This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R2238
Commission Delegated Regulation (EU) 2019/2238 of 1 October 2019 specifying details of implementation of the landing obligation for certain demersal fisheries in the North Sea for the period 2020-2021
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2238 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu tip ta’ sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perjodu mill-2020 sal-2021
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2238 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu tip ta’ sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perjodu mill-2020 sal-2021
C/2019/7078
ĠU L 336, 30.12.2019, pp. 34–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32020R2014 Ara Art. 12 u 32020R2013
|
30.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/34 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2238
tal-1 ta’ Ottubru 2019
li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu tip ta’ sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perjodu mill-2020 sal-2021
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/973 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art fil-Baħar tat-Tramuntana u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u (KE) Nru 1342/2008 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu l-għan li jelimina b’mod progressiv il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni ta’ obbligu ta’ ħatt l-art għall-qabdiet ta’ speċijiet li għalihom hemm limiti tal-qbid. |
|
(2) |
L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jipprevedi l-adozzjoni ta’ pjanijiet pluriennali li jkun fihom miżuri ta’ konservazzjoni għas-sajd li jisfrutta ċerti stokkijiet f’żona ġeografika rilevanti. |
|
(3) |
Pjanijiet pluriennali bħal dawn jispeċifikaw id-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art u jistgħu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni tkompli tispeċifika dawk id-dettalji abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri. |
|
(4) |
Fl-4 ta’ Lulju 2018, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) 2018/973 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet (4). L-Artikolu 11 ta’ dak ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati sabiex tissupplimenta lil dan ir-Regolament billi tispeċifika d-dettalji tal-obbligu ta’ ħatt l-art għall-istokkijiet kollha tal-ispeċijiet fil-Baħar tat-Tramuntana li għalihom japplika l-obbligu ta’ ħatt l-art skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, kif previst fl-Artikolu 15(5)(a) sa (e) ta’ dak ir-Regolament, abbażi ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri. |
|
(5) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/2035 (5) speċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perjodu mill-2019 sal-2021, wara rakkomandazzjoni konġunta li ppreżentaw il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands, l-Iżvezja u r-Renju Unit, li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett fis-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana. |
|
(6) |
Wara li kkonsultaw lill-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana u lill-Kunsill Konsultattiv tal-Istokkijiet Pelaġiċi, fid-29 ta’ Mejju 2019 dawk l-Istati Membri ressqu rakkomandazzjoni konġunta ġdida lill-Kummissjoni dwar id-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għas-sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana. Ir-rakkomandazzjoni konġunta ġiet emendata fis-7 ta’ Awwissu 2019. |
|
(7) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida li ressqu l-Istati Membri tissuġġerixxi li jitkomplew għadd ta’ miżuri tekniċi addizzjonali li l-Unjoni u n-Norveġja qablu fuqhom fl-2011 (6) u fl-2012 (7), kif ukoll li jiġi awtorizzat l-użu tal-apparat ta’ selettività SepNep. L-għan ta’ dawn il-miżuri huwa li tiżdied is-selettività u li jonqsu l-qabdiet mhux mixtieqa fil-każ tat-tip ta’ sajd jew tal-ispeċijiet koperti mill-obbligu ta’ ħatt l-art, u dawn iddaħħlu għall-2019 sal-2021 mir-Regolament Delegat (UE) 2018/2035 skont l-Artikolu 15(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(8) |
Fl-14 ta’ Awwissu 2019 daħal fis-seħħ Regolament ġdid dwar il-miżuri ta’ konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, jiġifieri r-Regolament (UE) 2019/1241. Fl-Anness V tiegħu, dan jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar miżuri tekniċi stabbiliti fil-livell reġjonali għall-Baħar tat-Tramuntana, li jinkludu wkoll regoli dwar id-daqsijiet tal-malja, il-kundizzjonijiet assoċjati u l-qabdiet inċidentali. L-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati sabiex temenda, tissupplimenta, tħassar jew tidderoga mill-miżuri tekniċi stabbiliti fl-Annessi tar-Regolament (UE) 2019/1241, inkluż fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art. |
|
(9) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1241 ma jipprevedix miżuri tranżizzjonali. Għalhekk, sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà bejn dan ir-Regolament Delegat u r-Regolament (UE) 2019/1241, jeħtieġ li jiġu applikati l-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1241, filwaqt li, fl-istess ħin, jitqiesu ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali involuti. Abbażi tal-informazzjoni li pprovdew l-Istati Membri, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF) ivvaluta b’mod pożittiv (8) l-informazzjoni li l-grupp reġjonali pprovda biex jappoġġa l-miżuri tekniċi inklużi fir-rakkomandazzjoni konġunta. Din ir-rakkomandazzjoni konġunta ġiet żviluppata u ppreżentata mill-Istati Membri u ġiet ivvalutata mill-STECF qabel ma ġie adottat ir-regolament il-ġdid dwar il-miżuri tekniċi, jiġifieri qabel ma daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2019/1241, u għalhekk ma kinetx tirreferi għal dak ir-Regolament. Madankollu, minħabba ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tqis li, abbażi tal-informazzjoni li għandha għad-dispożizzjoni tagħha f’dan l-istadju fir-rakkomandazzjoni konġunta u fil-valutazzjoni tal-STECF, ma jidher li hemm l-ebda element li jindika li l-miżuri tekniċi addizzjonali proposti se jonqsu milli jħarsu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2019/1241 għall-miżuri tekniċi. |
|
(10) |
Għalhekk, sabiex tiżdied is-selettività tal-irkaptu u jonqsu l-qabdiet mhux mixtieqa fl-Iskagerrak, huwa xieraq li jiġu inklużi l-miżuri tekniċi li ressqu l-Istati Membri. Jenħtieġ li dawn il-miżuri japplikaw għall-perjodu mill-2020 sal-2021. |
|
(11) |
Kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/973, il-Baħar tat-Tramuntana huwa magħmul mid-diviżjonijiet 2a u 3a tal-ICES (9) u mis-subżona 4 tal-ICES. |
