza kimika hija pprojbita simultanjament mis-sorsi kollha?

    Iva

    Le

    Il-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku hija pprojbita simultanjament?

    Iva

    Le

    5.2

    Kunsens għall-importazzjoni

    5.3

    Kunsens għall-importazzjoni skont kundizzjonijiet speċifiċi biss

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi huma:

    Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tas-sustanza kimika huma l-istess għas-sorsi kollha tal-importazzjoni?

    Iva

    Le

    Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku huma l-istess bħal dawk għall-importazzjonijiet kollha?

    Iva

    Le

    5.4

    Indikazzjoni ta’ kunsiderazzjoni attiva sabiex tintlaħaq deċiżjoni finali

    Hemm deċiżjoni finali li qed tiġi kkunsidrata b’mod attiv?

    Iva

    Le

    5.5

    Tagħrif jew għajnuna mitluba sabiex tintlaħaq deċiżjoni finali

    Qed jintalab it-tagħrif addizzjonali ta’ hawn taħt mingħand is-Segretarjat:

    Qed jintalab it-tagħrif addizzjonali ta’ hawn taħt mingħand il-pajjiż li nnotifika l-azzjoni regolatorja finali:

    Qed tintalab l-għajnuna ta’ hawn taħt għall-evalwazzjoni tas-sustanza kimika mingħand is-Segretarjat:

    TAQSIMA 6   TAGĦRIF ADDIZZJONALI RILEVANTI, LI JISTA’ JINKLUDI:

    Din is-sustanza kimika hija rreġistrata fil-pajjiż bħalissa?

    Iva

    Le

    Din is-sustanza kimika hija mmanifatturata fil-pajjiż?

    Iva

    Le

    Jekk weġibt iva għal xi waħda minn dawn il-mistoqsijiet:

    Din is-sustanza kimika hija maħsuba għall-użu domestiku?

    Iva

    Le

    Din is-sustanza kimika hija maħsuba għall-esportazzjoni?

    Iva

    Le

    Rimarki oħrajn

    F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p.1), li jimplimenta fl-Unjoni s-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u t-Tikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi tan-NU, l-etere tal-pentabromodifenil huwa kklassifikat bħala:

    Latt. – H362 – Jista’ jagħmel ħsara lit-tfal imreddgħa.

    STOT RE 2 * – H373 – Jista’ jikkawża ħsara fl-organi b’esponiment fit-tul jew ripetut.

    Akkwatiku Akut 1 – H400 – Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi.

    Akkwatiku Kroniku 1 – H410 – Tossiku ħafna għall-organiżmi akwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema.

    (* = Din il-klassifikazzjoni għandha titqies bħala klassifikazzjoni minima.)

    TAQSIMA 7   L-AWTORITÀ NAZZJONALI MAĦTURA

    Istituzzjoni

    Il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ għall-Ambjent

    L-indirizz

    Rue de la Loi 200, B-1049 Brussels, Belgium

    Isem il-persuna inkarigata

    Dott. Juergen Helbig

    Il-pożizzjoni li tokkupa l-persuna inkarigata

    Koordinatur tal-Politika Internazzjonali tas-Sustanzi Kimiċi

    Telefown

    32 2 298 85 21

    Feks

    32 2 296 76 16

    Email

    Juergen.Helbig@ec.europa.eu

    Id-data, il-firma f’isem l-awtorità nazzjonali maħtura u s-siġill uffiċjali: ___________________________________

    IBGĦAT LURA L-FORMOLA MIMLIJA LIL:

    Secretariat for the Rotterdam Convention

    Food and Agriculture Organization

    of the United Nations (FAO)

    Viale delle Terme di Caracalla

    I - 00100 Rome, Italy

    Telefown: (+39 06) 5705 3441

    Feks: (+39 06) 5705 6347

    Email: pic@pic.int

    JEW

    Secretariat for the Rotterdam Convention

    United Nations Environment

    Programm (UNEP)

    11-13, Chemin des Anémones

    CH - 1219 Châtelaine, Geneva, Switzerland

    Telefown: (+41 22) 917 8177

    Feks: (+41 22) 917 8082

    Email: pic@pic.int

    It-tweġiba dwar l-importazzjoni tal-etere tal-ottabromodifenil

    Image 4

    FORMOLA GĦAT-TWEĠIBA DWAR L-IMPORTAZZJONI

    Pajjiż:

    L-Unjoni Ewropea

    L-Istati Membri: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja.

