This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D2001
Commission Implementing Decision (EU) 2019/2001 of 28 November 2019 amending Decision 2009/821/EC as regards the lists of border inspection posts and veterinary units in Traces (notified under document C(2019) 8579) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2001 tat-28 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi TRACES (notifikata bid-dokument C(2019) 8579) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2001 tat-28 ta’ Novembru 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi TRACES (notifikata bid-dokument C(2019) 8579) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2019/8579
ĠU L 310, 2.12.2019, p. 46–49
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1014
2.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 310/46 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2001
tat-28 ta’ Novembru 2019
li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u tal-unitajiet veterinarji fi TRACES
(notifikata bid-dokument C(2019) 8579)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju applikabbli għall-kummerċ intra-Unjoni ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) u l-Artikolu 6(5) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE (4) tistabbilixxi l-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati skont id-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE u l-lista ta’ unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (TRACES). Dawk il-listi huma stabbiliti rispettivament fl-Anness I u fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni. |
(2) |
Wara komunikazzjoni mid-Danimarka, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Billund tiġi ristretta għall-equidae u għal annimali oħra minbarra l-ungulati, u l-approvazzjoni tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Hanstholm jenħtieġ li jkun ristrett għall-prodotti tas-sajd ippakkjati. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan. |
(3) |
Wara komunikazzjoni mill-Greċja, jenħtieġ li l-kategoriji tal-ungulati u tal-equidae jitneħħew mill-approvazzjoni tal-post ta’ spezzjoni stradali fuq il-fruntiera f’Evzoni u l-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Thessaloniki jenħtieġ li jiġi approvat ukoll għall-prodotti ppakkjati għall-konsum mill-bniedem f’temperatura ambjentali. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Wara komunikazzjoni minn Spanja, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Málaga tiġi ristretta għall-prodotti mhux ippakkjati għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Wara komunikazzjoni mill-Italja, jenħtieġ li l-approvazzjoni tal-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Cagliari teskludi l-karkassi tal-ungulati, li jiġi sospiż ċentru ta’ spezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tal-port ta’ Genova u li jiżdied ċentru ta’ spezzjoni ġdid fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Milano-Malpensa. Għalhekk, jixraq li l-lista tal-entrati għal dak l-Istat Membru stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Il-Kroazja infurmat lill-Kummissjoni li, wara ristrutturar amministrattiv, l-għadd ta’ uffiċċji veterinarji lokali tnaqqas minn 12 għal 5 unitajiet. Għalhekk jixraq li l-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(2) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 Tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).
ANNESS
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej: il-parti li tikkonċerna lill-Kroazja hija sostitwita b’dan li ġej:
|