|
(12) |
Inkisbu kontribuzzjonijiet xjentifiċi mingħand il-korpi xjentifiċi rilevanti u dawn ġew eżaminati mill-STECF (10). Il-Kummissjoni bagħtet il-miżuri kkonċernati lill-grupp ta’ esperti magħmul mit-28 Stat Membru u mill-Parlament Ewropew bħala osservatur, għal konsultazzjoni bil-miktub min-naħa tagħhom. |
|
(13) |
Għal ċerti stokkijiet, bħal dawk tal-barbun tat-tbajja’, l-STECF sab li r-rati ta’ sopravivenza tal-ħut individwali jaf mhumiex daqshekk għoljin daqs dawk ta’ speċijiet oħrajn. Madankollu, il-Kummissjoni qieset l-impatt relattiv ta’ din l-eżenzjoni fuq l-istokk kollu meta mqabbel mal-impatt tagħha fuq il-ħut individwali, u bbilanċjatu mal-ħtieġa li titkompla l-attività tas-sajd biex tinġabar id-data meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġu indirizzati l-kummenti tal-STECF. F’każijiet fejn l-ammont relattiv ta’ qbid skartat ta’ ħut mejjet huwa relattivament baxx, il-Kummissjoni tqis li huwa approċċ pragmatiku u prudenti tal-ġestjoni tas-sajd li jingħataw eżenzjonijiet fuq bażi temporanja, minħabba li jekk dan ma jsirx, ma tkunx tista’ tinġabar id-data essenzjali għall-ġestjoni xierqa u infurmata tal-qbid skartat bil-għan li jiġi implimentat bis-sħiħ l-obbligu ta’ ħatt l-art. |
|
(14) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/2035 kien fih eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għal-lingwata komuni li tkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li tinqabad mill-bastimenti tat-tkarkir fid-diviżjoni 4c tal-ICES, abbażi ta’ evidenza xjentifika li wriet rati għoljin ta’ sopravivenza tal-qbid skartat. Dik l-evidenza ġiet evalwata fis-snin ta’ qabel u l-STECF ikkonkluda (11) li kienet biżżejjed. L-STECF indika li ma ngħatat l-ebda informazzjoni ġdida dwar fejn tinsab iż-żona ta’ tkabbir (12). Billi dal-ħin ma hemm l-ebda żona tat-tkabbir identifikata, l-eżenzjoni tista’ tiddaħħal f’dan ir-Regolament, iżda jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu l-informazzjoni rilevanti malli jiġu identifikati t-tali żoni. Minħabba li ċ-ċirkustanzi ma nbidlux, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tibqa’ tapplika fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. |
|
(15) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/2035 kien fih eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza, kif previst fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għall-qabdiet tal-iskampu li jsiru bin-nases fid-diviżjonijiet 2a u 3a tal-ICES u fis-subżona 4 tal-ICES, abbażi ta’ evidenza xjentifika li wriet rati għoljin ta’ sopravivenza tal-qbid skartat. Dik l-evidenza ġiet evalwata fis-snin ta’ qabel u l-STECF ikkonkluda (13) li kienet biżżejjed. Minħabba li ċ-ċirkustanzi ma nbidlux, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tibqa’ tapplika fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. |
|
(16) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/2035 kien fih eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għall-qabdiet tal-iskampu li jsiru b’ċertu tip ta’ rkaptu fis-subżona 4 tal-ICES u fid-diviżjonijiet 2a u 3a tal-ICES dejjem jekk jintuża apparat ta’ selettività netgrid. Dik l-eżenzjoni ngħatat bil-kundizzjoni li l-Istati Membri jibagħtu data dwar is-sajd li jsir mal-kosta tal-Punent tal-Baħar tat-Tramuntana. Lill-STECF ma ntbagħtitlux evidenza ġdida dwar rata għolja ta’ sopravivenza. L-Istati Membri qalu li ma kien hemm bżonn l-ebda data addizzjonali minħabba li fl-2018 l-STECF qal li l-informazzjoni xjentifika ta’ appoġġ dwar l-istimi tar-rati ta’ sopravivenza li jkopru l-kosta tal-Punent tal-Baħar tat-Tramuntana kienet affidabbli (14). Madankollu, l-STECF huwa mħasseb (15) dwar is-sajd għall-iskampu u għall-gambli tat-tip Pandalus spp. mal-kosta tal-Lvant, minħabba li din l-informazzjoni hija nieqsa u ma tistax tiġi vvalutata r-rata ta’ sopravivenza tal-iskampu f’dak it-tip ta’ sajd. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-eżenzjoni tista’ tiġi applikata sal-31 ta’ Diċembru 2020 u jenħtieġ li l-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett jibagħtu data dwar is-sajd li jsir mal-kosta tal-Lvant tal-Baħar tat-Tramuntana għall-valutazzjoni min-naħa tal-STECF mill-aktar fis possibbli u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2020. |
|
(17) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/2035 kien fih eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għall-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet li għalihom hemm limiti tal-qbid li jsiru waqt is-sajd bin-nases u bix-xbieki fyke, abbażi ta’ evidenza xjentifika li wriet rati għoljin ta’ sopravivenza tal-qbid skartat. Dik l-evidenza ġiet evalwata fis-snin ta’ qabel u l-STECF ikkonkluda (16) li d-data disponibbli tindika li r-rata ta’ mortalità tal-ħut skartat x’aktarx li se tkun baxxa, madankollu l-qabdiet attwali f’dan it-tip ta’ sajd huma negliġibbli. Minħabba li l-qabdiet mhumiex sinifikanti u ċ-ċirkustanzi ma nbidlux, jenħtieġ li l-eżenzjoni tibqa’ tapplika fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. |
|
(18) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/2035 kien fih eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għall-barbun tat-tbajja’ li jinqabad waqt is-sajd bl-għeżula u bil-pariti fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fis-subżona 4 tal-ICES. L-Istati Membri pprovdew evidenza xjentifika biex juru r-rati għoljin ta’ sopravivenza tal-qbid skartat għall-barbun tat-tbajja’ f’dak it-tip ta’ sajd. L-evidenza ġiet ippreżentata lill-STECF, li kkonkluda (17) li ngħatat informazzjoni raġonevoli li turi r-rata konsiderevolment għolja ta’ sopravivenza. Għalhekk, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiddaħħal f’dan ir-Regolament. |
|
(19) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/2035 kien fih eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għall-barbun tat-tbajja’ li jinqabad waqt is-sajd bit-tartaruni Daniżi fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fis-subżona 4 tal-ICES. L-Istati Membri pprovdew evidenza xjentifika biex juru r-rati għoljin ta’ sopravivenza tal-qbid skartat għall-barbun tat-tbajja’ f’dak it-tip ta’ sajd. L-evidenza ġiet ippreżentata lill-STECF, li kkonkluda (18) li d-data tal-istudju dwar ir-rati ta’ sopravivenza hija affidabbli, għalkemm jistgħu jintużaw miżuri addizzjonali biex tiżdied ir-rata ta’ sopravivenza, minħabba li din tonqos b’mod sinifikanti f’każ li l-barbun tat-tbajja’ jdum iktar minn 30 minuta biex jingħażel. Għalhekk, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiddaħħal f’dan ir-Regolament. |
|