    Ir-Renju Unit - Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Frar 2020. Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni, li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dment li ma jittawwalx, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bi ftit eċċezzjonijiet limitati, tibqa’ tapplika għar-Renju Unit u fih, u kull referenza għall-Istati Membri fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha tinftiehem li tinkludi r-Renju Unit.

    TAQSIMA 1   L-IDENTITÀ TAS-SUSTANZA KIMIKA

    1.1

    Isem komuni

    Etere tal-ottabromodifenil kummerċjali, li jinkludi:

    Etere tal-eżabromodifenil

    Etere tal-ettabromodifenil

    1.2

    Numru tal-CAS

    36483-60-0 - Etere tal-eżabromodifenil

    68928-80-3 - Etere tal-ettabromodifenil

    1.3

    Kategorija

    Pestiċida

    Industrijali

    Formulazzjoni ta’ pestiċida perikoluża ħafna

    TAQSIMA 2   JEKK KIEN HEMM TWEĠIBA PREĊEDENTI, INDIKAZZJONI DWARHA

    2.1

    Din hija l-ewwel darba li qed tintbagħat tweġiba dwar l-importazzjoni ta’ din is-sustanza kimika fil-pajjiż.

    2.2

    Din hija modifika ta’ tweġiba preċedenti.

    Data tal-ħruġ tat-tweġiba preċedenti: …It-18 ta’ Ġunju 2014…

    TAQSIMA 3   TWEĠIBA DWAR IMPORTAZZJONI FUTURA

    Deċiżjoni finali (Imla t-taqsima 4 ta’ hawn taħt)

    JEW

    Tweġiba interim (Imla t-taqsima 5 ta’ hawn taħt)

    TAQSIMA 4   DEĊIŻJONI FINALI, SKONT IL-MIŻURI LEĠIŻLATTIVI JEW AMMINISTRATTIVI NAZZJONALI

    4.1

    M’hemm l-ebda kunsens għall-importazzjoni

    L-importazzjoni tas-sustanza kimika hija pprojbita simultanjament mis-sorsi kollha?

    Iva

    Le

    Il-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku hija pprojbita simultanjament?

    Iva

    Le

    4.2

    Kunsens għall-importazzjoni

    4.3

    Kunsens għall-importazzjoni skont kundizzjonijiet speċifiċi biss

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi huma:

    Skont ir-Regolament (UE) 2019/1021, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-etere tal-ottabromodifenil kummerċjali huma permessi biss f’konformità mad-Direttiva 2011/65/UE meta jkunu japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

    L-importazzjoni tal-etere tal-ottabromodifenil kummerċjali hija permessa biss għat-tqegħid fis-suq u l-użu fil-kejbils jew fl-ispare parts għat-tiswija, għall-użu mill-ġdid, għat-titjib tal-funzjonalitajiet jew għat-titjib tal-kapaċità ta’ dawn ta’ hawn taħt:

    (a)

    it-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) li tqiegħed fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2006;

    (b)

    l-apparat mediku li tqiegħed fis-suq qabel it-22 ta’ Lulju 2014;

    (c)

    l-apparat mediku dijanjostiku in vitro li tqiegħed fis-suq qabel it-22 ta’ Lulju 2016;

    (d)

    l-istrumenti ta’ monitoraġġ u kontroll li tqiegħdu fis-suq qabel it-22 ta’ Lulju 2014;

    (e)

    l-istrumenti ta’ monitoraġġ u kontroll industrijali li tqiegħdu fis-suq qabel it-22 ta’ Lulju 2017;

    (f)

    l-EEE l-ieħor kollu li kien barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/95/KE u li tqiegħed fis-suq qabel it-22 ta’ Lulju 2019;

    (g)

    l-EEE li bbenefika minn eżenzjoni u li tqiegħed fis-suq qabel skadiet dik l-eżenzjoni, safejn hija kkonċernata l-eżenzjoni speċifika.

    L-ispare parts huma ddefiniti bħala parti separata minn EEE li jistgħu jissostitwixxu parti minn EEE. L-EEE ma jistax jiffunzjona kif intenzjonat mingħajr dik il-parti tal-EEE. Il-funzjonalità tal-EEE terġa’ tinkiseb jew titjieb meta l-parti tiġi sostitwita minn spare part.

    Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tas-sustanza kimika huma l-istess għas-sorsi kollha tal-importazzjoni?

    Iva

    Le

    Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku huma l-istess bħal dawk għall-importazzjonijiet kollha?

    Iva

    Le

    4.4

    Il-miżura leġiżlattiva jew amministrattiva nazzjonali li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni finali

    Deskrizzjoni tal-miżura leġiżlattiva jew amministrattiva nazzjonali:

    Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-etere tat-eżabromodifenil huma pprojbiti fl-Unjoni, soġġetti għal ċerti eżenzjonijiet, skont ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019, dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.06.2019, p. 45).

