Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D2181

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzojni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2181 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u talloka l-kwoti għal sustanzi kkontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021 (notifikata bid-dokument C(2020) 8996) (It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bit-Taljan u l-Ungeriż biss huma awtentiċi)

    ĠU L 433, 22.12.2020, p. 39–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2020/2181/oj

    22.12.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 433/39


    ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2181

    tas-17 ta’ Diċembru 2020

    li tiddetermina l-limiti kwantitattivi u talloka l-kwoti għal sustanzi kkontrollati skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu, għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021

    (notifikata bid-dokument C(2020) 8996)

    (It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Malti, bin-Netherlandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bit-Taljan u l-Ungeriż biss huma awtentiċi)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(2) u 16(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni ta’ sustanzi kkontrollati importati huwa soġġett għal limiti kwantitattivi.

    (2)

    Il-Kummissjoni hija meħtieġa li tiddetermina dawk il-limiti u talloka l-kwoti lill-impriżi.

    (3)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija meħtieġa tiddetermina l-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati minbarra l-idroklorofluworokarburi li jistgħu jintużaw għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi analitiċi, u l-impriżi li jistgħu jużawhom.

    (4)

    Id-determinazzjoni tal-kwoti allokati għal użi essenzjali fil-laboratorju u għal użi analitiċi għandha tiżgura li jiġu osservati l-limiti kwantitattivi stipulati fl-Artikolu 10(6) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, permezz tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 (2). Billi dawk il-limiti kwantitattivi jinkludu kwantitajiet ta’ idroklorofluworokarburi li huma liċenzjati għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi, il-produzzjoni u l-importazzjoni tal-idroklorofluworokarburi għal dawk l-użi jenħtieġ li jkunu koperti wkoll minn dik l-allokazzjoni.

    (5)

    Il-Kummissjoni ppubblikat avviż għall-impriżi li fl-2021 beħsiebhom jimportaw jew jesportaw sustanzi kkontrollati li jnaqqsu s-saff tal-ożonu lejn jew mill-Unjoni Ewropea, kif ukoll għall-impriżi li fl-2021 beħsiebhom jipproduċu jew jimportaw dawn is-sustanzi għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi (3), u b’hekk irċeviet dikjarazzjonijiet dwar l-importazzjonijiet maħsuba għall-2021.

    (6)

    Il-limiti kwantitattivi u l-kwoti għandhom jiġu ddeterminati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021, skont iċ-ċiklu tar-rappurtar annwali fil-kuntest tal-Protokoll ta’ Montreal dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Limiti kwantitattivi għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

    Il-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni fl-2021 minn sorsi ’l barra mill-Unjoni għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    Sustanzi kkontrollati

    Kwantità (f’kilogrammi ta’ potenzjal li jnaqqas l-ożonu (ODP))

    Grupp I (klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115) u grupp II (klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn)

    500 550,00

    Grupp III (aloni)

    25 762 300,00

    Grupp IV (tetraklorur tal-karbonju)

    24 530 561,00

    Grupp V (1,1,1-trikloroetan)

    2 500 000,00

    Grupp VI (bromur tal-metil)

    630 835,20

    Grupp VII (idrobromofluworokarburi)

    4 569,16

    Grupp VIII (idroklorofluworokarburi)

    4 916 159,75

    Grupp IX (bromoklorometan)

    264 024,00

    Artikolu 2

    Allokazzjoni tal-kwoti għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

    1.   Il-kwoti għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u għall-klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness I.

    2.   Il-kwoti għall-aloni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness II.

    3.   Il-kwoti għat-tetraklorur tal-karbonju matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness III.

    4.   Il-kwoti għall-1,1,1-trikloroetan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness IV.

    5.   Il-kwoti għall-bromur tal-metil matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness V.

    6.   Il-kwoti għall-idrobromofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VI.

    7.   Il-kwoti għall-idroklorofluworokarburi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VII.

    8.   Il-kwoti għall-bromoklorometan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021 huma allokati għall-finijiet indikati u lill-impriżi indikati fl-Anness VIII.

    9.   Il-kwoti individwali għall-impriżi għandhom ikunu kif stipulati fl-Anness IX.

    Artikolu 3

    Kwoti għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi

    Il-kwoti għall-importazzjoni u għall-produzzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi fis-sena 2021 għandhom jiġu allokati lill-impriżi elenkati fl-Anness X.

    Il-kwantitajiet massimi li jistgħu jiġu prodotti jew importati fl-2021 għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi allokati lil dawk l-impriżi huma stipulati fl-Anness XI.