(20) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/2035 kien fih eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għall-qabdiet tal-barbun tat-tbajja’ u għall-qabdiet inċidentali tiegħu li jsiru waqt is-sajd għall-pixxiċatt jew għall-ħut tond bix-xbieki tat-tkarkir fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fis-subżona 4 tal-ICES fix-xhur tax-xitwa. L-Istati Membri pprovdew evidenza xjentifika biex juru r-rati għoljin ta’ sopravivenza tal-qbid skartat għall-barbun tat-tbajja’ f’dak it-tip ta’ sajd. L-evidenza ġiet ippreżentata lill-STECF, li kkonkluda (19) li r-rati ta’ sopravivenza fl-istudju ta’ appoġġ jonqsu jekk il-ħin tal-għażla jkun ta’ iktar minn 60 minuta fix-xhur tas-sajf u allura r-rata baxxa ta’ sopravivenza tal-barbun tat-tbajja’ fis-sajf tiġġustifika l-fatt li l-eżenzjoni tingħata biss għax-xhur tax-xitwa. Għalhekk, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiddaħħal f’dan ir-Regolament. |
|
(21) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/2035 ta eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għar-rebekkini u għar-raj li jinqabdu b’kull tip ta’ rkaptu tas-sajd fid-diviżjonijiet 2a u 3a tal-ICES u fis-subżona 4 tal-ICES, minkejja l-fatt li ma kienx hemm evidenza xjentifika ddettaljata dwar ir-rati ta’ sopravivenza disponibbli għas-segmenti kollha tal-flotta u għall-kombinazzjonijiet kollha tal-irkaptu, taż-żoni u tal-ispeċijiet. Madankollu, ħlief għal xi ftit eċċezzjonijiet, l-STECF iqis li, b’mod ġenerali, ir-rati ta’ sopravivenza huma robusti (20), iżda hemm bżonn ta’ iktar dettalji. Minħabba l-ħtieġa li titkompla l-attività tas-sajd sabiex jiġi żgurat li tinġabar id-data meħtieġa, jenħtieġ li tingħata dik l-eżenzjoni, iżda jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-obbligu jippreżentaw id-data rilevanti li tippermetti lill-STECF jivvaluta bis-sħiħ il-ġustifikazzjoni u li tippermetti lill-Kummissjoni twettaq rieżami. Jenħtieġ li, sal-1 ta’ Mejju ta’ kull sena, l-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett jibagħtu l-affarijiet li ġejjin: (a) pjan direzzjonali żviluppat biex iżid is-sopravivenza u biex jimla l-lakuni fid-data identifikati mill-STECF, li jrid jiġi vvalutat kull sena mill-STECF, u (b) rapporti annwali dwar il-progress li jkun sar b’rabta mal-programmi marbutin mar-rata ta’ sopravivenza u dwar kull modifika jew aġġustament li jkun sar fihom. |
|
(22) |
Meta kienu qed jitqiesu r-rati ta’ sopravivenza tar-rebekkini u tar-raj, instab li r-raja kukù (Leucoraja naevus) kellhom rata ta’ sopravivenza li kienet ħafna iktar baxxa minn dik ta’ speċijiet oħrajn. Barra minn hekk, jidher li l-fehim xjentifiku dwar ix-xejra ta’ sopravivenza ta’ dik l-ispeċi huwa inqas robust. Madankollu, jekk din l-ispeċi tiġi eskluża mill-eżenzjoni, dan jipprevjeni s-sajd u l-ġbir kontinwu u preċiż tad-data. Tressqet evidenza rilevanti lill-STECF, li kkonkluda (21) li nbdew żewġ studji ġodda dwar esperimenti marbutin mar-rata ta’ sopravivenza tar-raja kukù, iżda li se jkun hemm bżonn ta’ iktar osservazzjonijiet biex isir ġudizzju definittiv dwar ir-rati ta’ sopravivenza fi żmien sena jew sentejn. Għalhekk, jenħtieġ li din l-eżenzjoni tingħata għal sentejn u li jiġu żviluppati, b’mod urġenti, studji ġodda u miżuri mtejba ta’ sopravivenza u li dawn jintbagħtu lill-STECF għall-valutazzjoni tiegħu malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta Mejju. |
|
(23) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għall-qabdiet tal-barbun tat-tbajja’ li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li jinqabad bi xbieki tat-tkarkir bi travu (BT2) b’daqs tal-malja ta’ bejn 80 u 119-il mm fid-diviżjoni 2a tal-ICES u fis-subżona 4 tal-ICES għall-perjodu mill-2020 sal-2021:
|
|
(24) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għall-barbun imperjali li jinqabad bi xbieki tat-tkarkir bi travu b’manka b’daqs tal-malja ta’ iktar minn 80 mm fis-subżona 4 tal-ICES. L-Istati Membri pprovdew evidenza xjentifika biex juru r-rati għoljin ta’ sopravivenza tal-qbid skartat għall-barbun imperjali f’dak it-tip ta’ sajd. L-evidenza ġiet ippreżentata lill-STECF, li kkonkluda (23) li ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza ġdida dwar is-sopravivenza u li l-istudji li kienu ġew ippreżentati qabel kellhom x’jaqsmu ma’ tip ta’ rkaptu ieħor u mhux max-xbieki tat-tkarkir bi travu u għalhekk ma kinux rappreżentattivi. Madankollu, l-Istati Membri ntrabtu li jagħmlu iktar riċerka biex josservaw ir-rata ta’ sopravivenza tal-barbun imperjali skartat li jkun inqabad bi xbieki tat-tkarkir bi travu u biex jipprovdu informazzjoni iktar iddettaljata dwar ir-rata ta’ sopravivenza fil-proġett il-ġdid, li mistenni jitwettaq sal-2021. Minħabba l-ħtieġa li titkompla l-attività tas-sajd sabiex jiġi żgurat li tinġabar id-data meħtieġa, jenħtieġ li tingħata dik l-eżenzjoni, iżda jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-obbligu jippreżentaw, fil-perjodu taż-żmien indikat, id-data rilevanti li tippermetti lill-STECF jivvaluta bis-sħiħ il-ġustifikazzjoni u li tippermetti lill-Kummissjoni twettaq rieżami. Jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiġi applikata b’mod provviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2020. |
|
(25) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi li l-applikazzjoni ta’ eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għall-barbun tat-tbajja’ li jinqabad bi xbieki tat-tkarkir b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 120 mm meta jkun qed jiġi mistad il-pixxiċatt jew il-ħut tond fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fis-subżona 4 tal-ICES tiġi estiża għax-xhur tas-sajf. Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/2035 ta dik l-eżenzjoni biss għax-xhur tax-xitwa (mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April). Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi wkoll eżenzjonijiet ġodda marbutin ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għal dawn li ġejjin:
|
|
(26) |
L-Istati Membri pprovdew evidenza xjentifika biex juru r-rati għoljin ta’ sopravivenza tal-qbid skartat għall-barbun tat-tbajja’ f’dak it-tip ta’ sajd. L-STECF innota (24) li l-metodi użati biex jiġu stmati r-rati ta’ sopravivenza jvarjaw minn studju għall-ieħor u qal li jidher li l-barbun tat-tbajja’ iżgħar, li jinqabad iktar ta’ spiss b’manki b’daqs tal-malja iżgħar, għandu rati iktar baxxi ta’ sopravivenza. Madankollu, ir-rapport xjentifiku sħiħ dwar iż-żona kollha jippermetti valutazzjoni rappreżentattiva dwar ir-rati ta’ sopravivenza tal-barbun tat-tbajja’ fix-xhur tas-sajf. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li din l-eżenzjoni jenħtieġ li tingħata għal sena biss u li jenħtieġ li jiġu żviluppati, b’mod urġenti, l-istudji l-ġodda u l-miżuri mtejba ta’ sopravivenza u li dawn jintbagħtu lill-STECF għall-valutazzjoni tiegħu malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2020. |
