Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019H0786

    Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/786 tat-8 ta' Mejju 2019 dwar ir-rinnovazzjoni tal-bini (notifikata bid-dokument (2019) 3352) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2019/3352

    ĠU L 127, 16.5.2019, p. 34–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2019/786/oj

    16.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 127/34


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/786

    tat-8 ta' Mejju 2019

    dwar ir-rinnovazzjoni tal-bini

    (notifikata bid-dokument (2019) 3352)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Unjoni hija impenjata biex tiżviluppa sistema tal-enerġija sostenibbli, kompetittiva, sigura u dekarbonizzata. L-Unjoni tal-Enerġija u l-Qafas ta' Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030 jistabbilixxu impenji ambizzjużi għall-Unjoni biex tkompli tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra b'mill-inqas 40 % sal-2030 meta mqabbel mal-1990, biex iżżid il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli kkunsmata, biex tikseb iffrankar enerġetiku f'konformità mal-ambizzjonijiet fil-livell tal-Unjoni, u biex ittejjeb is-sigurtà, il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-enerġija tal-Unjoni. Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), tistabbilixxi mira ewlenija għall-effiċjenza fl-enerġija b'iffrankar ta' mill-inqas 32,5 % fil-livell tal-Unjoni sal-2030. Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi mira vinkolanti ta' mill-inqas 32 % enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-livell tal-Unjoni sal-2030.

    (2)

    Il-bini huwa fil-qalba tal-politika tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni, minħabba li dan jikkostitwixxi kważi 40 % tal-konsum finali tal-enerġija.

    (3)

    Il-Ftehim ta' Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima b'segwitu tal-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP 21) jagħti spinta lill-isforzi tal-Unjoni biex tiddekarbonizza l-istokk tal-bini tagħha. Minħabba li kważi 50 % tal-konsum finali tal-enerġija tal-Unjoni jintuża għat-tisħin u għat-tkessiħ, li minnu 80 % jintuża fil-bini, il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-enerġija u l-klima hija marbuta mal-isforzi tagħha li tirrinnova l-istokk tal-bini tagħha billi tagħti prijorità lill-effiċjenza fl-enerġija, tapplika l-prinċipju “l-effiċjenza fl-enerġija tiġi l-ewwel”, u tikkunsidra l-użu tal-enerġija rinnovabbli.

    (4)

    Il-Kummissjoni enfasizzat l-importanza tal-effiċjenza fl-enerġija u r-rwol tas-settur tal-bini għall-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-enerġija u l-klima u għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-kontribut tagħha għas-sigurtà tal-enerġija u għall-qafas tal-2030 għall-politika dwar l-enerġija u l-klima (4), fil-Komunikazzjoni tagħha dwar Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li Tħares 'il Quddiem (5), u fil-Komunikazzjoni tagħha dwar viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima (6). Din il-Komunikazzjoni tal-aħħar tenfasizza li l-miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija jenħtieġ li jkollhom rwol ċentrali fil-kisba ta' ekonomija newtrali għall-klima sal-2050 u fit-tnaqqis sa nofs il-konsum tal-enerġija meta mqabbel mal-2005.

    (5)

    L-implimentazzjoni sħiħa u t-tisħiħ tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-enerġija jitqiesu bħala l-ewwel prijorità fl-istabbiliment tal-Unjoni tal-Enerġija.

    (6)

    Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (“EPBD”) hija l-leġiżlazzjoni ewlenija, flimkien mad-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) u r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), li tindirizza l-effiċjenza fl-enerġija fil-bini fil-kuntest tal-miri tal-effiċjenza fl-enerġija tal-2030. L-EPBD għandha żewġ objettivi komplementari, jiġifieri t-tħaffif tar-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti sal-2050 u l-appoġġ għall-modernizzazzjoni tal-bini kollu b'teknoloġiji intelliġenti u b'rabta aktar ċara mal-mobbiltà nadifa.

    (7)

    Fl-2018 l-EPBD ġiet emendata bid-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) sabiex titħaffef ir-rinnovazzjoni tal-bini fl-Unjoni.

    (8)

    Strumenti finanzjarji adegwati sabiex jingħelbu l-fallimenti tas-suq, forza tax-xogħol suffiċjenti bil-ħiliet it-tajba, u l-affordabbiltà għaċ-ċittadini kollha huma ta' importanza ċentrali jekk l-Unjoni trid tikseb u ssostni rati ogħla ta' rinnovazzjoni. Approċċ integrat u konsistenza fil-politiki rilevanti kollha huma neċessarji għall-modernizzazzjoni tal-ambjent mibni bl-involviment tal-partijiet rilevanti kollha, inkluż l-aspetti tas-sikurezza, tal-affordabbiltà, tal-ambjent u tal-ekonomija ċirkolari.

    (9)

    L-emendi tal-EPBD joħolqu mogħdija ċara lejn il-kisba ta' stokk tal-bini b'emissjonijiet baxxi u bla emissjonijiet fl-Unjoni sal-2050, mirfuda minn pjanijiet direzzjonali nazzjonali bi stadji importanti u b'indikaturi tal-progress domestiku, u minn finanzjament u investiment pubbliċi u privati. Huma meħtieġa strateġiji nazzjonali ta' rinnovazzjoni fit-tul b'komponent finanzjarju solidu f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2a tal-EPBD sabiex tiġi żgurata r-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti f'bini effiċjenti ħafna fl-enerġija u dekarbonizzat sal-2050, filwaqt li tiġi ffaċilitata t-trasformazzjoni kosteffettiva tal-bini eżistenti kollu f'bini li kważi jikkumpensa għall-enerġija kollha li tintuża.

    (10)

    Minbarra r-rati ta' rinnovazzjonijiet mgħaġġla, hija meħtieġa żieda sostnuta u mifruxa mal-Unjoni kollha fir-rinnovazzjonijiet radikali. F'konformità mal-Artikolu 2a tal-EPBD, huma meħtieġa strateġiji nazzjonali b'linji gwida ċari u b'azzjonijiet immirati li jistgħu jitkejlu, kif ukoll il-promozzjoni ta' aċċess ugwali għall-finanzjament, inkluż għas-segmenti bl-agħar rendiment tal-istokk tal-bini nazzjonali, għall-konsumaturi li huma fqar fl-enerġija, għall-akkomodazzjoni soċjali u għall-unitajiet domestiċi soġġetti għal dilemmi ta' inċentivi opposti, filwaqt li titqies l-affordabbiltà.

    (11)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri finanzjarji relatati mal-effiċjenza fl-enerġija jiġu applikati bl-iktar mod effettiv u bl-aħjar mod fir-rinnovazzjoni tal-bini, l-EPBD issa teħtieġ li dawk il-miżuri finanzjarji jkunu marbuta mal-kwalità tax-xogħlijiet ta' rinnovazzjoni fid-dawl tal-iffrankar fl-enerġija fil-mira jew miksub tar-rinnovazzjoni. Jeħtieġ li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi r-rekwiżiti tal-Artikolu 10 tal-EPBD tiżgura li l-miżuri finanzjarji għall-effiċjenza fl-enerġija jkunu marbuta mar-rendiment enerġetiku, mal-livell ta' ċertifikazzjoni jew ta' kwalifika, ma' verifika tal-enerġija, jew mat-titjib miksub bħala riżultat tar-rinnovazzjoni, li jenħtieġ li jkun ivvalutat billi jitqabblu ċ-ċertifikati tar-rendiment enerġetiku maħruġa qabel u wara r-rinnovazzjoni, bl-użu ta' valuri standard jew b'metodu trasparenti u proporzjonat ieħor.

    (12)

    Jeħtieġ li tinkiseb data ta' kwalità għolja dwar l-istokk tal-bini li tista' tiġi ġġenerata parzjalment mill-bażijiet ta' data li kważi l-Istati Membri kollha qed jiżviluppaw u jimmaniġġjaw għaċ-ċertifikati dwar ir-rendiment enerġetiku. Dawk il-bażijiet ta' data jistgħu jintużaw għall-kontroll tal-konformità u għall-produzzjoni tal-istatistika dwar l-istokkijiet tal-bini reġjonali jew nazzjonali. Il-miżuri ta' traspożizzjoni tal-Artikolu 10 huma meħtieġa sabiex jippermettu li tinġabar data dwar il-konsum tal-enerġija mkejjel jew ikkalkulat ta' ċertu bini u sabiex permezz tagħhom tkun disponibbli data anonimizzata aggregata.

    (13)

    L-emendi għall-EPBD jaġġornaw ukoll il-qafas ġenerali għall-kalkolu tar-rendiment enerġetiku tal-bini. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi r-rekwiżiti tal-Anness I emendat tal-EPBD hija meħtieġa sabiex tiżgura t-trasparenza u l-konsistenza.

    (14)

    Il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tittrasponi r-rekwiżiti tal-Artikolu 20(2) rivedut tal-EPBD hija meħtieġa sabiex iżżid l-informazzjoni li jenħtieġ li tiġi pprovduta lis-sidien jew lill-okkupanti ta' bini jew ta' unitajiet ta' bini u sabiex tiżgura li tiġi pprovduta permezz ta' għodda ta' konsulenza aċċessibbli u trasparenti.

    (15)

    L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2018/844 sal-10 ta' Marzu 2020.

    (16)

    It-traspożizzjoni sħiħa u l-implimentazzjoni effettiva tal-EPBD emendata huma fundamentali sabiex isostnu l-kisba tal-miri tal-effiċjenza fl-enerġija tal-2030 u sabiex l-Unjoni terġa' lura fit-triq tagħha lejn id-dekarbonizzazzjoni tal-istokkijiet tal-bini nazzjonali sal-2050.

    (17)

    L-EPBD tħalli marġni wiesgħa ta' diskrezzjoni lill-Istati Membri meta jkunu qed ifasslu l-kodiċijiet tal-bini tagħhom u meta jkunu qed jimplimentaw ir-rekwiżiti tekniċi fir-rigward tar-rinnovazzjonijiet, taċ-ċertifikati tal-bini u tas-sistemi tekniċi użati fil-bini b'mod li l-aktar ikun adattat għall-kundizzjonijiet klimatiċi u għall-istokkijiet tal-bini nazzjonali. Din ir-Rakkomandazzjoni għandha l-għan li tispjega s-sustanza ta' dawk ir-rekwiżiti tekniċi u l-modi differenti kif jistgħu jinkisbu l-objettivi tad-Direttiva. Tippreżenta wkoll l-esperjenza u l-aħjar prattiki li l-Kummissjoni rat fost l-Istati Membri.

    (18)

    Il-Kummissjoni hija impenjata li taħdem mill-qrib mal-Istati Membri fit-traspożizzjoni u fl-implimentazzjoni effettiva tagħhom tal-EPBD. Din ir-Rakkomandazzjoni tħejjiet għal dan l-għan sabiex tispjega f'aktar dettall kif jenħtieġ li jinqraw ċerti dispożizzjonijiet tal-EPBD u kif dawn jistgħu jiġu applikati l-aħjar fil-kuntest tat-traspożizzjoni nazzjonali. B'mod partikolari l-għan huwa li jiġi żgurat fehim uniformi fl-Istati Membri kollha fit-tħejjija tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom. Din ir-Rakkomandazzjoni ma tbiddilx l-effetti legali tal-EPBD u hija mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni vinkolanti tal-EPBD kif ipprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja. Din ir-Rakkomandazzjoni tindirizza suġġetti fl-EPBD li huma kumplessi, diffiċli biex jiġu trasposti u li għandhom potenzjali kbir f'termini ta' impatt fuq l-effiċjenza fl-enerġija tal-bini. Din ir-Rakkomandazzjoni tiffoka fuq id-dispożizzjonijiet rigward ir-rinnovazzjoni tal-bini u tikkonċerna l-Artikoli 2a, 10, 20 u l-Anness I tal-EPBD, li jinkludu dispożizzjonijiet dwar strateġiji tar-rinnovazzjoni fit-tul, mekkaniżmi ta' finanzjament, inċentivi, informazzjoni u l-kalkolu tar-rendiment enerġetiku tal-bini. Id-dispożizzjonijiet fl-EPBD li jittrattaw il-modernizzazzjoni u s-sistemi tekniċi użati fil-bini huma indirizzati f'Rakkomandazzjoni separata.

    (19)

    Għalhekk jenħtieġ li din ir-Rakkomandazzjoni tippermetti lill-Istati Membri jiksbu impatti qawwija f'termini tar-rendiment enerġetiku u l-istokk tal-bini rinnovat tagħhom,

    ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

    1.

    Jenħtieġ li l-Istati Membri jsegwu l-linji gwida pprovduti fl-Anness ta' din ir-Rakkomandazzjoni fit-traspożizzjoni tar-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva (UE) 2018/844.

    2.

    Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    3.

    Ir-Rakkomandazzjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Mejju 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Miguel ARIAS CAÑETE

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

    (2)  Id-Direttiva (UE) 2018/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li temenda d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 210).

    (3)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

    (4)  Impact Assessment accompanying the document Communication from the Commission to the European Parliament and the Council Energy Efficiency and its contribution to energy security and the 2030 Framework for climate and energy policy (SWD(2014) 255 final).

    (5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Bank Ewropew għall-Investiment “Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem” (COM(2015) 80 final).

    (6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment “Pjaneta Nadifa għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima” (COM(2018) 773 final).

    (7)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

    (8)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

    (9)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

    (10)  Id-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75).


    ANNESS

    1.   INTRODUZZJONI

    Id-Direttiva 2010/31/UE (“EPBD”) teħtieġ li l-Istati Membri jadottaw strateġiji ta' rinnovazzjoni fit-tul u li jistabbilixxu rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini ġdid u tal-bini eżistenti li qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri.

    Id-Direttiva 2012/27/UE (“EED”) kien fiha dispożizzjonijiet dwar ir-rinnovazzjoni tal-bini u strateġiji fit-tul għall-mobilizzazzjoni tal-investiment fir-rinnovazzjoni tal-istokkijiet nazzjonali tal-bini.

    L-EPBD u l-EED ġew emendati bid-Direttiva (UE) 2018/844, li daħlet fis-seħħ fid-9 ta' Lulju 2018. Fl-Artikolu 2a tagħha, l-EPBD tistabbilixxi qafas għal strateġiji ta' rinnovazzjoni fit-tul (“LTRSs”) biex tappoġġa r-rinnovazzjoni tal-istokkijiet tal-bini nazzjonali f'binjiet effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat sal-2050, filwaqt li tiffaċilita t-trasformazzjoni kosteffettiva tal-binjiet eżistenti f'binjiet li jużaw kważi żero enerġija (“NZEBs”). Skont id-Direttiva, l-istrateġiji se jkunu appoġġati minn mekkaniżmi finanzjarji għall-mobilizzazzjoni tal-investiment fir-rinnovazzjoni tal-bini meħtieġa biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

    Skont l-Artikolu 10 tal-EPBD, huma meħtieġa politiki u miżuri biex:

    (a)

    jorbtu l-miżuri finanzjarji għat-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija fir-rinnovazzjoni tal-binjiet mal-iffrankar tal-enerġija mmirat jew miksub;

    (b)

    jippermettu li tinġabar data dwar il-konsum tal-enerġija mkejjel jew ikkalkulat ta' ċerti binjiet; u

    (c)

    jagħmlu disponibbli data anonimizzata aggregata.

    Skont l-Artikolu 20 tal-EPBD, trid tiġi pprovduta informazzjoni lis-sidien jew lill-okkupanti ta' binjiet jew unitajiet ta' bini permezz ta' għodod ta' konsulenza aċċessibbli u trasparenti.

    L-EPBD tistabbilixxi qafas ġenerali komuni għad-determinazzjoni tar-rendiment tal-enerġija tal-binjiet, inklużi l-indikaturi u l-kalkoli li għandhom jintużaw. Dawn il-linji gwida jappoġġaw l-implimentazzjoni korretta tal-oqfsa regolatorji nazzjonali u reġjonali. Huma jirriflettu l-opinjonijiet tal-Kummissjoni. Ma jbiddlux l-effetti legali tad-EPBD u huma mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni vinkolanti tal-Artikoli 2a, 10 u 20 u l-Anness I tagħha, kif previst mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

    2.   STRATEĠIJI TA' RINNOVAZZJONI FIT-TUL

    2.1.   Għan

    L-obbligu għall-Istati Membri li jistabbilixxu LTRS (Strateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul) tal-istokk tal-bini nazzjonali tagħhom ġie mċaqlaq għall-EPBD mill-EED. L-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2018/844 introduċa Artikolu 2a ġdid dwar l-LTRSs fl-EPBD u rrevoka l-Artikolu 4 tal-EED, li kien jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu strateġija fit-tul għall-mobilizzazzjoni tal-investiment fir-rinnovazzjoni tal-istokkijiet nazzjonali tal-bini.

    L-EPBD issa tinkludi:

    (a)

    referenza aktar qawwija għall-faqar enerġetiku; u

    (b)

    referenzi ġodda għal:

    (i)

    is-saħħa, is-sikurezza u l-kwalità tal-arja;

    (ii)

    l-inizjattivi għall-promozzjoni ta' teknoloġiji, ħiliet u edukazzjoni intelliġenti;

    (iii)

    il-politiki li jimmiraw is-segmenti bl-agħar rendiment tal-istokkijiet nazzjonali tal-bini;

    (iv)

    id-dilemmi ta' “inċentivi opposti” (1);

    (v)

    il-fallimenti tas-suq; u

    (vi)

    il-binjiet pubbliċi.

    LTRSs b'saħħithom mistennija li jaċċelleraw ir-rinnovazzjoni kosteffettiva tal-binjiet eżistenti, li bħalissa huma soġġetti għal rata ta' rinnovazzjoni baxxa, u jiżguraw żieda fir-rinnovazzjonijiet profondi. Strateġija mhijiex għan fiha nnifisha, iżda punt ta' tluq għal azzjoni aktar b'saħħitha.

    2.2.   Kamp ta' Applikazzjoni

    L-EPBD tespandi l-kamp ta' applikazzjoni tal-LTRSs tal-Istati Membri. Bħal fil-każ tal-istrateġiji stabbiliti skont l-Artikolu 4 tal-EED, l-LTRSs japplikaw għall-istokk nazzjonali ta' binjiet pubbliċi u privati, binjiet residenzjali u dawk mhux residenzjali. Madankollu, l-EPBD emendata tintroduċi obbligi ġodda u usa' u tidentifika oqsma ġodda ta' politika u azzjoni li għandhom jiġu koperti fl-LTRSs.

    Skont l-Artikolu 2a tal-EPBD, l-Istati Membri għandhom, inter alia:

    (a)

    jistabbilixxu strateġija komprensiva mmirata lejn il-kisba ta' stokk tal-bini effiċjenti ħafna u dekarbonizzat sal-2050 u trasformazzjoni kosteffettiva tal-binjiet eżistenti f'NZEBs;

    (b)

    jistabbilixxu pjan direzzjonali b'miżuri, b'indikaturi ta' progress li jistgħu jitkejlu u bi stadji importanti indikattivi għall-2030, l-2040 u l-2050;

    (c)

    iwettqu konsultazzjoni pubblika dwar l-istrateġija tagħhom qabel ma jissottomettuha lill-Kummissjoni u jistabbilixxu arranġamenti għal konsultazzjoni aktar inklużiva matul l-implimentazzjoni;

    (d)

    jiffaċilitaw l-aċċess għall-mekkaniżmi permezz ta' finanzjament intelliġenti biex tiġi appoġġata l-mobilizzazzjoni tal-investiment; u

    (e)

    jissottomettu l-istrateġija tagħhom bħala parti mill-pjan nazzjonali integrat finali (2) tagħhom dwar l-enerġija u l-klima (NECP) (3) u jipprovdu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni fir-rapporti nazzjonali integrati tagħhom ta' progress dwar l-enerġija u l-klima.

    2.3.   Obbligu li tiġi stabbilita strateġija komprensiva biex jinkiseb stokk tal-bini ferm dekarbonizzat sal-2050

    2.3.1.   Elementi obbligatorji tal-LTRS

    L-LTRSs tal-Istati Membri jenħtieġ li jkopru l-elementi eżistenti (ara l-Artikolu 4 tal-EED) u elementi ġodda (ara l-Artikolu 2a tal-EPBD). Kull LTRS issa trid tinkludi l-elementi hawn taħt.

    2.3.1.1.   Ħarsa ġenerali lejn l-istokk tal-bini nazzjonali – l-Artikolu 2a(1)(a) tal-EPBD

    L-Artikolu 4(a) tal-EED diġà ppreveda li l-punt tat-tluq tal-LTRSs kien ħarsa ġenerali lejn l-istokk tal-bini nazzjonali.

    L-Artikolu 2a(1)(a) tal-EPBD jipprevedi li kull LTRS “għandha tinkludi ħarsa ġenerali tal-istokk tal-bini nazzjonali, abbażi, skont il-każ, ta' teħid ta' kampjuni statistiċi u s-sehem mistenni ta' bini rinnovat fl-2020”.

    Is-sehem mistenni ta' binjiet rinnovati jista' jiġi espress b'diversi modi, pereżempju:

    (a)

    bħala perċentwal (%);

    (b)

    bħala numru assolut; jew

    (c)

    f'm2 ta' spazju rinnovat skont it-tip tal-bini.

    Anki l-profondità tar-rinnovazzjoni (eż. “ħafifa”, “medja” u “profonda”) tista' tintuża għal aktar preċiżjoni. It-trasformazzjoni f'NZEBs tista' tkun indikatur ieħor (4). B'mod aktar ġenerali, “rinnovazzjoni profonda” jenħtieġ li tirriżulta kemm fl-effiċjenza fl-enerġija kif ukoll fl-effiċjenza tal-gass b'effett ta' serra.

    Is-“sehem mistenni” mhuwiex maħsub li jkun mira vinkolanti, iżda pjuttost figura li tirrappreżenta b'mod realistiku r-rata probabbli ta' rinnovazzjoni tal-bini mwettqa fl-2020. L-Istati Membri jistgħu jsemmu wkoll is-sehem mistenni tar-rinnovazzjoni kompluta għall-2030, l-2040 u l-2050, f'konformità mar-rekwiżit li jipprovdu stadji importanti indikattivi għal dawk is-snin.

    2.3.1.2.   Approċċi kosteffettivi lejn ir-rinnovazzjoni – l-Artikolu 2a(1)(b) tal-EPBD

    L-Artikolu 4(b) tal-EED diġà talab li l-Istati Membri jidentifikaw fl-LTRSs tagħhom approċċi kosteffettivi għar-rinnovazzjoni rilevanti għat-tip ta' bini u għaż-żona klimatika.

    L-Artikolu 2a(1)(b) tal-EPBD jipprevedi li kull LTRS “għandha tinkludi l-identifikazzjoni ta' approċċi kosteffettivi għar-rinnovazzjonijiet rilevanti għat-tip tal-bini u ż-żona klimatika, b'konsiderazzjoni tal-punti ta' attivazzjoni rilevanti potenzjali, fejn applikabbli, fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini;”

    Il-premessa 12 tad-Direttiva (UE) 2018/844 tiċċara li l-“punti ta' attivazzjoni” huma “mumenti opportuni, pereżempju minn perspettiva ta' kosteffettività jew ta' tfixkil, fiċ-ċiklu tal-ħajja ta' bini biex isiru rinnovazzjonijiet għall-finijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija”.

    Punt ta' attivazzjoni jista' jkun:

    (a)

    tranżazzjoni (eż. l-bejgħ, il-kiri (5) jew il-lokazzjoni ta' bini, il-finanzjament mill-ġdid tiegħu, jew bidla fl-użu tiegħu);

    (b)

    rinnovazzjoni (eż. rinnovazzjoni usa' diġà ppjanata li mhix relatata mal-enerġija) (6); jew

    (c)

    diżastru/inċident (eż. nar, terremot, għargħar) (7).

    Ċerti binjiet jistgħu ma jkunux soġġetti għal punti ta' attivazzjoni, għalhekk il-kwalifika “fejn applikabbli”.

    Ir-rabta tar-rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija ma' punti ta' attivazzjoni jenħtieġ li tiżgura li l-miżuri relatati mal-enerġija ma jiġux traskurati jew jitħallew barra fi stadju aktar tard fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini. L-iffukar fuq l-effiċjenza fl-enerġija f'punti ta' attivazzjoni jenħtieġ li jillimita r-riskju ta' opportunitajiet nieqsa biex jiġu rinnovati u jiżdiedu sinerġiji possibbli ma' azzjoni oħra.

    Il-punti ta' attivazzjoni jistgħu jwasslu għal rinnovazzjoni kosteffettiva minħabba l-ekonomiji ta' skala li jistgħu jinkisbu jekk ir-rinnovazzjoni relatata mal-enerġija titwettaq fl-istess ħin ma' xogħol ieħor meħtieġ jew ir-rinnovazzjoni ppjanata.

    2.3.1.3.   Politiki u azzjoni skont l-Artikolu 2a(1)(c) tal-EPBD dwar ir-rinnovazzjoni profonda

    L-Artikolu 4(c) tal-EED diġà talab lill-Istati Membri jiżguraw li l-LTRSs ikunu jinkludu politiki u azzjonijiet biex jistimulaw rinnovazzjoni profonda kosteffettiva tal-binjiet, inkluża rinnovazzjoni profonda fi stadji.

    L-Artikolu 2a(1)(c) tal-EPBD jipprevedi li kull LTRS “għandha tinkludi politiki u azzjonijiet biex ikunu stimulati rinnovazzjonijiet profondi kosteffettivi tal-bini, inkluża rinnovazzjoni profonda fi stadji, u biex ikunu appoġġati miżuri u rinnovazzjonijiet immirati kosteffettivi, pereżempju billi tiġi introdotta skema fakultattiva għall-passaporti ta' rinnovazzjoni tal-bini”.

    Ir-rinnovazzjonijiet profondi huma dawk li jwasslu għal arredament li jnaqqas kemm il-konsum tal-enerġija mogħti kif ukoll dak finali ta' bini b'perċentwal sinifikanti meta mqabbel mal-livelli ta' qabel ir-rinnovazzjoni, li jwassal għal rendiment fl-użu tal-enerġija għoli ħafna (8). Skont id-dokument ta' ħidma tal-persunal li jakkumpanja r-rapport tal-Kummissjoni tal-2013 dwar l-appoġġ finanzjarju għall-effiċjenza enerġetika fil-bini (9), “rinnovazzjoni profonda” tista' titqies bħala rinnovazzjoni li twassal għal titjib sinifikanti fl-effiċjenza (tipikament aktar minn 60 %).

    L-EPBD tirreferi għall-passaporti ta' rinnovazzjoni tal-bini (BRPs) bħala eżempju ta' miżura li permezz tagħha l-Istati Membri jistgħu jappoġġaw rinnovazzjoni mmirata kosteffettiva u rinnovazzjoni profonda fi stadji. L-EPBD ma tispeċifikax fid-dettall x'jikkostitwixxi BRP, iżda ġew identifikati għadd ta' elementi komuni xi mkien ieħor (10), li jistgħu jintużaw bħala eżempji: huwa dokument elettroniku jew stampat li jiddeskrivi pjan direzzjonali fit-tul (ta' 15-20 sena) ta' rinnovazzjoni pass pass (idealment bi ftit passi kemm jista' jkun) għal bini speċifiku li jista' jirriżulta minn awditjar tal-enerġija fuq il-post li jissodisfa kriterji speċifiċi ta' kwalità u li jiddeskrivi l-miżuri u r-rinnovazzjonijiet rilevanti li jistgħu jtejbu r-rendiment fl-użu tal-enerġija tiegħu (11).

    2.3.1.4.   Politiki u azzjoni dwar il-binjiet bl-agħar rendiment u l-faqar enerġetiku – l-Artikolu 2a(1)(d) tal-EPBD

    Skont l-Artikolu 2a(1)(d) tal-EPBD, kull LTRS għandha tinkludi “ħarsa ġenerali tal-politiki u l-azzjonijiet li jimmiraw is-setturi tal- istokk tal-bini nazzjonali bl-agħar rendiment, dilemmi ta' inċentivi opposti u fallimenti tas-suq, u deskrizzjoni tal-azzjonijiet nazzjonali rilevanti li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku”.

    Dan huwa element ġdid li ma kienx jeżisti fl-Artikolu 4 tal-EED. Il-LTRSs tal-Istati Membri issa se jkollhom jagħtu ħarsa ġenerali lejn il-politiki u l-azzjonijiet li huma mmirati lejn:

    (a)

    is-segmenti bl-agħar rendiment tal-istokk tal-bini nazzjonali;

    (b)

    id-dilemmi ta' inċentivi opposti (12);

    (c)

    il-fallimenti tas-suq; u

    (d)

    it-taffija tal-faqar enerġetiku.

