This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D1264
Decision (EU) 2020/1264 of the European Central Bank of 8 September 2020 amending Decision (EU) 2019/1743 of the European Central Bank on the remuneration of holdings of excess reserves and of certain deposits (ECB/2020/38)
Deċiżjoni (UE) 2020/1264 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Settembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2020/38)
Deċiżjoni (UE) 2020/1264 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Settembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2020/38)
ĠU L 297, 11.9.2020, pp. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
11.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 297/5 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/1264 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-8 ta’ Settembru 2020
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2020/38)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artiklu 3.1 u l-Artikoli 17 sa 19 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li l-fondi li huma ddepożitati b’mod obbligatorju mal-BĊE għall-finijiet tal-ħlas lura ta’ assistenza finanzjarja taħt ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 (1) għandhom ikunu eżenti minn rati tal-imgħax negattivi. |
|
(2) |
Għaldaqstant, id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 (BĊE/2019/31) (2) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emenda
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 (BĊE/2019/31) huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 2
Remunerazzjoni ta’ ċerti depożiti miżmuma mal-BĊE
Kontijiet miżmuma mal-BĊE b’mod konformi mad-Deċiżjoni BĊE/2003/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew (*1), id-Deċiżjoni BĊE/2010/31 tal-Bank Ċentrali Ewropew (*2), id-Deċiżjoni BĊE/2010/17 tal-Bank Ċentrali Ewropew (*3) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 (*4) għandhom ikomplu jiġu rremunerati bir-rata tal-faċilità ta' depożitu. Madankollu, meta jkun meħtieġ li d-depożiti jinżammu f’dawk il-kontijiet qabel id-data li fiha jrid isir ħlas skont ir-regoli legali jew kuntrattwali applikabbli għall-faċilità kkonċernata, dawn id-depożiti għandhom jiġu remunerati matul dan il-perijodu bikri bir-rata ta’ żero fil-mija jew tal-faċilità ta’ depożitu, skont liema tkun l-ogħla.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mis-sitt perjodu ta’ żamma ta’ riżerva tal-2020 li jibda fis-16 ta’ Settembru 2020.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-8 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kunsill Governattiv
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/672 tad-19 ta’ Mejju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Strument Ewropew għal appoġġ temporanju biex jittaffew ir-riskji ta’ qgħad f’emerġenza (SURE) wara t-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU L 159, 20.5.2020, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni (UE) 2019/1743 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta’ Ottubru 2019 dwar ir-remunerazzjoni ta’ holdings ta’ eċċess ta’ riżervi u ta’ ċerti depożiti (BĊE/2019/31) (ĠU L 267, 21.10.2019, p. 12).