|
(27) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/2035 kien fih eżenzjonijiet de minimis għal dawn li ġejjin:
|
|
(28) |
L-Istati Membri pprovdew evidenza li tappoġġa lil dawk l-eżenzjonijiet de minimis. L-STECF (25) eżamina dik l-evidenza u kkonkluda (26) li d-dokumenti li bagħtu l-Istati Membri kien fihom argumenti raġonati li juru li huwa diffiċli jinkiseb iktar titjib fis-selettività jew li dan se jwassal għal spejjeż sproporzjonati biex jiġu mmaniġġjati l-qabdiet mhux mixtieqa. Minħabba li ċ-ċirkustanzi ma nbidlux, huwa xieraq li jkomplu jiġu applikati l-eżenzjonijiet de minimis skont il-perċentwali u l-emendi meħtieġa li ġew issuġġeriti fir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida skont l-Artikolu 15(5)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
|
(29) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida pprovdiet evidenza xjentifika addizzjonali biex l-eżenzjonijiet de minimis jiġu estiżi għal dawn li ġejjin:
|
|
(30) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida ssuġġeriet eżenzjonijiet de minimis għal dawn li ġejjin:
|
|
(31) |
L-Istati Membri pprovdew evidenza xjentifika li tappoġġa lil dawk l-eżenzjonijiet de minimis eżistenti u ġodda abbażi tad-diffikultajiet biex tittejjeb is-selettività u tal-ispejjeż sproporzjonati tal-immaniġġjar tal-qabdiet. L-STECF eżamina dik l-evidenza waqt il-laqgħa plenarja tiegħu li saret bejn l-1 u l-5 ta’ Lulju 2019 (27). |
|
(32) |
L-STECF eżamina l-evidenza addizzjonali li l-Istati Membri bagħtu dwar l-eżenzjonijiet de minimis marbutin mas-sawrell u mal-kavalli li jinqabdu minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u x-xbieki tat-tkarkir bi travu u kkonkluda li, għall-biċċa l-kbira mill-Istati Membri, jeħtieġ tintbagħat aktar informazzjoni. Minħabba l-ħtieġa li titkompla l-attività tas-sajd sabiex jiġi żgurat li tinġabar id-data meħtieġa biex tiġi pprovduta dik l-informazzjoni, jenħtieġ li l-eżenzjonijiet individwali għal kull speċi jkunu limitati għal sena u li l-Istati Membri jkollhom l-obbligu jippreżentaw id-data rilevanti li tippermetti lill-STECF jivvaluta bis-sħiħ il-ġustifikazzjoni u li tippermetti lill-Kummissjoni twettaq rieżami. Jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jwettqu x-xogħol meħtieġ biex jiġbru u jipproċessaw id-data meħtieġa jew iwettqu l-provi addizzjonali u jipprovdu l-informazzjoni malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2020 għall-valutazzjoni min-naħa tal-STECF. Għalhekk jenħtieġ li dawk l-eżenzjonijiet jiġu applikati b’mod provviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2020. |
|
(33) |
L-STECF eżamina l-evidenza li l-Istati Membri bagħtu dwar l-eżenzjoni de minimis marbuta ma’ kwantità ta’ laċċ ikħal, ta’ ċiċċirell, ta’ merluzz tan-Norveġja u ta’ stokkafixx flimkien li tinqabad waqt is-sajd demersali mħallat minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir u kkonkluda li ma hemm l-ebda evidenza kwantitattiva li tappoġġa d-dikjarazzjonijiet li hemm livell baxx ta’ qbid skartat u li ġew eżawriti l-għażliet biex titjieb is-selettività. L-STECF qal li jkun diffiċli li jsir iktar titjib fis-selettività f’dak it-tip ta’ sajd u li hemm bżonn ta’ eżenzjoni de minimis biex jiġu koperti l-qabdiet mhux mixtieqa li jibqa’. Minħabba l-ħtieġa li titkompla l-attività tas-sajd sabiex jiġi żgurat li tinġabar id-data meħtieġa biex tiġi pprovduta dik l-informazzjoni, jenħtieġ li l-eżenzjoni de minimis għal kwantità meħuda flimkien tkun limitata għal sena u li l-Istati Membri jkollhom l-obbligu jippreżentaw id-data rilevanti li tippermetti lill-STECF jivvaluta bis-sħiħ il-ġustifikazzjoni u li tippermetti lill-Kummissjoni twettaq rieżami. Jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jwettqu l-provi addizzjonali u jipprovdu l-informazzjoni malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2020 għall-valutazzjoni min-naħa tal-STECF. Għalhekk jenħtieġ li dawk l-eżenzjonijiet jiġu applikati b’mod provviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2020. |
|
(34) |
L-STECF eżamina l-evidenza li l-Istati Membri bagħtu dwar l-eżenzjoni de minimis marbuta mal-merlangu li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li jinqabad bix-xbieki tat-tkarkir bi travu u kkonkluda li l-evidenza li tgħid li hemm spiża marbuta mal-ħatt l-art tal-qabdiet mhux mixtieqa minnha nnifisha mhix biżżejjed biex turi li dawk l-ispejjeż huma sproporzjonati. L-STECF qal li jenħtieġ li t-titjib fis-selettività fis-sajd rilevanti jingħata prijorità minħabba li dan se jnaqqas l-ispejjeż tal-immaniġġjar tal-qabdiet mhux mixtieqa. Minħabba l-ħtieġa li titkompla l-attività tas-sajd sabiex jiġi żgurat li tinġabar id-data meħtieġa biex tiġi pprovduta dik l-informazzjoni, jenħtieġ li l-eżenzjoni de minimis tkun limitata għal sena u li l-Istati Membri jkollhom l-obbligu jippreżentaw id-data rilevanti li tippermetti lill-STECF jivvaluta bis-sħiħ il-ġustifikazzjoni u li tippermetti lill-Kummissjoni twettaq rieżami. Jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jwettqu l-provi addizzjonali u jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2020 għall-valutazzjoni min-naħa tal-STECF. Għalhekk jenħtieġ li din l-eżenzjoni tiġi applikata b’mod provviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2020. |
|
(35) |
L-STECF eżamina l-evidenza li l-Istati Membri bagħtu dwar l-eżenzjoni de minimis marbuta mal-merlangu u mal-bakkaljaw li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li jinqabdu bix-xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ u kkonkluda li ma hemm l-ebda possibbiltà li wieħed jevalwa jekk l-istimi dwar l-ispejjeż sproporzjonati humiex korretti jew le. L-STECF qal li jenħtieġ li t-titjib fis-selettività fis-sajd rilevanti jingħata prijorità minħabba li dan se jnaqqas l-ispejjeż tal-immaniġġjar tal-qabdiet mhux mixtieqa. Minħabba l-ħtieġa li titkompla l-attività tas-sajd sabiex jiġi żgurat li tinġabar id-data meħtieġa biex tiġi pprovduta dik l-informazzjoni, jenħtieġ li l-eżenzjoni de minimis tkun limitata għal sena u li l-Istati Membri jkollhom l-obbligu jippreżentaw id-data rilevanti li tippermetti lill-STECF jivvaluta bis-sħiħ il-ġustifikazzjoni u li tippermetti lill-Kummissjoni twettaq rieżami. Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mistennija jirrappurtaw dwar l-adozzjoni ta’ iktar miżuri marbutin mas-selettività. Jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jwettqu l-provi addizzjonali u jipprovdu l-informazzjoni malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2020 għall-valutazzjoni min-naħa tal-STECF. Għalhekk jenħtieġ li din l-eżenzjoni tiġi applikata b’mod provviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2020. |