    Il-ħarsa ġenerali jenħtieġ li tinkludi mill-inqas deskrizzjoni qasira ta' kull politika u azzjoni, il-kamp ta' applikazzjoni u t-tul ta' żmien tagħha, il-baġit allokat u l-impatt mistenni.

    L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw is-segmenti bl-agħar rendiment tal-istokk tal-bini nazzjonali tagħhom, pereżempju billi:

    (a)

    jiffissaw limitu speċifiku, bħal kategorija tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (eż. taħt “D”);

    (b)

    jużaw ċifra tal-konsum tal-enerġija primarja (espressa f'kWh/m2 fis-sena); jew saħansitra

    (c)

    jimmiraw il-binjiet mibnija qabel data speċifika (eż. qabel l-1980).

    Dwar id-“dilemmi ta' inċentivi opposti”, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkonsultaw ir-rapport tal-2014 taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) “Overcoming the split-incentive barrier in the building sector” (Negħlbu l-ostakli ta' inċentiv oppost fis-settur tal-bini) (13).

    It-terminu “fallimenti tas-suq” jirreferi għal firxa ta' problemi li għandhom it-tendenza li jdewmu t-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini u l-isfruttar tal-potenzjal kosteffettiv tal-iffrankar tal-enerġija. Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju:

    (a)

    nuqqas ta' fehim dwar l-użu tal-enerġija u l-iffrankar potenzjali;

    (b)

    rinnovazzjoni u attività ta' kostruzzjoni limitati f'kuntest ta' wara l-kriżi;

    (c)

    nuqqas ta' prodotti ta' finanzjament attraenti;

    (d)

    informazzjoni limitata dwar l-istokk tal-bini; u

    (e)

    użu limitat ta' teknoloġiji effiċjenti u intelliġenti (14).

    Ir-referenza għal “faqar enerġetiku” fl-EPBD emendata mhijiex ġdida. L-EED tirreferi għal “faqar fl-enerġija” (l-Artikolu 7 u l-premessa 53 tal-EED) u għal “faqar fil-fjuwil” (il-premessa 49 tal-EED). Il-faqar enerġetiku huwa riżultat ta' taħlita ta' dħul baxx, infiq qawwi fl-enerġija u rendiment fqir fl-użu tal-enerġija tal-abitazzjonijiet – azzjoni effettiva biex jittaffa l-faqar enerġetiku jenħtieġ għalhekk li tinkludi miżuri għall-effiċjenza fl-enerġija flimkien ma' miżuri tal-politika soċjali. Filwaqt li diversi LTRSs tal-Istati Membri diġà jindirizzaw il-faqar enerġetiku, l-EPBD issa teħtieġ li l-LTRSs jindikaw fil-qosor “l-azzjonijiet nazzjonali rilevanti li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku” (15).

    L-Artikolu 2a(1)(d) tal-EPBD, flimkien mal-Premessa 11 tad-Direttiva (UE) 2018/844, jipprovdi lill-Istati Membri bi flessibbiltà suffiċjenti biex jimplimentaw il-leġiżlazzjoni fid-dawl tal-kundizzjonijiet nazzjonali, mingħajr ma jinterferixxu mal-kompetenzi tal-politika soċjali tagħhom (16).

    2.3.1.5.   Politiki u azzjoni dwar binjiet pubbliċi - Artikolu 2a(1)(e) tal-EPBD

    Skont l-Artikolu 2a(1)(e) tal-EPBD, kull LTRS trid tinkludi “politiki u azzjonijiet li jolqtu l-bini pubbliku kollu”.

    Il-kamp ta' applikazzjoni tal-LTRSs skont l-Artikolu 4 tal-EED diġà kien jinkludi ċerti binjiet pubbliċi. Madankollu, l-Artikolu 2a tal-EPBD issa jirrikjedi li l-LTRSs jinkludu politiki u azzjonijiet speċifiċi li jimmiraw il-binjiet pubbliċi kollha. Dan jenħtieġ li jinkludi inizjattivi li għaddejjin bħalissa mill-Istati Membri biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-EPBD u l-EED (17).

    Kemm l-EED kif ukoll l-EPBD jirrikjedu li l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu l-eżempju billi jkunu minn tal-ewwel li jadottaw it-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija; ara, b'mod partikolari, l-Artikoli 5 u 6 tal-EED, li japplikaw għal “bini tal-korpi pubbliċi”.

    Madankollu, l-Artikolu 2a(1)(e) tal-EPBD għandu kamp ta' applikazzjoni usa' mill-Artikoli 5 u 6 tal-EED, peress li jikkonċerna l-binjiet pubbliċi kollha u mhux sempliċement il-“bini tal-korpi pubbliċi” li huma proprjetà tal-gvern (18) ċentrali u huma okkupati minnu. Il-politiki u l-azzjonijiet skont l-Artikolu 2a(1)(e) jenħtieġ li jinkludu, pereżempju, il-binjiet li huma okkupati (eż. mogħtija b'lokazzjoni jew mikrija) minn awtoritajiet lokali jew reġjonali u l-binjiet li huma proprjetà tal-gvern ċentrali u l-awtoritajiet reġjonali jew lokali, iżda mhux neċessarjament okkupati minnhom.

    B'differenza mill-Artikolu 5(2) tal-EED (19), l-Artikolu 2a tal-EPBD ma jeżentax l-ebda kategorija ta' bini pubbliku. Għalhekk fil-prinċipju hija tapplika għall-binjiet li jistgħu jiġu eżentati, f'ċertu Stat Membru, mill-obbligu ta' rinnovazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tal-EED. Ħafna mill-binjiet elenkati fl-Artikolu 5(2) tal-EED jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għall-kisba tal-objettivi nazzjonali.

    Il-mekkaniżmi u l-inċentivi finanzjarji jenħtieġ li jippromwovu l-investimenti tal-awtoritajiet pubbliċi f'stokk ta' bini effiċjenti fl-enerġija, pereżempju permezz ta' sħubiji pubbliċi-privati jew kuntratti fakultattivi ta' rendiment fl-użu tal-enerġija (20) permezz ta' finanzjament barra mill-karta tal-bilanċ f'konformità mar-regoli u l-gwida tal-kontabbiltà tal-Eurostat (21).

    2.3.1.6.   Inċentivi għall-użu ta' teknoloġiji u ħiliet intelliġenti - l-Artikolu 2a(1)(f) tal-EPBD

    Wieħed mill-objettivi tar-reviżjoni tal-EPBD kien li jiġi aġġornat mal-iżviluppi teknoloġiċi bħal teknoloġiji tal-bini intelliġenti u biex jiġi ffaċilitat l-użu ta' vetturi elettriċi u teknoloġiji oħra, kemm permezz ta' rekwiżiti ta' installazzjoni speċifiċi kif ukoll billi jiġi żgurat li l-professjonisti tal-bini jkunu jistgħu jagħtu l-ħiliet u l-għarfien espert meħtieġa.

    L-Artikolu 2a(1)(f) tal-EPBD jipprevedi li l-LTRSs għandhom jinkludu “ħarsa ġenerali tal-inizjattivi nazzjonali għall-promozzjoni ta' teknoloġiji intelliġenti u bini u komunitajiet konnessi sew, kif ukoll kompetenzi u edukazzjoni fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija”.

    Dan huwa element ġdid li ma kienx jeżisti fl-Artikolu 4 tal-EED. L-LTRSs tal-Istati Membri issa se jkollhom jagħtu ħarsa ġenerali lejn l-inizjattivi nazzjonali li jippromwovu:

    (a)

    teknoloġiji intelliġenti u binjiet u komunitajiet konnessi sew; u

    (b)

    kompetenzi u edukazzjoni fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

    Il-ħarsa ġenerali jenħtieġ li tinkludi mill-inqas deskrizzjoni qasira ta' kull inizjattiva, il-kamp ta' applikazzjoni u t-tul tagħha, il-baġit allokat u l-impatt mistenni.

    L-intelliġenza fil-binjiet hija parti essenzjali ta' sistema tal-enerġija dekarbonizzata, intensiva minn sorsi rinnovabbli u sistema aktar dinamika ta' enerġija mmirata biex jintlaħqu l-miri tal-UE għall-2030 dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, u stokk tal-bini tal-UE dekarbonizzat sal-2050. Skont l-Artikolu 2a(f) tal-EPBD, l-LTRSs għandhom jiddeskrivu l-inizjattivi nazzjonali dwar it-teknoloġiji intelliġenti u l-binjiet u l-komunitajiet konnessi tajjeb li jistgħu, pereżempju, jimmiraw li:

    (a)

    tinkiseb effiċjenza fl-enerġija għolja permezz ta' tħaddim ottimali tal-bini u tiġi ffaċilitata l-manutenzjoni tas-sistemi tekniċi użati fil-bini;

    (b)

    jissaħħaħ ir-rwol tal-flessibbiltà tad-domanda biż-żieda tas-sehem tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-enerġija u billi jiżguraw li l-benefiċċji jaslu sal-konsumaturi;

    (c)

    jiġi żgurat li l-ħtiġijiet tal-utenti tal-bini jkunu koperti u jkunu jistgħu jinteraġixxu b'mod effettiv mal-bini; u

    (d)

    jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' binjiet konnessi tajjeb (22), u komunitajiet intelliġenti li jappoġġaw ukoll soluzzjonijiet ibbażati fuq iċ-ċittadin u li jiffukaw fuq standard miftuħ għal bliet intelliġenti

    L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jadottaw miżuri li jinkoraġġixxu l-użu ta' punti tal-iċċarġjar u infrastruttura ta' kanali għall-vetturi elettriċi fil-kuntest ta' proġetti ta' rinnovazzjoni tal-bini, anki jekk ir-rinnovazzjoni ma tkunx ikkunsidrata bħala “rinnovazzjoni maġġuri” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(10) tal-EPBD.

    It-taħriġ tal-esperti tal-enerġija huwa essenzjali fl-iżgurar tat-trasferiment tal-għarfien dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-EPBD. Skont l-Artikolu 17 tal-EPBD, l-Istati Membri għandhom diġà jiżguraw iċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija indipendenti tal-binjiet u l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kundizzjonata minn esperti kkwalifikati u/jew akkreditati. L-LTRSs jenħtieġ li jippreżentaw ħarsa ġenerali lejn l-inizjattivi nazzjonali li jippromwovu l-ħiliet li jeħtieġu l-professjonisti tal-bini biex japplikaw it-tekniki u t-teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-NZEBs u tar-rinnovazzjoni tal-enerġija.

    2.3.1.7.   Stima tal-iffrankar tal-enerġija u l-benefiċċji usa' - l-Artikolu 2a(1)(g) tal-EPBD

    L-Artikolu 4(e) tal-EED diġà kien jeħtieġ li l-LTRSs jagħtu stima bbażata fuq l-evidenza tal-iffrankar tal-enerġija u l-benefiċċji usa' mistennija.

    Skont l-Artikolu 2a(1)(g) tal-EPBD, kull LTRS għandha tinkludi “stima bbażata fuq l-evidenza tal-iffrankar tal-enerġija u l-benefiċċji usa' mistennija, bħal dawk relatati mas-saħħa, is-sikurezza u l- kwalità tal-arja”.

    L-emenda tipprovdi lista mhux eżawrjenti tat-tip ta' benefiċċji usa' li l-LTRSs jenħtieġ li jevalwaw. Ċerti miżuri biex jiġi indirizzat ir-rendiment fl-użu tal-enerġija jistgħu jikkontribwixxu wkoll għal ambjent ta' ġewwa b'saħħtu. Pereżempju, jenħtieġ li l-miżuri jimmiraw li:

    (a)

    jipprevjenu t-tneħħija illegali ta' sustanzi perikolużi bħall-asbestos (23);

    (b)

    jiffaċilitaw il-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza, u l-emissjonijiet (24); u

    (c)

    jippromwovu livelli ogħla ta' kumdità u benesseri għall-okkupanti, eż. billi jiżguraw iżolament sħiħ u omoġenju (25), flimkien mal-installazzjoni xierqa u l-aġġustament ta' sistemi tekniċi tal-bini (b'mod partikolari, it-tisħin u l-arja kundizzjonata, il-ventilazzjoni u l-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini).

    Benefiċċji usa' jistgħu jinkludu wkoll spejjeż aktar baxxi ta' mard u ta' saħħa, produttività akbar tax-xogħol minn kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja aħjar, aktar impjiegi fis-settur tal-bini, u emissjonijiet imnaqqsa u karbonju taċ-ċiklu kollu tal-ħajja (26).

    L-evalwazzjoni tal-benefiċċji potenzjali usa' assoċjati mal-miżuri tal-effiċjenza fl-enerġija tista' tippermetti approċċ aktar olistiku u integrat fil-livell nazzjonali, b'enfasi fuq is-sinerġiji li jistgħu jinkisbu ma' oqsma oħra ta' politika u idealment bl-involviment ta' dipartimenti oħra tal-gvern, eż. dawk responsabbli għas-saħħa, l-ambjent, il-finanzi u l-infrastruttura.

    B'rabta ma' dawn l-elementi, huwa ġeneralment rikonoxxut li l-isforzi biex jitnaqqas l-użu tal-enerġija operattiva tipikament ikollhom konsegwenzi inkorporati, f'termini tal-emissjonijiet tal-karbonju marbuta mal-manifattura tal-prodotti għall-bini u għall-kostruzzjoni. Għalhekk, it-tnaqqis fl-użu tal-enerġija ta' kuljum idealment ma jenħtieġ li ma jiġix analizzat waħdu, peress li inevitabbilment se jkun hemm kompromess bejn il-kost u l-benefiċċju tal-karbonju. Għalkemm mhijiex xi ħaġa esplorata fl-EPBD, approċċ ta' karbonju taċ-ċiklu kollu tal-ħajja jgħin biex jiġu identifikati l-aħjar opportunitajiet kumplessivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju tul il-ħajja, u jgħin biex jiġu evitati kwalunkwe konsegwenzi mhux intenzjonati. Barra minn hekk, dan jgħin biex tinstab l-aktar soluzzjoni kosteffettiva. Fl-aħħar mill-aħħar, il-bini b'livell baxx ta' karbonju huwa wieħed li jottimizza l-użu tar-riżorsi u b'hekk jillimita l-emissjonijiet tal-karbonju matul il-kostruzzjoni u l-użu tiegħu tul il-ħajja tiegħu.

    Ir-rinnovazzjoni tista' titwettaq b'tali mod li meta l-bini jilħaq tmiem il-ħajja tiegħu jew meta ssirlu rinnovazzjoni maġġuri oħra, il-prodotti jew il-materjali differenti għall-bini jistgħu jiġu separati minn xulxin. Dan jippermetti l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ, li jistgħu jnaqqsu b'mod sostanzjali l-volum ta' skart mit-twaqqigħ li jintrema fil-miżbliet. Il-possibbiltajiet għaċ-ċirkolarità fil-futur jiddependu direttament fuq kif titwettaq ir-rinnovazzjoni, liema materjali jintgħażlu u kif jiġu mmuntati. Ir-riċiklaġġ tal-materjali jista' jkollu impatt pożittiv fuq il-konsum tal-enerġija, minħabba li l-manifattura ta' prodotti tal-kostruzzjoni primarja normalment teħtieġ aktar enerġija milli jekk jintużaw dawk sekondarji.

    Il-benefiċċji jistgħu jinkludu wkoll miżuri biex il-binjiet jiġu adattati għat-tibdil fil-klima (27), b'mod partikolari miżuri bħal pereżempju apparat għad-dell li jipproteġi l-binjiet kontra t-tisħin żejjed waqt mewġiet ta' sħana li jkollu impatt dirett fuq il-konsum tal-enerġija ta' binja billi jnaqqas il-ħtieġa għat-tkessiħ attiv (28). Barra minn hekk, għall-binjiet ġodda u l-binjiet li qed issirlhom rinnovazzjoni maġġuri, huwa rakkomandat li jittieħdu sforzi biex jiġi evitat il-ħolqien ta' barrieri ta' aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà u, fejn possibbli, jenħtieġ li jitneħħew l-ostakli eżistenti ta' aċċessibbiltà (29).

    Fl-aħħar nett, fl-istima tagħhom ta' benefiċċji bbażati fuq l-evidenza dwar is-saħħa, is-sikurezza u l-kwalità tal-arja, l-Istati Membri jistgħu jinkludu l-effetti tal-azzjoni li jieħdu skont l-Artikolu 7(5) tal-EPBD (30). Barra minn hekk, dawn jistgħu jinkludu l-effetti tal-azzjoni skont l-Artikolu 2a(7) tal-EPBD, li jirreferi għas-sikurezza kontra n-nirien u r-riskji relatati ma' attività sismika intensa.

    2.3.2.   Pjan Direzzjonali – l-Artikolu 2a(2) tal-EPBD

    Skont l-Artikolu 2a(2) tal-EPBD,

    “Fl-istrateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul tiegħu, kul Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan direzzjonali b'miżuri u indikaturi tal-progress li jistgħu jitkejlu stabbiliti domestikament, bil-ħsieb tal-għan fit-tul għall-2050 li l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra fl-Unjoni jitnaqqsu bi 80-95 % meta mqabbel mal-1990, sabiex ikun żgurat stokk tal-bini nazzjonali effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat u sabiex tkun iffaċilitata t-trasformazzjoni kosteffettiva tal-binjiet eżistenti f'binjiet b'użu ta' enerġija qrib iż-żero. Il-pjan direzzjonali għandu jinkludi stadji importanti indikattivi għall-2030, l-2040 u l-2050, u jispeċifika kif dawn ser jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-Unjoni f'konformità mad-Direttiva 2012/27/UE.”

    Dan huwa element ġdid li ma kienx jeżisti fl-Artikolu 4 tal-EED.

    L-objettiv sottostanti huwa li jinkiseb stokk tal-bini ferm effiċjenti fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat bis-sħiħ; dan huwa essenzjali biex jintlaħaq l-għan tal-UE li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra. Stokk ta' bini “dekarbonizzat” mhuwiex definit fil-leġiżlazzjoni tal-UE, iżda jista' jitqies bħala wieħed li l-emissjonijiet tal-karbonju tiegħu tnaqqsu għal żero, billi jitnaqqsu l-ħtiġijiet tal-enerġija u jiġi żgurat li l-ħtiġijiet li jifdal jiġu ssodisfati sa fejn ikun possibbli minn sorsi ta' karbonju żero. Dan l-approċċ jippermetti għal diversi rotot lejn id-dekarbonizzazzjoni, b'kont meħud tat-taħlita enerġetika nazzjonali, il-preferenzi, il-potenzjal u l-karatteristiċi tal-Istat Membru.

    Peress li l-istrateġiji huma maħsuba biex jistabbilixxu viżjoni fit-tul biex jintlaħaq l-għan tad-dekarbonizzazzjoni għall-2050, l-Istati Membri jenħtieġ li jmorru lil hinn minn sempliċi inventarju tal-miżuri eżistenti (li jipprovdu elementi għal żmien qasir) u jipprovdu viżjoni fit-tul tal-iżvilupp ta' politiki u miżuri futuri. Il-qafas tal-pjan direzzjonali fl-Artikolu 2a il-ġdid għandu l-għan li jikseb dan.

    Skont l-Artikolu 2a(2), il-pjanijiet direzzjonali għandhom jinkludu:

    (a)

    indikaturi tal-progress li jistgħu jitkejlu – dawn jistgħu jkunu varjabbli kwantitattivi jew kwalitattivi biex jitkejjel il-progress lejn l-għan fit-tul tal-2050 li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-Unjoni u li jiġi żgurat stokk tal-bini nazzjonali ferm effiċjenti fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat. Dawn jistgħu jiġu riveduti jekk ikun meħtieġ; u

    (b)

    stadji importanti indikattivi – dawn jistgħu jkunu objettivi kwantitattivi jew kwalitattivi. L-Istati Membri jridu jinkludu “stadji importanti indikattivi għall-2030, l-2040 u l-2050,” u jispeċifikaw “kif dawn ser jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-Unjoni f'konformità [mal-EED]”.

    L-Istati Membri jistgħu jfasslu l-għanijiet u l-indikaturi tagħhom skont l-ispeċifiċitajiet nazzjonali. L-intenzjoni hija li ma tiġix introdotta mira settorjali għas-settur tal-bini, u lanqas li jiġu stabbiliti miri legalment vinkolanti. Huwa f'idejn l-Istati Membri li jiddefinixxu l-istadji speċifiċi u jiddeċiedu jekk jagħmlux dawn l-objettivi vinkolanti għas-settur tal-bini (u b'hekk imorru lil hinn mill-obbligi fl-EPBD). Madankollu, l-Istati Membri jenħtieġ li jżommu f'moħħhom li l-iffissar ta' miri ambizzjużi u ċari huwa essenzjali biex jitnaqqsu r-riskji tal-investituri u l-inċertezzi, u biex jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati u n-negozji. Id-disponibbiltà ta' data konsistenti u affidabbli hija fattur ewlieni fid-determinazzjoni ta' indikaturi li jistgħu jitkejlu.

    Skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 2a, l-LTRSs għandhom jispeċifikaw kif l-istadji importanti għall-2030, l-2040 u l-2050 jikkontribwixxu għall-mira ewlenija indikattiva definita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 3 tal-EED, peress li l-binjiet huma pilastru ewlieni tal-politika tal-effiċjenza fl-enerġija. Din l-informazzjoni tista' tgħin lil dawk li jfasslu l-politika jiffurmaw il-politiki futuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija u jfasslu miżuri xierqa.

    It-tabella li ġejja tippreżenta qafas possibbli għad-definizzjoni tal-indikaturi u l-miri:

    L-Artikolu 2a tal-EPBD

    Indikaturi

    (bl-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra + jiġi dekarbonizzat l-istokk tal-bini + tiġi ffaċilitata t-trasformazzjoni kosteffettiva)

    Stadji

    (li jikkontribwixxu għall-miri tal-UE għall-effiċjenza fl-enerġija)

    Il-paragrafu 1

     

     

    (a)

    ħarsa ġenerali lejn l-istokk tal-bini nazzjonali, abbażi, kif xieraq, ta' kampjunar statistiku u s-sehem mistenni ta' binjiet rinnovati fl-2020;

    Nru. ta' binjiet/djar/m2:

    skont it-tip ta' bini

    skont l-età tal-bini

    skont id-daqs tal-bini

    skont iż-żona klimatika

    Konsum annwali ta' enerġija:

    skont it-tip ta' bini

    skont l-użu aħħari

    % annwali ta' binjiet rinnovati:

    skont it-tip ta' rinnovazzjoni

    skont is-settur tal-bini – residenzjali/mhux residenzjali

    Rinnovat m2:

    skont it-tip ta' bini

    skont id-daqs tal-bini,

    skont l-età tal-bini

    Numru ta' EPCs:

    skont it-tip ta' bini

    skont il-klassi ta' enerġija

    Numru/m2 ta' NZEBs:

    skont is-settur tal-bini

    Iffrankar tal-enerġija (f'termini assoluti u relattivi) għal kull settur tal-bini (residenzjali, mhux residenzjali, eċċ.)

    % ta' binjiet rinnovati (skont it-tip ta' rinnovazzjoni)

    It-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 fis-settur tal-bini (rinnovazzjoni/binjiet ġodda)

    % ta' NZEBs (skont is-settur ta' bini)

    (b)

    l-identifikazzjoni ta' approċċi kosteffettivi ta' rinnovazzjoni rilevanti għat-tip ta' bini u ż-żona klimatika, b'kunsiderazzjoni tal-punti ta' attivazzjoni potenzjali rilevanti, fejn applikabbli, fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini;

    Il-kosteffettività tal-miżuri ta' rinnovazzjoni ewlenin (eż. valuri preżenti netti, perjodu għall-ħlas lura, spejjeż ta' investiment għal kull iffrankar annwali):

    skont it-tip ta' bini

    skont iż-żona klimatika

    Il-potenzjal totali tal-iffrankar tal-enerġija:

    skont is-settur tal-bini

    (c)

    politiki u azzjonijiet biex tiġi stimulata rinnovazzjoni profonda kosteffettiva tal-binjiet, inkluża rinnovazzjoni profonda fi stadji, u jiġu appoġġati miżuri u rinnovazzjoni mmirati kosteffettivi, pereżempju billi tiġi introdotta skema fakultattiva għall-passaporti ta' rinnovazzjoni tal-bini;

    Total u proporzjon annwali ta' binjiet sottoposti għal rinnovazzjoni profonda u NZEB

    Inċentivi pubbliċi għal rinnovazzjoni profonda

    Investimenti pubbliċi u privati fir-rinnovazzjonijiet profondi

    Iffrankar ta' enerġija minn rinnovazzjonijiet profondi

    (d)

    ħarsa ġenerali lejn il-politiki u l-azzjonijiet li jimmiraw it--taqsimiet bl-agħar rendiment tal-istokk tal-bini nazzjonali, dilemmi dwar inċentivi opposti u fallimenti tas-suq, u deskrizzjoni ġenerali tal-azzjonijiet nazzjonali rilevanti li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku;

    Investimenti pubbliċi f'politika li tindirizza l-kwistjonijiet imsemmija (inċentivi opposti, faqar enerġetiku, eċċ.)

    % ta' djar mikrija b'EPCs taħt ċertu livell ta' rendiment

    Indikaturi ta' faqar enerġetiku:

    % ta' nies milquta mill-faqar enerġetiku

    proporzjon tal-introjtu disponibbli tal-unitajiet domestiċi fuq l-enerġija

    arretrati fuq kontijiet ta' utilità

    popolazzjoni li tgħix f'kundizzjonijiet mhux adegwati tal-abitazzjoni (eż. is-saqaf li jnixxi) jew b'tisħin u tkessiħ mhux xieraq

    % ta' binjiet fi klassijiet l-aktar baxxi ta' enerġija

    % tnaqqis ta' nies affettwati mill-faqar enerġetiku

    % tnaqqis tal-binjiet fil-klassijiet tal-enerġija l-aktar baxxi

    (e)

    politiki u azzjonijiet li jimmiraw il-binjiet pubbliċi kollha;

    m2 ta' binjiet pubbliċi rinnovati:

    skont it-tip ta' bini

    skont id-daqs tal-bini

    skont iż-żona klimatika

    Iffrankar ta' enerġija f'binjiet pubbliċi

    (f)

    ħarsa ġenerali lejn l-inizjattivi nazzjonali għall-promozzjoni ta' teknoloġiji intelliġenti u binjiet u komunitajiet konnessi sew, kif ukoll ħiliet u edukazzjoni fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-effiċjenza fl-enerġija;

    Nru. ta' binjiet mgħammra b'sistemi ta' ġestjoni tal-enerġija tal-bini (BEMSs) jew sistemi intelliġenti simili:

    skont it-tip ta' bini (bl-enfasi fuq dak mhux residenzjali)

    Investimenti pubbliċi u privati f'teknoloġiji intelliġenti (inklużi l-grilji intelliġenti)

    Ċittadini li jipparteċipaw fil-komunitajiet tal-enerġija

    Nru. ta' studenti gradwati

    korsijiet universitarji b'enfasi fuq l-effiċjenza fl-enerġija u teknoloġiji intelliġenti relatati

    taħriġ professjonali/tekniku (ċertifikaturi tal-EPC, spetturi HVAC, eċċ.)

    Numru ta' installaturi kkwalifikati f'teknoloġiji u prattiki tax-xogħol ġodda

    Baġit tal-programmi nazzjonali ta' riċerka fil-qasam tal-bini tal-effiċjenza fl-enerġija

    Parteċipazzjoni ta' universitajiet nazzjonali fi proġetti ta' riċerka xjentifika internazzjonali (eż. H2020) dwar l-effiċjenza fl-enerġija f'suġġetti relatati mal-binjiet

    Perċentwal ta' binjiet mgħammra b'BEMSs jew sistemi intelliġenti simili:

    skont it-tip ta' bini

    (g)

    stima bbażata fuq l-evidenza tal-iffrankar tal-enerġija u l-benefiċċji usa' mistennija, bħal dawk relatati mas-saħħa, is-sikurezza u l-kwalità tal-arja.