    Artikolu 4

    Perjodu ta’ validità

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021.

    Artikolu 5

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:

    1

    Abcr GmbH

    Im Schlehert 10

    76187 Karlsruhe

    Il-Ġermanja

    2

    Agilent Technologies Manufacturing GmbH & Co. KG

    Hewlett-Packard-Str. 8

    D-76337 Waldbronn

    Il-Ġermanja

    3

    Albemarle Europe SPRL

    Parc Scientifique Einstein, Rue du Bosquet 9

    B-1348 Louvain-la-Neuve

    Il-Belġju

    4

    ARKEMA FRANCE

    Rue Estienne d’Orves 420

    92705 COLOMBES CEDEX

    Franza

    5

    Arthur Friedrichs Kältemittel GmbH

    Bei den Kämpen 22

    21220 Seevetal

    Il-Ġermanja

    6

    ATELIERS BIGATA SASU

    RUE JEAN-BAPTISTE PERRIN 10

    33320 EYSINES

    Franza

    7

    BASF Agri-Production S.A.S.

    Rue de Verdun 32

    76410 Saint-Aubin Les Elbeuf

    Franza

    8

    Bayer AG

    Alfred-Nobel-Str. 50

    40789 Monheim

    Il-Ġermanja

    9

    Biovit d.o.o.

    Varazdinska ulica - Odvojak II 15

    HR-42000 Varazdin

    Il-Kroazja

    10

    Blue Cube Germany Assets GmbH & Co. KG

    Buetzflether Sand 2

    21683 Stade

    Il-Ġermanja

    11

    BTC B.V.

    Albert Thijsstraat 17

    6471WX Eijgelshoven

    In-Netherlands

    12

    Ceram Optec SIA

    Skanstes street 7 K-1

    LV-1013 Riga

    Il-Latvja

    13

    Chemours Netherlands B.V.

    Baanhoekweg 22

    3313LA Dordrecht

    In-Netherlands

    14

    Daikin Refrigerants Europe GmbH

    Industriepark Höchst

    65926 Frankfurt am Main

    Il-Ġermanja

    15

    Dyneon GmbH

    Industrieparkstr. 1

    84508 Burgkirchen

    Il-Ġermanja

    16

    EAF protect s.r.o.

    Karlovarská 131/50

    35002 Cheb 2

    Ir-Repubblika Ċeka

    17

    F-Select GmbH

    Grosshesseloherstr. 18

    81479 Munich

    Il-Ġermanja

    18

    FOT LTD

    Ovcha kupel 13

    1618 Sofia

    Il-Bulgarija

    19

    Gedeon Richter Nyrt.

    Gyömrői út 19-21.

    H-1103 Budapest

    L-Ungerija

    20

    GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH

    Ruhrstr. 113

    22761 Hamburg

    Il-Ġermanja

    21

    GIELLE INDUSTRIES di Luigi Galantucci

    VIA FERRI ROCCO 32

    70022 ALTAMURA

    L-Italja

    22

    Hovione FarmaCiencia SA

    Quinta de S. Pedro - Sete Casas

    2674-506 Loures

    Il-Portugall

    23

    Hudson Technologies Europe S.r.l.

    Via degli Olmetti 39/E

    00060 Formello

    L-Italja

    24

    Hugen Maintenance for Aircraft B.V.

    Marketing 43

    6921 Duiven

    In-Netherlands

    25

    Hugen Reprocessing Company Dutch Halonbank bv

    Marketing 43

    6921 RE Duiven

    In-Netherlands

    26

    ICL EUROPE COOPERATIEF U.A.

    Koningin Wilhelminaplein 30

    1062 KR Amsterdam

    In-Netherlands

    27

    INTERGEO LTD

    INDUSTRIAL PARK OF THERMI

    57001 THESSALONIKI

    Il-Greċja

    28

    L’HOTELLIER SAS

    Rue Henri Poincaré 4

    92160 ANTONY

    Franza

    29

    Labmix24 GmbH

    Industriestr. 18A

    46499 Hamminkeln

    Il-Ġermanja

    30

    LABORATORIOS MIRET S.A.