|
(36) |
L-STECF eżamina l-evidenza li l-Istati Membri bagħtu dwar l-eżenzjoni de minimis il-ġdida marbuta mal-lipp li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li jinqabad bil-konzijiet u kkonkluda li jkun diffiċli li jsir iktar titjib fis-selettività f’dak it-tip ta’ sajd. Barra minn hekk, l-STECF innota li minħabba li l-volum marbut mal-eżenzjoni de minimis x’aktarx li se jkun żgħir, l-eżenzjoni mhu se jkollha l-ebda impatt fuq ir-rata ġenerali ta’ mortalità mis-sajd, sakemm il-qabdiet skartati jiġu rreġistrati. Minħabba li diffiċli tinkiseb is-selettività, jenħtieġ li l-eżenzjoni għal dak it-tip ta’ sajd tkun limitata għal sena u li l-Istati Membri jkollhom l-obbligu jippreżentaw id-data rilevanti li tippermetti lill-STECF jivvaluta bis-sħiħ il-ġustifikazzjoni u li tippermetti lill-Kummissjoni twettaq rieżami. Jenħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jwettqu l-provi addizzjonali u jipprovdu l-informazzjoni malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2020 għall-valutazzjoni min-naħa tal-STECF. Għalhekk jenħtieġ li dawk l-eżenzjonijiet jiġu applikati b’mod provviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2020. |
|
(37) |
Sabiex jiġu żgurati stimi affidabbli tal-livelli ta’ skartar biex jiġu stabbiliti l-qabdiet totali permissibbli, jenħtieġ li, fil-każijiet fejn l-eżenzjoni de minimis tkun ibbażata fuq l-estrapolazzjoni ta’ sitwazzjonijiet b’data limitata u informazzjoni parzjali dwar il-flotot, l-Istati Membri jiżguraw il-provvista ta’ data preċiża u verifikabbli għall-flotta kollha koperta minn dik l-eżenzjoni. |
|
(38) |
Il-miżuri li ġew issuġġeriti fir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida huma skont l-Artikolu 15(4), l-Artikolu 15(5)(c) u l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u skont ir-Regolament (UE) 2018/973, u b’mod partikulari l-Artikolu 11 tiegħu, u b’hekk jistgħu jiddaħħlu f’dan ir-Regolament. |
|
(39) |
Skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2018/973, il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa tadotta atti delegati marbutin mal-obbligu ta’ ħatt l-art għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mill-5 ta’ Awwissu 2018. Għalhekk huwa xieraq li, fit-tieni sena tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jiġi rivedut l-impatt tal-eżenzjonijiet mill-obbligu ta’ ħatt l-art marbutin ma’ rata għolja ta’ sopravivenza u tal-eżenzjonijiet de minimis minn dan l-obbligu. |
|
(40) |
Jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2018/2035 jitħassar u li dan jiġi ssostitwit b’Regolament ġdid. |
|
(41) |
Billi l-miżuri previsti f’dan ir-Regolament għandhom impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati ma’ dan, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ minnufih wara li jiġi ppubblikat. Jenħtieġ li dan jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2020, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art
Fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar tat-Tramuntana (id-diviżjonijiet 2a u 3a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES), l-obbligu ta’ ħatt l-art previst fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika għas-sajd demersali li għalih hemm limiti tal-qbid skont dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2020 sal-2021.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“pannell Seltra” tfisser apparat ta’ selettività li:
|
|
(2) |
“apparat ta’ selettività netgrid” tfisser apparat ta’ selettività magħmul minn sezzjoni magħmula minn erba’ pannelli mdaħħla f’xibka tat-tkarkir b’żewġ pannelli b’xibka inklinata ta’ malja maqrut b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 200 mm, li twassal għal toqba minn fejn jaħrab il-ħut fil-parti ta’ fuq tax-xibka tat-tkarkir; |
|
(3) |
“pannell Fjamming” tfisser l-aħħar sezzjoni tal-malja tax-xibka tat-tkarkir bi travu, li tidjieq għax-xejn u li:
|
|
(4) |
“pannell tar-rilaxx bentiku” tfisser pannell tax-xbiek b’malji ikbar jew b’malji kwadri mwaħħal fil-pannell t’isfel ta’ xibka tat-tkarkir, normalment ta’ xibka tat-tkarkir bi travu, biex kull materjal bentiku u fdal ta’ qiegħ il-baħar ikun jista’ joħroġ minnha qabel ma jgħaddi għal ġol-manka; |
|
(5) |
“SepNep” tfisser xibka tat-tkarkir bid-diriġenti li:
|
Artikolu 3
Eżenzjonijiet marbutin ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għall-iskampu
1. L-eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar tat-Tramuntana (id-diviżjonijiet 2a u 3a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES) għall-qabdiet tal-iskampu (Nephrops norvegicus) li ġejjin:
|
(a) |
għall-qabdiet bin-nases (FPO (28)); |
|
(b) |
għall-qabdiet bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT u TBN) li għandhom:
|
2. Meta l-iskampu li jinqabad fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ikun qed jiġi skartat, dan għandu jinħeles sħiħ, minnufih, fiż-żona fejn ikun inqabad.
3. L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1(b) għandha tapplika b’mod provviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jibagħtu informazzjoni xjentifika addizzjonali li tappoġġa l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1(b) malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2020. Sal-31 ta’ Lulju 2020, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF) għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika li tkun ingħatat.
Artikolu 4
Eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għal-lingwata komuni
1. L-eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 4c tal-ICES, sa sitt mili nawtiċi mill-kosta, iżda ’l barra miż-żoni ta’ tkabbir identifikati, għall-qabdiet tal-lingwata komuni (Solea solea) li tkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li jsiru bix-xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti (OTB) li jkollhom daqs tal-malja tal-manka ta’ bejn 80 u 99 mm.
2. L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika biss għall-bastimenti b’tul totali ta’ mhux aktar minn 10 metri u b’saħħa tal-magna ta’ mhux aktar minn 221 kW li jkunu qed jistadu f’ilmijiet li jkunu fondi 30 metru jew inqas u li jkollhom ħin tal-irmunkar ta’ mhux aktar minn siegħa u nofs.
3. Meta l-lingwata komuni li tinqabad fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 tkun qed tiġi skartata, din għandha tinħeles minnufih.