    TAQSIMA 5   TWEĠIBA INTERIM

    5.1

    M’hemm l-ebda kunsens għall-importazzjoni

    L-importazzjoni tas-sustanza kimika hija pprojbita simultanjament mis-sorsi kollha?

    Iva

    Le

    Il-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku hija pprojbita simultanjament?

    Iva

    Le

    5.2

    Kunsens għall-importazzjoni

    5.3

    Kunsens għall-importazzjoni skont kundizzjonijiet speċifiċi biss

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi huma:

    Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tas-sustanza kimika huma l-istess għas-sorsi kollha tal-importazzjoni?

    Iva

    Le

    Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku huma l-istess bħal dawk għall-importazzjonijiet kollha?

    Iva

    Le

    5.4

    Indikazzjoni ta’ kunsiderazzjoni attiva sabiex tintlaħaq deċiżjoni finali

    Hemm deċiżjoni finali li qed tiġi kkunsidrata b’mod attiv?

    Iva

    Le

    5.5

    Tagħrif jew għajnuna mitluba sabiex tintlaħaq deċiżjoni finali

    Qed jintalab it-tagħrif addizzjonali ta’ hawn taħt mingħand is-Segretarjat:

    Qed jintalab it-tagħrif addizzjonali ta’ hawn taħt mingħand il-pajjiż li nnotifika l-azzjoni regolatorja finali:

    Qed tintalab l-għajnuna ta’ hawn taħt għall-evalwazzjoni tas-sustanza kimika mingħand is-Segretarjat:

    TAQSIMA 6   TAGĦRIF ADDIZZJONALI RILEVANTI, LI JISTA’ JINKLUDI:

    Din is-sustanza kimika hija rreġistrata fil-pajjiż bħalissa?

    va

    Le

    Din is-sustanza kimika hija mmanifatturata fil-pajjiż?

    Iva

    Le

    Jekk weġibt iva għal xi waħda minn dawn il-mistoqsijiet:

    Din is-sustanza kimika hija maħsuba għall-użu domestiku?

    Iva

    Le

    Din is-sustanza kimika hija maħsuba għall-esportazzjoni?

    Iva

    Le

    Rimarki oħrajn

    TAQSIMA 7   L-AWTORITÀ NAZZJONALI MAĦTURA

    Istituzzjoni

    Il-Kummissjoni Ewropea, id-DĠ għall-Ambjent

    L-indirizz

    Rue de la Loi 200, B-1049 Brussels, Belgium

    Isem il-persuna inkarigata

    Dott. Juergen Helbig

    Il-pożizzjoni li tokkupa l-persuna inkarigata

    Koordinatur tal-Politika Internazzjonali tas-Sustanzi Kimiċi

    Telefown

    32 2 298 85 21

    Feks

    32 2 296 76 16

    Email

    Juergen.Helbig@ec.europa.eu

    Id-data, il-firma f’isem l-awtorità nazzjonali maħtura u s-siġill uffiċjali: ___________________________________

    IBGĦAT LURA L-FORMOLA MIMLIJA LIL:

    Secretariat for the Rotterdam Convention

    Food and Agriculture Organization

    of the United Nations (FAO)

    Viale delle Terme di Caracalla

    I - 00100 Rome, Italy

    Telefown: (+39 06) 5705 3441

    Feks: (+39 06) 5705 6347

    Email: pic@pic.int

    JEW

    Secretariat for the Rotterdam Convention

    United Nations Environment

    Programm (UNEP)

    11-13, Chemin des Anémones

    CH - 1219 Châtelaine, Geneva, Switzerland

    Telefown: (+41 22) 917 8177

    Feks: (+41 22) 917 8082

    Email: pic@pic.int

    Tweġiba dwar l-importazzjoni tal-aċidu perfluworoottansulfoniku, tal-perfluworoottansulfonati, tal-perfluworoottansulfonammidi u tal-perfluworoottansulfonili

    Image 5

    FORMOLA GĦAT-TWEĠIBA DWAR L-IMPORTAZZJONI

    Pajjiż:

    L-Unjoni Ewropea

    L-Istati Membri: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, iċ-Ċekja, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja.

    Ir-Renju Unit - Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Frar 2020. Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni, li jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dment li ma jittawwalx, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, bi ftit eċċezzjonijiet limitati, tibqa’ tapplika għar-Renju Unit u fih, u kull referenza għall-Istati Membri fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandha tinftiehem li tinkludi r-Renju Unit.