    Tnaqqis fl-ispejjeż tal-enerġija għal kull unità domestika (medja)/tnaqqis tal-faqar enerġetiku

    Iffrankar attwali miksub fuq l-enerġija

    Indiċi medju/aggregat tal-kwalità tal-arja ta' ġewwa (IAQIs) u indiċi ta' kumdità termali (TCI)

    Spiża ta' mard li jiġi evitat/tnaqqis fl-ispejjeż tas-saħħa attribwibbli għal miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija

    Tnaqqis tal-karbonju taċ-ċiklu kollu tal-ħajja

    Titjib fis-Sena tal-Ħajja Aġġustata għad-Diżabbiltà (DALY)/Sena tal-Ħajja Aġġustata għall-Kwalità (QALY) attribwibbli għat-titjib tal-istokk tal-bini u l-kundizzjonijiet tal-għajxien

    Qligħ mill-produttività tax-xogħol minħabba ambjent tax-xogħol aħjar u kundizzjonijiet tal-għajxien imtejba

    Tnaqqis fl-emissjonijiet

    Impjiegi fis-settur tal-bini (numru ta' impjiegi maħluqa għal kull EUR miljun investiti fis-settur)

    Żieda fil-PDG fis-settur tal-bini

    % ta' importazzjonijiet tal-enerġija għall-Istat Membru (miżuri tas-sigurtà tal-enerġija)

    Tneħħija/prevenzjoni tal-ostakli għall-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà

     

    Il-paragrafu 3

     

     

    (a)

    l-aggregazzjoni ta' proġetti, inkluż permezz ta' pjattaformi jew gruppi ta' investiment, u minn konsorzji ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, sabiex jippermettu l-aċċess għall-investituri kif ukoll soluzzjonijiet ippakkjati għal klijenti potenzjali;

    Nru. ta' proġetti integrati/aggregati

     

    (b)

    naqqis tar-riskju perċepit tal-operazzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija għall-investituri u għas-settur privat;

    Riskju perċepit tal-operazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija (ibbażat fuq stħarriġ)

     

    (c)

    użu ta' finanzjament pubbliku biex jinkiseb investiment addizzjonali mis-settur privat jew jiġu indirizzati fallimenti speċifiċi tas-suq;

    Investimenti pubbliċi bħala perċentwal tal-investimenti totali fl-iffrankar tal-enerġija

    Inizjattivi ta' sħubija pubblika-privata

     

    (d)

    jiġu ggwidati l-investimenti lejn stokk ta' bini pubbliku effiċjenti fl-enerġija, f'konformità mal-gwida tal-Eurostat; u

    Investiment fir-rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija fuq l-istokk tal-bini pubbliku

     

    (e)

    għodod ta' konsulenza aċċessibbli u trasparenti, bħal one-stop shops għall-konsumaturi u servizzi ta' konsulenza dwar l-enerġija, dwar rinnovazzjonijiet rilevanti tal-effiċjenza fl-enerġija u strumenti ta' finanzjament.

    Inizjattivi ta' punti uniċi ta' servizz fis-seħħ

    Inizjattivi li jqajmu sensibilizzazzjoni (in-numru, l-udjenza fil-mira, l-udjenza fil-mira li tieħu l-azzjoni)

    Nru ta' inizjattivi ta' punt uniku ta' servizz

    Titqajjem kuxjenza u twassal għal azzjoni konkreta

    2.3.3.   Konsultazzjoni pubblika u monitoraġġ

    L-Artikolu 2a(5) tal-EPBD jipprevedi li:

    “[b]iex jappoġġaw l-iżvilupp tal-istrateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul tiegħu, kull Stat Membru għandu jwettaq konsultazzjoni pubblika dwar l-istrateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul tiegħu qabel ma jippreżenta l-istrateġija lill-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jannessa sommarju tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tiegħu għall-istrateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul tiegħu.

    Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-modalitajiet għall-konsultazzjoni b'mod inklużiv matul l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' rinnovazzjoni it-tul tiegħu.”

    Dan huwa element ġdid li ma kienx jeżisti fl-Artikolu 4 tal-EED. Il-konsultazzjoni tirrelata mal-LTRS sħiħ, inklużi l-mekkaniżmi ta' finanzjament biex jimmobilizzaw l-investiment, li għalih l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aċċess.

    Peress li l-konsultazzjonijiet pubbliċi jistgħu jtejbu r-riżultati tal-politika, l-EPBD tagħmilhom obbligatorji, iżda tħalli lil kull Stat Membru jiddetermina l-format tal-konsultazzjoni (eż. miftuħ jew immirat) u l-metodu (eż. laqgħat/avvenimenti wiċċ imb wiċċ, sottomissjonijiet bil-miktub jew kwestjonarju online). L-Istati Membri jista' jkollhom diġà proċeduri għall-konsultazzjoni dwar inizjattivi politiċi jew leġiżlattivi ewlenin li jistgħu jiġu applikati fil-każ ta' LTRS (31).

    Skont l-Artikolu 2a(5) tal-EPBD, l-Istati Membri jridu jwettqu konsultazzjoni pubblika qabel ma jissottomettu l-LTRSs tagħhom lill-Kummissjoni, irrispettivament minn jekk dan huwiex diġà meħtieġ mil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Il-konsultazzjoni pubblika matul l-implimentazzjoni tal-LTRS, li hija meħtieġa wkoll skont l-Artikolu 2a(5) tal-EPBD, hija opportunità għall-Istati Membri biex iwieġbu għall-progress u jindirizzaw il-lakuni.

    L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ukoll li jistabbilixxu pjattaforma għall-partijiet ikkonċernati (32). L-identifikazzjoni u l-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-LTRS. L-involviment dirett jew indirett tal-partijiet ikkonċernati assoċjati mat-titjib tal-enerġija tal-binjiet huwa essenzjali għat-tixrid tal-LTRS u l-ġbir tad-data, u jista' jippromwovi l-kunsens u l-aċċettazzjoni tal-LTRS (33).

    L-Istati Membri jistgħu jqisu l-fatturi ta' hawn fuq meta jippjanaw il-konsultazzjonijiet pubbliċi tagħhom. F'konformità mal-Artikolu 2a(5), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-modalitajiet għall-konsultazzjoni b'mod inklużiv matul l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul. L-Istati Membri jenħtieġ li jħallu biżżejjed żmien biex jikkonsultaw dwar l-LTRS qabel ma jissottomettuha lill-Kummissjoni.

    Skont l-Artikolu 2a(5) tal-EPBD, għandu jiġi anness sommarju tal-konsultazzjoni mal-LTRS. Dan jista' jispjega, pereżempju, it-tul ta' żmien, il-perjodu, it-tip (miftuħa jew immirata), il-metodu (laqgħat/avvenimenti wiċċ imb wiċċ, kummenti bil-miktub jew online), l-għadd ta' parteċipanti, it-tip ta' parteċipant (assoċjazzjonijiet, individwi privati, periti, amministrazzjonijiet reġjonali u tal-bliet, awtoritajiet lokali rilevanti oħra, eċċ.), kummenti u konklużjonijiet ewlenin.

    2.3.4.   Kwistjonijiet ta' sikurezza

    L-Artikolu 2a(7) tal-EPBD jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jużaw l-LTRSs biex jindirizzaw is-sikurezza kontra n-nirien u r-riskji relatati ma' attività sismika intensa li jaffettwaw ir-rinnovazzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija u l-ħajja tal-binjiet. Id-dispożizzjoni jenħtieġ li tinqara flimkien mal-Artikolu 7 (34), li jirrikjedi li l-Istati Membri jindirizzaw dawk il-kwistjonijiet f'binjiet li qed issirlhom rinnovazzjoni maġġuri.

    Is-sikurezza hija qasam ta' kompetenza nazzjonali u r-regolamenti nazzjonali rilevanti jenħtieġ li jiġu applikati fid-dawl tal-użu tal-bini (eż. residenzjali, mhux residenzjali, skola, sptar), l-okkupanti (eż. okkupanti vulnerabbli bħalma huma t-tfal, il-persuni b'diżabbiltà, jew l-anzjani) u t-tipoloġija tal-bini (eż. baxxi, għoljin) (35).

    Il-punti ta' attivazzjoni (ara t-Taqsima 2.3.1.2. hawn fuq) jistgħu jkunu wkoll mumenti opportuni biex jiġu vvalutati l-aspetti ta' sikurezza fil-bini u bil-maqlub, it-titjib fis-sikurezza jista' jkun mument tajjeb biex jiġi indirizzat r-rendiment tal-effiċjenza fl-enerġija.

    Hemm tendenza li d-djar inqas għaljin ikunu qodma b'installazzjonijiet elettriċi obsoleti, u b'hekk il-konsumaturi f'faqar enerġetiku jkunu partikolarment vulnerabbli (36). Miżuri bħal spezzjonijiet regolari (b'mod partikolari qabel rinnovazzjoni) u titjib biex l-istallazzjonijiet elettriċi jiġu aġġornati skont l-istandards tas-sikurezza jistgħu jtejbu b'mod drammatiku s-sikurezza elettrika. Għandha tiġi mħeġġa wkoll l-ispezzjoni tas-sikurezza ta' installazzjonijiet u apparat tal-elettriku u tal-gass.

    L-istandards Ewropej (“eurocodes”) jipprovdu għodda komprensiva u aġġornata għat-tfassil strutturali tal-binjiet u għall-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet oħra ta' inġinerija ċivili bl-għan li jkun hemm sikurezza sismika (37) u disinn strutturali għan-nirien (38).

    L-Istati Membri huma mistennija li japplikaw il-metodi komuni żviluppati skont il-leġiżlazzjoni tal-UE biex jivvalutaw u jikklassifikaw il-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti tal-bini (39), ir-reżistenza tagħhom għan-nar (40) u l-prestazzjoni meta jintużaw fis-soqfa (41), filwaqt li jżommu f'moħħhom it-tixrid tan-nirien u l-ħrib sikur.

    L-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu l-installazzjoni ta' sistemi xierqa ta' ventilazzjoni u ta' bexxiexa, u l-installazzjoni sikura u korretta ta' tagħmir li jista' jkollu impatt fuq is-sikurezza kontra n-nar, bħall-pannelli fotovoltajċi (PV) u punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi.

    Miżuri u politiki dwar il-prevenzjoni tan-nirien bħal spezzjonijiet tas-sikurezza kontra n-nar, sensibilizzazzjoni permezz ta' żjarat fid-djar u miżuri ta' mitigazzjoni bħalma hija l-installazzjoni ta' lokalizzaturi tad-duħħan jistgħu wkoll ikollhom rwol importanti.

    L-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati jistgħu jibbenefikaw mill-ħidma tal-Pjattaforma għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar in-Nirien (FIEP) (42), li l-Kummissjoni stabbiliet biex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u partijiet ikkonċernati oħra sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mit-tagħlimiet u l-aħjar prattiki dwar is-sikurezza kontra n-nirien. Dan jenħtieġ li jsaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet regolatorji li jwettqu l-kompiti tagħhom b'għarfien sħiħ tal-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-għażliet regolatorji li jridu jagħmlu.

    2.4.   Obbligu li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-mekkaniżmi li jappoġġaw il-mobilizzazzjoni tal-investimenti - l-Artikolu 2a(3) tal-EPBD

    L-Artikolu 2a(3) tal-EPBD jirrikjedi li l-Istati Membri jiffaċilitaw l-aċċess għall-mekkaniżmi finanzjarji biex jappoġġaw il-mobilizzazzjoni ta' investimenti fir-rinnovazzjoni meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet fl-Artikolu 2a(1), jiġifieri stokk tal-bini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat sal-2050 u t-trasformazzjoni kosteffettiva tal-binjiet eżistenti f'NZEBs. L-Artikolu 2a(3) tal-EPBD jistabbilixxi mekkaniżmi possibbli u jibni fuq l-Artikolu 20 tal-EED, li jirrikjedi li l-Istati Membri jiffaċilitaw l-istabbiliment ta' faċilitajiet ta' finanzjament, jew l-użu ta' faċilitajiet eżistenti, għal miżuri għal titjib tal-effiċjenza fl-enerġija.

    L-Artikolu 2a(3) tal-EPBD jipprevedi li:

    “Biex jappoġġaw il-mobilizzazzjoni ta' investimenti fir-rinnovazzjoni meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aċċess għal mekkaniżmi adatti għal:

    (a)

    l-aggregazzjoni ta' proġetti, inkluż permezz ta' pjattaformi jew gruppi ta' investiment, u ta' konsorzji ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, biex l-investituri jkollhom aċċess kif ukoll pakketti ta' soluzzjonijiet għal klijenti potenzjali;

    (b)

    it-tnaqqis tar-riskju perċepit ta' operazzjonijiet ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-investituri u għas-settur privat;

    (c)

    l-użu ta' finanzjament pubbliku biex jinkiseb investiment addizzjonali mis-settur privat jew ikunu indirizzati fallimenti speċifiċi tas- suq;

    (d)

    l-iggwidar tal-investimenti fi stokk tal-bini pubbliku effiċjenti fl-użu tal-enerġija, f'konformità mal-gwida tal-Eurostat; u

    (e)

    għodod konsultattivi aċċessibbli u trasparenti, bħal punti uniċi ta' servizz għall-konsumaturi u servizzi konsultattivi dwar l-enerġija, dwar rinnovazzjonijiet fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija rilevanti u strumenti ta' finanzjament.”

    Din id-dispożizzjoni ma kinitx teżisti fl-Artikolu 4 tal-EED.

    Biex iħaddmu l-LTRSs tagħhom, l-Istati Membri se jkollhom bżonn joħolqu aċċess għal firxa ta' mekkaniżmi finanzjarji biex jappoġġaw il-mobilizzazzjoni ta' investimenti, b'mod partikolari billi jikkunsidraw kif jistgħu jużaw finanzjament innovattiv sabiex jiġu ffaċilitati b'mod effettiv il-klijenti żgħar u l-fornituri żgħar.

    Din li ġejja hija lista mhux eżawrjenti ta' eżempji ġeneriċi ta' tipi ta' mekkaniżmi finanzjarji:

    (a)

    aggregazzjoni ta' proġetti

    (i)

    akkwist minn muniċipalità ta' kuntratt ta' servizz tal-enerġija (43) biex il-binjiet b'ħafna familji jiġu modifikati b'mod retroattiv (iffinanzjati permezz tal-iffrankar tal-enerġija);

    (ii)

    il-bini ta' kapaċità u d-djalogu bejn il-partijiet ikkonċernati biex tittejjeb il-kapaċità tal-entitajiet rilevanti li joffru servizzi ta' aggregazzjoni;

    (iii)

    akkwist minn grupp ta' muniċipalitajiet ta' kuntratt ta' servizzi tal-enerġija għal uħud mill-binjiet pubbliċi tagħhom; u

    (iv)

    l-offerta ta' servizzi ta' rinnovazzjoni integrati – entità (eż. aġenzija tal-enerġija, awtorità lokali jew reġjonali, kumpanija tas-servizz tal-enerġija (“ESCO”), istituzzjoni finanzjarja) tista' toħloq punt uniku ta' servizz li joffri servizzi ta' rinnovazzjoni u finanzjament, b'mod pjuttost standardizzat, li jagħmilha possibbli li jiġu ffinanzjati mill-ġdid il-proġetti aggregati.

    (v)

    Ara wkoll it-Taqsima 7.2 tad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni Prattika tajba fl-effiċjenza fl-enerġija (44).

    (b)

    tnaqqis tar-riskju perċepit

    (i)

    standardizzazzjoni (eż. permezz ta' protokolli, ċertifikazzjoni, standards) biex jitnaqqsu r-riskji ta' rendiment ex post;

    (ii)

    ipoteki/self li jqisu l-impatt pożittiv tal-komponent tal-effiċjenza fl-enerġija ta' proġett fuq il-valur tal-assi u fuq ir-riskju ta' inadempjenza;

    (iii)

    finanzjament mill-ġdid (fondi, bonds, fatturament) biex jiġi provdut finanzjament fit-tul lill-ESCOs u lill-investituri finanzjarji;

    (iv)

    finanzjament fuq it-taxxa – jiġifieri l-flus mislufa għall-investiment fit-titjib tal-bini jitħallsu lura permezz tat-taxxa fuq il-proprjetà;

    (v)

    finanzjament fuq il-kont – jiġifieri s-self jitħallas lura permezz tal-kont tal-utilità, bl-iffrankar tal-enerġija li jkopri l-ispejjeż tal-investiment;

    (vi)

    appoġġ għall-ġbir tal-evidenza tar-rendiment tekniku u finanzjarju reali tal-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija, eż. kontribut għall-bażi ta' data ta' pjattaforma Ewropea għat-tneħħija tar-riskji fl-effiċjenza fl-enerġija (DEEP) (ara hawn taħt), jew il-ħolqien ta' bażijiet ta' data nazzjonali simili;

    (vii)

    inkoraġġiment tal-iżvilupp u l-użu ta' gwida dwar kif jiġi vvalutat ir-riskju għal investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija; u

    (viii)

    garanziji għal benefiċjarji u faċilitajiet ta' garanzija għal intermedjarji finanzjarji.

    Ara wkoll it-taqsima 7.3 tal-Prattika tajba fl-effiċjenza fl-enerġija msemmija hawn fuq.

    (c)

    finanzjament pubbliku (45)

    (i)

    skemi ta' self kofinanzjati mill-fondi pubbliċi;

    (ii)

    strumenti ta' kondiviżjoni tar-riskji (eż. self, faċilitajiet ta' garanzija u assistenza teknika);

    (iii)

    għotjiet immirati għall-konsumaturi vulnerabbli;

    (iv)

    għotjiet għall-assistenza teknika u biex ikopru l-kostijiet taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPCs) u l-awditjar tal-enerġija, u (fejn dawn ma jkunux obbligatorji) biex jinkoraġġixxu l-użu tagħhom u jqajmu kuxjenza dwar l-opportunitajiet ta' investiment; u

    (v)

    fondi għall-effiċjenza fl-enerġija.

    Ara wkoll it-taqsima 7.1 tad-dokument ta' prattika tajba tal-Kummissjoni tal-2016.

    (d)

    l-iggwidar tal-investiment fi stokk ta' bini pubbliku effiċjenti fl-enerġija

    (i)

    assistenza għall-użu ta' kuntratti ta' rendiment enerġetiku (faċilitaturi tas-suq, kuntratti ta' qafas, gwidi prattiċi, eċċ.);

    (ii)

    qafas leġiżlattiv li jwassal għall-iżvilupp ta' ESCOs u tas-suq tas-servizzi tal-enerġija b'mod ġenerali;

    (iii)

    il-bini tal-kapaċità permezz ta' assistenza għall-iżvilupp ta' proġetti, taħriġ, assistenza bejn il-pari, eċċ.; u

    (iv)

    l-iffaċilitar tal-aggregazzjoni ta' proġetti żgħar f'binjiet pubbliċi (eż. proġetti simili minn muniċipalitajiet jew sidien pubbliċi differenti).

    (e)

    għodod ta' konsulenza aċċessibbli u trasparenti u servizzi ta' konsulenza dwar l-enerġija

    (i)

    punt uniku ta' servizz jew servizz integrat għall-finanzjament u r-rinnovazzjoni;

    (ii)

    servizzi ta' konsulenza;

    (iii)

    gwida teknika dwar il-finanzjament u r-rinnovazzjoni; u

    (iv)

    edukazzjoni finanzjarja biex jitjieb il-fehim ta' strumenti finanzjarji differenti.

    Eżempji ta' mekkaniżmi ta' finanzjament huma stabbiliti fis-subtaqsima 2.6.

    Dawn id-dispożizzjonijiet huma konformi mal-inizjattiva tal-Kummissjoni Finanzjament Intelliġenti għall-Binjiet Intelliġenti (SFSB) (46) li l-ewwel pilastru tagħha huwa dwar l-użu aktar effettiv tal-fondi pubbliċi permezz ta':

    (a)

    il-bini- tal-kapaċità biex jiġi promoss l-użu ta' strumenti finanzjarji (eż. fora dwar l-investiment fl-enerġija sostenibbli (47));

    (b)

    l-iżvilupp ta' pjattaformi flessibbli ta' effiċjenza fl-enerġija u ta' finanzjament rinnovabbli; u

    (c)

    il-kjarifika tat-trattament tal-kontabbiltà tal-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

    Dan se jagħmilha possibbli li l-fondi pubbliċi jiġu kanalizzati u kkombinati b'mod aktar effettiv u jitħaffef l-iskjerament ta' strumenti finanzjarji. Pjattaformi flessibbli ta' finanzjament se joffru lill-benefiċjarji finali għażliet ta' finanzjament aktar attraenti permezz tal-kondiviżjoni tar-riskju u l-aħjar użu tal-fondi pubbliċi, inklużi l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi.

    It-tieni pilastru tal-SFSB (l-aggregazzjoni u l-għajnuna għall-iżvilupp tal-proġetti) jinkludi:

    (a)

    aktar għajnuna għall-iżvilupp tal-proġetti tkun disponibbli fil-livell tal-UE; u

    (b)

    l-inkoraġġiment tal-iżvilupp ta' punti uniċi ta' servizz lokali/reġjonali għas-servizzi ta' effiċjenza fl-enerġija.

    Dan se jgħin lill-iżviluppaturi tal-proġetti jiżviluppaw l-ideat ta' proġetti tajba tagħhom u jiffaċilitaw l-aċċess tas-sidien tal-bini, tal-unitajiet domestiċi u tal-kumpaniji għal servizzi ta' informazzjoni u effiċjenza fl-enerġija, u b'hekk jippermettu l-iżvilupp ta' programmi ta' investiment fuq skala kbira. Il-punti uniċi ta' servizz lokali jew reġjonali dedikati se jiffaċilitaw l-aggregazzjoni ta' proġetti, u b'hekk isiru aktar attraenti għas-suq finanzjarju.

    It-tielet pilastru (it-tneħħija tar-riskji) huwa implimentat mill-Grupp ta' Istituzzjonijiet Finanzjarji għall-Effiċjenza fl-Enerġija (EEFIG) permezz tal-inizjattivi li ġejjin:

    (a)

    il-bażi ta' -data b'sors miftuħ DEEP, li tipprovdi evidenza dwar il-prestazzjoni teknika u finanzjarja reali tal-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija (48); u

    (b)

    l-għodda ta' sottoskrizzjoni tal-EEFIG (49), qafas kunsenswali għas-sottoskrizzjoni ta' investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija – din hija maħsuba biex tipprovdi gwida dwar il-valutazzjoni tar-riskji u l-benefiċċji assoċjati ma' tali investimenti.

    Dawn l-inizjattivi jistgħu jgħinu lis-suq jivvaluta b'mod korrett ir-riskji u l-benefiċċji assoċjati mal-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija, u b'hekk tinbena fiduċja fihom u jsiru aktar attraenti għall-promoturi tal-proġetti, għall-investituri u għall-istituzzjonijiet finanzjarji.

    Skont l-Artikolu 7 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (50) in-NECPs tal-Istati Membri jridu jinkludu ħarsa ġenerali lejn l-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi, il-miri u l-kontribuzzjonijiet varji. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar il-flussi ta' investiment eżistenti u suppożizzjonijiet ta' investiment bil-quddiem fir-rigward ta' politiki u miżuri ppjanati, u fatturi ta' riskju, ostakoli u appoġġ jew riżorsi finanzjarji pubbliċi biex jindirizzawhom.

    2.5.   Inċentivi finanzjarji, ostakli għas-suq u informazzjoni – l-Artikoli 10 u 20 tal-EPBD

    Għadd ta' artikoli oħra tal-EPBD rilevanti għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2a ġew emendati wkoll.

    2.5.1.   Miżuri finanzjarji marbuta mat-tfaddil – l-Artikolu 10(6) tal-EPBD

    2.5.1.1.   Obbligi

    L-EPBD tirrikonoxxi r-rwol tal-inizjattivi finanzjarji u tal-kampanji ta' informazzjoni fl-implimentazzjoni korretta tal-qafas regolatorju u fil-kisba tal-objettivi tal-EPBD. L-Artikolu 10(6) tal-EPBD jipprevedi li:

    “L-Istati Membri għandhom jorbtu l-miżuri finanzjarji tagħhom għal titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fir-rinnovazzjoni ta' bini mal-iffrankar fl-enerġija mmirat jew miksub, kif determinat bi kriterju wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

    (a)

    ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tat-tagħmir jew tal-materjal użat għar-rinnovazzjoni; f'liema każ, it-tagħmir jew il-materjal użat għar-rinnovazzjoni għandu jiġi installat minn installatur bil-livell rilevanti ta' ċertifikazzjoni jew kwalifika;

    (b)

    valuri standard għall-kalkolu ta' ffrankar fl-enerġija fil-binjiet (51);

    (c)

    it-titjib miksub minħabba din ir-rinnovazzjoni billi jqabblu ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa qabel u wara r- rinnovazzjoni (52);

    (d)

    ir-riżultati ta' verifika tal-enerġija;

    (e)

    ir-riżultati ta' metodu ieħor rilevanti, trasparenti u proporzjonat li jindika t-titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija.”

    Dan huwa paragrafu ġdid. Ir-rekwiżiti tiegħu japplikaw mid-dħul fis-seħħ tiegħu permezz tal-leġiżlazzjoni nazzjonali (jiġifieri sa mhux aktar tard mill-iskadenza tat-traspożizzjoni). Dan japplika għat-tipi kollha ta' miżuri finanzjarji, inklużi miżuri fiskali. Huwa rakkomandat li, fejn possibbli, jiġi applikat ukoll għall-miżuri eżistenti (eż. fil-każ ta' skemi ta' appoġġ, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkunsidraw u jintroduċu emendi applikabbli għal appoġġ finanzjarju futur) (53).

    Diġà huwa komuni li l-miżuri finanzjarji għall-effiċjenza fl-enerġija jkunu akkumpanjati minn kundizzjonijiet jew obbligi li jirrikjedu li l-benefiċjarji finali jagħtu prova tar-rendiment tal-proġetti u l-użu effettiv tal-flus pubbliċi. Ir-rekwiżit japplika irrispettivament minn jekk ir-rinnovazzjoni inkwistjoni tikkostitwixxix “rinnovazzjoni maġġuri” fis-sens tal-Artikolu 2(10) tal-EPBD.

    L-Artikolu 10(6) tal-EPBD jagħti lok għal approċċi differenti biex l-appoġġ finanzjarju jintrabat mal-kwalità tar-rinnovazzjoni enerġetika, iżda jipprovdi flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tiegħu skont il-kundizzjonijiet nazzjonali jew reġjonali. Madankollu, id-dispożizzjoni tipprovdi li l-Istati Membri għandhom jużaw wieħed jew aktar mill-kriterji (a) sa (e) hawn fuq imsemmija.

    Il-kompetenzi u l-ħiliet huma ċentrali biex tiġi żgurata l-kwalità ta' rinnovazzjoni, u għalhekk il-miżuri finanzjarji għall-effiċjenza fl-enerġija jenħtieġ li jirrikjedu li l-miżuri ta' rinnovazzjoni jiġu implimentati minn stallaturi kwalifikati jew ċertifikati. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-każ tal-kriterju (a) ta' hawn fuq, skont liema – installatur kwalifikat u ċertifikat għandu jkun involut sabiex jinstalla t-tagħmir jew il-materjal użat għar-rinnovazzjoni u jivverifika t-titjib. Madankollu, dan ir-rekwiżit għandu jqis ir-regolamenti nazzjonali dwar il-professjonijiet rilevanti.

    Apparti l-installazzjoni xierqa, valutazzjoni tar-riżultati tar-rinnovazzjoni minn spetturi kkwalifikati jew iċċertifikati hija mħeġġa sabiex tiġi żgurata assigurazzjoni tal-kwalità.

    2.5.1.2.   It-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-Artikolu 10(6) tal-EPBD

    Wara li jkunu għażlu l-kriterji ta' kwalità li għandhom jiġu applikati, l-Istati Membri jenħtieġ li jxerrdu u jikkomunikaw il-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 10(6) tal-EPBD lill-awtoritajiet/aġenziji xierqa kollha (jiġifieri l-awtoritajiet operattivi) responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżuri finanzjarji. Dan huwa importanti biex jiġi żgurat li t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-miżuri jkunu marbuta ma' kriterju wieħed jew aktar.

    L-Istati Membri jenħtieġ li jirrieżaminaw ir-regolament nazzjonali tagħhom dwar professjonijiet rilevanti tal-installaturi sabiex jiżguraw li installaturi kwalifikati u ċċertifikati biss ikunu involuti fil-proċess ta' rinnovazzjoni.