Artikolu 5
Eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għall-qabdiet inċidentali tal-ispeċijiet kollha li għalihom hemm limiti tal-qbid li jsiru bin-nases u bix-xbieki fyke
1. L-eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 3a tal-ICES u tas-subżona 4 tal-ICES għall-qabdiet tal-ispeċijiet kollha li għalihom hemm limiti tal-qbid li jsiru bin-nases u bix-xbieki fyke (FPO u FYK).
2. Meta l-ħut li jinqabad fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ikun qed jiġi skartat, dan għandu jinħeles minnufih ’l isfel minn wiċċ l-ilma.
Artikolu 6
Eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għall-qabdiet tal-barbun tat-tbajja’ u għall-qabdiet inċidentali tiegħu
1. L-eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 3a tal-ICES u tas-subżona 4 tal-ICES:
|
(a) |
għall-barbun tat-tbajja’ (Pleuronectes platessa) li jinqabad bix-xbieki (GNS, GTR, GTN u GEN); |
|
(b) |
għall-barbun tat-tbajja’ li jinqabad bit-tartaruni Daniżi; |
|
(c) |
għall-barbun tat-tbajja’ li jinqabad bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB u PTB) b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 120 mm meta jkun qed jiġi mistad il-pixxiċatt jew il-ħut tond. |
2. L-eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika:
|
(a) |
għall-barbun tat-tbajja’ li jinqabad bi xbieki tat-tkarkir (OTB u PTB) b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 90 sa 99 mm li jkunu armati b’pannell Seltra waqt is-sajd għall-pixxiċatt jew għall-ħut tond fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 3a tal-ICES; |
|
(b) |
għall-barbun tat-tbajja’ li jinqabad bi xbieki tat-tkarkir (OTB u PTB) b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 80 sa 99 mm waqt is-sajd għall-pixxiċatt jew għall-ħut tond fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES. |
3. Meta l-barbun tat-tbajja’ li jinqabad fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ikun qed jiġi skartat, dan għandu jinħeles minnufih.
4. L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1(c) għandha tapplika b’mod provviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jibagħtu informazzjoni xjentifika addizzjonali li tappoġġa l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1(c) malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2020. Sal-31 ta’ Lulju 2020, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF) għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika li tkun ingħatat.
Artikolu 7
Eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għall-barbun tat-tbajja’ li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni
1. L-eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 2a tal-ICES u tas-subżona 4 tal-ICES għall-qabdiet tal-barbun tat-tbajja’ li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li jsiru bi xbieki tat-tkarkir bi travu (BT2) b’daqs tal-malja ta’ bejn 80 u 119-il mm, jekk il-barbun tat-tbajja’ jinqabad:
|
(a) |
bi rkaptu armat b’ħabel flip-up jew b’pannell tar-rilaxx bentiku (BRP) minn bastimenti b’saħħa tal-magna ta’ iktar minn 221 kW; jew |
|
(b) |
mill-bastimenti tal-Istati Membri li jkunu qed jimplimentaw il-pjan direzzjonali għas-sajd iddokumentat għalkollox. |
2. L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll għall-pixxiċatt li jinqabad bi xbieki tat-tkarkir bi travu (BT2) minn bastimenti b’saħħa tal-magna li ma taqbiżx il-221 kW jew li b’kollox ikunu twal inqas minn 24 metru, li jkunu maħsubin għas-sajd fiż-żona ta’ tnax-il mil, jekk it-tul medju tal-kalata tax-xbieki jkun ta’ inqas minn 90 minuta.
3. Kull sena, l-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jibagħtu informazzjoni xjentifika addizzjonali li tappoġġa l-eżenzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju. Sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF) għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika li tkun ingħatat.
4. Meta l-barbun tat-tbajja’ li jinqabad fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2 ikun qed jiġi skartat, dan għandu jinħeles minnufih.
Artikolu 8
Eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għall-barbun imperjali
1. L-eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES għall-qabdiet tal-barbun imperjali (Scophthalmus maximus) li jsiru bi xbieki tat-tkarkir bi travu b’manka ta’ iktar minn 80 mm (TBB).
2. L-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika b’mod provviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jibagħtu informazzjoni xjentifika addizzjonali li tappoġġa l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2020. Sal-31 ta’ Lulju 2020, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF) għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika li tkun ingħatat.
3. Meta l-barbun imperjali li jinqabad fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ikun qed jiġi skartat, dan għandu jinħeles minnufih.
Artikolu 9
Eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza għar-rebekkini u għar-raj
1. L-eżenzjoni marbuta ma’ rata għolja ta’ sopravivenza msemmija fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika fl-ilmijiet tal-Unjoni tal-Baħar tat-Tramuntana (id-diviżjonijiet 2a u 3a tal-ICES u s-subżona 4 tal-ICES) għar-rebekkini u għar-raj li jinqabdu b’kull tip ta’ rkaptu tas-sajd.
2. Kull sena, l-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jibagħtu informazzjoni xjentifika addizzjonali li tappoġġa l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju. Sal-31 ta’ Lulju ta’ kull sena, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF) għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika li tkun ingħatat.
3. Meta r-rebekkini u r-raj li jinqabdu fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 ikunu qed jiġu skartati, dawn għandhom jinħelsu minnufih.
