This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019D0441
Council Decision (EU) 2019/441 of 4 March 2019 on the conclusion of the Sustainable Fisheries Partnership Agreement between the European Union and the Kingdom of Morocco, the Implementation Protocol thereto and the Exchange of Letters accompanying the Agreement
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/441 tal-4 ta' Marzu 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/441 tal-4 ta' Marzu 2019 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim
ST/14367/2018/INIT
ĠU L 77, 20.3.2019, p. 4–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/441/oj
20.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 77/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/441
tal-4 ta' Marzu 2019
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v), u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 764/2006 (2) dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (“il-Ftehim”). Il-Ftehim sussegwentement ġie mġedded b'mod taċitu. |
(2) |
L-aħħar Protokoll li jimplimenta l-Ftehim u li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fih skada fl-14 ta' Lulju 2018. |
(3) |
Fis-sentenza tagħha fil-kawża C-266/16 (3) b'risposta għal talba għal deċiżjoni preliminari dwar il-validità u l-interpretazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, il-Qorti ddeċidiet li la l-Ftehim u lanqas il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu ma japplikaw għall-ilmijiet li jmissu mat-territorju tas-Saħara tal-Punent. |
(4) |
L-Unjoni ma tippreġudikax l-eżitu tal-proċess politiku dwar l-istatus finali tas-Saħara tal-Punent li qed iseħħ taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, u hija rriaffermat b'mod kostanti l-impenn tagħha għal soluzzjoni tat-tilwim fis-Saħara tal-Punent, li bħalissa huwa elenkat min-Nazzjonijiet Uniti bħala territorju mhux awtonomu u li huwa amministrat prinċipalment mir-Renju tal-Marokk. Hija tappoġġa bis-sħiħ l-isforzi tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-mibgħut personali tiegħu biex jgħin lill-partijiet jaslu għal soluzzjoni politika ġusta, dejjiema u aċċettabbli b'mod reċiproku, li tippermetti l-awtodeterminazzjoni tal-poplu tas-Saħara tal-Punent bħala parti mill-arranġamenti konformi mal-finijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u kif stabbilit fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“KSNU”), u b'mod partikolari r-Riżoluzzjonijiet KSNU 2152 (2014), KSNU 2218 (2015), KSNU 2285 (2016), KSNU 2351 (2017) u KSNU 2414 (2018). |
(5) |
Jenħtieġ li jkun possibbli li l-flotot tal-Unjoni jkomplu bl-attivitajiet tas-sajd li ilhom iwettqu mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, u jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim jiġi ddefinit b'mod li jinkludi l-ilmijiet li jmissu mat-territorju tas-Saħara tal-Punent. Barra minn hekk, il-kontinwazzjoni tas-sħubija dwar is-sajd hija essenzjali sabiex dak it-territorju jkun jista' jkompli jgawdi mill-appoġġ settorjali pprovdut taħt il-Ftehim, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u dak internazzjonali, inkluż id-drittijiet tal-bniedem, u għall-benefiċċju tal-popolazzjoni kkonċernata. |
(6) |
Għal dak l-għan, fis-16 ta' April 2018 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda negozjati mar-Renju tal-Marokk bil-ħsieb li jiġi emendat il-Ftehim u li jintlaħaq qbil dwar Protokoll ta' Implimentazzjoni ġdid. B'segwitu għal dawk in-negozjati, fl-24 ta' Lulju 2018 ġew inizjalati Ftehim ġdid ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (“il-Ftehim dwar is-Sajd”), kif ukoll Protokoll ta' Implimentazzjoni ġdid għalih, li jinkludi l-Anness u l-Appendiċijiet għal dak il-Protokoll, u l-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim dwar is-Sajd li jifforma parti integrali mill-Ftehim dwar is-Sajd. |
(7) |
L-objettiv tal-Ftehim dwar is-Sajd huwa li jippermetti lill-Unjoni u lir-Renju tal-Marokk jaħdmu flimkien aktar mill-qrib rigward il-promozzjoni ta' politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttament responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd definita fil-Ftehim dwar is-Sajd u li jiġu appoġġati l-isforzi tar-Renju tal-Marokk biex jiżviluppa s-settur tas-sajd u l-ekonomija blu. B'dan il-mod il-Ftehim jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
(8) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-impatt potenzjali tal-Ftehim dwar is-Sajd fuq l-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-benefiċċji għall-popolazzjoni kkonċernata u l-isfruttament tar-riżorsi naturali tat-territorji kkonċernati. |
(9) |
Konformement ma' dik l-evalwazzjoni, jidher li l-Ftehim dwar is-Sajd ikun ta' benefiċċju kbir għall-popolazzjoni kkonċernata minħabba l-impatt soċjoekonomiku pożittiv għal dik il-popolazzjoni, b'mod partikolari f'termini ta' impjiegi u ta' investiment, u f'termini tal-impatt tiegħu fuq l-iżvilupp tas-settur tas-sajd u s-settur tal-ipproċessar tal-ħut. |
(10) |
Bl-istess mod, jidher li l-Ftehim dwar is-Sajd jirrappreżenta l-aqwa garanzija għall-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi naturali tal-ilmijiet li jmissu mas-Saħara tal-Punent, peress li l-attivitajiet tas-sajd jikkonformaw mal-aqwa parir u rakkomandazzjonijiet xjentifiċi f'dan il-qasam u huma soġġetti għal miżuri xierqa ta' monitoraġġ u ta' kontroll. |
(11) |
Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet ifformulati fis-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, ħadet il-miżuri raġonevoli u possibbli kollha fil-kuntest attwali biex il-popolazzjoni kkonċernata tiġi involuta b'mod xieraq sabiex jiġi determinat il-kunsens tagħhom. Saru konsultazzjonijiet estensivi fis-Saħara tal-Punent u fir-Renju tal-Marokk, u l-atturi soċjoekonomiċi u politiċi li ħadu sehem fil-konsultazzjonijiet kienu b'mod ċar favur il-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd. Madankollu, il-Front Polisario u xi partijiet oħra ma aċċettawx li jieħdu sehem fil-proċess ta' konsultazzjoni. |