    2.5.2.   Bażijiet ta' data għall-EPCs – l-Artikolu 10(6a) tal-EPBD

    2.5.2.1.   Obbligi

    L-Artikolu 10(6a) tal-EPBD jipprevedi li:

    “[b]ażijiet tad-data għall-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom jippermettu l-ġbir ta' data dwar il-konsum tal-enerġija mkejjel jew ikkalkolat tal-bini kopert, inkluż mill-inqas bini pubbliku li għalih inħareġ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, kif imsemmi fl-Artikolu 13, skont l-Artikolu 12.”

    Ir-reġistri tal-bażijiet ta' data tal-EPC jistgħu:

    (a)

    ikunu strument ewlieni għal aktar konformità;

    (b)

    itejbu l-għarfien tal-istokk tal-bini;

    (c)

    jipprovdu lil min ifassal il-politika b'informazzjoni aħjar; u

    (d)

    jappoġġaw id-deċiżjonijiet tal-operaturi (54).

    L-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jistabbilixxu bażi ta' data jew reġistru. Fejn teżisti jew tiġi introdotta bażi ta' data bħal din, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma' din id-dispożizzjoni ġdida (55). Huma għandhom jiddeterminaw il-frekwenza li biha l-bażi ta' data jenħtieġ li tiġi aġġornata b'data ġdida (attwali jew ikkalkulata) dwar il-konsum tal-enerġija.

    L-Artikolu 10 (6a) tal-EPBD jirrikjedi li l-bażijiet ta' data tal-EPC jippermettu l-ġbir ta' data dwar il-konsum (imkejla jew ikkalkulata) tal-binjiet koperti. Dawn iridu jinkludu mill-inqas binjiet pubbliċi li għalihom inħarġet KPE abbażi tal-Artikolu 13 tal-EPBD, jiġifieri binjiet okkupati minn awtoritajiet pubbliċi li spiss jiġu miżjura mill-pubbliku u li għandhom erja totali ta' art utli ta' aktar minn 250 m2 (jiġifieri binjiet li għalihom hija meħtieġa KPE skont l-Artikolu 12(1) tal-EPBD.

    L-Istati Membri huma liberi li jiddeterminaw xi tfisser “spiss jiġu miżjura”, iżda l-interpretazzjoni użata fit-traspożizzjoni tal-Artikolu 10 (6a) tal-EPBD jenħtieġ li tkun konsistenti ma' dik għall-Artikoli 12 u 13 tal-EPBD (li diġà ġew trasposti).

    L-Istati Membri huma liberi li jsibu d-data minn sorsi oħra u jirreġistrawha fil-bażijiet ta' data tal-EPC.

    2.5.2.2.   Traspożizzjoni u implimentazzjoni tal-Artikolu 10 (6a) tal-EPBD

    Jekk ikollhom bażi ta' data tal-EPC, l-Istati Membri jenħtieġ li:

    (a)

    jeżaminaw jekk l-arranġamenti jippermettux il-ġbir ta' data dwar il-konsum tal-enerġija mkejla jew ikkalkulata u jemendawhom jekk meħtieġ sabiex ikun hemm konformità mal-obbligu fl-Artikolu 10 (6a);

    (b)

    jiżgura li tal-inqas id-data għall-binjiet pubbliċi b'EPC li ta' spiss jiġu miżjura mill-pubbliku tiddaħħal fil-bażi ta' data; u

    (c)

    jaġġornaw id-data, idealment mill-inqas darba fis-sena.

    2.5.3.   Data aggregata anonimizzata – l-Artikolu 10(6b) tal-EPBD

    L-Artikolu 10 (6b) tal-EPBD jipprevedi li:

    “[t]al-inqas data anonimizzata aggregata konformi mar-rekwiżiti ta' protezzjoni tad-data tal-Unjoni u dawk nazzjonali għandha tkun disponibbli meta mitluba għal finijiet ta' statistika u ta' riċerka u għas-sid tal- bini.”

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jiżguraw li dan ir-rekwiżit jintlaħaq. Din id-dispożizzjoni ma tirrikjedix li jsiru bidliet fil-bażijiet ta' data eżistenti, iżda li jiġi żgurat li l-qafas leġiżlattiv jippermetti li d-data ssir disponibbli skont l-obbligi fl-Artikolu.

    2.5.4.   Informazzjoni – Artikolu 20(2) tal-EPBD

    L-Artikolu 20(2) tal-EPBD jipprevedi li:

    “L-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jipprovdu lis-sidien jew lill-okkupanti ta' bini b'informazzjoni dwar iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluż l-għan u l-objettivi tagħhom, dwar miżuri kosteffettivi u, fejn ikun il-każ, dwar strumenti finanzjarji, biex jittejjeb ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u dwar is-sostituzzjoni ta' bojlers tal-fjuwils fossili b'alternattivi aktar sostenibbli. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni permezz ta' għodod konsultattivi aċċessibbli u trasparenti bħal pariri dwar ir-rinnovazzjoni u punti uniċi ta' servizz.

    Fuq talba tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri biex iwettqu kampanji informattivi għall-għanijiet tal-paragrafu 1 u tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, li jistgħu jkunu trattati f'programmi tal-Unjoni.”

    L-Artikolu 20 tal-EPBD ġie emendat biex jiċċara l-obbligu tal-Istati Membri li jipprovdu informazzjoni lill-okkupanti ta' bini jew lis-sidien. Il-lista (mhux eżawrjenti) ta' każijiet issa tinkludi obbligu li tingħata informazzjoni dwar is-sostituzzjoni ta' bojlers tal-fjuwil fossili (56) b'alternattivi aktar sostenibbli.

    L-Artikolu 20(2) tal-EPBD jirrikjedi li “[l]-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni permezz ta' għodod konsultattivi aċċessibbli u trasparenti bħal pariri dwar ir-rinnovazzjoni u punti uniċi ta' servizz”.

    2.6.   Sottomissjoni tal-LTRS u rappurtar dwar il-progress

    2.6.1.   Sottomissjoni tal-LTRS

    Skont l-Artikolu 2a(8) tal-EPBD (57), l-LTRS għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni “bħala parti mill-”NECP finali ta' kull Stat Membru. L-LTRSs jenħtieġ li jiġu sottomessi bħala anness tal-NECP.

    Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1999, id-data ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-NECP finali hija l-31 ta' Diċembru 2019 u kull 10 snin minn hemm 'il quddiem.

    Madankollu, permezz ta' deroga stabbilita fl-Artikolu 2a(8) tal-EPBD, l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-ewwel LTRS hija sa mhux aktar tard mill-10 ta' Marzu 2020, tliet xhur wara l-iskadenza għall-NECP finali. Madankollu, l-Istati Membri huma mħeġġa li jkollhom l-għan li jkollhom l-LTRSs tagħhom iffinalizzat fl-istess ħin tal-NECP finali tagħhom sabiex l-LTRS ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati b'mod sħiħ u jiffurmaw l-NECP.

    Skont l-Artikolu 4(b) (3) tar-Regolament (UE) 2018/1999, bħala parti min-NECPs tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-objettivi, il-miri u l-kontributi għal kull waħda mill-ħames dimensjonijiet tal-Unjoni tal-Enerġija. L-elementi obbligatorji li għandhom jiġu inklużi fl-abbozz tal-NECP u l-NECP finali huma:

    (a)

    l-istadji indikattivi importanti (58);

    (b)

    pjan direzzjonali b'indikaturi tal-progress li jistgħu jitkejlu stabbiliti domestikament (59);

    (c)

    stima bbażata fuq l-evidenza tal-iffrankar tal-enerġija u l-benefiċċji usa' mistennija (60); u

    (d)

    il-kontribuzzjonijiet għall-miri tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni (61) skont l-EED b'konformità mal-Artikolu 2a tal-EPBD.

    Dawn l-elementi ewlenin kellhom jiġu inklużi fl-abbozz tal-NECP li kellu jitlesta sa tmiem l-2018 u jridu jidhru fl-NECP finali li jrid jiġi ppreżentat sa tmiem l-2019. L-elementi ewlenin huma ċentrali għall-objettivi tal-NECPs u jirfdu l-LTRSs rinforzati u kompletament żviluppati.

    2.6.2.   Rappurtar dwar il-progress

    Il-Kapitolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/1999 jistabbilixxi l-obbligi ta' rappurtar relatati mal-NECPs, inkluż ir-rappurtar relatat mal-LTRS.

    L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999 jirrikjedi li l-Istati Membri jissottomettu rapporti nazzjonali integrati ta' progress dwar l-enerġija u l-klima (“Rapporti ta' Progress”) sal-15 ta' Marzu 2023 u kull sentejn wara dan.

    Skont l-Artikolu 17(2)(c) tar-Regolament (UE) 2018/1999, dawn ir-Rapporti ta' Progress iridu jinkludu informazzjoni obbligatorja dwar l-effiċjenza fl-enerġija li hija definita fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

    2.6.2.1.   Rappurtar dwar trajettorji, objettivi u miri nazzjonali

    Skont l-Artikolu 21(a) tar-Regolament (UE) 2018/1999, ir-Rapporti dwar il-Progress iridu jinkludu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' trajettorji, objettivi u miri nazzjonali. Fir-rigward tal-binjiet u l-istrateġiji ta' rinnovazzjoni fit-tul, dan jinkludi:

    (a)

    l-istadji indikattivi tal-LTRS; u

    (b)

    il-kontributi għall-miri tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni skont l-EED b'konformità mal-Artikolu 2a tal-EPBD;

    (c)

    fejn applikabbli, aġġornament ta' objettivi nazzjonali oħra stabbiliti fil-NECP.

    2.6.2.2.   Rappurtar dwar politiki u miżuri

    Skont l-Artikolu 21(b) tar-Regolament (UE) 2018/1999, ir-Rapporti ta' Progress iridu jinkludu informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' politiki u miżuri, inkluż l-LTRS skont l-Artikolu 2a tal-EPBD.

    2.6.2.3.   Objettivi nazzjonali

    Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 21(c) tar-Regolament (UE) 2018/1999, li jirreferi għall-Parti 2 tal-Anness IX tar-Regolament (UE) 2018/1999, ir-Rapporti dwar il-Progress iridu jinkludu wkoll informazzjoni addizzjonali relatata mal-objettivi nazzjonali, inklużi politiki leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi ewlenin, miżuri, miżuri ta' finanzjament u programmi implimentati fis-sentejn preċedenti biex jinkisbu l-objettivi msemmija fl-Artikolu 4(b) tar-Regolament (UE) 2018/1999 inklużi dawk li jtejbu r-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binjiet (Paragrafu (a) tal-Parti 2 tal-Anness IX għar-Regolament (UE) 2018/1999).

    2.7.   Prattika tajba għall-konformità mal-Artikolu 2a tal-EPBD

    Din it-taqsima tistabbilixxi gwida dwar prattika tajba li se tkun utli għall-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 2a. Hija ssegwi l-istruttura tas-sezzjoni preċedenti.

    L-istrateġiji ta' rinnovazzjoni tal-bini ppreżentati mill-Istati Membri fl-2014 u fl-2017 skont l-Artikolu 4 tal-EED se jkunu l-elementi kostitwenti għal-LTRSs futuri. Il-gwida Nazzjonali tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Enerġija (NEEAP) (62) tinkludi struzzjonijiet dettaljati għall-inklużjoni ta' ċerti elementi f'dawk l-istrateġiji – it-taqsimiet rilevanti huma msemmija hawn taħt. Dan huwa punt tat-tluq utli, peress li d-Direttiva (UE) 2018/844 tibni fuq l-obbligi fir-rigward ta' strateġiji tar-rinnovazzjoni tal-bini.

    2.7.1.   Ħarsa ġenerali lejn l-istokk tal-bini nazzjonali – l-Artikolu 2a(1)(a) tal-EPBD

    Id-dettalji tal-punti li għandhom jiġu koperti fil-ħarsa ġenerali lejn l-istokk tal-bini nazzjonali huma stabbiliti fl-Anness B, taqsima 1, gwida 57 tal-gwida dwar in-NEEAP.

    L-Istati Membri huma mħeġġa jqisu r-rekwiżiti tad-Direttiva INSPIRE (63) meta jippreparaw il-ħarsa ġenerali tagħhom. Il-binjiet huma wieħed mill-34 tema ta' data indirizzati f'dik id-Direttiva u l-amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali u lokali huma mistennija, sal-2020, li jagħmlu mod biex settijiet kbar ta' data li jkun fihom informazzjoni rilevanti (eż. dati ta' kostruzzjoni, l-użu attwali u l-kundizzjoni) ikunu jistgħu jiġu skoperti u jkunu jistgħu jitniżżlu. F'dan ir-rigward, ir-rapport tekniku tal-JRC għall-2016 dwar settijiet ta' data relatati mal-binjiet aċċessibbli permezz tal-ġeoportal INSPIRE (64) jaf ikun utli.

    L-LTRSs tal-2017 mill-Vallonja (il-Belġju), Franza u Malta huma eżempji ta' prattika tajba fil-preżentazzjoni ta' ħarsa ġenerali lejn l-istokk tal-bini nazzjonali (65).

    2.7.2.   Approċċi -kosteffettivi lejn irrinnovazzjoni – Artikolu 2a(1)(b) tal-EPBD

    It-Taqsima 2 tal-Anness B tal-gwida dwar in-NEEAP tipprovdi indikazzjonijiet dettaljati dwar kif jiġu identifikati approċċi kosteffettivi għar-rinnovazzjoni.

    L-2014-il LTRS mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell u l-LTRSs 2017 mill-Vallonja (il-Belġju) u l-Bulgarija ġew identifikati bħala eżempji ta' prattika tajba f'approċċi kosteffettivi (66).

    Ara wkoll l-iskeda informattiva 2016 tal-Istitut tar-Rendiment tal-Binjiet tal-Ewropa (BPIE) Trigger points as a must in national renovation strategies (67).

    Modifika retroattiva industrijalizzata

    Il-modifika retroattiva industrijalizzata permezz ta' prefabbrikazzjoni mhux fuq il-post ta' elementi ta' iżolament tal-faċċata u tas-saqaf inklużi l-wajers, it-tubi u l-ħġieġ tista' tirriżulta f'rinnovazzjoni aktar kosteffettiva u b'inqas disturb tar-residenti waqt ir-rinnovazzjoni.

    Il-proġett E2ReBuild (68) investiga, ippromwova, u wera strateġiji kosteffettivi u avvanzati ta' strateġiji ta' modifika retroattiva effiċjenti fl-enerġija għall-binjiet residenzjali b'żewġ sulari li joħolqu valur miżjud.

    Il-proġett 2ndskin (69) ġab flimkien partijiet ikkonċernati differenti mill-industrija tal-bini, bl-għan li jintegra l-għarfien espert u l-objettivi tagħhom f'kunċett innovattiv ta' modifika retroattiva tal-bini għall-binjiet residenzjali ta' aktar minn sular wieħed, li jikseb użu ta' enerġija żero filwaqt li joffri opportunitajiet ta' skalar. L-ipoteżi tal-proġett hija li jista' jiġi promoss l-arredament b'użu ta' enerġija żero u r-rata tiegħu tista' tiżdied bl-applikazzjoni ta' moduli tal-faċċati prefabbrikati, li jżidu l-veloċità tal-installazzjoni u jimminimizzaw id-disturb għall-okkupanti.

    Rendiment tal-kiri u fl-użu tal-enerġija

    Sabiex ikomplu jappoġġaw it-titjib meħtieġ fl-istokk nazzjonali tal-kiri tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw li jintroduċu jew ikomplu japplikaw rekwiżiti għall-EPCs tal-proprjetajiet tal-kiri biex juru ċertu livell ta' rendiment fl-użu tal-enerġija (ara l-Premessa 9 tad-Direttiva (UE) 2018/844). Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkunsidraw li jistabbilixxu mekkaniżmi finanzjarji li se jiffaċilitaw kull piż fuq is-sidien tal-proprjetà biex jiffinanzjaw ir-rinnovazzjonijiet meħtieġa.

    Il-Gvern Olandiż ħabbar li, mill-2023, il-binjiet jenħtieġ li jkollhom klassifika tal-enerġija ta' mill-inqas “C” sabiex jiġu mikrija bħala spazju għall-uffiċċji (70).

    Fl-Ingilterra u Wales, ir-Regolamenti dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (Proprjetà Privata Mikrija) tal-2015 jistabbilixxu livell minimu ta' effiċjenza fl-enerġija għall-proprjetajiet domestiċi u mhux domestiċi mikrija privatament. Minn April 2018, is-sidien ta' dawn il-proprjetajiet kellhom jiżguraw li għandhom klassifikazzjoni tal-EPC ta' mill-inqas “E” qabel jikkonkludu ftehim ta' kiri ġdid ma' kerrejja ġodda jew eżistenti. Mill-1 ta' April 2020 (għall-proprjetajiet domestiċi) u l-1 ta' April 2023 (għall-proprjetajiet mhux domestiċi), ir-rekwiżit se japplika għall-proprjetajiet mikrija privati kollha anki meta ma jkunx hemm bidla fl-arranġamenti tal-kera (71).

    L-Iskozja introduċiet miżura li teħtieġ ir-rinnovazzjoni ta' akkomodazzjoni soċjali b'rendiment baxx. Fil-Greċja, japplika approċċ simili, li skontu, sabiex jinkera jew jiġi akkwistat mis-settur pubbliku, il-binjiet jenħtieġ li jkolhom klassifikazzjoni tal-EPC ta' mill-inqas “C”. Dan l-obbligu se japplika għall-kuntratti ta' kiri eżistenti kollha sal-2020.

    2.7.3.   Politiki u azzjoni dwar ir-rinnovazzjoni profonda – l-Artikolu 2a(1)(c) tal-EPBD

    It-Taqsima 3 tal-Anness B tal-gwida dwar in-NEEAP tistabbilixxi l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rigward tal-politiki u l-miżuri biex tiġi promossa rinnovazzjoni profonda kosteffettiva.

    L-LTRSs tal-2017 mir-Reġjun Kapitali ta' Brussell u Franza huma eżempji ta' prattika tajba fir-rigward ta' miżuri li jippromwovu rinnovazzjoni profonda (72).

    Pjanijiet direzzjonali

    Il-proġett iBRoad qed (73) jaħdem fuq pjan direzzjonali individwali għar-rinnovazzjoni tal-bini għal djar b'familja waħda. L-għodda tħares lejn il-bini kollu u tipproduċi pjan ta' rinnovazzjoni (iBRoad) fit-tul (15-20 sena), flimkien ma' ġurnal ta' abbord tal-bini jew passaport bħala rekord tal-interventi relatati mal-enerġija. L-iBRoad sabet li s-sidien tad-djar u x-xerrejja jeħtieġu parir aktar faċli għall-utent u affidabbli dwar l-aħjar mod kif jitwettqu r-rinnovazzjonijiet tal-enerġija.

    Ir-rapport tal-iBRoad The concept of the individual building renovation roadmap – an in-depth case study of four frontrunner projects (74) jindirizza l-proċess ta' produzzjoni u implimentazzjoni ta' pjan direzzjonali bħal dan u jkopri l-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu indirizzati. Jippreżenta wkoll eżempji mill-ħajja reali mid-Danimarka (BetterHome (75)), mill-Fjandri (Woningpas u EPC+), minn Franza (Passeport efficacité énergétique) u mill-Ġermanja (Individueller Sanierungsfahrplan).

    L-Alleanza għal Rinnovazzjoni Profonda fil-Bini (ALDREN) (76) tipproponi wkoll passaporti tal-bini għar-rinnovazzjoni pass pass u tipprovdi klassifikazzjonijiet armonizzati talr-rendiment fl-użu tal-enerġija permezz ta' skema ta' ċertifikazzjoni volontarja komuni Ewropea.

    Informazzjoni relatata mal-bini

    Il-proġett Request2Action (77) tal-Enerġija Intelliġenti-Ewropa (IEE) ħadem fuq l-EPCs u kif jista' jitjieb l-użu tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom. Is-soluzzjoni proposta, li f'xi każijiet tkun qrib passaport, hija “hub” jew punt uniku ta' servizz għall-informazzjoni relatata mal-binjiet. Eżempju wieħed tal-approċċ huwa l-hub Casa+ fil-Portugall, li huwa mfassal għall-ħżin tal-EPCs u tad-data relatata għall-abitazzjonijiet residenzjali kollu, sabiex ikunu jistgħu jsiru offerti għar-rinnovazzjoni tagħhom, li l-eżiti tagħhom ikunu wkoll irreġistrati. Aktar dettalji jinstabu fir-rapport dwar ir-Recommendations on building hubs (78).

    2.7.4.   Politiki u azzjonijiet dwar il-binjiet bl-agħar rendiment u l-faqar enerġetiku – l-Artikolu 2a(1)(d) tal-EPBD

    2.7.4.1.   Segmenti bl-agħar rendiment tal-istokk tal-bini nazzjonali

    Il-proġett ENERFUND tal-Orizzont 2020 (79) jindirizza l-ħtieġa għal valutazzjonijiet affidabbli u b'aċċess faċli għall-iffrankar tal-enerġija li jrid jinkiseb permezz ta' modifiki retroattivi tal-enerġija profondi, billi jiġu mħeġġa aktar proġetti bħal dawn fl-Ewropa. Il-proġett qed jiżviluppa għodda għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar il-klassifikazzjoni ta' opportunitajiet ta' rinnovazzjoni profonda kontra sett ta' parametri – bħall-punteġġi tal-kreditu użati mill-banek għall-klijenti tar-rati. L-għodda hija ppreżentata bħala mappa online li turi r-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' binjiet individwali.

    Fid-Danimarka, l-assoċjazzjonijiet kollha tal-akkomodazzjoni soċjali jikkontribwixxu kull xahar għal “fond ta' solidarjetà” komuni li jintuża biex jiġu rinnovati l-binjiet bl-agħar rendiment.

    Ir-restrizzjonijiet fuq il-proprjetà tal-kiri relatati mar-rendiment fl-użu tal-enerġija (kif imsemmi fit-Taqsima 6.2) huma wkoll miżura effettiva biex titħeġġeġ ir-rinnovazzjoni tal-binjiet bl-agħar rendiment.

    Il-mekkaniżmi tat-taxxa huma mezzi oħra li bihom l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu r-rinnovazzjoni ta' binjiet ineffiċjenti fl-enerġija; eżempji jinkludu:

    (a)

    tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu għal ċerti kostijiet tar-rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija (id-Danimarka); u

    (b)

    taxxa fuq il-konsum tal-enerġija (in-Netherlands) (80).

    2.7.4.2.   Dilemmi dwar l-inċentivi opposti

    Ir-restrizzjonijiet fuq il-proprjetà tal-kiri marbuta mar-rendiment fl-użu tal-enerġija huma wkoll miżura effettiva biex titħeġġeġ ir-rinnovazzjoni ta' binjiet ineffiċjenti fl-enerġija. Eżempji jinkludu:

    (a)

    l-infurzar fuq sidien il-kera biex jagħmlu titjib (ir-Renju Unit (81)); u

    (b)

    livelli minimi ta' rendiment għal unitajiet mikrija, eż.:

    (i)

    iżolament obbligatorju tas-saqaf (Kodiċi Fjamming tal-Akkomodazzjoni); u

    (ii)

    livelli minimi tal-EPC għall-uffiċċji (in-Netherlands).

    2.7.4.3.   Fallimenti tas-suq

    It-Taqsima 3(b) tal-Anness B tal-gwida dwar in-NEEAP tinkludi analiżi tal-ostakli għar-rinnovazzjoni fil-lista tal-elementi ta' informazzjoni li għandhom jiġu pprovduti. It-Taqsima 3(d) tissuġġerixxi li miżuri ta' politika ġodda jenħtieġ li jindirizzaw dawn l-ostakli.

    Il-valutazzjoni tal-impatt li akkumpanjat il-proposta għar-reviżjoni tal-EPBD (82) tindirizza wkoll l-ostakli għall-użu tal-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija fil-binjiet.

    2.7.4.4.   Tnaqqis tal-faqar enerġetiku

    Il-valutazzjoni tal-JRC tal-LTRSs tal-2017 tagħti ħarsa ġenerali lejn il-politiki diretti (politiki u miżuri speċifiċi) u indiretti tal-Istati Membri (strateġiji jew inizjattivi ġenerali) għal sforzi kontinwi jew ippjanati biex inaqqsu l-faqar enerġetiku. Ħafna mill-miżuri jieħdu l-forma ta' inċentivi finanzjarji mmirati lejn segmenti tal-popolazzjoni meqjusa li jaqgħu taħt il-linja tal-faqar enerġetiku, unitajiet domestiċi bi dħul baxx jew unitajiet ta' akkomodazzjoni soċjali. Xi pajjiżi introduċew azzjonijiet speċifiċi mmirati lejn il-faqar enerġetiku taħt l-iskemi ta' effiċjenza fl-enerġija tagħhom, filwaqt li oħrajn waqqfu kampanji ta' sensibilizzazzjoni u ta' konsulenza.

    L-Osservatorju tal-UE dwar il-Faqar Enerġetiku huwa sors prezzjuż ta' data u statistika. Huwa żviluppa indikaturi tal-faqar enerġetiku, ġabar lista estensiva ta' miżuri ta' politika u ġabar repożitorju komprensiv ta' riċerka. Jgħin lill-partijiet ikkonċernati involuti fit-tfassil jew fl-implimentazzjoni tal-politika dwar il-faqar enerġetiku (dawk li jfasslu l-politika, l-NGOs, l-awtoritajiet pubbliċi f'livelli differenti, ir-riċerkaturi u l-prattikanti tal-liġi) biex jiddefinixxu u jkejlu l-fenomenu. Jiffaċilita wkoll l-iskambju ta' prattika tajba u jipprovdi materjal ta' taħriġ. Jista' jkun ta' għajnuna diretta għall-Istati Membri fl-għoti ta' pariri u għarfien espert – kemm ad hoc kif ukoll permezz tal-bord konsultattiv estensiv tagħha, li huwa magħmul minn esperti b'esperjenza fl-aspetti kollha tal-faqar enerġetiku.

    Fi Franza, l-aġenzija nazzjonali tal-akkomodazzjoni tindirizza l-faqar enerġetiku inter alia permezz tal-programm tagħha Habitier mieux (“Ngħixu aħjar”). L-iskema ta' Franza dwar iċ-ċertifikati tal-iffrankar tal-enerġija timponi obbligu ġdid immirat speċifikament lejn il-ġlieda kontra l-faqar fil-fjuwil. L-iskema se tiffinanzja azzjoni fost il-familji bi dħul baxx. Franza stabbiliet ukoll “osservatorju tal-faqar fil-fjuwil” sabiex tkejjel is-sitwazzjonijiet ta' faqar enerġetiku b'mod aktar preċiż u timmonitorja l-għajnuna finanzjarja pubblika u privata għal familji żvantaġġati, flimkien ma' azzjoni skont inizjattivi lokali u nazzjonali.

    Skont l-istrateġija tal-gvern Irlandiż biex jiġġieled il-faqar enerġetiku u l-qafas Healthy Ireland, l-awtoritajiet nazzjonali waqqfu l-iskema Warmth and Wellbeing, li hija inizjattiva pilota li għandha l-għan li tivvalida, fil-kuntest Irlandiż, l-evidenza internazzjonali li turi li d-djar aktar sħan u aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija jista' jkollhom effett pożittiv fuq is-saħħa u l-benesseri tan-nies f'faqar enerġetiku li qed ibatu wkoll minn kundizzjonijiet bħall-mard pulmonari ostruttiv kroniku u l-ażma. Skont il-programm ta' investiment tad-djar soċjali tal-Irlanda, kull sena l-awtoritajiet lokali jiġu allokati finanzjament kapitali għal firxa ta' miżuri biex itejbu l-livell u l-kwalità ġenerali tal-istokk ta' akkomodazzjoni soċjali tagħhom, inkluż modifiki retroattivi għal aktar effiċjenza fl-enerġija.

    Fi sħubija mal-proġett tal-UE Episcope, l-Azzjoni tal-Enerġija Irlandiża żviluppat għodda ta' mmappjar tal-EPC (83). Mappa interattiva turi diversi karatteristiċi tal-bini (inklużi l-indikaturi tal-faqar enerġetiku) f'inħawi differenti f'Dublin. Id-data hija aggregata f'żoni u f'diviżjonijiet elettorali żgħar. Dan l-immappjar jiffaċilita approċċ distrettwali għat-tfassil tal-politika lokali u l-formulazzjoni ta' strateġiji biex jitnaqqas il-faqar enerġetiku.