    TAQSIMA 1   L-IDENTITÀ TAS-SUSTANZA KIMIKA

    1.1

    Isem komuni

    Aċidu perfluworoottansulfoniku, perfluworoottansulfonati, perfluworoottansulfonammidi u perfluworoottansulfonili

    1.2

    Numru tal-CAS

    In-numri rilevanti tal-CAS huma:

    1763-23-1 - Aċidu perfluworoottansulfoniku

    2795-39-3 - Perfluworoottansulfonat tal-potassju

    29457-72-5 - Perfluworoottansulfonat tal-litju

    29081-56-9 - Perfluworoottansulfonat tal-ammonju

    70225-14-8 - Perfluworoottansulfonat tad-dietanolammina

    56773-42-3 - Perfluworoottansulfonat tat-tetraetilammonju

    251099-16-8 - Perfluworoottansulfonat tad-dideċildimetilammonju

    4151-50-2 - N-etilperfluworoottansulfonammid

    31506-32-8 - N-metilperfluworoottansulfonammid

    1691-99-2 - N-etil-N-(2-idrossietil) perfluworoottansulfonammid

    24448-09-7 - N-(2-idrossietil)-N-metilperfluworoottansulfonammid

    307-35-7 - Fluworur tal-perfluworoottan u tas-sulfonil

    1.3

    Kategorija

    ☐ Pestiċida

    ☒ Industrijali

    ☐ Formulazzjoni ta’ pestiċida perikoluża ħafna

    TAQSIMA 2   JEKK KIEN HEMM TWEĠIBA PREĊEDENTI, INDIKAZZJONI DWARHA

    2.1

    Din hija l-ewwel darba li qed tintbagħat tweġiba dwar l-importazzjoni ta’ din is-sustanza kimika fil-pajjiż.

    2.2

    Din hija modifika ta’ tweġiba preċedenti.

    Data tal-ħruġ tat-tweġiba preċedenti: …It-18 ta’ Ġunju 2014…

    TAQSIMA 3   TWEĠIBA DWAR IMPORTAZZJONI FUTURA

    Deċiżjoni finali (Imla t-taqsima 4 ta’ hawn taħt)

    JEW

    Tweġiba interim (Imla t-taqsima 5 ta’ hawn taħt)

    TAQSIMA 4   DEĊIŻJONI FINALI, SKONT IL-MIŻURI LEĠIŻLATTIVI JEW AMMINISTRATTIVI NAZZJONALI

    4.1

    M’hemm l-ebda kunsens għall-importazzjoni

    L-importazzjoni tas-sustanza kimika hija pprojbita simultanjament mis-sorsi kollha?

    Iva

    Le

    Il-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku hija pprojbita simultanjament?

    Iva

    Le

    4.2

    Kunsens għall-importazzjoni

    4.3

    Kunsens għall-importazzjoni skont kundizzjonijiet speċifiċi biss

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi huma:

    L-importazzjonijiet tal-aċidu perfluworoottansulfoniku u d-derivati tiegħu (PFOS) iridu jikkonformaw mar-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.06.2019, p. 45), li jistipula dan li ġej:

    1.

    Il-PFOS ma jistgħux jiġu mmanifatturati, jitqiegħdu fis-suq u jintużaw, kemm waħedhom u kemm f’taħlitiet jew bħala kostitwenti ta’ oġġetti oħrajn.

    2.

    Din il-projbizzjoni ma għandhiex tapplika għall-PFOS li jinsabu traċċi tagħhom li jikkontaminaw is-sustanzi, it-taħlitiet jew l-oġġetti bla ħsieb, dment li

    (a)

    il-konċentrazzjonijiet tal-PFOS ikunu 10 mg/kg (0,001% tal-piż) jew anqas meta jkunu f’sustanzi jew f’taħlitiet, jew

    (b)

    il-konċentrazzjonijiet tal-PFOS fi prodotti nofshom lesti jew f’oġġetti, jew partijiet minnhom, ikunu inqas minn 0,1% tal-piż, ikkalkulati b’referenza għall-massa ta’ partijiet strutturalment jew mikrostrutturalment distinti li fihom il-PFOS jew, għal tessuti jew materjali miksija oħrajn, jekk l-ammont ta’ PFOS ikun inqas minn 1 μg/m2 tal-materjal miksi.

    3.