(12) |
Dawk li ma aċċettawx li jieħdu sehem fil-proċess ma aċċettawx l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu għall-ilmijiet li jmissu mas-Saħara tal-Punent, għaliex ħassew essenzjalment li dawk l-atti jikkonfermaw il-pożizzjoni tal-Marokk fir-rigward tat-territorju tas-Saħara tal-Punent. Madankollu, mhemm xejn fit-termini tal-Ftehim dwar -s-Sajd jew tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu lijimplika rikonoxximent tas-sovranità jew tad-drittijiet sovrani tar-Renju tal-Marokk fuq is-Saħara tal-Punent u l-ilmijiet li jmissu magħha. L-Unjoni ser tkompli wkoll tintensifika l-isforzi tagħha b'appoġġ għall-proċess, mibdi u mmexxi taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, ta' riżoluzzjoni paċifika tat-tilwim. |
(13) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2068 (4), il-Ftehim dwar is-Sajd, il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u l-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim dwar is-Sajd ġew iffirmati fl-14 ta' Jannar 2019, soġġett għall-konklużjoni tagħhom f'data aktar 'il quddiem. |
(14) |
Jenħtieġ li l-Ftehim dwar is-Sajd, il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u l-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim dwar is-Sajd jiġu approvati, |
(15) |
L-Artikolu 13 tal-Ftehim dwar is-Sajd jistabbilixxi l-Kumitat Konġunt responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu. Il-Kumitat Konġunt jista' jadotta emendi għall-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd, f'konformità mal-Artikolu 13(3) tal-Ftehim dwar is-Sajd. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta' dawk l-emendi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-segħta, soġġett għal kondizzjonijiet speċifiċi, li tapprova tali emendi taħt proċedura simplifikata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk (“il-Ftehim dwar is-Sajd”), il-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u l-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim dwar is-Sajd huma b'dan approvati f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim dwar is-Sajd, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu, inkluż l-Anness u l-Appendiċijiet għal dak il-Protokoll, u tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja dan il-Ftehim dwar is-Sajd huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
F'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tapprova, f'isem l-Unjoni, l-emendi għall-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd li jiġu adottati mill-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 13 tal-Ftehim dwar is-Sajd.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 17 tal-Ftehim dwar is-Sajd u fl-Artikolu 15 tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
A. ANTON
(1) Approvazzjoni tat-12 ta' Frar 2019 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 764/2006 tat- 22 ta' Mejju 2006 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (ĠU L 141, 29.5.2006, p. 1).
(3) Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-27 ta' Frar 2018, Western Sahara Campaign UK, C-266/16, ECLI:EU:C:2018:118.
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/2068 tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu u tal-iskambju ta' ittri li jakkumpanja l-Ftehim (ĠU L 331, 28.12.2018, p. 1).
ANNESS
Ambitu tas-setgħat mogħtija u proċedura għad-determinazzjoni tal-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt
1. |
Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mar-Renju tal-Marokk u, fejn xieraq u soġġett għall-osservanza tal-punt 3 ta' dan l-Anness, taqbel dwar l-emendi għall-Protokoll ta' Implimentazzjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:
|
2. |
Fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim dwar is-Sajd, l-Unjoni għandha:
|
3. |
Meta tkun ser tiġi adottata deċiżjoni dwar emendi għall-Protokoll ta' Implimentazzjoni msemmi fil-punt 1 waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt, għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li l-pożizzjoni li tiġi espressa f'isem l-Unjoni tqis l-informazzjoni statistika, bijoloġika u informazzjoni oħra rilevanti l-aktar reċenti mibgħuta lill-Kummissjoni. |
4. |
Għal dak il-għan u abbażi ta' dik l-informazzjoni, dokument li jistabbilixxi l-partikolaritajiet tal-pożizzjoni tal-Unjoni proposta għandu jintbagħat mis-servizzi tal-Kummissjoni, fi żmien biżżejjed qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu għall-konsiderazzjoni u approvazzjoni. |
5. |
Fir-rigward tal-kwistjonijiet imsemmijin fil-punt 1(a), l-approvazzjoni, mill-Kunsill, tal-pożizzjoni prevista tal-Unjoni għandha tirrikjedi maġġoranza kwalifikata ta' voti. Fil-każijiet l-oħra, il-pożizzjoni tal-Unjoni prevista fid-dokument ta' tħejjija għandha titqies li tkun maqbula, sakemm għadd ta' Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li tibblokka ma joġġezzjonax waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien 20 jum mill-wasla tad-dokument ta' tħejjija, skont liema jseħħ l-ewwel. F'każ ta' tali oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tiġi rreferita lill-Kunsill. |
6. |
Jekk, matul laqgħat oħrajn, u anki fil-post, ma jkunx possibbli li jintlaħaq qbil li jippermetti li l-pożizzjoni tal-Unjoni tqis elementi l-ġodda, il-kwistjoni għandha tiġi rreferita lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu. |
7. |
Il-Kummissjoni hija mistiedna biex, fi żmien debitu, tieħu kull pass meħtieġ bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-preżentazzjoni ta' kwalunkwe proposta xierqa għall-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni. |