    L-iskema ta' obbligi ta' effiċjenza fl-enerġija tal-Awstrija tapplika fattur ta' bonus li permezz tiegħu l-iffrankar miksub f'familji bi dħul baxx huwa peżat b'fattur ta' 1,5. Barra minn hekk, il-fornituri tal-enerġija għandhom joperaw ċentri li jipprovdu informazzjoni u pariri, inter alia dwar il-faqar enerġetiku. Eżempji oħra ta' programmi reġjonali/lokali ddedikati fl-Awstrija jinkludu skema ta' konsulenza dwar l-enerġija fi Vjenna u proġett li jiffranka l-enerġija għal djar bi dħul baxx fid-distretti ta' Braunau, Freistadt u Linz-Land.

    Il-Ftehim tan-Netherlands dwar l-iffrankar tal-enerġija għas-settur tal-kiri soċjali jistabbilixxi l-objettiv għall-assoċjazzjonijiet tad-djar biex jiksbu t-tikketta tal-enerġija B (ekwivalenti għall-indiċi tal-enerġija 1,25) bħala medja sal-2020.

    Eżempji oħrajn jinkludu:

    (a)

    il-programm PLAGE SISP fir-Reġjun Kapitali ta' Brussell;

    (b)

    sussidji għal miżuri individwali għall-effiċjenza fl-enerġija f'unitajiet domestiċi vulnerabbli fil-Kroazja;

    (c)

    il-programmi JESSICA tal-politika ta' koeżjoni fil-Litwanja u fir-Repubblika Ċeka;

    (d)

    servizzi ta' konsulenza personalizzati għall-effiċjenza fl-enerġija għal unitajiet domestiċi bi dħul baxx fil-Lussemburgu u bnadi oħra; u

    (e)

    bonusijiet soċjali jew skontijiet fuq il-kontijiet tal-enerġija għall-familji bi dħul baxx fl-Italja u fi Franza.

    Il-proġett REACH (84) indirizza l-faqar enerġetiku billi jħarreġ l-għalliema u l-istudenti tal-iskejjel vokazzjonali bħala konsulenti tal-enerġija. Is-sħab ta' REACH wettqu madwar 1 600 żjara fid-djar biex jimplimentaw miżuri bażiċi ta' effiċjenza fl-enerġija. Fis-Slovenja, il-proġett għen biex tiskatta skema nazzjonali li tindirizza l-faqar enerġetiku fl-unitajiet domestiċi. Fuq is-sit web tal-proġett hemm disponibbli pakketti ta' taħriġ u r-rapport tal-impatt finali.

    Il-proġett ASSIST (85) għandu l-għan li jittratta l-faqar enerġetiku u jipprovdi servizzi speċjalizzati permezz ta' netwerk ta' konsulenti dwar l-enerġija għall-konsumaturi vulnerabbli (“VCEAs”). Il-VCEAs għandhom jintgħażlu minn persuni b'esperjenza diretta ta' vulnerabbiltà u/jew faqar enerġetiku, li se jitħarrġu sabiex itejbu l-impjegabbiltà futura tagħhom u jimmassimizzaw il-benefiċċji bejn il-pari. L-azzjoni tinkludi:

    (a)

    ħidma b'sistemi ta' feedback;

    (b)

    awditjar tal-enerġija;

    (c)

    inizjattivi bbażati fuq il-komunità;

    (d)

    appoġġ fil-ksib ta' fondi għall-effiċjenza fl-enerġija; u

    l-ittestjar ta' mekkaniżmi innovattivi ta' finanzjament. L-aġenda Urbana tal-UE (86) nbdiet fil-qafas tal-kooperazzjoni intergovernattiva fl-2016 bl-objettiv ġenerali tal-inklużjoni tad-dimensjoni urbana fil-politiki bl-għan li jkun hemm regolamentazzjoni aħjar, finanzjament aħjar u għarfien aħjar għall-bliet fl-Ewropa. L-Aġenda hija implimentata permezz ta' Sħubijiet f'format ta' governanza f'diversi livelli. Waħda mis-Sħubijiet hija ffukata fuq it-Tranżizzjoni tal-Enerġija. Din is-Sħubija għandha l-għan, inter alia, li ttejjeb l-effiċjenza fl-enerġija fil-livell ta' bini permezz ta' modifika retroattiva għall-effiċjenza fl-enerġija u l-ġestjoni tal-enerġija inkluż l-għoti ta' pariri, ukoll għall-benefiċċju li jitnaqqas il-faqar enerġetiku. Barra minn hekk, is-Sħubija għall-Akkomodazzjoni tindirizza l-ħtieġa li tiżdied l-akkomodazzjoni affordabbli, fosthom azzjonijiet għall-monitoraġġ ta' investiment għall-but ta' kulħadd, rakkomandazzjonijiet għall-prevenzjoni tal-evizzjonijiet minħabba r-rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija, it-trawwim ta' approċċi ta' rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija fil-livell distrettwali, u t-titjib tad-data dwar ir-rabta bejn is-sess, il-faqar u l-enerġija fl-UE.

    Proġetti oħra li jindirizzaw ir-rinnovazzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija b'enfasi fuq l-akkomodazzjoni soċjali

    Filwaqt li l-proġett FIESTA (87) ma indirizzax b'mod speċifiku l-unitajiet domestiċi foqra fl-enerġija, proporzjon tajjeb tal-unitajiet domestiċi involuti kienu fl-akkomodazzjoni soċjali. Il-proġett indirizza l-effiċjenza tat-tisħin u tat-tkessiħ tal-familji, b'enfasi partikolari fuq dawk l-aktar vulnerabbli. Helpdesks tal-enerġija bla ħlas f'14-il belt taw pariri lill-individwi (wiċċ imb wiċċ jew online) u wettqu awditjar tal-enerġija bieb bieb. Tal-inqas 39 bliet oħra Ewropej impenjaw ruħhom uffiċjalment li jirreplikaw il-mudell FIESTA. Il-proġett żviluppa materjal ta' gwida faċli għall-utent dwar l-iffrankar tal-enerġija għall-unitajiet domestiċi, bħall-gwida tal-effiċjenza fl-enerġija FIESTA (88) u films animati qosra (89) bil-Bulgaru, bil-Kroat, bl-Ingliż, bil-Grieg, bit-Taljan u bl-Ispanjol.

    Il-proġett EnerSHIFT ta' Orizzont 2020 (minn Frar 2016 sa Jannar 2019) (90) huwa mmirat lejn is-settur tal-akkomodazzjoni soċjali fir-reġjun tal-Liguria (l-Italja). Dan jipprovdi assistenza teknika għat-tħejjija ta' studji ta' fattibbiltà, bl-objettiv aħħari tat-tnedija ta' sejħa għall-offerti għall-investimenti mill-ESCOs permezz ta' kuntratt għar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Il-proġett jinvolvi wkoll l-użu ta' fondi tal-politika ta' koeżjoni biex jiġi stimulat l-investiment. Il-mira hija programm ta' investiment ta' kważi EUR 15-il miljun, li jirriżulta fi ffrankar tal-enerġija primarja ta' 14,5 GWh/sena.

    F'Settembru 2018, il-proċedura ta' għoti għall-ewwel offerta ta' EnerSHIFT ġiet konkluża, billi ġew immirati 44 binja ta' akkomodazzjoni soċjali fil-provinċja ta' Ġenova (l-Italja), u l-kuntratt għandu jiġi ffirmat sal-aħħar tas-sena. Ftehim mas-sistema bankarja tal-Liguria għandu l-għan li jiffaċilita l-aċċess tal-ESCOs għall-kreditu. Il-Liġi Reġjonali Nru 10/2004 dwar is-settur tal-akkomodazzjoni soċjali ġiet emendata biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. B'riżultat ta' dan, il-kuntratti proposti ma għadhomx soġġetti għall-approvazzjoni formali tal-kerrejja.

    Il-proġett Transition Żero (91) għandu l-għan li jtejjeb il-firxa tal-NZEBs madwar l-Ewropa, billi jħares b'mod speċifiku lejn l-arredament fl-akkomodazzjoni soċjali. Abbażi tas-suċċess ta' Energiesprong fin-Netherlands, Transition Żero qed jespandi l-arredament b'enerġija nett żero fir-Renju Unit u fi Franza, bl-użu tas-settur tal-akkomodazzjoni soċjali bħala katalist. Energiesprong tipprovdi pakketti ta' arredament kompletament integrati b'garanziji fit-tul li jagħmlu s-soluzzjoni kummerċjalment vijabbli u skalabbli. Transition Żero mhwiex limitat għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku – japplika wkoll għall-istokk ta' akkomodazzjoni mhux fqir fl-enerġija. Madankollu, il-mudell tan-negozju tiegħu joffri soluzzjonijiet vijabbli fejn il-kumpaniji tal-akkomodazzjoni soċjali jistgħu jtaffu l-problemi ta' akkomodazzjoni affordabbli u tal-faqar enerġetiku. Ir-rapporti rilevanti ffukaw fuq il-prodotti finanzjarji strutturali għall-akkomodazzjoni soċjali, il-garanziji tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-protokolli tal-konsenja tal-pakketti tal-arredament, l-ispeċifikazzjonijiet tal-offerti, il-kuntest regolatorju nazzjonali u reġjonali għall-arredament, u l-valutazzjoni tas-suq.

    2.7.5.   Politiki u azzjoni dwar binjiet pubbliċi - l-Artikolu 2a(1)(e) tal-EPBD

    Fil-Kroazja, żewġ proġetti mnedija fl-2015 biex jiffaċilitaw l-użu kkombinat tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni għall-investiment għar-rinnovazzjoni tal-binjiet pubbliċi, involvew:

    (a)

    it-tħejjija ta' dokumentazzjoni dettaljata tad-disinn għall-miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija u sistema ta' enerġija rinnovabbli (RES) fil-binjiet; u

    (b)

    investiment fir-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-binjiet tal-iskejjel.

    Minn 240 applikazzjoni, 12-il proġett pilota ntgħażlu għall-finanzjament (ħamsa għad-dokumentazzjoni tad-disinn u sebgħa għall-investimenti fl-iskejjel) (92).

    Is-Slovenja għandha ħafna binjiet pubbliċi ta' patrimonju u potenzjal kbir ta' ffrankar tal-enerġija. Madankollu, dawn il-binjiet normalment jiġu ttrattati bħala eċċezzjonijiet taħt l-EPBD. Il-pakkett ta' politika tas-Slovenja jinkludi linji gwida (rakkomandazzjonijiet tekniċi) għar-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-binjiet ta' patrimonju u jinvolvi kriterji pożittivi li jiffaċilitaw l-applikazzjoni tal-binjiet ta' patrimonju biex jikkwalifikaw għall-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni tal-UE (93).

    Il-proġett Premium Light Pro (94) tal-Orizzont 2020 kien qed jaħdem biex jappoġġa l-użu tas-sistemi tat-tidwil LED fost l-awtoritajiet pubbliċi u l-kumpaniji privati f'disa' pajjiżi tal-UE. L-għan huwa li l-awtoritajiet pubbliċi jiġu megħjuna jiżviluppaw politiki effettivi biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' sistemi effiċjenti ta' tidwil LED tal-ġenerazzjoni l-ġdida fis-settur tas-servizzi. Il-kriterji tal-akkwist ekoloġiku u l-linji gwida għas-sistemi tat-tidwil LED ta' ġewwa u ta' barra ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-proġett.

    Il-proġett ta' koordinazzjoni u appoġġ EmBuild (95) għandu l-għan li:

    (a)

    ittejjeb il-kapaċità tal-awtoritajiet reġjonali/muniċipali biex jiġbru d-data meħtieġa biex jippreparaw strateġiji ta' rinnovazzjoni ambizzjużi, sostenibbli u realistiċi għall-binjiet pubbliċi;

    (b)

    jidentifika u janalizza approċċi kosteffettivi għar-rinnovazzjoni;

    (c)

    jagħmel rakkomandazzjonijiet ta' politika li jistimulaw rinnovazzjonijiet profondi u kosteffettivi tal-binjiet u jidentifikaw l-aħjar prattiki;

    (d)

    jiggwida d-deċiżjonijiet ta' investiment pubbliku u jiffaċilita l-involviment tas-settur privat; u

    (e)

    ikejjel u jikkomunika l-iffrankar tal-enerġija u l-benefiċċji usa' mistennija.

    2.7.6.   Inċentivi għal teknoloġiji u ħiliet intelliġenti – l-Artikolu 2a(1)(f) tal-EPBD

    2.7.6.1.   Teknoloġiji intelliġenti

    Il-proġett Smart-up tal-Orizzont 2020 (minn Marzu 2015 sa Lulju 2018) (96) kellu l-għan li jħeġġeġ l-użu attiv ta' arloġġi intelliġenti u ta' skrins interni mill-konsumaturi vulnerabbli fi Franza, l-Italja, Malta, Spanja u r-Renju Unit. Kien hemm strateġija b'saħħitha ta' impenn fit-taħriġ tal-partijiet ikkonċernati li jinsabu f'kuntatt partikolarment mill-qrib ma' unitajiet domestiċi vulnerabbli. Aktar minn 550 membru tal-persunal l-aktar espost (l-aktar ħaddiema soċjali) ġew imħarrġa f'46 sessjoni ta' taħriġ u marru biex jagħtu pariri lil aktar minn 4 460 unità domestika vulnerabbli:

    (a)

    kif jużaw l-enerġija b'mod aktar effiċjenti;

    (b)

    kif jaqraw u jifhmu l-arloġġi tal-elettriku u/jew tal-gass; u

    (c)

    kif inaqqsu l-kontijiet tal-enerġija tagħhom.

    Fi Spanja, il-proġett kien ta' ispirazzjoni għal programm soċjali ffinanzjat mill-muniċipalità ta' Barċellona biex jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku. B'riżultat ta' dan, 100 persuna qiegħda ġew imħarrġa u aktar minn 1 800 unità domestika vulnerabbli ngħataw parir. Riżultat pożittiv ieħor huwa li 32 % tal-apprendisti issa qed jaħdmu f'punti ta' informazzjoni dwar il-faqar fil-fjuwil ta' Barċellona. Fuq is-sit web tal-proġett hemm disponibbli pakketti ta' taħriġ u r-rapport tal-impatt finali.

    Il-proġett PEAKapp (97) jinkoraġġixxi t-tfaddil tal-enerġija bbażat fuq natura kompetittiva tal-bniedem filwaqt li jiffaċilita wkoll il-konsum tal-elettriku nadif u bi prezz baxx mis-suq spot għall-klijenti domestiċi. Permezz tal-użu ta' data minn arloġġi intelliġenti tal-elettriku diġà installati, is-soluzzjoni tal-PEAKapp toħloq inċentivi mhux biss biex l-enerġija tintuża b'mod aktar effiċjenti, iżda wkoll biex it-tagħbijiet jiġu trasferiti lejn perjodi ta' produzzjoni miżjuda minn riżorsi rinnovabbli, biex b'hekk ir-residenti tas-settur tal-akkomodazzjoni soċjali jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv fis-suq tal-elettriku u jibbenefikaw minn tfaddil monetarju. PEAKapp bħalissa qed jivvalida din is-soluzzjoni tal-ICT taħt kundizzjonijiet tal-ħajja reali f'aktar minn 2 500 unità domestika fl-Awstrija, fl-Estonja, fil-Latvja u fl-Iżvezja.

    L-għan tal-proġett MOBISTYLE (98) huwa li jimmotiva l-bidla fl-imġiba billi jżid l-għarfien tal-konsumaturi permezz ta' provvista ta' informazzjoni personalizzata attraenti dwar l-użu tal-enerġija, l-ambjent ta' ġewwa u s-saħħa tal-utent, permezz ta' servizzi bbażati fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT). Il-bidla fl-imġiba tinkiseb permezz ta' kampanji ta' sensibilizzazzjoni li matulhom l-utenti finali huma mħeġġa jkunu proattivi dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom u biex fl-istess ħin itejbu s-saħħa u l-benessri. Is-soluzzjoni MOBISTYLE u s-servizzi mfassla apposta qed jiġu vvalidati fil-kundizzjonijiet operattivi reali, f'ħames pajjiżi (99).

    Eco-Bot (100) għandha l-għan li tuża l-avvanzi reċenti fl-għodda taċ-chat-bot u l-ipproċessar avvanzat tas-sinjali (jiġifieri disaggregazzjoni tal-enerġija) billi tuża data tat-tip tal-arloġġ intelliġenti b'riżoluzzjoni baxxa bl-għan li tbiddel l-imġiba tagħhom lejn imġiba ta' effiċjenza fl-enerġija. L-Eco-Bot timmira għal assistent tal-enerġija virtwali personalizzat biex jipprovdi informazzjoni dwar l-użu dettaljat tal-enerġija (fil-livell talapparati domestiċi) permezz ta' għodda tal-chat-bot.

    2.7.6.2.   Skemi ta' żvilupp tal-ħiliet

    L-inizjattiva BUILD UP Skills (101) għandha l-għan li tgħaqqad il-forza tax-xogħol tal-bini fl-Ewropa u żżid l-għadd ta' ħaddiema kwalifikati. Tiffoka fuq ix-xogħol fl-edukazzjoni u t-taħriġ tal-artiġjani u ħaddiema oħra fuq il-post fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija li tiġġedded fil-binjiet, u għandha tliet komponenti ewlenin:

    (a)

    l-istabbiliment ta' pjattaformi ta' kwalifika nazzjonali u pjanijiet direzzjonali għall-kwalifiki sal-2020 (pilastru I: 2011-2013);

    (b)

    l-iżvilupp u l-aġġornament ta' skemi ta' kwalifika u taħriġ (il-pilastru II: mill-2013); u

    (c)

    attivitajiet ta' appoġġ ikkoordinati fl-Ewropa kollha (skambji tal-UE).

    Il-proġett “BUILD UP Skills Construye2020 (Spanja) (102) żviluppa applikazzjoni għall-apparat mobbli li jista' jintuża bħala għodda ta' taħriġ dwar prattiki tajbin għal diversi attivitajiet fir-rinnovazzjoni tal-binjiet, b'mod partikolari x-xogħol tal-aluminju, l-iżolament, il-RESs, l-effiċjenza fl-enerġija u l-installazzjonijiet effiċjenti. Il-proġett qed jaħdem mal-istitut nazzjonali tal-kwalifiki biex jiżviluppa kwalifika ġdida għall-installazzjoni tal-pompi tas-sħana tas-sors tal-art.

    BUILD UP Skills Netherlands@Work (103) pproduċa tmien profili ta' kompetenza professjonali manwali, li jkopru l-ħiliet meħtieġa għall-kostruzzjoni ta' binjiet newtrali fl-enerġija. Applikazzjoni tippermetti lill-ħaddiema manwali jagħżlu kors xieraq abbażi tal-għarfien preċedenti tagħhom.

    Is-sħab fil-BUILD UP Skills BEEP (Finland) (104) żviluppaw approċċ ta' taħriġ innovattiv (għall-ħarrieġa u l-ħaddiema) li juża l-aħjar prattiki fil-kostruzzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija f'sett ta' għodod komprensivi li jinkludu:

    (a)

    settijiet ta' slajds u vidjos ta' tagħlim f'ħames lingwi;

    (b)

    materjal għall-awtotagħlim tal-ħaddiema;

    (c)

    kors ta' taħriġ pilota għal “aġenti tal-bidla” (ħaddiema/mentors b'esperjenza li jistgħu jagħtu eżempju u jispjegaw kif tista' tittejjeb il-kwalità tax-xogħol); u

    (d)

    ambaxxatur tat-taħriġ fuq il-post li għandu rwol kritiku li jipperswadi lill-ħaddiema biex jieħdu t-taħriġ pilota.

    Il-proġett BUILD UP Skills Qualishell (ir-Rumanija) (105) appoġġa l-implimentazzjoni ta' skemi ta' kwalifika nazzjonali għall-installaturi tas-sistemi ta' iżolament termiku u għas-sistemi ta' twieqi b' effiċjenza għolja biex jiżguraw pakketti ta' rendiment għoli u jappoġġaw iċ-ċaqliqa għall-NZEBs.

    2.7.6.3.   Taħriġ u ċertifikazzjoni għall-esperti

    Fil-Ġermanja, tinżamm lista nazzjonali ta' esperti tal-effiċjenza fl-enerġija għall-programmi ta' appoġġ tal-gvern federali fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija sabiex jittejbu s-servizzi lokali ta' konsulenza dwar l-enerġija permezz ta':

    (a)

    kriterji ta' kwalifika uniformi;

    (b)

    prova ta' taħriġ regolari avvanzat; u

    (c)

    iċċekkjar każwali tar-riżultati.

    Is-Slovenja għandha artikolu ta' taħriġ/ċertifikazzjoni komuni fil-leġiżlazzjoni tagħha li jittrasponi l-EED, l-EPBD u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (106), u qed tikseb sinerġiji permezz ta' approċċ ta' taħriġ modulari koordinat.

    Fil-Kroazja, il-programmi ta' taħriġ fl-effiċjenza fl-enerġija għall-professjonisti tal-arkitettura, tal-kostruzzjoni u tas-servizzi tal-bini ilhom għaddejjin mill-2009. L-objettiv huwa wkoll li jittejjeb l-għarfien fost l-inġiniera, li l-kompetenzi tagħhom jippermettulhom javviċinaw ix-xogħol ta' kostruzzjoni u l-binjiet b'mod ġenerali f'termini ta' karatteristiċi tal-enerġija.

    L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jinkorporaw l-effiċjenza fl-enerġija fil-kurrikuli u l-programmi għat-taħriġ ta' professjonisti fis-settur tal-bini (eż. l-inġiniera u l-periti) bħala parti mill-politika edukattiva nazzjonali tagħhom.

    2.7.7.   Stima tal-iffrankar tal-enerġija u l-benefiċċji usa' - l-Artikolu 2a(1)(g) tal-EPBD

    It-Taqsima 5 tal-Anness B tal-gwida dwar in-NEEAP telenka punti li jenħtieġ li jiġu evalwati sabiex tiġi prodotta stima bbażata fuq l-evidenza tal-iffrankar tal-enerġija u l-benefiċċji usa' mistennija.

    L-LTRSs tal-2017 minn Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Finlandja, il-Litwanja, ir-Rumanija u l-Iżvezja huma eżempji ta' prattika tajba ta' sforzi biex jiġu kkwantifikati l-benefiċċji usa' tar-rinnovazzjoni tal-bini (107).

    Il-proġett COMBI tal-Orizzont 2020 (108) kellu l-għan li jikkwantifika l-benefiċċji multipli mhux tal-enerġija tal-effiċjenza fl-enerġija sabiex jiġu inkorporati f'oqfsa ta' appoġġ għad-deċiżjonijiet- għat-tfassil tal-politika. Il-proġett żviluppa għodda online li (109) tista' tivviżwalizza u fejn possibbli timmonetizza l-benefiċċji usa' tat-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija. Tmienja mill-21 azzjoni ta' titjib fl-effiċjenza fl-enerġija fl-użu finali jkopru l-binjiet (110).

    Hemm diversi inizjattivi li għaddejjin li għandhom l-għan li jnaqqsu l-karbonju taċ-ċiklu kollu tal-ħajja. L-inizjattiva Franċiża E+C- qed timmira lejn regolament dwar il-karbonju tal-enerġija għall-2020. Il-Finlandja stabbiliet pjan direzzjonali lejn il-kostruzzjoni b'livell baxx ta' karbonju. L-għan huwa li jiġu implimentati livelli limiti regolatorji ta' CO2 taċ-ċiklu kollu tal-ħajja għal tipi ta' bini differenti sal-2025. L-analiżi tal-impatt imwettqa mill-VTT, tikkonkludi li tnaqqis totali ta' 0,5 miljun tunnellata ta' CO2 jista' jintlaħaq f'bini ġdid kull sena. Dan jinkludi ffrankar addizzjonali (minbarra n-normi riveduti dwar l-effiċjenza fl-enerġija tal-NZEB) ibbażat fuq l-implimentazzjoni ta' kunċett taċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ. Dan huwa qrib l-10 % tan-nuqqas ġenerali lejn l-impenji tal-UE tal-2030 għall-Finlandja. Fil-Ġermanja, fil-livell federali (“Bundesbauten”), il-binjiet ġodda li huma proprjetà tal-gvernijiet federali jridu jsegwu l-linji gwida tas-sostenibbiltà. Dawn il-linji gwida huma definiti fl-iskema ta' klassifikazzjoni tas-sostenibbiltà “BNB” (Bewertungsystem Nachhaltiges Bauen) u li fiha l-kalkolu LCA u l-parametri referenzjarji għall-binjiet ġodda. Eżempju tajjeb fil-livell lokali huwa l-Politika Ambjentali tas-Sindku ta' Londra, li tirreferi għall-karbonju taċ-ċiklu kollu tal-ħajja. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet dwar kif jista' jiġi inkluż il-kunċett fir-referenza ta' Londra għall-ippjanar ċentrali, li huwa mistenni fl-2019.

    Riżorsi oħrajn

    Promoting healthy and highly energy performing buildings in the European Union(111) rapport tal-JRC (2017);

    L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa “WHO housing and health guidelines” (112);

    Studju tal-BPIE dwar l-immudellar fl-UE kollha b'enfasi fuq is-saħħa, il-benessri u l-produttività fl-iskejjel, fl-uffiċċji u fl-isptarijiet (113).

    2.7.8.   Mekkaniżmi li jappoġġaw il-mobilizzazzjoni tal-investimenti – l-Artikolu 2a(3) tal-EPBD

    Il-gwida li ġejja tirrigwarda t-tipi ta' mekkaniżmi finanzjarji li għalihom l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aċċess.

    Sors ieħor ta' eżempji ta' skemi ta' suċċess huwa l-Kapitolu 7 tal-prattika tajba fl-effiċjenza fl-enerġija (imsemmi fit-Taqsima 2.4).

    2.7.8.1.   Aggregazzjoni ta' proġetti

    (a)

    Il-proġett PadovaFIT! (114) għandu l-għan li jimmodifika b'mod retroattiv il-binjiet fejn jgħixu bosta familji permezz tal-ikkuntrattar għar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Huwa jaggrega d-domanda fi ħdan muniċipalità billi jiġbor flimkien il-binjiet kollha assoċjati sabiex jiġġenera massa kritika, jiżgura kundizzjonijiet ekonomiċi favorevoli u jiggarantixxi l-kwalità tax-xogħol li jrid isir mill-offerenti. Sa mill-2014, il-konsorzju kien qed jinvolvi l-kondominji fil-belt ta' Padova (l-Italja) biex tinbena domanda għal modifiki retroattivi enerġetiċi. Sadanittant, il-muniċipalità akkwistat ESCO privata, li se tikkonkludi kuntratt ma' kull kondominju, u mbagħad tiffinanzja l-modifika retroattiva tal-enerġija, li se jitħallas permezz tal-iffrankar tal-enerġija.

    (b)

    Il-proġett MARTE (115) żviluppa investimenti profondi għall-modifiki retroattivi tal-enerġija f'binjiet fis-settur tal-kura tas-saħħa fir-reġjun tal-Marche (l-Italja). Dan involva struttura kumplessa ta' finanzjament li tintegra r-riżorsi pubbliċi (FEŻR) u privati (ESCO/Kuntratt għar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija) b'mod orjentat lejn il-miri. Stabbilixxa wkoll il-bażi għal replikazzjoni fuq skala ikbar fi strutturi oħra tal-kura tas-saħħa (fir-reġjun u f'postijiet oħra fl-Italja) u f'setturi oħra, bħall-akkomodazzjoni soċjali u l-ġestjoni tal-iskart, b'mod partikolari permezz tal-bini tal-kapaċità u l-promozzjoni tal-mudell tal-Kuntratt għar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija.

    (c)

    Il-proġett ZagEE (116) pprovda għajnuna għall-iżvilupp ta' proġetti mfassla apposta għal portafoll aggregat ta' effiċjenza fl-enerġija u investimenti fl-enerġija rinnovabbli f'Zagreb (il-Kroazja). Kien jimmira lejn il-modifika retroattiva tal-binjiet pubbliċi (il-binjiet tal-uffiċċji tal-bliet, l-iskejjel primarji u sekondarji, il-kindergartens, iċ-ċentri tas-saħħa, id-djar tal-anzjani, eċċ.) u tat-tidwil pubbliku. L-iskema ta' finanzjament użat ir-riżorsi baġitarji, is-self bankarju, u l-għotjiet nazzjonali u tal-UE.