    Il-PFOS jistgħu jiġu mmanifatturati u jitqiegħdu fis-suq għall-użi speċifiċi li ġejjin jekk il-kwantità tal-PFOS irrilaxxata fl-ambjent titnaqqas kemm jista’ jkun, dejjem jekk l-Istati Membri jibagħtu rapport lill-Kummissjoni kull erba’ snin dwar il-progress li jkun sar sabiex jiġu eliminati l-PFOS:

    aġenti li jrażżnu l-irxiex għall-kisi mhux dekorattiv bil-kromju (VI) iebes f’sistemi b’ċiklu magħluq.

    Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tas-sustanza kimika huma l-istess għas-sorsi kollha tal-importazzjoni?

    Iva

    Le

    Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku huma l-istess bħal dawk għall-importazzjonijiet kollha?

    Iva

    Le

    4.4

    Il-miżura leġiżlattiva jew amministrattiva nazzjonali li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni finali

    Deskrizzjoni tal-miżura leġiżlattiva jew amministrattiva nazzjonali:

    Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-aċidu perfluworoottansulfoniku u d-derivati tiegħu (PFOS) huma pprojbiti fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019, dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.06.2019, p. 45). Madankollu, dak ir-Regolament jippermetti li jkun hemm eżenzjonijiet speċifiċi, li huma deskritti fit-Taqsima 4.3.

    TAQSIMA 5   TWEĠIBA INTERIM

    5.1

    M’hemm l-ebda kunsens għall-importazzjoni

    L-importazzjoni tas-sustanza kimika hija pprojbita simultanjament mis-sorsi kollha?

    Iva

    Le

    Il-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku hija pprojbita simultanjament?

    Iva

    Le

    5.2

    Kunsens għall-importazzjoni

    5.3

    Kunsens għall-importazzjoni skont kundizzjonijiet speċifiċi biss

    Il-kundizzjonijiet speċifiċi huma:

    Il-kundizzjonijiet għall-importazzjoni tas-sustanza kimika huma l-istess għas-sorsi kollha tal-importazzjoni?

    Iva

    Le

    Il-kundizzjonijiet għall-produzzjoni domestika tas-sustanza kimika għall-użu domestiku huma l-istess bħal dawk għall-importazzjonijiet kollha?

    Iva

    Le

    5.4

    Indikazzjoni ta’ kunsiderazzjoni attiva sabiex tintlaħaq deċiżjoni finali

    Hemm deċiżjoni finali li qed tiġi kkunsidrata b’mod attiv?

    Iva

    Le

    5.5

    Tagħrif jew għajnuna mitluba sabiex tintlaħaq deċiżjoni finali

    Qed jintalab it-tagħrif addizzjonali ta’ hawn taħt mingħand is-Segretarjat:

    Qed jintalab it-tagħrif addizzjonali ta’ hawn taħt mingħand il-pajjiż li nnotifika l-azzjoni regolatorja finali:

    Qed tintalab l-għajnuna ta’ hawn taħt għall-evalwazzjoni tas-sustanza kimika mingħand is-Segretarjat:

    TAQSIMA 6   TAGĦRIF ADDIZZJONALI RILEVANTI, LI JISTA' JINKLUDI:

    Din is-sustanza kimika hija rreġistrata fil-pajjiż bħalissa?

    Iva

    Le

    Din is-sustanza kimika hija mmanifatturata fil-pajjiż?

    Iva

    Le

    Jekk weġibt iva għal xi waħda minn dawn il-mistoqsijiet:

    Din is-sustanza kimika hija maħsuba għall-użu domestiku?

    Iva

    Le

    Din is-sustanza kimika hija maħsuba għall-esportazzjoni?

    Iva

    Le

    Rimarki oħrajn

    F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p.1), li jimplimenta fl-Unjoni s-Sistema Globalment Armonizzata tal-Klassifikazzjoni u t-Tikkettar ta’ Sustanzi Kimiċi tan-NU, l-aċidu perfluworoottansulfoniku (numru tal-CAS 1763-23-1) huwa kklassifikat bħala:

    Toss. Akuta 4 * – H302 – Jagħmel il-ħsara jekk jinbela’.

    Toss. Akuta 4 * – H332 – Jagħmel il-ħsara jekk jinġibed man-nifs.

    Karċ. 2 – H351 – Suspettat li jikkawża l-kanċer.

    Latt. – H362 – Jista’ jagħmel il-ħsara lit-tfal imreddgħa.

    STOT RE 1 – H372 – Jikkawża ħsara lill-organi b’esponiment fit-tul jew ripetut.

    Akkwatiku Kroniku 2 – H411 – Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi u jħalli effetti dejjiema.

    Ripr. 1B – H360D – Jaf jagħmel ħsara lit-tarbija fil-ġuf.

    Top