Escolha as funcionalidades experimentais que pretende experimentar

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 32018R0408

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/408 tal-15 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1758 li jistabbilixxi l-forma u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-kontabilità li trid tintbagħat lill-Kummissjoni għall-fini tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR kif ukoll għall-finijiet tal-monitoraġġ u tat-tbassir

C/2018/1499

ĠU L 74, 16.3.2018, pp. 9-10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Estatuto jurídico do documento Em vigor

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/408/oj

16.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 74/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/408

tal-15 ta' Marzu 2018

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1758 li jistabbilixxi l-forma u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-kontabilità li trid tintbagħat lill-Kummissjoni għall-fini tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR kif ukoll għall-finijiet tal-monitoraġġ u tat-tbassir

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 104 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1758 (2) jistabbilixxi l-istruttura tal-kodiċijiet baġitarji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (“il-FAEŻR”) għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2017/2393 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emenda diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), fosthom dawk li jikkonċernaw allokazzjoni addizzjonali u kategorija ġdida ta' deroga mir-rata ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1758 jirrifletti l-emendi għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1758 jiġi emendat skont dan.

(4)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess jum bħar-Regolament (UE) 2017/2393.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tielet tabella, taħt il-punt 1.2 “l-istruttura tal-kodiċijiet baġitarji”, li tiddefinixxi it-tieni ċifra tal-kombinazzjoni ta' oġġetti li ntużaw biex tiġi stabbilita r-rata massima ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR, “RRR”, fl-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1758, hija emendata kif ġej:

(1)

Il-linja għall-kodiċi 6 tinbidel b'dan li ġej:

“6

59(4)(f)

Allokazzjoni addizzjonali għall-Irlanda, għall-Portugall u għal Ċipru”

(2)

Tiżdied il-linja li ġejja:

“8

59(4)(h)

Rata ta' kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 39a(13) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-istrument finanzjarju msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 38(1) ta' dak ir-Regolament”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2018.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1758 tas-27 ta' Settembru 2017 li jistabbilixxi l-forma u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-kontabilità li trid tintbagħat lill-Kummissjoni għall-fini tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR kif ukoll għall-finijiet tal-monitoraġġ u tat-tbassir (ĠU L 250, 28.9.2017, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).


Início