    (d)

    Skont il-proġett ESCOLimburg2020 (117) l-operatur tal-grilja tal-enerġija pubblika Infrax żviluppa servizz integrat biex jaċċellera r-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-binjiet muniċipali, li jkopri l-passi kollha mill-awditjar għall-implimentazzjoni u l-finanzi tax-xogħlijiet. Ġew investiti aktar minn EUR 20 miljun fl-arredament tal-binjiet pubbliċi.

    (e)

    Il-proġett PARIDE huwa eżempju eċċellenti ta' “gruppar” (f'dan il-każ, għat-tiġdid tat-tidwil tat-toroq pubbliċi) mingħajr spejjeż inizjali tal-investiment għall-muniċipalitajiet ikkonċernati u bi spejjeż imnaqqsa tat-tranżazzjonijiet minħabba proċeduri konġunti ta' akkwist, għal programm ta' kuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' EUR 25 miljun għal 33 muniċipalità fil-provinċja ta' Teramo (l-Italja).

    (f)

    Il-proġett CITYNVEST (118) qabbel u pproduċa gwida dwar mudelli innovattivi ta' finanzjament għar-rinnovazzjoni tal-bini fl-Ewropa (119) f'Rieżami tal-awtorità lokali, mudelli ta' finanzjament u operattivi innovattivi ta' modifika retroattiva fuq skala kbira u operazzjonali u Kif tniedi proġetti ambizzjużi ta' modifika retroattiva tal-enerġija fir-reġjun tiegħek (120), li jiffokaw fuq approċċi ta' “punt uniku ta' servizz” biex il-binjiet pubbliċi jiġu arredati.

    2.7.8.2.   Tnaqqis tar-riskju perċepit tal-operazzjonijiet ta' effiċjenza fl-enerġija

    (a)

    L-istandardizzazzjoni tal-operazzjonijiet tal-effiċjenza fl-enerġija żżid il-fiduċja tal-investituri. Jistgħu jintużaw protokolli biex jitnaqqsu r-riskji ta' rendiment u jista' jiġi organizzat taħriġ fuq l-implimentazzjoni tal-protokolli u tal-proġetti ta' ċertifikazzjoni. Il-Proġett ta' Kunfidenza fl-Investitur (ICP) fl-Ewropa (121), appoġġat minn żewġ proġetti tal-Orizzont 2020 (ICPEU u I3CP), jiżviluppa protokolli standardizzati u għodod assoċjati bħal speċifikazzjonijiet tal-iżvilupp ta' proġetti. Permezz tan-netwerk tal-partijiet ikkonċernati tiegħu, huwa jipprovdi lill-iżviluppaturi ta' proġetti b'assistenza teknika biex jiċċertifikaw proġetti u programmi bħala “effiċjenza fl-enerġija lesta għall-investitur” (IREE). Jaħdem ukoll ma' istituzzjonijiet finanzjarji biex jgħinhom jinkorporaw l-IREE fil-proċeduri tagħhom ta' investiment u self.

    (b)

    Il-proġett “Standardizzazzjoni u komunikazzjoni ta' qafas għall-evalwazzjoni tal-assi tal-enerġija sostenibbli” (SEAF) (122) żviluppa pjattaforma olistika, ibbażata fuq l-IT għall-valutazzjoni u l-valutazzjoni komparattiva ta' proġetti tal-enerġija sostenibbli iżgħar (dwar l-effiċjenza fl-enerġija, ir-rispons tad-domanda, il-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli distribwita, il-ħżin tal-enerġija, eċċ.), u b'hekk inaqqas id-distakk bejn l-iżviluppaturi tal-proġetti u l-investituri. Żviluppa għodda (eQuad) (123) li tintegra l-protokolli tal-ICP u tinkludi l-valutazzjoni u l-ottimizzazzjoni, u l-komponenti tal-valutazzjoni u t-trasferiment tar-riskju (l-assigurazzjoni).

    (c)

    L-inizjattiva dwar l-Ipoteki Effiċjenti fl-Enerġija għandha l-għan li toħloq “ipoteka effiċjenti fl-enerġija” standardizzata fil-livell Ewropew. L-idea hija li jingħataw ipoteki preferenzjali lis-sidien tal-bini li jfittxu li jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija tal-binjiet tagħhom billi jitqies l-impatt pożittiv tal-effiċjenza fl-enerġija fuq il-valur tal-bini u fuq l-inadempjenzi tal-ħlasijiet. Il-fażi pilota bdiet f'Ġunju 2018, b'aktar minn 35 bank impenjati li jipparteċipaw.

    (d)

    Hemm modi kif l-effiċjenza fl-enerġija ssir attraenti għall-investituri istituzzjonali u kif jista' jiġi appoġġat il-finanzjament mill-ġdid tal-assi relatati mal-effiċjenza fl-enerġija. Il-Fond Baltiku Latvjan għall-Effiċjenza fl-Enerġija (LABEEF) jipprovdi l-ESCOs b'finanzjament fit-tul permezz tal-forfaiting tal-kuntratti tal-EPC (124) u billi joħroġ bonds ħodor għall-effiċjenza fl-enerġija.

    (e)

    Il-proġett EUROPACE (125) qed jiżviluppa mekkaniżmu ta' finanzjament fiskali skalabbli, fejn l-obbligu ta' ħlas lura fit-tul jirrigwarda proprjetà minflok is-sid, u l-muniċipalitajiet jiżguraw il-ħlas lura permezz ta' imposta speċjali miġbura mal-kont tat-taxxa fuq il-proprjetà. Il-mekkaniżmi ta' finanzjament tat-taxxa jibnu fuq ir-relazzjonijiet eżistenti tal-muniċipalitajiet maċ-ċittadini tagħhom (is-sistema tat-taxxa fuq il-proprjetà) u għandhom potenzjal kbir biex jagħtu spinta lir-rinnovazzjoni tad-djar fil-livelli ta' dħul kollha.

    2.7.8.3.   Finanzjament pubbliku għall-ingranaġġ tal-investiment mis-settur privat jew għall-indirizzar tal-fallimenti tas-suq

    (a)

    Eżempji ta' skemi li huma kkofinanzjati minn fondi pubbliċi jinkludu:

    (i)

    il-fondi għall-modernizzazzjoni tal-bini b'ħafna appartamenti (il-Litwanja) (126);

    (ii)

    taħlita ta' self, assistenza teknika u għotjiet għar-rinnovazzjoni ta' binjiet b'ħafna appartamenti (l-Estonja) (127);

    (iii)

    Għotjiet tal-Kreditanstalt für Wiederaufbau (KfW) u self għar-rinnovazzjoni tal-enerġija (il-Ġermanja) (128); u

    (iv)

    SlovSEFF (is-Slovakkja) (129).

    (b)

    Eżempji ta' strumenti ta' kondiviżjoni tar-riskju (eż. self, garanziji u assistenza teknika) jinkludu:

    (i)

    Finanzjament Privat għall-Effiċjenza fl-Enerġija (PF4EE) (130); u

    (ii)

    il-Faċilità ta' Garanzija għal Finanzjament Intelliġenti għal Binjiet Intelliġenti (qed tiġi żviluppata).

    (c)

    Bħalissa għaddejja ħidma biex tiġi prodotta għodda ta' mmappjar tal-UE online, biex wieħed jifhem kif il-fondi pubbliċi jistgħu jintużaw biex jappoġġaw l-effiċjenza fl-enerġija fl-Ewropa.

    (d)

    Eżempji ta' appoġġ għall-finanzjament taċ-ċittadini għall-effiċjenza fl-enerġija permezz tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali u l-kooperattivi tal-enerġija jinkludu l-proġetti REScoop PLUS tal-Orizzont 2020 (131) u REScoop MECISE (132) mas-sħab mill-UE kollha. Dan tal-aħħar għandu l-għan li jindirizza mill-inqas EUR 30 miljun ta' investiment fl-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza fl-enerġija, inkluż koinvestiment miċ-ċittadini u l-awtoritajiet lokali. Huwa stabbilixxa fond rotanti biex jippermetti r-raggruppament flessibbli ta' finanzjament ta' proġetti minn kooperattivi. REScoop – municipality approach (133) jistabbilixxi gwida għall-awtoritajiet pubbliċi dwar kif jappoġġaw l-investiment taċ-ċittadini fi proġetti lokali tal-enerġija sostenibbli. Il-pjattaforma Ġermaniża tas-CF4EE Bettervest (134) hija l-ewwel pjattaforma ta' crowdfunding għall-użu effiċjenti tal-enerġija fid-dinja. Tiffinanzja proġetti ta' kumpaniji, NGOs u awtoritajiet lokali u tippermetti dħul għoli fl-iffrankar tal-ispejjeż. Perċentwal definit tal-iffrankar jitqassam lill-crowd sakemm l-investiment flimkien mal-qliegħ miftiehem minn qabel ikunu tħallsu lura. L-SMEs, l-NGOs u l-awtoritajiet lokali jistgħu jiffinanzjaw il-proġetti tagħhom għall-iffrankar tal-enerġija u jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom. Il-pjattaforma Bettvest tikseb perċentwal tal-finanzjament globali.

    (e)

    Il-proġett QualitEE (135) (eżempju ta' xogħol fuq standards ta' kwalità fl-UE kollha dwar servizzi ta' effiċjenza fl-enerġija) għandu l-għan li jżid l-investiment fil-bini ta' effiċjenza fl-enerġija billi jistabbilixxi oqfsa ta' ċertifikazzjoni ta' kwalità li jmorru lil hinn mill-preżentazzjoni ta' kuntratti mudell. Jinkludi kriterji standardizzati ta' kwalità, l-istituzzjonalizzazzjoni tal-proċess ta' assigurazzjoni tal-kwalità u skemi ta' promozzjoni attiva. Fl-aħħar mill-aħħar, għandu l-għan li jibni l-fiduċja fis-servizzi u l-fornituri tal-effiċjenza fl-enerġija billi jrawwem fehim komuni ta' servizzi ta' “kwalità tajba”, u b'hekk itejjeb il-finanzjabbiltà tal-programmi ta' investiment.

    2.7.8.4.   Investimenti ta' gwida fi stokk ta' bini pubbliku effiċjenti fl-enerġija

    (a)

    Eżempji ta' assistenza biex jiġi ffaċilitat l-użu tal-kuntratti ta' rendiment fl-użu tal-enerġija jinkludu:

    (i)

    faċilitaturi tas-suq kuntrattwali;

    (ii)

    kuntratt qafas biex jiġi ssimplifikat l-akkwist tal-kuntratti (ir-Renju Unit);

    (iii)

    gwidi prattiċi dwar l-ikkuntrattar għar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

    (iv)

    proġetti bħal TRUST-EPC-South, li jistabbilixxu approċċ standardizzat li jippermetti l-valutazzjoni tar-riskju u l-valutazzjoni komparattiva ta' investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija fuq għodda stabbilita ta' valutazzjoni tal-proprjetà immobbli (Green Rating™); u

    (v)

    il-proġett GuarantEE (136), li għandu l-għan li jwessa' l-mudelli innovattivi ta' negozju u finanzjament għal proġetti tal-ESCO bbażati fuq ir-rendiment, filwaqt li jindirizza ambjenti aktar kumplessi, eż. billi jagħmel l-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija aktar flessibbli sabiex jaqdi aħjar lill-klijenti tas-settur privat jew jindirizza faċilitajiet mikrija f'14-il pajjiż Ewropew.

    (b)

    Eżempji ta' inizjattivi biex jintużaw il-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-ESCOs għar-rinnovazzjoni tal-binjiet pubbliċi jinkludu:

    (i)

    RE:FIT (ir-Renju Unit) (137);

    (ii)

    EoL (is-Slovenja) (138);

    (iii)

    2020TOGETHER (l-Italja) (139);

    (iv)

    PRODESA (il-Greċja) (140); u

    (v)

    RenoWatt (il-Belġju) (sieħeb fil-proġett H2020 Citynvest) (141).

    2.7.8.5.   Għodod ta' konsulenza aċċessibbli u trasparenti

    (a)

    Eżempji tal-approċċ “punt uniku ta' servizz” jew servizz integrat għar-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-binjiet jinkludu:

    (i)

    Energie Posit'If (Franza) (142) għall-arredament tal-kondominji;

    (ii)

    Picardie Pass Rénovation (143) u Oktave (144) (Franza) għar-rinovazzjoni profonda tad-djar li ma jmissux ma' bini ieħor; u

    (iii)

    REFURB (145), REIMARKT (in-Netherlands) u l-inizjattiva BetterHome (id-Danimarka) għall-arredament tal-bini.

    Il-proġett Innovate (146) wettaq analiżi (147) ta' wħud mill-aqwa mudelli pilota fl-Ewropa u s-servizzi li joffru lis-sidien tad-djar.

    (b)

    L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu pjattaformi nazzjonali ta' investiment fl-enerġija sostenibbli (eż. ENERINVEST (Spanja) (148)) biex:

    (i)

    jorganizzaw djalogu mal-partijiet ikkonċernati ewlenin u bejniethom;

    (ii)

    jiżviluppaw pjanijiet direzzjonali;

    (iii)

    jipproponu titjib fl-oqfsa legali; u

    (iv)

    jiżviluppaw u jivvalidaw mudelli ta' dokumenti u kuntratti, eċċ., biex jitjieb il-fehim tas-suq.

    (c)

    Jistgħu jitwaqqfu servizzi ta' konsulenza ġenerali (eż. FI-Compass (149), iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti) u tista' tiġi prodotta gwida teknika dwar il-finanzjament tar-rinnovazzjoni enerġetika tal-binjiet bil-finanzjament tal-Politika ta' Koeżjoni (150).

    (d)

    Il-Finanzjament Intelliġenti għal Binjiet Intelliġenti jinkludi diversi inizjattivi fil-livell tal-Unjoni biex jgħinu lill-Istati Membri jistabbilixxu, u jiffaċilitaw l-aċċess għal mekkaniżmi xierqa li jappoġġaw il-mobilizzazzjoni tal-investimenti fir-rinnovazzjoni tal-bini:

    (i)

    L-Inizjattiva ta' Fora dwar Investimenti f'Enerġija Sostenibbli (151);

    (ii)

    l-inizjattiva ManagEnergy (152);

    (iii)

    l-Assistenza Ewropea għall-Enerġija Lokali (ELENA) (153);

    (iv)

    Orizzont 2020: finanzjament ta' sejħiet għall-effiċjenza fl-enerġija (154); u

    (v)

    Servizzi ta' konsulenza ġenerali, eż. FI-Compass (155), iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (156).

    2.7.9.   Indikaturi u tragwardi

    Il-qafas ta' impatt tal-istrateġija ta' rinnovazzjoni li qed jiġi żviluppat minn Build Upon (157) jista' jkun ta' għajnuna biex jispjega kif sett integrat ta' miri, stadji importanti u indikaturi jistgħu jinkwadraw LTRS (158).

    2.7.10.   Konsultazzjoni pubblika

    Fl-iżvilupp tal-politika u l-leġiżlazzjoni, il-Kummissjoni tiddependi fuq proċess trasparenti li jinvolvi l-partijiet ikkonċernati (eż. negozji, amministrazzjonijiet pubbliċi u riċerkaturi) u l-pubbliku ġenerali. Il-linji gwida tagħha jistgħu jkunu utli għall-Istati Membri li jwettqu l-konsultazzjonijiet tagħhom stess (159).

    Ir-rekwiżiti tal-EPBD għal konsultazzjoni fuq l-LTRS (b'mod partikolari fuq l-iżvilupp tagħha) ma jegħlbux l-obbligi nazzjonali eżistenti. L-implimentazzjoni tal-EPBD se tiddependi ħafna fuq l-inizjattivi lokali u l-finanzjament privat, u għalhekk is-soċjetà ċivili, il-gvernijiet lokali u s-setturi finanzjarji u ta' investiment se jkollhom rwol importanti, kif ukoll l-industriji tal-bini u tal-kostruzzjoni. L-EPBD teħtieġ ukoll li l-Istati Membri jikkonsultaw b'mod inklużiv matul l-implimentazzjoni tal-istrateġija.

    Il-prinċipji wiesgħa li ġejjin, li huma adattati mill-gwida tal-gvern tar-Renju Unit dwar il-konsultazzjoni (u jippresupponu approċċ ibbażat fuq kwestjonarju) (160), jistgħu jkunu utli fil-kuntest ta' konsultazzjoni pubblika dwar l-LTRSs u għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom (161):

    (a)

    Il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jkunu ċari u konċiżi

    Kun ċar liema mistoqsijiet qed tistaqsi u llimita n-numru ta' mistoqsijiet għal dawk li huma meħtieġa. Agħmilhom faċli biex jinftehmu u faċli biex jitwieġbu. Evita dokumenti twal.

    (b)

    Il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jkollhom skop

    Ikkunsidra r-reazzjonijiet meta tkun qed tmexxi l-politika 'l quddiem. Ikkonsulta dwar politiki jew pjanijiet ta' implimentazzjoni meta l-iżvilupp tagħhom ikun fi stadju formattiv. Tistaqsix mistoqsijiet dwar kwistjonijiet li diġà għandek opinjoni aħħarija dwarhom.

    (c)

    Il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jkunu informattivi

    Agħti biżżejjed informazzjoni biex tiżgura li dawk ikkonsultati jifhmu l-kwistjonijiet u tkun tista' tagħti tweġibiet infurmati. Fejn possibbli, inkludi l-valutazzjonijiet tal-impatt ivvalidati tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-għażliet li qed jiġu kkunsidrati.

    (d)

    Il-konsultazzjonijiet huma biss parti minn proċess

    Ikkunsidra jekk il-konsultazzjoni iterattiva informali hijiex xierqa, bl-użu ta' għodod diġitali ġodda u b'approċċi miftuħa u kollaborattivi. Il-konsultazzjoni mhijiex biss dwar dokumenti u tweġibiet formali. Hija proċess kontinwu.

    (e)

    Il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jdumu għal ammont proporzjonat ta' żmien

    It-tul tal-konsultazzjoni jenħtieġ li jirrifletti n-natura u l-impatt tal-proposta. Jekk tikkonsulta għal żmien twil wisq tittardja l-iżvilupp tal-politika. Jekk tikkonsulta malajr wisq mhux se tagħti biżżejjed żmien u se tnaqqas il-kwalità tat-tweġibiet.

    (f)

    Il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jkunu mmirati u inklużivi

    Ikkunsidra l-firxa sħiħa tal-partijiet ikkonċernati affettwati mill-politika, u jekk jeżistux gruppi rappreżentattivi. Ikkunsidra li timmira lejn gruppi speċifiċi jekk ikun xieraq. Ara li jkunu jafu bil-konsultazzjoni u li jkunu jistgħu jaċċessawha. Kejjel il-parteċipazzjoni ta' gruppi differenti ta' partijiet ikkonċernati u involvi ruħek f'sensibilizzazzjoni biex tinkludi firxa kemm jista' jkun wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati.

    (g)

    Il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jqisu l-gruppi li jkunu qed jiġu kkonsultati

    Ċerti partijiet ikkonċernati jistgħu jeħtieġu aktar żmien biex iwieġbu. Meta l-konsultazzjoni tkopri l-perjodu kollu tal-vaganzi jew parti minnu, ikkunsidra x'impatt jista' jkollu dan u ħu azzjoni xierqa ta' mitigazzjoni, bħal diskussjoni minn qabel mal-partijiet interessati ewlenin jew estensjoni tal-iskadenza. Ċerti partijiet ikkonċernati bħall-persuni b'diżabbiltà u l-persuni anzjani jistgħu jirrikjedu informazzjoni f'format aċċessibbli (eż. interfaċċa online ta' konsultazzjoni jew formati alternattivi tat-test).

    (h)

    Il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jiġu miftiehma qabel il-pubblikazzjoni

    Fittex ftehim kollettiv qabel ma tippubblika konsultazzjoni bil-miktub, b'mod partikolari meta tkun qed tikkonsulta dwar proposti ġodda ta' politika.

    (i)

    Il-konsultazzjoni jenħtieġ li tiffaċilita l-iskrutinju

    Ippubblika t-tweġibiet online fuq l-istess paġna bħall-konsultazzjoni oriġinali u spjega:

    (i)

    kemm waslu tweġibiet;

    (ii)

    mingħand min waslu; u

    (iii)

    kif infurmaw il-politika.

    (j)

    It-tweġibiet għall-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jiġu ppubblikati mingħajr dewmien żejjed

    Ippubblika t-tweġibiet fi żmien 12-il ġimgħa mill-konsultazzjoni jew ipprovdi spjegazzjoni dwar għaliex dan mhuwiex possibbli. Ippermetti żmien xieraq bejn l-għeluq tal-konsultazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika jew tal-leġiżlazzjoni.

    Ftit Stati Membri biss iddokumentaw il-proċess ta' konsultazzjoni għal-LTRSs tal-2014 u l-2017 tagħhom. Madankollu, il-Finlandja turi prattika tajba (162) billi involviet atturi rilevanti fi stadju bikri – dan iżid l-aċċettazzjoni ta' miżuri żviluppati b'mod konġunt.

    Fl-iżvilupp tal-kodiċijiet tal-bini nazzjonali Finlandiż, il-professjonisti u l-organizzazzjonijiet ewlenin fil-qasam jiġu kkonsultati u jieħdu sehem attiv fix-xogħol, permezz ta' studji preliminari u fora ta' konsultazzjoni. Qed jiġu żviluppati proposti għal definizzjonijiet nazzjonali u linji gwida għall-NZEBs bl-involviment attiv tal-organizzazzjonijiet professjonali fl-oqsma tal-bini, tat-tfassil tal-bini u tal-ippjanar.

    L-organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni tas-sidien u tal-bini huma involuti wkoll fl-iżvilupp ta' regoli nazzjonali ta' traspożizzjoni dwar il-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u fit-tixrid tal-kuntratti. Il-kooperazzjoni mas-setturi tal-bini u tal-kostruzzjoni u l-involviment attiv ta' professjonisti fil-qasam żguraw livell għoli ta' konformità mal-liġijiet, mad-digrieti u mal-kodiċijiet tal-bini.

    F'setturi oħra, l-organizzazzjonijiet sabu modi innovattivi kif jiftiehmu u jsolvu l-problemi. Il-librerija tar-riżorsi (163) ta' BUILD UPON tiddokumenta l-esperjenza ta' proċessi ta' djalogu innovattivi bejn bosta partijiet ikkonċernati minn setturi oħra li għenu biex tinħoloq kultura ta' kollaborazzjoni.

    2.7.11.   Miżuri finanzjarji marbuta mal-iffrankar tal-enerġija – l-Artikolu 10(6) tal-EPBD

    Fir-rabta tal-appoġġ finanzjarju mal-iffrankar tal-enerġija fl-Artikolu 10(6) tal-EPDB, l-Istati Membri huma mħeġġa jikkunsidraw li jużaw il-fondi pubbliċi tagħhom b'mod aktar effiċjenti billi jagħtu aktar appoġġ għal riżultati aktar effettivi u inqas għal miżuri inqas ambizzjużi, eż. billi jorbtu l-vantaġġ finanzjarju (tnaqqis perċentwali fir-rata tal-imgħax, perċentwal tal-komponent tal-għotja) mar-riżultati miksuba (f'termini tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, espress bħala konsum tal-enerġija, jew abbażi tal-klassifikazzjoni tal-EPC). Il-KfW (il-Ġermanja) juża dan il-mudell b'mod effettiv billi jagħti progressivament skontijiet akbar fir-rata tal-imgħax għal proġetti li jwasslu għal livelli ogħla ta' rendiment fl-użu tal-enerġija.

    3.   QAFAS GĦALL-KALKOLU TAR-RENDIMENT FL-UŻU TAL-ENERĠIJA TAL-BINJIET

    L-Anness I tal-EPBD jistabbilixxi qafas ġenerali komuni għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binjiet u inter alia jiddeskrivi il-metodoloġiji nazzjonali. Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika dwar l-effiċjenza fl-enerġija għall-binjiet, l-EPCs jenħtieġ li jsiru aktar trasparenti billi jiġi żgurat li l-parametri ta' kalkolu kollha meħtieġa, kemm għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni, jiġu stabbiliti u applikati b'mod konsistenti. L-Anness I tal-EPBD ġie emendat biex jaġġorna l-qafas skont dan.

    3.1.   Kamp ta' applikazzjoni

    L-Anness I tal-EPBD ġie emendat bid-Direttiva (UE) 2018/844 sabiex jitjiebu t-trasparenza u l-konsistenza tat-33 metodoloġija differenti ta' kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija reġjonali u nazzjonali kif ġej:

    (a)

    il-Punt 1 jindirizza aħjar kif ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binjiet għandha tiġi determinata u jeħtieġ li l-Istati Membri jiddeskrivu l-metodoloġiji ta' kalkolu tagħhom skont l-istandards tar-rendiment tal-binjiet fl-użu tal-enerġija (EPB);

    (b)

    il-Punt 2a jippermetti li jkun hemm indikaturi numeriċi addizzjonali għall-użu ġenerali tal-enerġija tal-bini jew għall-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra; u

    (c)

    il-Punti 3, 4 u 5 jibqgħu kważi l-istess; it-test “fejn ikun rilevanti fil-kalkolu” tħassar fil-paragrafu 4, u l-kalkoli għandhom iqisu l-influwenza pożittiva tal-fatturi elenkati fih.

    Skont l-Artikolu 3 tal-EPBD, l-Istati Membri jridu jadottaw metodoloġiji nazzjonali għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binjiet. Id-dispożizzjonijiet tiegħu, bħal dawk relatati mal-kalkolu tal-livelli kostottimali (l-Artikoli 4 u 5 tal-EPBD) (164), jibqgħu l-istess.

    Din it-taqsima hija strutturata biex tkopri għadd tad-dispożizzjonijiet emendati tal-Anness I tal-EPBD:

    (a)

    l-obbligi biex jiġi ddeterminat u espress r-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binjiet (l-ewwel żewġ paragrafi tal-Punt 1, l-ewwel paragrafu tal-Punt 2, u l-Punt 2a tal-Anness I); u

    (b)

    l-obbligu li l-metodoloġiji tal-kalkolu nazzjonali jiġu deskritti b'mod trasparenti skont l-istandards EPB (it-tielet paragrafu tal-Punt 1 tal-Anness I).

    Il-kwistjoni tal-kalkolu tal-fatturi tal-enerġija primarja skont l-Anness I tal-EPBD hija indirizzata f'rakkomandazzjoni separata dwar il-linji gwida għall-modernizzazzjoni tal-binjiet.

    3.2.   Obbligi għad-determinazzjoni u l-espressjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binjiet

    3.2.1.   Id-determinazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini – l-Anness I (Punt 1) tal-EPBD

    Skont l-Anness I (il-punt 1) tal-EPBD, ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija “għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-użu kkalkulat jew attwali tal-enerġija u jirrifletti l-użu[i] tipiku[tipiċi] ta' enerġija”. Din id-dispożizzjoni mhijiex waħda ġdida. Il-kliem “annwali” jitħassar f'konformità mad-definizzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fl-Artikolu 2 tal-EPBD, b'hekk l-obbligu jsir aktar flessibbli.

    Ir-reviżjoni taġġorna l-użi tipiċi tal-enerġija skont id-definizzjoni estiża tas-sistemi tekniċi tal-bini (l-Artikolu 2(3) tal-EPBD) u d-definizzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (l-Artikolu 2(4) tal-EPBD). B'mod partikolari, l-użi tipiċi tal-enerġija ta' bini jinkludu l-enerġija użata għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-ilma sħun domestiku, għall-ventilazzjoni, għat-tidwil integrat u għal sistemi tekniċi oħrajn tal-bini.

    Id-definizzjoni tas-sistemi tekniċi użati fil-bini ġiet estiża għal oqsma ġodda, bħall-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, il-ġenerazzjoni tal-elettriku fuq il-post u l-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Huwa f'idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu jekk, bħala riżultat, il-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandux iqis użi oħra tal-enerġija (minbarra t-tisħin tal-ispazju, it-tkessiħ tal-ispazju, l-ilma sħun domestiku, il-ventilazzjoni u t-tidwil integrat).

    3.2.2.   L-espressjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini – l-Anness I (it-tieni paragrafu tal-Punt 1 u l-Punt 2a) tal-EPBD

    Peress li l-Anness I (it-tieni paragrafu tal-Punt 1) tal-EPBD jipprevedi li “ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' bini għandu jkun espress b'indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja f'kWh/(m2 · y)” (165).