    Geminis 4

    08228 Terrassa

    Spanja

    31

    LGC Standards GmbH

    Mercatorstr. 51

    46485 Wesel

    Il-Ġermanja

    32

    Ludwig-Maximilians-University

    Butenadtstr. 5-13 (HAUS D)

    DE-81377 Munich

    Il-Ġermanja

    33

    Martec SpA

    Via dell’industria 1

    I-20060 Vignate

    L-Italja

    34

    MEBROM NV

    INDUSTRIELAAN 9

    9990 MALDEGEM

    Il-Belġju

    35

    Mebrom Technology NV

    Antwerpsesteenweg 45

    2830 Willebroek

    Il-Belġju

    36

    Neochema GmbH

    Am Kümmerling 37A

    55294 Bodenheim

    Il-Ġermanja

    37

    P.U. POZ-PLISZKA Sp. z o.o.

    Mialki Szlak 52

    80-717 Gdansk

    Il-Polonja

    38

    Philipps-Universität Marburg

    Biegenstrasse 10

    35032 Marburg

    Il-Ġermanja

    39

    R.P. CHEM s.r.l.

    Via San Michele 47

    31032 Casale sul Sile (TV)

    L-Italja

    40

    Restek GmbH

    Schaberweg 23

    Bad Homburg

    Il-Ġermanja

    41

    Safety Hi-Tech srl

    Via Bellini 22

    00198 Roma

    L-Italja

    42

    SANOFI CHIMIE

    LE BOURG

    63480 VERTOLAYE

    Franza

    43

    Savi Technologie sp. z o.o. sp. k.

    Psary Wolnosci 20

    51-180 Wroclaw

    Il-Polonja

    44

    SIGMA ALDRICH CHIMIE sarl

    Rue de Luzais 80

    38070 SAINT QUENTIN FALLAVIER

    Franza

    45

    Sigma-Aldrich Chemie GmbH

    Riedstraße 2

    89555 Steinheim

    Il-Ġermanja

    46

    Solvay Fluor GmbH

    Hans-Boeckler-Allee 20

    30173 Hannover

    Il-Ġermanja

    47

    Solvay Specialty Polymers France SAS

    Avenue de la Republique

    39501 Tavaux Cedex

    Franza

    48

    Solvay Specialty Polymers Italy SpA

    Viale Lombardia 20

    20021 Bollate

    L-Italja

    49

    Sterling Chemical Malta Limited

    Hal Far Industrial Estate HF 51

    1504 FLORIANA

    Malta

    50

    Sterling SpA

    Via della Carboneria 30

    06073 Solomeo - Corciano (PG)

    L-Italja

    51

    Tazzetti SAU

    Calle Roma 2

    28813 Torres de la Alameda

    Spanja

    52

    Tazzetti SpA

    Corso Europa 600/A

    10088 Volpiano

    L-Italja

    53

    TECHLAB SARL

    La tannerie 4C

    57072 METZ CEDEX 3

    Franza

    54

    TEGA - Technische Gase und Gasetechnik GmbH

    Werner-von-Siemens-Str. 18

    D-97076 Würzburg

    Il-Ġermanja

    55

    ULTRA Scientific Italia srl

    Via emilia 51/D

    40011 Anzola emilia

    L-Italja

    56

    UTM Umwelt-Technik-Metallrecycling GmbH

    Alt-Herrenwyk 12

    23569 Lübeck

    Il-Ġermanja

    57

    VALLISCOR EUROPA LIMITED

    13-18 City Quay

    D02 ED70 Dublin

    L-Irlanda

    58

    VATRO-SERVIS d.o.o.

    Dravska 61

    42202 Trnovec Bartolovecki

    Il-Kroazja

    Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Frans TIMMERMANS

    Viċi President Eżekuttiv


    (1)  ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 537/2011 tal-1 ta’ Ġunju 2011 dwar il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw fil-laboratorji u għal skopijiet ta’ analiżi fl-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ĠU L 147, 2.6.2011, p. 4).

    (3)  ĠU C 115, 7.4.2020, p. 14.


    ANNESS I

    Gruppi I u II

    Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-klorofluworokarburi 11, 12, 113, 114 u 115 u klorofluworokarburi kompletament aloġenati oħrajn allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima u aġenti tal-ipproċessar matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021.

    Kumpanija

    Abcr GmbH (DE)

    Solvay Specialty Polymers Italy SpA (IT)

    Tazzetti SAU (ES)

    Tazzetti SpA (IT)

    TEGA - Technische Gase und Gasetechnik GmbH (DE)


    ANNESS II

    Grupp III

    Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-aloni allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u għal użi kritiċi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021.