Artikolu 10
Eżenzjonijiet de minimis
B’deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwantitajiet li ġejjin skont l-Artikolu 15(4)(c) ta’ dak ir-Regolament:
|
(a) |
fis-sajd għal-lingwata komuni minn bastimenti li jużaw il-pariti u l-għeżula (GN, GNS, GND, GNC, GTN, GTR, GEN u GNF) fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjonijiet 2a u 3a tal-ICES u tas-subżona 4 tal-ICES: kwantità ta’ lingwata komuni li tkun ikbar u iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li ma għandhiex taqbeż it-3 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi; |
|
(b) |
fis-sajd għal-lingwata komuni minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu (TBB) b’daqs tal-malja ta’ bejn 80 u 119-il mm, armati b’pannell Fjamming, fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES: kwantità ta’ lingwata komuni li tkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li ma għandhiex taqbeż il-5 % tal-qabdiet annwali totali ta’ dik l-ispeċi; |
|
(c) |
fis-sajd għall-iskampu minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT u TBN) b’daqs tal-malja ta’ 70 mm jew iktar, armati bi gradilja selettiva tal-ispeċijiet bi spazju ta’ mhux aktar minn 35 mm bejn il-vireg, fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 3a tal-ICES: kwantità ta’ lingwata komuni, ta’ merluzz tal-linja sewda, ta’ merlangu, ta’ bakkaljaw, ta’ pollakkju iswed u ta’ merluzz flimkien li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li ma għandhiex taqbeż l-4 % tal-qabdiet annwali totali tal-iskampu, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu u tal-gamblu tat-Tramuntana, tal-bakkaljaw, tal-pollakkju l-iswed u tal-merluzz; |
|
(d) |
fis-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB u OTT) b’daqs tal-malja ta’ 35 mm jew iktar, armati bi gradilja selettiva tal-ispeċijiet bi spazju ta’ mhux aktar minn 19-il mm bejn il-vireg, bil-ħruġ mhux ibblukkat għall-ħut, fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 3a tal-ICES: kwantità ta’ lingwata komuni, ta’ merluzz tal-linja sewda, ta’ merlangu, ta’ bakkaljaw, ta’ barbun tat-tbajja’, ta’ pollakkju iswed, ta’ aringi, ta’ merluzz tan-Norveġja, ta’ arġentina silus u ta’ stokkafixx flimkien li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li ma għandhiex taqbeż il-5 % tal-qabdiet annwali totali tal-iskampu, tal-lingwata komuni, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu, tal-bakkaljaw, tal-pollakkju l-iswed, tal-barbun tat-tbajja’, tal-gamblu tat-Tramuntana, tal-merluzz, tal-merluzz tan-Norveġja, tal-arġentina silus, tal-aringi u tal-istokkafixx; |
|
(e) |
fis-sajd demersali mħallat minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew tartaruni (OTB, OTT, SDN u SSC) b’daqs tal-malja ta’ bejn 70 u 99 mm (TR2) fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 4c tal-ICES: kwantità ta’ merlangu u ta’ bakkaljaw (Gadus morhua) flimkien li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li ma għandhiex taqbeż il-5 % fl-2020 u fl-2021 tal-qabdiet annwali totali tal-merlangu u tal-bakkaljaw; l-ammont massimu ta’ bakkaljaw li jista’ jiġi skartat għandu jkun limitat għal 2 % ta’ dawk il-qabdiet annwali totali; |
|
(f) |
fis-sajd demersali mħallat minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ jew tartaruni (OTB, OTT, SDN u SSC) b’daqs tal-malja ta’ bejn 70 u 99 mm (TR2) fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjonijiet 4a u 4b tal-ICES: kwantità ta’ merlangu u ta’ bakkaljaw (Gadus morhua) flimkien li jkunu iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li ma għandhiex taqbeż is-6 % fl-2020 tal-qabdiet annwali totali tal-merlangu u tal-bakkaljaw; l-ammont massimu ta’ bakkaljaw li jista’ jiġi skartat għandu jkun limitat għal 2 % ta’ dawk il-qabdiet annwali totali; l-eżenzjoni de minimis stabbilita f’dan il-punt għandha tapplika b’mod provviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jibagħtu informazzjoni xjentifika addizzjonali li tappoġġa l-eżenzjoni malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2020. Sal-31 ta’ Lulju 2020, l-STECF għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika li tkun ingħatat; |
|
(g) |
fis-sajd minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, TBN u PTB) b’daqs tal-malja ta’ bejn 90 u 119-il mm, armati b’pannell Seltra, jew xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, TBN u PTB) b’daqs tal-malja ta’ 120 mm jew iżjed, fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjoni 3a tal-ICES: kwantità ta’ merlangu li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni sa ammont massimu ta’ 2 % tal-qabdiet annwali totali tal-iskampu, tal-bakkaljaw, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu, tal-pollakkju l-iswed, tal-lingwata komuni, tal-barbun tat-tbajja’ u tal-merluzz; |
|
(h) |
fis-sajd demersali mħallat minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu b’daqs tal-malja ta’ bejn 80 u 119-il mm fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES: kwantità ta’ merlangu li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li ma għandhiex taqbeż it-2 % tal-qabdiet annwali totali tal-barbun tat-tbajja’ u tal-lingwata; l-eżenzjoni de minimis stabbilita f’dan il-punt għandha tapplika b’mod provviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jibagħtu informazzjoni xjentifika addizzjonali li tappoġġa l-eżenzjoni malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2020. Sal-31 ta’ Lulju 2020, l-STECF għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika li tkun ingħatat; |
|
(i) |
fis-sajd għall-iskampu minn bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ b’daqs tal-malja ta’ bejn 80 u 99 mm, armati b’SepNep, fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-subżona 4 tal-ICES: kwantità ta’ barbun tat-tbajja’ li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li ma għandhiex taqbeż it-3 % tal-qabdiet annwali totali tal-pollakkju l-iswed, tal-barbun tat-tbajja’, tal-merluzz tal-linja sewda, tal-merlangu, tal-bakkaljaw, tal-gamblu tat-Tramuntana, tal-lingwata komuni u tal-iskampu; |
|
(j) |
fis-sajd għall-gamblu tar-ramel minn bastimenti li jużaw ix-xbieki tat-tkarkir bi travu fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-diviżjonijiet 4b u 4c tal-ICES: kwantità tal-ispeċijiet kollha li għalihom hemm limiti tal-qbid li ma għandhiex taqbeż is-7 % fl-2020 u s-6 % fl-2021 tal-qabdiet annwali totali tal-ispeċijiet kollha li għalihom hemm limiti tal-qbid li jsiru f’dak it-tip ta’ sajd; |
|
(k) |
fis-sajd demersali mħallat bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB u TBB) b’daqs tal-malja ta’ bejn 80 u 99 mm (TR2 u BT2) fis-subżona 4 tal-ICES: kwantità ta’ sawrell (Trachurus spp.) li ma għandhiex taqbeż is-7 % fl-2020 u s-6 % fl-2021 tal-qabdiet annwali totali tas-sawrell li jsiru f’dak it-tip ta’ sajd; l-eżenzjoni de minimis stabbilita f’dan il-punt għandha tapplika b’mod provviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jibagħtu informazzjoni xjentifika addizzjonali li tappoġġa l-eżenzjoni malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2020. Sal-31 ta’ Lulju 2020, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (l-STECF) għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika li tkun ingħatat; |
|
(l) |