    Jekk l-Istati Membri jagħżlu li jesprimu r-rendiment fl-użu tal-enerġija bħala proporzjon tal-konsum tal-enerġija primarja għall-konsum ta' bini ta' referenza jew bħala proporzjon tal-użu tal-enerġija primarja tal-bini ta' referenza, jenħtieġ li jiċċaraw kif dan l-approċċ mingħajr dimensjoni għandu x'jaqsam ma' indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja f'kWh/(m2 · y).

    L-Anness I (il-Punt 2a) tal-EPBD jippermetti lill-Istati Membri jqisu l-indikaturi numeriċi addizzjonali li ġejjin:

    (a)

    l-użu ta' enerġija primarja totali, mhux rinnovabbli u rinnovabbli; u

    (b)

    l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra prodotti (li jistgħu jiġu espressi f'kgCO2eq/(m2 · y)).

    Dawn l-indikaturi jistgħu jintużaw flimkien mal-indikatur numeriku komuni espress fl-użu tal-enerġija primarja (kWh/(m2 · y)), iżda mhux minfloku.

    L-Istati Membri jistgħu japplikaw indikaturi oħra (minbarra dawk imsemmija fil-Punt 2a) kif xieraq, sabiex jiddeskrivu r-rendiment fl-użu tal-enerġija b'mod aktar preċiż. Għal darba oħra, dawn l-indikaturi ma jistgħux jissostitwixxu l-indikatur numeriku komuni espress fl-użu tal-enerġija primarja (kWh/(m2 · y)).

    L-Anness I (it-tieni paragrafu tal-Punt 1) tal-EPBD jirrikjedi li l-indikatur tal-użu tal-enerġija primarja jintuża għall-EPCs u biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Huwa rrakkomandat ħafna li l-Istati Membri jużaw l-istess metodoloġija għal:

    (a)

    il-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

    (b)

    il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; u

    (c)

    il-ħruġ tal-EPCs.

    Madankollu, fejn jintużaw metodoloġiji differenti, ir-riżultati jenħtieġ li jikkonverġu biżżejjed sabiex tiġi evitata l-konfużjoni dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.

    Il-Punt 4 jirrikjedi li l-metodoloġiji għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jridu jqisu l-influwenza pożittiva tal-fatturi li huma sussegwentement elenkati (jiġifieri l-kundizzjonijiet solari lokali, l-elettriku mill-koġenerazzjoni, is-sistemi ta' tisħin u tkessiħ distrettwali, u t-tidwil naturali (166)). Jekk fattur ma jkunx komuni fi Stat Membru partikolari (eż. il-kundizzjonijiet klimatiċi ma jiffavorixxux l-esponiment solari; l-ebda netwerk ta' tisħin u ta' tkessiħ distrettwali ma ġie żviluppat), xorta jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni lil jekk għandux influwenza pożittiva fuq il-metodoloġija tal-kalkolu.

    L-Anness I (it-tieni paragrafu tal-Punt 1) jeħtieġ li l-metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' bini tkun trasparenti u miftuħa għall-innovazzjoni. Dan ir-rekwiżit japplika għall-elementi kollha li huma parti mill-kalkolu, inklużi:

    (a)

    il-ħtiġijiet tal-enerġija tal-bini, li huma l-punt tat-tluq għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

    (b)

    id-domanda totali għall-enerġija primarja li tirriżulta mid-dekompożizzjoni tal-enerġija meħtieġa biex tkopri l-użi permezz ta' fatturi tal-enerġija primarja nazzjonali (PEFs);

    (c)

    l-enerġija rinnovabbli prodotta fuq il-post u fornuta permezz ta' portatur tal-enerġija (skont ir-raba' paragrafu tal-Punt 2, dan għandu jiġi ttrattat b'mod konsistenti u fuq bażi mhux diskriminatorja);

    (d)

    l-użu tal-istandards EPB;

    (e)

    l-aħjar taħlita ta' miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija u ta' enerġija li tiġġedded, li huma fil-qalba tal-EPBD; u

    (f)

    il-kunsiderazzjoni tal-kwalità tal-arja interna u tal-livelli ta' kumdità nazzjonali fil-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal tipi differenti ta' bini (167).

    3.2.3.   Miżuri ta' traspożizzjoni u rakkomandazzjonijiet

    L-għan ewlieni tal-emenda tal-ewwel u tat-tieni paragrafu tal-Punt 1 u li jdaħħal il-Punt 2a huwa li jiċċara l-obbligi attwali. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istati Membri huma meħtieġa li:

    (a)

    jiddeterminaw ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binjiet fuq il-bażi tal-użu kkalkulat jew effettiv tal-enerġija;

    (b)

    jiddeterminaw l-użi tal-enerġija koperti mill-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija – dawn iridu jinkludu mill-inqas it-tisħin tal-ispazju, it-tkessiħ tal-ispazju, l-ilma sħun domestiku, il-ventilazzjoni u t-tidwil integrat;

    (c)

    jesprimu r-rendiment fl-użu tal-enerġija f'termini ta' użu tal-enerġija primarja (kWh/(m2 · y));

    (d)

    jużaw l-indikatur tal-użu tal-enerġija primarja f'kWh/(m2 · y) għall-EPCs u biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; u

    (e)

    iqisu l-influwenza pożittiva tal-kundizzjonijiet solari lokali, l-elettriku mill-koġenerazzjoni, is-sistemi tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali, u t-tidwil naturali (skont il-Punt 4).

    Peress li dawn ir-rekwiżiti mhumiex kompletament ġodda u jistgħu diġà japplikaw f'oqfsa leġiżlattivi nazzjonali jew reġjonali, qed jiġi ssuġġerit li l-Istati Membri jirrieżaminaw il-kodiċijiet tal-bini tagħhom u l-metodoloġiji ta' kalkolu attwali u jiżguraw, sad-data tat-traspożizzjoni, li l-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom ikopru kwalunkwe punt pendenti.

    L-Istati Membri jistgħu wkoll jintroduċu l-indikaturi addizzjonali biex jesprimu r-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' bini msemmija fil-Punt 2a. Fejn jiġu definiti indikaturi addizzjonali flimkien mal-indikatur meħtieġ dwar l-użu tal-enerġija primarja, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha biex jappoġġaw l-użu tagħhom, eż.:

    (a)

    l-unità li trid tiġi espressa;

    (b)

    jekk japplikawx għat-tipi kollha ta' binjiet, għall-binjiet ġodda u/jew eżistenti;

    (c)

    jekk humiex se jintużaw għaċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u/jew biex jissupplimentaw ir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; u

    (d)

    il-metodoloġija għall-kalkolu tagħhom.

    3.3.   Obbligu għad-deskrizzjoni tal-metodoloġiji nazzjonali tal-kalkolu b'mod trasparenti

    3.3.1.   Metodoloġiji nazzjonali tal-kalkolu skont l-istandards EPB

    Bi tweġiba għall-ħtieġa ta' aktar komparabbiltà u trasparenza, l-EPBD teħtieġ li l-Istati Membri jiddeskrivu l-metodoloġija nazzjonali tal-kalkolu tagħhom f'konformità mal-annessi nazzjonali għall-istandards ġenerali (168) żviluppati mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) skont il-mandat M/480.

    Kull standard għandu “Anness A” – mudell li jipprovdi għażliet dwar metodi speċifiċi (eż. sempliċi jew aktar dettaljati) u dwar id-data tal-input (teknika, relatata mal-politika jew mal-klima). L-Anness A huwa kkunsidrat bħala għodda utli għall-Istati Membri biex jiddeskrivu l-metodoloġiji ta' kalkolu nazzjonali tagħhom (169).

    Filwaqt li l-Premessa 40 tad-Direttiva (UE) 2018/844 tirrikonoxxi li l-użu tal-istandards EPB se jkollu impatt pożittiv fuq l-implimentazzjoni tal-EPBD, l-Anness I tal-EPBD jagħmilha ċara li din mhijiex intenzjonata li tkun kodifikazzjoni legali ta' dawk l-istandards jew li tagħmilhom obbligatorji.

    Bħal qabel, l-Istati Membri huma liberi li jadattaw il-metodoloġiji tal-kalkolu nazzjonali jew reġjonali tagħhom għall-kundizzjonijiet lokali u klimatiċi tagħhom (170).

    3.3.2.   Miżuri ta' traspożizzjoni u rakkomandazzjonijiet

    Skont l-Anness I, “[l-]Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-metodoloġija tal-kalkolu nazzjonali tagħhom skont l-annessi nazzjonali tal-istandards ġenerali”. L-Istati Membri se jkollhom jissodisfaw dan ir-rekwiżit sa mhux aktar tard mill-iskadenza tat-traspożizzjoni, jiġifieri l-10 ta' Marzu 2020 (171).

    L-Istati Membri għandhom diversi għażliet biex jinnotifikaw il-konformità ma' dan l-obbligu. Għażla sempliċi waħda hija li jiġu inklużi l-annessi mimlija tal-istandards ġenerali meta jkunu qed jinnotifikaw b'mod uffiċjali lill-Kummissjoni dwar il-miżuri nazzjonali li jittrasponu l-EPBD.

    Sabiex tiġi ffaċilitata t-trasparenza u tittejjeb il-komparabbiltà, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jagħmlu d-deskrizzjoni tal-metodoloġiji tal-kalkolu tagħhom disponibbli pubblikament, eż. billi jtellgħu l-mudelli mimlijin fuq sit web jew billi jiġu annessi mal-kodiċijiet tal-bini tagħhom, eċċ. F'każijiet bħal dawn, huma jistgħu jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar is-sors disponibbli pubblikament sabiex jagħtu prova li huma ssodisfaw l-obbligu.

    Jekk il-metodoloġija tal-kalkolu ssir disponibbli pubblikament dan jgħin ukoll lill-Istati Membri jissodisfaw ir-rekwiżit li jiżguraw li “[i]l-metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta' bini għandha tkun trasparenti…” fl-Anness I (it-tieni paragrafu tal-Punt 1) tal-EPBD.

    Meta Stat Membru jadotta b'mod sħiħ standard EPB fil-liġi nazzjonali (jiġifieri juża l-istandard (kif inhu) bħala parti mir-regolamenti tal-bini tiegħu li jimplimentaw l-EPBD), jista' jagħżel:

    (a)

    li jitlob lill-korp nazzjonali tiegħu tal-istandardizzazzjoni jiżviluppa anness nazzjonali bbażat fuq il-mudell tal-Anness A – f'dak il-każ jista' jiġi kkunsidrat li ssodisfa l-obbligu fl-Anness I tal-EPBD fir-rigward ta' dak l-istandard billi jippubblika l-anness nazzjonali flimkien mar-regolamenti nazzjonali li jirrikjedu l-użu tal-istandard inkwistjoni; jew

    (b)

    li jippubblika l--Anness A bħala skeda tad-data nazzjonali:

    (i)

    bħala dokument separat imsemmi fir-regolamenti dwar il-bini; jew

    (ii)

    bħala parti integrali tar-regolament dwar il-bini li jimplimenta l-EPBD.

    Imbagħad, l-anness nazzjonali jew l-iskeda tad-data jintużaw biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-EPBD u jiffaċilitaw l-użu tal-istandard fil-livell nazzjonali.

    Meta l-istandards EPB ma jiġux adottati bis-sħiħ minn Stat Membru, allura l-Anness A tal-istandard jenħtieġ li jintuża bħala mudell biex jiddeskrivi l-metodoloġija tal-kalkolu nazzjonali u l-għażliet nazzjonali, filwaqt li jiżgura l-konformità mal-EPBD.

    3.4.   Konsiderazzjonijiet addizzjonali

    Filwaqt li l-qafas ġenerali għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jiffoka fuq l-użu tal-enerġija tal-binjiet, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw l-integrazzjoni ta' aspetti oħra relatati mal-enerġija bħall-enerġija inkorporata tal-materjali użati matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-binjiet.

    3.5.   Standards globali tal-EPB

    Kull wieħed mill-istandards globali tal-EPB li ġejjin jiddeskrivi pass importanti fil-valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binjiet:

    (a)

    EN ISO 52000–1, Rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binjiet — Valutazzjoni globali tal-EPB – il-Parti 1: Qafas ġenerali u proċeduri (172);

    (b)

    EN ISO 52003–1, Rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binjiet – Indikaturi, rekwiżiti, klassifikazzjonijiet u ċertifikati – il-Parti 1: Aspetti ġenerali u applikazzjoni għar-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija (173);

    (c)

    EN ISO 52010–1, Rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binjiet – Kundizzjonijiet klimatiċi esterni – il-Parti 1: Il-konverżjoni tad-data klimatika għall-kalkoli tal-enerġija (174);

    (d)

    EN ISO 52016–1, Rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binjiet — Ħtiġijiet tal-enerġija għat-tisħin u t-tkessiħ, temperaturi interni u tagħbijiet tas-sħana sensibbli u latenti — il-Parti 1: Il-proċeduri tal-kalkolu (175); u

    (e)

    EN ISO 52018–1, Rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binjiet — Indikaturi għal rekwiżiti parzjali tal-EPB relatati mal-bilanċ tal-enerġija termali u l-karatteristiċi tad-drapp — il-Parti 1: Ħarsa ġenerali lejn l-għażliet (176).

    4.   SOMMARJU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET

    4.1.   LTRSs

    (1)

    Fil-kontenut u l-qafas tagħhom, l-LTRSs huma aktar komprensivi u ambizzjużi mill-istrateġiji għall-mobilizzazzjoni tal-investiment li kienu meħtieġa skont l-Artikolu 4 tal-EED. L-Istati Membri huma mħeġġa jagħtu kunsiderazzjoni bir-reqqa lill-elementi ġodda (eż. stadji importanti, indikaturi, viżjoni aktar fit-tul, punti ta' attivazzjoni, binjiet bl-agħar rendiment, faqar enerġetiku u teknoloġiji intelliġenti), sabiex jiġi żgurat li l-politiki u l-miżuri rilevanti jkunu kemm jista' jkun effettivi. Huma mħeġġa wkoll iqisu l-kwistjonijiet ta' sikurezza u jirriflettu dwar ir-rekwiżiti tal-Artikolu 8 tal-EPBD fir-rigward tal-elettromobbiltà u s-sistemi tekniċi tal-bini.

    Ara t-taqsimiet 2.3.1 u 2.3.4.

    (2)

    L-Istati Membri huma mħeġġa jieħdu ż-żmien meħtieġ, kmieni fil-proċess tat-tħejjija tal-LTRS tagħhom, biex jistabbilixxu pjan direzzjonali b'miżuri, indikaturi tal-progress li jistgħu jitkejlu u stadji importanti indikattivi għall-2030, l-2040 u l-2050. Stadji importanti ambizzjużi, realistiċi u ċari huma kruċjali biex jitnaqqsu r-riskji tal-investituri u l-inċertezzi, u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati u tan-negozji fl-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri koperti mil-LTRS. Il-ħidma fuq indikaturi u stadji importanti sinifikanti hija wkoll investiment bil-quddiem li aktar tard se jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri – u fl-aħħar mill-aħħar jiżgura tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, id-dekarbonizzazzjoni tal-istokkijiet tal-bini u t-trasformazzjoni kosteffettiva tagħhom, biex b'hekk jgħin biex jintlaħqu l-miri tal-effiċjenza fl-enerġija tal-Unjoni.

    Ara t-taqsima 2.3.2.

    (3)

    L-isforzi tal-Istati Membri biex jiġi żgurat aċċess għal firxa ta' mekkaniżmi finanzjarji biex jgħinu jimmobilizzaw l-investiment se jkunu ċentrali għal-LTRSs u l-implimentazzjoni b'suċċess tagħhom. L-Istati Membri huma mħeġġa bil-qawwa biex iqisu l-eżempji numerużi ta' mekkaniżmi effettivi u ta' suċċess li qed jitħaddmu xi mkien ieħor (ara hawn fuq). Barra minn hekk, huma mħeġġa jużaw l-appoġġ u l-parir espert li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom skont l-inizjattivi tal-SFSB, b'mod partikolari (fejn wieħed għadu ma ġiex organizzat) forum ta' investiment tal-enerġija sostenibbli.

    Ara t-taqsimiet 2.4 u 2.7.

    (4)

    Huma mistennija LTRSs b'saħħithom li jaċċelleraw ir-rinnovazzjoni kosteffettiva tal-binjiet eżistenti, li bħalissa huma soġġetti għal rata ta' rinnovazzjoni baxxa. L-LTRS mhijiex għan fiha nfisha, iżda punt ta' tluq għal azzjoni aktar b'saħħitha biex tiġi implimentata fil-prattika u tirriżulta f'rati ta' rinnovazzjoni ogħla u aktar profondi. L-evalwazzjoni ta' benefiċċji potenzjali usa' ta' miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija tista' tippermetti approċċ aktar olistiku u integrat fil-livell nazzjonali, filwaqt li tenfasizza sinerġiji possibbli ma' oqsma ta' politika oħrajn u idealment tinvolvi d-dipartimenti tal-gvern responsabbli għal oqsma li mhumiex l-enerġija u l-binjiet, bħalma huma s-servizzi tas-saħħa, tal-ambjent, tal-finanzi u tal-infrastruttura.

    Ara t-taqsimiet 2.3.1.7 u 2.7.7.

    (5)

    L-Istati Membri huma mħeġġa jippermettu żmien biżżejjed biex jikkonsultaw dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-LTRS tagħhom. Permezz tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku, il-konsultazzjoni tista' ttejjeb ir-riżultati tal-politika. L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ukoll li jistabbilixxu pjattaforma għall-partijiet ikkonċernati. L-identifikazzjoni u l-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati jistgħu jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-LTRS. Il-kontribuzzjoni diretta jew indiretta tal-partijiet ikkonċernati rilevanti assoċjati mat-titjib tal-enerġija tal-binjiet hija essenzjali wkoll għat-tixrid tal-LTRS u għall-ġbir ta' data u tista' toħloq sens ta' kunsens u aċċettazzjoni tal-LTRS.

    Ara t-taqsimiet 2.3.3 u 2.7.10.

    (6)

    L-Istati Membri huma mħeġġa jiżguraw kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-uffiċjali li jiżviluppaw l-LTRS u l-kollegi f'ministeri oħra li jaħdmu fuq l-NECP, li l-LTRS tifforma parti integrali minnu.

    Ara t-taqsimiet 2.6 u 2.7.

    4.2.   Informazzjoni u inċentivi finanzjarji

    (7)

    L-Istati Membri huma mħeġġa jikkunsidraw bir-reqqa kif jiżguraw li kwalunkwe miżura finanzjarja għal titjib fl-effiċjenza fl-enerġija fir-rinnovazzjoni tal-binjiet tkun marbuta mal-iffrankar tal-enerġija mmirat jew miksub;

    Ara t-taqsimiet 2.5.1 u 2.7.8.

    (8)

    L-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu bażijiet ta' data (fejn dawn ma jeżistux diġà) sabiex tkun tista' tinġabar data dwar il-konsum tal-enerġija mkejjel jew ikkalkulat ta' ċerti binjiet u sabiex id-data anonimizzata aggregata tkun tista' ssir disponibbli.

    Ara t-taqsima 2.5.2.

    4.3.   Qafas għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binjiet

    (9)

    Fir-reviżjoni tal-kodiċijiet tal-bini tagħhom u tal-metodoloġiji ta' kalkolu attwali, l-Istati Membri huma mħeġġa jintroduċu l-indikaturi addizzjonali tal-EPB imsemmija fil-Punt 2a. Fejn indikaturi addizzjonali huma ddefiniti flimkien mal-indikatur meħtieġ dwar l-użu tal-enerġija primarja, jenħtieġ li jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha biex jappoġġaw l-użu tagħhom, pereżempju:

    (a)

    l-unità li trid tiġi espressa;

    (b)

    jekk japplikawx għat-tipi kollha ta' binjiet, għall-binjiet ġodda u/jew eżistenti;

    (c)

    jekk humiex se jintużaw għaċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u/jew biex jissupplimentaw ir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; u

    (d)

    il-metodoloġija għall-kalkolu tagħhom.

    Ara t-taqsima 3.2.

    (10)

    Il-metodoloġiji ta' kalkolu nazzjonali jenħtieġ li jiġu deskritti b'mod trasparenti. Fir-reviżjoni tal-kodiċijiet tal-bini tagħhom u tal-metodoloġiji ta' kalkolu attwali, l-Istati Membri huma mħeġġa jintroduċu l-indikaturi addizzjonali tal-EPB imsemmija fil-Punt 2a. Fejn indikaturi addizzjonali huma ddefiniti flimkien mal-indikatur meħtieġ dwar l-użu tal-enerġija primarja, dawn jenħtieġ li jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha biex jappoġġaw l-użu tagħhom, eż.:

    (a)

    l-unità li trid tiġi espressa;

    (b)

    jekk japplikawx għat-tipi kollha ta' binjiet, għal binjiet ġodda u/jew eżistenti;

    (c)

    jekk humiex se jintużaw għaċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u/jew biex jissupplimentaw ir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; u

    (d)

    il-metodoloġija għall-kalkolu tagħhom.

    Ara t-taqsima 3.3.


    (1)  “inċentiv oppost” jinħoloq bejn is-sid u l-kerrej ta' bini jew fost is-sidien fejn il-parti li tħallas għall-modifiki retroattivi tal-enerġija jew it-titjib fl-effiċjenza ma tistax tirkupra l-benefiċċji u t-tfaddil kollha.

    (2)  Permezz ta' deroga, l-ewwel LTRS li tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sal-10 ta' Marzu 2020 (l-iskadenza għat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/844). Minn hemm 'il quddiem, LTRSs iridu jiġu sottomessi mal-NECP finali.

    (3)  L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u l-Azzjoni Klimatika (“ir-Regolament dwar il-Governanza”).

    (4)  Il-profonditajiet ta' rinnovazzjoni li ġejjin ġew żviluppati fil-kuntest tal-Osservatorju tal-UE dwar l-Istokk tal-Bini abbażi tal-iffrankar tal-enerġija primarja:

    ħafifa (inqas minn 30 %);

    medja (bejn 30 % u 60 %); u

    profonda (aktar minn 60 %).

    Ir-rinnovazzjonijiet tal-NZEB mhumiex definiti f'termini ta' limitu speċifiku ta' ffrankar tal-enerġija primarja, iżda skont id-definizzjonijiet nazzjonali uffiċjali ta' rinnovazzjoni tal-NZEB.

    (5)  Il-premessa 9 tad-Direttiva (UE) 2018/844 tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkunsidraw li jintroduċu jew ikomplu japplikaw rekwiżiti għal ċertu livell ta' rendiment tal-enerġija għal proprjetajiet ta' kiri, skont iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPCs). Dan it-tip ta' miżura, li tmur lil hinn mir-rekwiżiti tal-EPBD, tintroduċi rekwiżit biex jiġu rinnovati l-binjiet bl-agħar rendiment qabel ma jinkrew.

    (6)  eż. ir-rinnovazzjonijiet biex titjieb l-aċċessibbiltà għal persuni b'mobbiltà mnaqqsa, biex tittejjeb is-sikurezza tal-bini (eż. għan-nirien, għall-għargħar, għar-riskji sismiċi jew elettriċi difettużi) jew biex jitneħħa l-asbestos.

    (7)  Intervent wara diżastru jew inċident jista' jkun urġenti u/jew temporanju. Madankollu, xorta waħda jenħtieġ li jsiru sforzi biex jitqiesu r-rekwiżiti tal-effiċjenza fl-enerġija. L-Istati Membri jistgħu jesploraw il-possibbiltà li jinċentivaw lill-kumpaniji tal-assigurazzjoni biex jinfurmaw lill-klijenti dwar l-istrumenti ta' finanzjament disponibbli (u b'hekk inaqqsu wkoll l-ispejjeż tagħhom wara diżastru naturali/aċċident).

    (8)  Il-premessa 16 tal-EED.

    (9)  Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni (SWD (2013) 143 finali) li jakkumpanja r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew dwar l-appoġġ finanzjarju għall-effiċjenza enerġetika fil-bini (COM (2013) 225 final).

    (10)  Ara r-rapport tal-2016 mill-Istitut għar-Rendiment tal-Binjiet tal-Ewropa; http://bpie.eu/wp-content/uploads/2017/01/Building-Passport-Report_2nd-edition.pdf

    (11)  L-Artikolu 19a tal-EPBD jirrikjedi li qabel l-2020 l-Kummissjoni tikkonkludi studju ta' fattibbiltà dwar il-possibbiltajiet u l-iskeda ta' żmien għall-introduzzjoni ta' BRP fakultattiv fuq dawn il-linji biex jikkomplementaw iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-istudju se jipprovdi ħarsa ġenerali fil-fond lejn l-iskemi BFP eżistenti.

    (12)  L-Artikolu 19 tal-EED diġà jirrikjedi li l-Istati Membri “jevalwaw u jekk ikun meħtieġ jieħdu miżuri xierqa sabiex ineħħu ostakli regolatorji u mhux regolatorji għall-effiċjenza fl-enerġija, mingħajr preġudizzju għall-prinċipji bażiċi tal-proprjetà u l-liġi dwar il-kera tal-Istati Membri. B'mod partikolari fir-rigward tal-qsim tal-inċentivi bejn is-sid u l-kerrej ta' bini jew fost is-sidien, sabiex ikun żgurat li dawn il-partijiet ma jiġux skoraġġiti milli jagħmlu investimenti għal titjib tal-effiċjenza li kienu jagħmlu kieku ma kienx għall-fatt li ma jiksbux individwalment il-benefiċċji sħaħ jew minħabba n-nuqqas ta' regoli għad-diviżjoni tal-ispejjeż u tal-benefiċċji bejniethom, inklużi r-regoli u l-miżuri nazzjonali li jirregolaw il-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-proprjetà b'diversi sidien”.

    (13)  https://ec.europa.eu/jrc/en/publication/eur-scientific-and-technical-research-reports/overcoming-split-incentive-barrier-building-sector

    (14)  Valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/31/UE (COM (2016) 765), dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni.

    (15)  Skont l-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament (UE) 2018/1999, meta Stat Membru jsib li għandu numru sinifikanti ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku, dan għandu jinkludi fih objettiv indikattiv nazzjonali biex jitnaqqas il-faqar enerġetiku u miżuri biex jiġi indirizzat, u rapport dwar il-progress fil-kuntest tar-rapporti annwali tiegħu.

    (16)  Il-premessa 11 tad-Direttiva (UE) 2018/844 tiddikjara li “il-ħtieġa li jittaffa l-faqar enerġetiku jenħtieġ li tiġi kkunsidrata, f'konformità ma' kriterji definiti mill-Istati Membri. Filwaqt li jiddeskrivu l-azzjonijiet nazzjonali li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku fl-istrateġiji ta' rinnovazzjoni tagħhom, l-Istati Membri jkollhom id-dritt jistabbilixxu x'iqisu li huma azzjonijiet rilevanti”.

    (17)  Skont l-Artikoli 5 u 6 tal-EED, l-Istati Membri diġà għandhom obbligi fir-rigward tal-binjiet li jkunu proprjetà tal-gvern ċentrali u dawk okkupati minnu u l-akkwist tal-binjiet mill-gvern ċentrali.

    (18)  “Korpi pubbliċi” huma definiti fl-Artikolu 2(8) tal-EED bħala “awtoritajiet kontraenti” fis-sens tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114)..

    (19)  skont l-Artikolu 5(2) tal-EED, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistabbilixxux jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:

    (a)

    binjiet uffiċjalment protetti bħala parti minn ambjent magħżul, jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, sa fejn il-konformità ma' ċerti rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tibdel b'mod inaċċettabli l-karattru jew l-apparenza tiegħu;

    (b)

    binjiet li huma proprjetà tal-forzi armati jew il-gvern ċentrali u li qed jintużaw għal finijiet ta' difiża nazzjonali, iżda li mhux postijiet ta' għajxien singoli jew binjiet tal-uffiċċji tal-forzi armati u persunal ieħor impjegat mill-awtoritajiet tad-difiża nazzjonali; u

    (c)

    binjiet użati bħala postijiet ta' qima u għal attivitajiet reliġjużi.

    (20)  Il-premessa 16 tad-Direttiva (UE) 2018/844.