    Kumpanija

    Abcr GmbH (DE)

    Arkema France (FR)

    Arthur Friedrichs Kältemittel GmbH (DE)

    Ateliers Bigata SASU (FR)

    BASF Agri-Production S.A.S. (FR)

    BTC B.V. (NL)

    EAF protect s.r.o. (CZ)

    Gielle Industries di Luigi Galantucci (IT)

    Hugen Maintenance for Aircraft B.V. (NL)

    Hugen Reprocessing Company Dutch Halonbank bv (NL)

    Intergeo LTD (EL)

    L’Hotellier SAS (FR)

    Martec SpA (IT)

    P.U. Poz-Pliszka Sp. z o.o. (PL)

    Savi Technologie sp. z o.o. sp. k. (PL)

    UTM Umwelt-Technik-Metallrecycling GmbH (DE)

    Vatro-Servis d.o.o. (HR)


    ANNESS III

    Grupp IV

    Il-kwoti ta’ importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbonju allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima u aġenti tal-ipproċessar matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021.

    Kumpanija

    Abcr GmbH (DE)

    Arkema France (FR)

    Blue Cube Germany Assets GmbH & Co. KG (DE)

    Ceram Optec SIA (LV)


    ANNESS IV

    Grupp V

    Il-kwoti tal-importazzjoni għall-1,1,1-trikloroetan allokati lill-importaturi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għal użi bħala materja prima għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021.

    Kumpanija

    Arkema France (FR)


    ANNESS V

    Grupp VI

    Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-bromur tal-metil allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021.

    Kumpanija

    Abcr GmbH (DE)

    GHC Gerling, Holz & Co. Handels GmbH (DE)

    ICL Europe Cooperatief U.A. (NL)

    Mebrom NV (BE)

    Mebrom Technology NV (BE)

    Sanofi Chimie (FR)

    Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE)


    ANNESS VI

    Grupp VII

    Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-idrobromofluworokarburi allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021.

    Kumpanija

    Abcr GmbH (DE)

    Hovione FarmaCiencia SA (PT)

    R.P. CHEM s.r.l. (IT)

    Sanofi Chimie (FR)

    Sterling Chemical Malta Limited (MT)

    Sterling SpA (IT)

    Valliscor Europa Limited (IE)


    ANNESS VII

    Grupp VIII

    Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-idroklorofluworokarburi allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021.

    Kumpanija

    Abcr GmbH (DE)

    Arkema France (FR)

    Bayer AG (DE)

    Chemours Netherlands B.V. (NL)

    Dyneon GmbH (DE)

    Solvay Fluor GmbH (DE)

    Solvay Specialty Polymers France SAS (FR)

    Solvay Specialty Polymers Italy SpA (IT)

    Tazzetti SAU (ES)

    Tazzetti SpA (IT)


    ANNESS VIII

    Grupp IX

    Il-kwoti ta’ importazzjoni għall-bromoklorometan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009 għall-użi bħala materja prima matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2021.

    Kumpanija

    Albemarle Europe SPRL (BE)

    ICL Europe Cooperatief U.A. (NL)

    Laboratorios Miret S.A. (ES)

    Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE)

    Valliscor Europa Limited (IE)


    ANNESS IX

    (Tagħrif kummerċjalment sensittiv – kunfidenzjali – ma għandux jiġi ppubblikat)


    ANNESS X

    Impriżi intitolati li jipproduċu jew jimportaw għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi fl-2021

    Il-kwoti tas-sustanzi kkontrollati li jistgħu jintużaw għal użi fil-laboratorju u għal użi analitiċi huma allokati lil:

    Kumpanija

    Abcr GmbH (DE)

    Agilent Technologies Manufacturing GmbH & Co. KG (DE)

    Arkema France (FR)

    Biovit d.o.o. (HR)

    Daikin Refrigerants Europe GmbH (DE)

    F-Select GmbH (DE)

    FOT LTD (BG)

    Gedeon Richter Plc. (HU)

    Hudson Technologies Europe S.r.l. (IT)

    Labmix24 GmbH (DE)

    LGC Standards GmbH (DE)

    Ludwig-Maximilians-University (DE)

    Mebrom NV (BE)

    Neochema GmbH (DE)

    Philipps-Universität Marburg (DE)

    Restek GmbH (DE)

    Safety Hi-Tech srl (IT)

    Sigma Aldrich Chimie sarl (FR)

    Sigma-Aldrich Chemie GmbH (DE)

    Solvay Fluor GmbH (DE)

    Solvay Specialty Polymers France SAS (FR)

    Solvay Specialty Polymers Italy SpA (IT)

    Techlab SARL (FR)

    Ultra Scientific Italia srl (IT)

    Valliscor Europa Limited (IE)


    ANNESS XI

    (Tagħrif kummerċjalment sensittiv – kunfidenzjali – ma għandux jiġi ppubblikat)


    Top