fis-sajd demersali mħallat bi xbieki tat-tkarkir tal-qiegħ (OTB, OTT, PTB u TBB) b’daqs tal-malja ta’ bejn 80 u 99 mm fis-subżona 4 tal-ICES: kwantità ta’ kavalli (Scomber scombrus) li ma għandhiex taqbeż is-7 % fl-2020 u s-6 % fl-2021 tal-qabdiet annwali totali tal-kavalli li jsiru f’dak it-tip ta’ sajd; l-eżenzjoni de minimis stabbilita f’dan il-punt għandha tapplika b’mod provviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jibagħtu informazzjoni xjentifika addizzjonali li tappoġġa l-eżenzjoni malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2020. Sal-31 ta’ Lulju 2020, l-STECF għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika li tkun ingħatat; |
|
(m) |
fis-sajd demersali mħallat bi xbieki tat-tkarkir (OTB, OTM, OTT, PTB, PTM, SDN, SPR, SSC, TB u TBN) b’daqs tal-malja ta’ iktar minn 80 mm fid-diviżjoni 3a tal-ICES u fis-subżona 4 tal-ICES u fis-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana li jsir bl-użu ta’ rkaptu armat b’għarbiel li jkollu spazju massimu ta’ 19-il mm bejn il-vireg tiegħu jew b’apparat ekwivalenti tas-selettività u b’apparat għaż-żamma tal-ħut b’daqs tal-malja ta’ iktar minn 35 mm fid-diviżjoni 3a tal-ICES u ta’ iktar minn 32 mm fis-subżona 4 tal-ICES: kwantità ta’ laċċ ikħal, ta’ ċiċċirell, ta’ merluzz tan-Norveġja u ta’ stokkafixx flimkien li ma għandhiex taqbeż il-1 % tal-qabdiet annwali totali li jsiru fis-sajd demersali mħallat u fis-sajd għall-gamblu tat-Tramuntana; l-eżenzjoni de minimis stabbilita f’dan il-punt għandha tapplika b’mod provviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jibagħtu informazzjoni xjentifika addizzjonali li tappoġġa l-eżenzjoni malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2020. Sal-31 ta’ Lulju 2020, l-STECF għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika li tkun ingħatat; |
|
(n) |
fis-sajd demersali għall-merluzz minn bastimenti li jużaw il-konzijiet (LLS) fis-subżona 4 tal-ICES: kwantità ta’ lipp (Molva molva) li jkun iżgħar mid-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni li ma għandhiex taqbeż it-3 % tal-qabdiet annwali totali tal-lipp li jsiru f’dak it-tip ta’ sajd demersali; l-eżenzjoni de minimis stabbilita f’dan il-punt għandha tapplika b’mod provviżorju sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-Istati Membri li għandhom interess ta’ ġestjoni dirett għandhom jibagħtu informazzjoni xjentifika addizzjonali li tappoġġa l-eżenzjoni malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2020. Sal-31 ta’ Lulju 2020, l-STECF għandu jivvaluta l-informazzjoni xjentifika li tkun ingħatat. |
Artikolu 11
Miżuri tekniċi speċifiċi fl-Iskagerrak
1. Il-ġarr abbord jew l-użu ta’ kull xibka tat-tkarkir, tartarun Daniż, xibka tat-tkarkir bi travu jew xibka simili rmunkata b’daqs tal-malja ta’ inqas minn 120 mm għandu jkun ipprojbit fl-Iskagerrak.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, jistgħu jintużaw ix-xbieki tat-tkarkir li ġejjin:
|
(a) |
ix-xbieki tat-tkarkir b’manka b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 90 mm, dejjem jekk dawn ikunu armati b’pannell Seltra jew b’għarbiel bi spazju ta’ mhux aktar minn 35 mm bejn il-vireg; |
|
(b) |
ix-xbieki tat-tkarkir b’manka b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 70 mm (u b’malji kwadri), armati b’għarbiel bi spazju ta’ mhux aktar minn 35 mm bejn il-vireg; |
|
(c) |
ix-xbieki tat-tkarkir b’daqs minimu tal-malja ta’ inqas minn 70 mm meta jkunu qed jiġu mistada l-ispeċijiet pelaġiċi jew industrijali, dejjem jekk iktar minn 80 % tal-qabda tkun magħmula minn speċi pelaġika jew industrijali waħda jew iktar; |
|
(d) |
ix-xbieki tat-tkarkir b’manka b’daqs tal-malja ta’ mill-inqas 35 mm meta jkun qed jiġi mistad il-gamblu tat-Tramuntana, dejjem jekk ix-xibka tat-tkarkir tkun armata b’għarbiel li jkollu spazju massimu ta’ 19-il mm bejn il-vireg tiegħu. |
3. Meta jkun qed jiġi mistad il-gamblu tat-Tramuntana jista’ jintuża apparat għaż-żamma tal-ħut skont il-paragrafu 2(d), dejjem jekk ikun hemm biżżejjed opportunitajiet tas-sajd biex jiġu koperti l-qabdiet inċidentali u jekk l-apparat għaż-żamma:
|
(a) |
ikollu pannell ta’ fuq b’malji kwadri b’daqs minimu tal-malja ta’ 120 mm; |
|
(b) |
ikun twil mill-inqas tliet metri; u |
|
(c) |
ikun wiesa’ mill-inqas daqs l-għarbiel. |
Artikolu 12
SepNep
Għandu jkun permess l-użu tax-xbieki SepNep.
Artikolu 13
Tħassir
Ir-Regolament Delegat (UE) 2018/2035 jitħassar.
Artikolu 14
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 179, 16.7.2018, p. 1.
(2) ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(4) Ir-Regolament (UE) 2018/973 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art fil-Baħar tat-Tramuntana u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u (KE) Nru 1342/2008 (ĠU L 179, 16.7.2018, p. 1).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/2035 tat-18 ta’ Ottubru 2018 li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art għal ċertu sajd demersali fil-Baħar tat-Tramuntana għall-perjodu 2019-2021 (ĠU L 327, 21.12.2018, p. 17).
(6) Rekord maqbul tal-konsultazzjonijiet li saru bejn in-Norveġja u l-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-sajd dwar ir-regolazzjoni tas-sajd fl-Iskagerrak u fil-Kattegat għall-2012.
(7) Rekord maqbul tal-konsultazzjonijiet li saru fl-4 ta’ Lulju 2012 bejn l-Unjoni Ewropea u n-Norveġja fil-qasam tas-sajd dwar miżuri għall-implimentazzjoni ta’ projbizzjoni fuq l-iskartar u miżuri ta’ kontroll fiż-żona tal-Iskagerrak.
(8) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2537709/STECF+PLEN+19-02.pdf
(9) Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar.
(10) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2537709/STECF+PLEN+19-02.pdf
(11) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/1099561/STECF+PLEN+15-02.pdf
(12) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2147402/STECF+PLEN+18-02.pdf
(13) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/1099561/STECF+PLEN+15-02.pdf
(14) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2147402/STECF+PLEN+18-02.pdf
(15) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2537709/STECF+PLEN+19-02.pdf
(16) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/1780485/STECF+PLEN+17-02.pdf
(17) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2147402/STECF+PLEN+18-02.pdf
(18) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2147402/STECF+PLEN+18-02.pdf
(19) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2147402/STECF+PLEN+18-02.pdf
(20) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2537709/STECF+PLEN+19-02.pdf
(21) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2537709/STECF+PLEN+19-02.pdf
(22) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2537709/STECF+PLEN+19-02.pdf
(23) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2537709/STECF+PLEN+19-02.pdf
(24) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2537709/STECF+PLEN+19-02.pdf
(25) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/1099561/STECF+PLEN+15-02.pdf
(26) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2147402/STECF+PLEN+18-02.pdf
(27) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2537709/STECF+PLEN+19-02.pdf
(28) Il-kodiċijiet tal-irkaptu li qed jintużaw f’dan ir-Regolament huma stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 404/2011 tat-8 ta’ April 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 112, 30.4.2011, p. 1). Għall-bastimenti b’tul totali ta’ inqas minn 10 metri, il-kodiċijiet tal-irkaptu li qed jintużaw f’dan ir-Regolament huma stabbiliti fil-klassifikazzjoni tal-irkaptu tal-FAO.