    (21)  F'Mejju 2018, l-Eurostat u l-Bank Ewropew tal-Investiment nedew gwida għall-prattikanti ġodda dwar it-trattament statistiku tal-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Din se tgħin lill-awtoritajiet pubbliċi u lill-atturi tas-suq jifhmu l-kundizzjonijiet li taħthom tali kuntratti jistgħu jitqiesu bħala barra l-karta bilanċjali. Din se tgħin lill-awtoritajiet pubbliċi biex iħejju u jiffinanzjaw proġetti billi jimmobilizzaw il-kapital u l-għarfien espert privati; http://www.eib.org/en/infocentre/publications/all/guide-to-statistical-treatment-of-epc.htm

    (22)  Binjiet konnessi tajjeb huma binjiet li għandhom infrastruttura ta' komunikazzjoni li tippermettilhom li jinteraġixxu b'mod effettiv mal-ambjent tagħhom.

    (23)  Tneħħija li ma tikkonformax mar-rekwiżiti applikabbli ta' saħħa u sikurezza.

    (24)  Il-premessa 14 tad-Direttiva (UE) 2018/844.

    (25)  Ara r-referenza għall-2009 tal-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fil-Premessa 13 tad-Direttiva (UE) 2018/844.

    (26)  Emissjonijiet tal-karbonju li jirriżultaw miċ-ċiklu kollu tal-ħajja tal-bini.

    (27)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni A Clean Planet for all - A European strategic long-term vision for a prosperous, modern, competitive and climate neutral economy (COM(2018)773 final), b'enfasi partikolari fuq il-binjiet u fuq il-miżuri dwar l-effiċjenza fl-enerġija fl-analiżi fil-fond li takkumpanjaha https://ec.europa.eu/clima/policies/strategies/2050_en.

    (28)  Ara pereżempju “Overheating in buildings: adaptation responses” in “Building Research & Information” (https://www.tandfonline.com/loi/toc/rbri20/45/1-2).

    (29)  Il-Ftehim proviżorju li jirriżulta minn negozjati interistituzzjonali li ntlaħaq fid-19 ta' Diċembru 2018 dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD)), fih għadd ta' rekwiżiti ta' aċċessibbiltà volontarja għall-ambjent mibni. Mandati rilevanti ta' standardizzazzjoni għal CEN, CENELEC u ETSI jinkludu: il-mandat M/420 b'appoġġ għar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà Ewropej għall-akkwist pubbliku fl-ambjent mibni u l-mandat M/473 biex jinkludi “Disinn għal Kulħadd” fl-inizjattivi ta' standardizzazzjoni rilevanti.

    (30)  L-azzjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet klimatiċi ta' ġewwa tajbin għas-saħħa, is-sikurezza kontra n-nirien u r-riskji marbuta ma' attività sismika intensa.

    (31)  Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament dwar il-Governanza, l-Istati Membri huma meħtieġa wkoll li jkollhom proċedura ta' konsultazzjoni pubblika fis-seħħ għall-iskop tat-tħejjija tal-abbozz u l-NECPs finali ferm qabel l-adozzjoni tagħhom, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit ieħor tad-dritt tal-Unjoni.

    (32)  Pereżempju, ara www.buildupon.eu

    (33)  Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-Governanza, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu djalogu permanenti f'diversi livelli dwar l-enerġija, li jlaqqa' flimkien l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-komunità tan-negozju, l-investituri u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra biex jiddiskutu l-għażliet għall-politiki dwar l-enerġija u l-klima.

    (34)  Il-paragrafu finali l-ġdid tal-Artikolu 7 tal-EPBD iżid żewġ obbligi ġodda fir-rigward ta' binjiet li qed issirlhom rinnovazzjoni maġġuri – l-Istati Membri jridu:

    jinkoraġġixxu sistemi alternattivi b'effiċjenza għolja, sa fejn dan ikun fattibbli; u

    jindirizza l-kwistjonijiet ta' kundizzjonijiet klimatiċi ta' ġewwa tajbin għas-saħħa, is-sikurezza kontra n-nirien u r-riskji relatati ma' attività sismika intensa.

    (35)  F'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-kwistjonijiet ta' sikurezza huma rregolati fil-livell tal-Istati Membri. Kwistjonijiet bħal dawk relatati mal-għażla tal-materjali, ir-regolamenti ġenerali dwar is-sikurezza tal-bini u r-rendiment strutturali tal-binjiet huma rregolati fil-livell nazzjonali u huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva.

    (36)  Fl-UE, l-installazzjonijiet elettriċi degradati jew difettużi jikkawżaw 32 nar fid-djar kull siegħa (20-30 % tan-nirien domestiċi kollha); https://www.energypoverty.eu/news/addressing-safety-and-energy-poverty-better-protect-vulnerable-consumers

    (37)  EN 1998: It-tfassil ta' strutturi għar-reżistenza għat-terremoti (Eurocode 8).

    (38)  Partijiet speċifiċi ta' EN 1991, EN 1992, EN 1993, EN 1994, EN 1995, EN 1996 u EN 1999 applikabbli għal diversi materjali, eż. konkrit, azzar, injam, eċċ.

    (39)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/364 tal-1 ta' Lulju 2015 dwar il-klassifikazzjoni tal-prestazzjoni tar-reazzjoni għan-nar tal-prodotti għall-bini skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 68, 15.3.2016, p. 4).

    (40)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/367/KE tat-3 ta' Mejju 2000 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE fir-rigward tal-klassifika ta' reżistenza għan-nar ta' prodotti għall-bini, xogħlijiet ta' bini u xi partijiet minnhom (ĠU L 133, 6.6.2000, p. 26).

    (41)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/671/KE tal-21 ta' Awwissu 2001 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE dwar il-klassifika tal-prestazzjoni waqt nar minn barra fuq is-soqfa u l-koperturi tas-soqfa (ĠU L 235, 4.9.2001, p. 20).

    (42)  https://efectis.com/en/fire-information-exchange-platform-fiep/

    (43)  L-ikkuntrattar għar-rendiment tal-enerġija jista' jwassal għal titjib fir-rendiment tal-infrastruttura u tat-tagħmir. Normalment, l-investiment bil-quddiem mill-klijent ma jkunx meħtieġ u l-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija jitħallsu lura direttament permezz tal-iffrankar tal-enerġija ġġenerat. Ara l-paġna ta' informazzjoni tal-JRC (https://e3p.jrc.ec.europa.eu/articles/energy-performance-contracting) u l-proġett H2020 Transparense (www.transparense.eu). Il-prinċipji ewlenin tal-kuntratti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija huma deskritti fil-kodiċi ta' kondotta tal-EPC (http://www.transparense.eu/eu/epc-code-of-conduct/).

    (44)  Commission Staff Working Document Good practice in energy efficiency Accompanying the document Proposal for a Directive of the European Parliament and of the Council amending Directive 2012/27/EU on Energy Efficiency SWD/2016/0404 final - 2016/0376 (COD) (https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?qid=1535361114906&uri=CELEX:52016SC0404).

    (45)  Mingħajr preġudizzju għall-konformità mar-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari l-Artikoli 38 u 39 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1) (ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) u t-Taqsima 3.4 tal-Linji Gwida tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija.

    (46)  L-Anness l-aċċelerazzjoni tal-enerġija nadifa fil-binital-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment Enerġija Nadifa Għall-Ewropej Kollha, COM (2016) 860 final (https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/1_en_annexe_autre_acte_part1_v9.pdf).

    (47)  Il-fora ta' investiment fl-enerġija sostenibbli organizzaw avvenimenti pubbliċi fl-Unjoni kollha, li jlaqqgħu flimkien rappreżentanti tal-ministeri u partijiet ikkonċernati tal-finanzi u tal-enerġija minn diversi Stati Membri biex jiskambjaw l-għarfien u l-prattiki tajba, b'diskussjonijiet u webinars nazzjonali paralleli.

    (48)  https://deep.eefig.eu/

    (49)  http://www.eefig.eu/index.php/underwriting-toolkit

    (50)  Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id- Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).

    (51)  fir-rigward tal-valuri standard għall-kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija fil-binjiet (kriterju (b)), diġà hemm ħafna teknoloġiji b'dawn il-valuri marbuta mar-rendiment tagħhom (tidwil LED, twieqi bi ħġieġ doppju/triplu, eċċ.). Barra minn hekk, diversi proġetti ffinanzjati mill-UE għandhom l-għan li jiddefinixxu l-valuri standard (eż. il-proġett multEE ffinanzjat minn Orizzont 2020; http://multee.eu/).

    (52)  fir-rigward tal-kriterju (c), l-EPCs huma għodda effettiva li tiddokumenta l-iffrankar tal-enerġija bħala riżultat tal-appoġġ finanzjarju għar-rinnovazzjoni tal-enerġija. Dawn diġà jintużaw b'rabta ma' ħafna strumenti finanzjarji applikati fi Stati Membri differenti u huma l-aktar strument li x'aktarx jintuża għad-definizzjoni ta' ipoteki ekoloġiċi fil-kuntest tal-inizjattiva “ipoteka b'effiċjenza fl-enerġija” (għaddejja bħalissa).

    (53)  Madankollu, il-benefiċjarji jenħtieġ li jkunu jistgħu joqogħdu fuq deċiżjonijiet u impenji preċedenti li jikkonċernaw l-appoġġ finanzjarju pubbliku għal proġetti speċifiċi.

    (54)  Il-premessa 34 tad-Direttiva (UE) 2018/844 tiddikjara li “hija meħtieġa data ta' kwalità għolja dwar l-istokk tal-bini u dan jista' jiġi parzjalment iġġenerat mill-bażijiet ta' data li kważi l-Istati Membri kollha qed jiżviluppaw u jimmaniġġaw bħalissa għaċ-ċertifikati ta' rendiment fl-użu tal-enerġija”.

    (55)  Il-premessa 34 tad-Direttiva (UE) 2018/844 tiċċara li “… [m]eta s-sistema ta' kontroll indipendenti għall-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tkun ikkomplementata minn bażi ta' data fakultattiva li tmur lil hinn mir-rekwiżiti tad-Direttiva 2010/31/UE…”.

    (56)  Bojler tal-fjuwil fossili jinkludi bojler tal-fjuwil solidu, ħiter tal-post b'bojler jew ħiter ikkombinat b'bojler li juża l-fjuwils fossili. Bojler tal-fjuwil solidu huwa apparat mgħammar b'ġeneratur tas-sħana tal-fjuwil solidu wieħed jew aktar li jipprovdi s-sħana lil sistema ta' tisħin ċentrali bl-ilma sabiex tintlaħaq u tinżamm temperatura ta' ġewwa fil-livell mixtieq fi spazju magħluq wieħed jew aktar, b'telf ta' sħana fl-ambjent tal-madwar ta' mhux aktar minn 6 % tal-potenza termika nominali (ara l-Artikolu 2 l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1189 tat-28 ta' April 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwil solidu (ĠU L 193, 21.7.2015, p. 100). Ħiter tal-post b'bojler tfisser ħiter tal-post li jipproduċi s-sħana billi juża l-kombustjoni tal-fjuwils fossili u/jew tal-fjuwils tal-bijomassa u/jew billi juża l-effett Joule fl-elementi tat-tisħin permezz ta' reżistenza elettrika. Ħiter ikkombinat b'bojler huwa ħiter tal-post b'bojler li jkun iddisinjat b'mod li jipprovdi wkoll is-sħana sabiex iwassal ilma għax-xorb jew sanitarju sħun […] (ara l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat- 2 ta' Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati (ĠU L 239, 6.9.2013, p. 136). Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-bojlers tal-fjuwils fossili tal-faħam se japplikaw mill-1 ta' Jannar 2022 u se jipprojbixxu ċerti prodotti milli jitqiegħdu fis-suq abbażi tal-effiċjenza fl-enerġija u l-emissjonijiet ta' NOx, PM, CO2 u VOCs. Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għal bojlers tal-fjuwils fossili tal-gass u taż-żejt sa 400 kW japplikaw illum u jipprojbixxu ċerti prodotti milli jitqiegħdu fis-suq abbażi tal-effiċjenza fl-enerġija u tal-emissjonijiet tal-NOx. Il-ħiters tal-post b'bojler li jaħdem bil-gass u b'bojler li jaħdem biż-żejt u l-ħiters ikkombinati b'bojler huma koperti mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 u mill-bojlers tal-fjuwil solidu bir-Regolament (UE) 2015/1189. Ir-Regolament (UE) 2015/1189 ma jipprojbixxix il-bojlers tal-fjuwils fossili mis-suq.

    (57)  Skont l-Artikolu 4(b)(3) u t-Taqsima 3.2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/1999.

    (58)  L-Artikolu 2a(2) tal-EPBD.

    (59)  L-Artikolu 2a(2) tal-EPBD.

    (60)  L-Artikolu 2a(1)(g) tal-EPBD.

    (61)  L-Artikolu 2a(2) tal-EPBD.

    (62)  SWD(2013) 180 finali; https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/20131106_swd_guidance_neeaps.pdf

    (63)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

    (64)  Ara: http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC102276/jrc102276_buildings_related_datasets_in_the_inspire_geoportal_def_pubsy%20-isbn-issn.pdf

    (65)  Valutazzjoni tat-tieni strateġiji tar-rinnovazzjoni fit-tul skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, Rapport Xjentifiku tal-JRC għall-Politika (2018).

    (66)  Ibid. and Synthesis report on the assessment of Member States' building renovation strategies, JRC Science for Policy report (2018).

    (67)  http://bpie.eu/publication/trigger-points-as-a-must-in-national-renovation-strategies/

    (68)  https://www.smartcities-infosystem.eu/sites-projects/projects/e2rebuild

    (69)  Ara: https://projecten.topsectorenergie.nl/storage/app/uploads/public/5a0/c14/5dc/5a0c145dc79f1846323269.pdf

    (70)  https://www.akd.nl/en/b/Pages/Office-building-with-energy-label-D-or-worse-banned-as-from-2023.aspx.

    (71)  https://www.gov.uk/government/publications/the-private-rented-property-minimum-standard-landlord-guidance-documents

    (72)  https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/2014_article4_en_denmark.pdf

    (73)  http://ibroad-project.eu/

    (74)  http://ibroad-project.eu/news/the-concept-of-the-individual-building-renovation-roadmap/

    (75)  http://bpie.eu/publication/boosting-renovation-with-an-innovative-service-for-home-owners/

    (76)  www.aldren.eu

    (77)  http://building-request.eu/

    (78)  http://building-request.eu/sites/building-request.eu/files/d4.1_recommendations_report_final.pdf

    (79)  http://enerfund.eu/

    (80)  Ara: http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC97408/reqno_jrc97408_online%20nzeb%20report%281 %29.pdf

    (81)  https://www.gov.uk/government/consultations/domestic-private-rented-sector-minimum-level-of-energy-efficiency

    (82)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:52016SC0414&from=EN

    (83)  http://bpie.eu/wp-content/uploads/2017/05/Factsheet_B-170511_v4.pdf

    (84)  http://reach-energy.eu/

    (85)  Ir-riżultati tanġibbli tal-proġetti ta' ASSIST li ġejjin jistgħu jkunu rilevanti:

    rapportdwar l-inizjattivi prinċipali nazzjonali/reġjonali/lokali dwar il-faqar enerġetiku fil-pajjiżi parteċipanti (https://www.assist2gether.eu/documenti/risultati/report_on_replicable_best_practice_national_and_european_measures.pdf);

    rapport dwar il-miżuri finanzjarji fil-pajjiżi parteċipanti (https://www.assist2gether.eu/documenti/risultati/report_best_practice_guide_on_financial_measures.pdf)

    (86)  https://ec.europa.eu/futurium/en/urban-agenda

    (87)  http://www.fiesta-audit.eu/en/

    (88)  http://www.fiesta-audit.eu/media/46433/fiesta_en_low.pdf

    (89)  http://www.fiesta-audit.eu/en/learning/

    (90)  https://enershift.eu

    (91)  http://transition-zero.eu/index.php/publications/

    (92)  ara r-Rapport ta' Azzjoni Miftiehma, Novembru 2016; https://www.epbd-ca.eu/wp-content/uploads/2018/04/CA-EPBD-CCT2-Policies-and-Implementation.pdf

    (93)  Ibid.

    (94)  http://www.premiumlightpro.eu/

    (95)  http://bpie.eu/wp-content/uploads/2018/09/local_strategies_Final_NEW.pdf

    (96)  https://www.smartup-project.eu/

    (97)  http://www.peakapp.eu/

    (98)  https://www.mobistyle-project.eu

    (99)  L-appartamenti tal-akkomodazzjoni soċjali f'Kildenparken, Aalborg, id-Danimarka; Binjiet Universitarji fl-Università ta' Ljubljana, is-Slovenja; Appartamenti f'L'Orologio, Torino, l-Italja; Ċentru tal-kura tas-saħħa f'Maastricht, in-Netherlands; u djar residenzjali fi Wrocław, il-Polonja.

    (100)  http://eco-bot.eu/

    (101)  http://www.buildup.eu/en/skills

    (102)  http://construye2020.eu/

    (103)  www.buildupskills.nl

    (104)  http://finland.buildupskills.eu/

    (105)  http://www.iee-robust.ro/qualishell/en/

    (106)  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

    (107)  Valutazzjoni tat-tieni strateġiji tar-rinnovazzjoni fit-tul skont id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, Rapport Xjentifiku tal-JRC għall-Politika (2018).

    (108)  https://combi-project.eu/

    (109)  https://combi-project.eu/tool/

    (110)  It-tmien azzjonijiet jikkonċernaw:

    l-arredament residenzjali tal-qafas tal-bini + it-tisħin tal-ispazju + il-ventilazzjoni + it-tkessiħ tal-ispazju (l-arja kundizzjonata);

    l-abitazzjonijiet ġodda residenzjali;

    it-tidwil residenzjali (l-abitazzjonijiet kollha);

    l-apparat domestiku tat-tkessiħ residenzjali (l-abitazzjonijiet kollha);

    l-arredament mhux residenzjali tal-qafas tal-bini + it-tisħin tal-ispazju + il-ventilazzjoni + it-tkessiħ tal-ispazju (l-arja kundizzjonata);

    il-binjiet ġodda mhux residenzjali;

    it-tidwil mhux residenzjali (il-binjiet kollha); u

    it-tkessiħ mhux residenzjali tal-prodotti (il-binjiet kollha).

    (111)  http://publications.jrc.ec.europa.eu/repository/bitstream/JRC99434/kj1a27665enn%281%29.pdf

    (112)  https://apps.who.int/iris/bitstream/handle/10665/276001/9789241550376-eng.pdf?ua=1

    (113)  http://bpie.eu/publication/building-4-people-valorising-the-benefits-of-energy-renovation-investments-in-schools-offices-and-hospitals/

    (114)  http://www.padovafit.it/english/

    (115)  http://www.marteproject.eu/

    (116)  http://zagee.hr/

    (117)  http://www.escolimburg2020.be/en

    (118)  http://www.citynvest.eu/home

    (119)  http://www.citynvest.eu/content/comparison-financing-models

    (120)  http://citynvest.eu/content/guidance-how-launch-ambitious-energy-retrofitting-projects-your-region

    (121)  http://www.eeperformance.org/

    (122)  https://www.seaf-h2020.eu/

    (123)  https://www.eu.jouleassets.com/about-equad/

    (124)  http://sharex.lv/en/latvian-baltic-energy-efficiency-facility-labeef

    (125)  http://www.europace2020.eu/

    (126)  http://www.vipa.lt/page/dnmfen

    (127)  http://www.kredex.ee/en/apartment-association/

    (128)  https://www.kfw.de/inlandsfoerderung/Privatpersonen/Bestandsimmobilie/

    (129)  http://www.slovseff.eu/index.php/en/

    (130)  http://www.eib.org/en/products/blending/pf4ee/index.htm

    (131)  http://www.rescoop-ee.eu/rescoop-plus

    (132)  http://www.rescoop-mecise.eu/

    (133)  https://www.rescoop.eu/blog/rescoop-municipality-approach

    (134)  https://www.bettervest.com/en/

    (135)  https://qualitee.eu/

    (136)  https://guarantee-project.eu/

    (137)  https://www.london.gov.uk/what-we-do/environment/energy/energy-buildings/refit/what-refit-london

    (138)  http://www.eib.org/attachments/documents/elena-completed-eol-en.pdf

    (139)  https://ec.europa.eu/energy/intelligent/projects/en/projects/2020together

    (140)  https://www.prodesa.eu/?lang=en

    (141)  http://www.gre-liege.be/renowatt/25/renowatt.html (programm għar-rinnovazzjoni tal-binjiet pubbliċi biex tittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija billi jinġabru flimkien proġetti iżgħar biex jitneħħew l-ostakli tekniċi, legali, amministrattivi u finanzjarji.https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/012_a2_erika_honnay_seif_dublin_28-09-17.pdf

    (142)  http://www.energiespositif.fr/

    (143)  https://www.pass-renovation.picardie.fr/

    (144)  https://www.oktave.fr/

    (145)  http://www.go-refurb.eu/

    (146)  http://www.financingbuildingrenovation.eu/

    (147)  Inventory of best practices for setting up integrated energy efficiency service package including access to long-term financing to homeowners, Vesta Conseil and Finance (2018).

    (148)  https://www.enerinvest.es/en/

    (149)  https://www.fi-compass.eu/

    (150)  https://ec.europa.eu/regional_policy/en/information/publications/guides/2014/financing-the-energy-renovation-of-buildings-with-cohesion-policy-funding

    (151)  Sensiela ta' avvenimenti pubbliċi u diskussjonijiet nazzjonali fl-Istati Membri, speċifikament iddedikati għall-finanzjament tal-effiċjenza fl-enerġija. Il-proċeduri tagħhom jippreżentaw ġabra unika u rikka ta' inizjattivi antiċipattivi li jirnexxu u li jkunu ta' suċċess fl-Ewropa kollha, b'mod partikolari għar-rinnovazzjoni tal-enerġija ta' binjiet pubbliċi u privati; https://ec.europa.eu/energy/en/financing-energy-efficiency/sustainable-energy-investment-forums

    (152)  L-aktar mit-300 aġenzija tal-enerġija fl-UE huma muturi u ambaxxaturi importanti għat-tranżizzjoni tal-enerġija lokali u reġjonali: ManagEnergy tappoġġahom fl-isfida tagħhom, billi toffri programm ta' taħriġ fil-fond dwar il-prinċipji fundamentali u l-aħjar prattiki ta' finanzjament għall-effiċjenza fl-enerġija fl-Ewropa llum; https://www.managenergy.eu

    (153)  http://www.eib.org/en/products/advising/elena/index.htm

    (154)  Il-programm ta' ħidma aġġornat għall-2018-2020 jinsab hawnhekk: http://ec.europa.eu/research/participants/data/ref/h2020/wp/2018-2020/main/h2020-wp1820-energy_en.pdf

    (155)  https://www.fi-compass.eu/

    (156)  http://eiah.eib.org/

    (157)  Build Upon huwa proġett kollaborattiv iffinanzjat mill-UE dwar ir-rinnovazzjoni tal-bini li jiġbor flimkien il-gvernijiet u n-negozji, l-NGOs u l-unitajiet domestiċi minn madwar 13-il pajjiż bħala komunità kollaborattiva biex jgħinu fit-tfassil u fl-implimentazzjoni ta' strateġiji nazzjonali ta' rinnovazzjoni; www.buildupon.eu. Għandu l-għan li joħloq rivoluzzjoni ta' rinnovazzjoni fl-Ewropa kollha billi jgħin lill-pajjiżi jwasslu strateġiji għar-rinnovazzjoni tal-binjiet eżistenti tagħhom.

    (158)  http://buildupon.eu/wp-content/uploads/2016/11/BUILD-UPON-Renovation-Strategies-Impact-Framework.pdf. Build Upon jinnota li dan il-qafas mhuwiex tentattiv biex jiġu stabbiliti sett tal-aħjar prattiki ta' miri u indikaturi tal-impatt (li se jeħtieġu aktar ħidma), iżda sempliċement għandu l-għan li jinkwadra l-kunċett.

    (159)  https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/better-regulation-guidelines-stakeholder-consultation.pdf

    (160)  https://www.gov.uk/government/publications/consultation-principles-guidance

    (161)  Metodoloġiji ta' konsultazzjoni oħra inqas tekniċi u wiċċ imb wiċċ jistgħu wkoll ikunu ta' għajnuna.

    (162)  Ara: https://ec.europa.eu/energy/sites/ener/files/documents/5_en_autre_document_travail_service_part1_v4.pdf

    (163)  https://kumu.io/WorldGBCEurope/build-upon-resource-library#build-upon-resource-library

    (164)  Il-kalkoli tal-EPB għall-istabbiliment tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jridu jsegwu l-qafas ta' metodoloġija komuni fir- Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 244/2012 tas-16 ta' Jannar 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija billi jistabbilixxi qafas ta' metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment enerġetiku tal-bini u tal-elementi tal-bini (ĠU L 81, 21.3.2012, p. 18).

    (165)  Skont l-EN ISO 52000-1, meta jiġi espress l-użu tal-enerġija primarja, għandu jiġi speċifikat jekk huwiex użu tal-enerġija primarja totali, mhux rinnovabbli jew rinnovabbli.

    (166)  L-EN 12464-1 jipprovdi speċifikazzjonijiet dwar ir-rekwiżiti tat-tidwil għall-bnedmin fil-postijiet tax-xogħol fuq ġewwa inklużi l-kompiti viżivi, filwaqt li l-EN 15193 jipprovdi l-ispeċifikazzjonijiet għall-proċeduri ta' kalkolu u għall-metriċi relatati mar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-binjiet. Standard Ewropew ġdid dwar “id-dawl djurn fil-binjiet” (EN 17037, ippubblikat mis-CEN fit-12 ta' Diċembru 2018) jipprovdi metriċi u metodoloġija għall-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet tad-dawl djurn, li jqis il-varjazzjonijiet relatati mad-differenzi ġeografiċi u klimatiċi fl-Ewropa.

    (167)  Ir-Regolament (UE) Nru 244/2012, l-Anness III, it-Tabella 4: “Kull kalkolu għandu jirreferi għall-istess livell ta' kumdità. Pro forma kull varjant/pakkett/miżura għandu jipprovdi/għandha tipprovdi l-kumdità aċċettabbli. Jekk jitqiesu livelli differenti ta' kumdità, il-bażi tal-paragun tintilef”.

    (168)  Ara t-taqsima 3.4 għal spjegazzjoni tal-annessi nazzjonali għall-istandards EPB (www.epb.center/implementation/national-annexes).

    (169)  L-Anness A għal standard EPB huwa mudell vojt li jista' jimtela bid-data u l-għażliet nazzjonali. Jekk dan l-Anness jimtela u jiġi ppubblikat minn Stat Membru, jissejjaħ “skeda tad-data nazzjonali”. Jekk jimtela u jiġi ppubblikat minn korp nazzjonali tal-istandardizzazzjoni, bħala parti mill-istandard EPB, jissejjaħ “anness nazzjonali”. Ma hemm l-ebda differenza fundamentali bejn l-Istati Membri li jiddeċiedu li jippubblikaw din l-“iskeda tad-data nazzjonali” bħala parti mir-regolamenti dwar il-bini tagħhom jew li jirreferu għall-“anness nazzjonali”, kif ippubblikat mill-korp nazzjonali tal-istandardizzazzjoni tagħhom.

    (170)  eż. iż-żoni klimatiċi differenti, l-aċċessibbiltà prattika tal-infrastruttura tal-enerġija, il-grilji tal-enerġija lokali, it-tipoloġiji differenti tal-bini, eċċ. (jiġifieri l-kundizzjonijiet kontinentali u kostali jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti).

    (171)  L-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/844 jirrikjedi li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni kif ikunu ttrasponew jew implimentaw l-obbligi l-ġodda imposti mill-EPBD sal-iskadenza tat-traspożizzjoni (20 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ, jiġifieri l-10 ta' Marzu 2020). Bħala parti minn din il-komunikazzjoni, l-Istati Membri se jkollhom juru li huma jikkonformaw bis-sħiħ mal-obbligu li jiddeskrivu l-metodoloġiji tal-kalkolu tagħhom skont l-istandards.

    (172)  https://epb.center/support/documents/m1-overarching-epb/iso-52000-1

    (173)  https://epb.center/support/documents/m1-overarching-epb/iso-52003-1

    (174)  https://epb.center/support/documents/m1-overarching-epb/iso-52010-1

    (175)  https://epb.center/support/documents/m2-building-such/iso-52016-1

    (176)  https://epb.center/support/documents/m2-building-such/iso-52018-1


    Top