This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D0807(01)
Administrative Commission for the Coordination of Social Security Systems Decision No H9 of 17 June 2020 regarding the postponement of deadlines mentioned in Articles 67 and 70 of Regulation (EC) No 987/2009 of the European Parliament and of the Council as well as in Decision No S9 due to the COVID-19 Pandemic (Text of relevance to the EEA and to the EC/Switzerland Agreement) 2020/C 259/03
Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Deċiżjoni Nru H9 tas-17 ta’ Ġunju 2020 dwar il-posponiment tal-iskadenzi msemmija fl-Artikoli 67 u 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll fid-Deċiżjoni Nru S9 minħabba l-Pandemija tal-COVID-19 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera) 2020/C 259/03
Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Deċiżjoni Nru H9 tas-17 ta’ Ġunju 2020 dwar il-posponiment tal-iskadenzi msemmija fl-Artikoli 67 u 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll fid-Deċiżjoni Nru S9 minħabba l-Pandemija tal-COVID-19 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera) 2020/C 259/03
PUB/2020/645
ĠU C 259, 7.8.2020, p. 9–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 09/12/2020; Mibdul minn 32021D0506(01)
7.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 259/9 |
IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI
DEĊIŻJONI Nru H9
tas-17 ta’ Ġunju 2020
dwar il-posponiment tal-iskadenzi msemmija fl-Artikoli 67 u 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ukoll fid-Deċiżjoni Nru S9 minħabba l-Pandemija tal-COVID-19
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)
(2020/C 259/03)
IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li skontu hija responsabbiltà tal-Kummissjoni Amministrattiva li tittratta l-kwistjonijiet amministrattivi kollha jew il-kwistjonijiet kollha ta’ interpretazzjoni li jinħolqu mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (2),
Wara li kkunsidrat l-Artikoli 35 u 65(8) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, u l-Artikoli 67 u 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009,
Wara li kkunsidrat il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tgħid li tista’ tiġi invokata forza maġġuri jekk in-nonkonformità mal-obbligi ġuridiċi kienet attribwita għal ċirkostanzi lil hinn mill-kontroll ta’ dak li jkun, li kienu anormali u imprevedibbli u l-konsegwenzi tagħhom ma setgħux jiġu evitati minkejja l-eżerċitar tad-diliġenza kollha dovuta (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Lulju 1995, C-391/93 Perrotta, EU:C:1995:240)
Billi:
(1) |
L-Istati Membri ġew affettwati b’mod uniku mill-konsegwenzi tal-imxija tal-COVID-19. Il-kriżi xxekkel b’mod sinifikanti l-proċeduri ta’ ħidma normali fl-istituzzjonijiet rilevanti fl-Istati Membri u toħloq sitwazzjoni eċċezzjonali fejn l-operat normali tal-proċeduri ta’ rimborż mhuwiex possibbli. |
(2) |
Meta jiġu applikati r-regoli dwar ir-rimborż fl-Artikoli 67 u 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009, jeħtieġ titqies kemm hi unika s-sitwazzjoni. |
(3) |
Minħabba l-fatt li s’issa l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet kompetenti tagħhom ġew affettwati b’mod differenti mill-imxija tal-COVID-19, u l-iżvilupp ulterjuri tal-imxija għadu mhux prevedibbli, se jkun meħtieġ li s-sitwazzjoni tiġi kontinwament immonitorjata. Meta u fejn meħtieġ, din id-deċiżjoni jenħtieġ li tiġi modifikata kif meħtieġ u l-ftehimiet addizzjonali bejn l-Istati Membri jkunu jistgħu jiġu konklużi |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
1. |
L-iskadenzi kollha għall-introduzzjoni u l-ħlas tat-talbiet imsemmija fl-Artikoli 67 u 70 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 kif ukoll fid-Deċiżjoni Nru S9 li jintemmu bejn l-1 ta’ Frar 2020 u l-31 ta’ Diċembru 2020 inklużi, għandhom jiġu estiżi għal perjodu ta’ sitt xhur. |
2. |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tapplika mit-18 ta’ Ġunju 2020. |
Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva
Blaženka KAMENJAŠEVIĆ