Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018R0172

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/172 tat-28 ta' Novembru 2017 li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/7828

    ĠU L 32, 6.2.2018, p. 6–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/172/oj

    6.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 32/6


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/172

    tat-28 ta' Novembru 2017

    li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat Minn Qabel għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (Konvenzjoni ta' Rotterdam), iffirmata fil-11 ta' Settembru 1998 u approvata, f'isem il-Komunità Ewropea, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2).

    (2)

    Is-sustanza 3-deken-2-on ma ġietx approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), bl-effett li l-użu tas-sustanza bħala pestiċida huwa pprojbit u għalhekk din is-sustanza jenħtieġ li tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

    (3)

    Ma ġiet ippreżentata l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva karbendażim skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li l-użu tal-karbendażim bħala pestiċida fil-grupp ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huwa pprojbit u għalhekk din is-sustanza jenħtieġ li tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

    (4)

    Ma ġiet ippreżentata l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva tepralossidim skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, bl-effett li l-użu tat-tepralossidim bħala pestiċida huwa pprojbit u għalhekk din is-sustanza għandha tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

    (5)

    Is-sustanzi ċibutrin u triklosan ma ġewx approvati għall-użu fi prodotti bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), bl-effett li dawk is-sustanzi huma pprojbiti għall-użu bħala pestiċidi u għalhekk jenħtieġ li jiżdiedu mal-listi ta' sustanzi kimiċi li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

    (6)

    Is-sustanza triflumuron ma ġietx approvata għall-użu fi prodotti bijoċidali skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012, bl-effett li dik is-sustanza hija pprojbita għall-użu fis-sottokategorija “pestiċidi oħrajn li jinkludu l-bijoċidi” u għalhekk jenħtieġ li tiżdied mal-lista tas-sustanzi kimiċi li hemm fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

    (7)

    Is-sustanzi 5-tert-butil-2,4,6-trinitro-m-ksilen, benżilbutilftalat, ftalat tad-diisobutil, pentaossidu tad-diarseniku u fosfat tat-tris (2-kloruetil) huma elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) peress li ġew identifikati bħala sustanzi ta' tħassib serju ħafna. Konsegwentement, huma soġġetti għal awtorizzazzjoni. Billi ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni, dawk is-sustanzi huma severament ristretti għall-użu industrijali. Għalhekk, dawk is-sustanzi jenħtieġ li jiżdiedu mal-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

    (8)

    Fis-seba' laqgħa tagħha, li saret bejn l-4 u l-15 ta' Mejju 2015, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam iddeċidiet li tinkludi l-metamidofos fl-Anness III ta' dik il-Konvenzjoni, bl-effett li dik is-sustanza kimika tiġi soġġetta għall-proċedura ta' kunsens infurmat minn qabel skont dik il-Konvenzjoni. Il-Konferenza tal-Partijiet iddeċidiet ukoll li tħassar l-entrata eżistenti fl-Anness III għall-“metamidofos (formulazzjonijiet likwidi li jinħallu li jaqbżu s-600 g ta' ingredjent attiv/l)”. Għalhekk, dawk il-bidliet jenħtieġ li jiġu riflessi fil-listi ta' sustanzi kimiċi li jinsabu fil-Partijiet 1 u 3 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

    (9)

    Fis-seba' laqgħa tagħha, li saret bejn l-4 u l-15 ta' Mejju 2015, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (“il-Konvenzjoni ta' Stokkolma”), li ġiet approvata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (6), iddeċidiet li tinkludi s-sustanzi eżaklorobutadjen u polikloronaftaleni fl-Anness A tal-Konvenzjoni. Dawk is-sustanzi jinsabu elenkati fil-Parti B tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u għalhekk jenħtieġ li jiżdiedu fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 sabiex tiġi implimentata l-Konvenzjoni ta' Stokkolma.

    (10)

    Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/293 (8), is-sustanza kimika eżabromoċiklododekan (HBCDD) ġiet miżjuda fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 wara d-deċiżjoni li tittieħed fis-sitt laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Stokkolma, li saret bejn it-28 ta' April u l-10 ta' Mejju 2013, biex dik is-sustanza tiġi elenkata fil-Parti 1 tal-Anness A ta' dik il-Konvenzjoni. Konsegwentement, dik is-sustanza kimika jenħtieġ li tiżdied fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

    (11)

    Il-Konvenzjoni ta' Stokkolma tippermetti r-riċiklaġġ ta' prodotti li fihom jew li jista' jkun fihom l-etere tat-tetrabromodifenil u l-etere tal-pentabromodifenil jew l-etere tal-eżabromodifenil u l-etere tal-ettabromodifenil, u l-użu u r-rimi finali ta' prodotti mmanifatturati minn materjali riċiklati li fihom dawk is-sustanzi diment li jittieħdu passi biex jiġu evitati l-esportazzjonijiet ta' dawn il-prodotti li fihom livell jew konċentrazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi li jaqbżu dawk permessi għall-bejgħ, l-użu, l-importazzjoni jew il-manifattura ta' dawk l-oġġetti fit-territorju tal-Parti rispettiva. Sabiex jiġi implimentat dak l-obbligu fl-Unjoni, il-prodotti li jkun fihom konċentrazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi ta' 0,1 % jew aktar skont il-piż meta jiġu prodotti b'mod parzjali jew għalkollox minn materjali riċiklati jew minn materjali mill-iskart ippreparat għall-użu mill-ġdid jenħtieġ li jiġu projbiti għall-esportazzjoni billi jiżdiedu fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012.

    (12)

    Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (13)

    Huwa xieraq li jingħata perjodu ta' żmien raġonevoli li jippermetti lill-partijiet ikkonċernati kollha biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-konformità ma' dan ir-Regolament u lill-Istati Membri biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tiegħu,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    (2)

    L-Anness V huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament;

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' April 2018.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE tad-19 ta' Diċembru 2002 li tikkonċerna l-approvazzjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta' Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kemikali u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (ĠU L 63, 6.3.2003, p. 27).

    (3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1907/2006 tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).

    (8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/293 tal-1 ta' Marzu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fejn jidħol l-Anness I (ĠU L 55, 2.3.2016, p. 4).


    ANNESS I

    L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrata għall-metamidofos hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

    Sustanza Kimika

    Numru CAS

    Nru Einecs

    Kodiċi NM (***)

    Sottokategorija (*)

    Limitazzjoni tal-użu (**)

    Pajjiżi li għalihom mhi meħtieġa l-ebda notifika

    “Metamidofos (#)

    10265-92-6

    233-606-0

    ex 2930 80 00

    p(1)

    b”;

     

    (b)

    l-entrata għall-metamidofos (formulazzjonijiet likwidi tas-sustanza li jinħallu, li jeċċedu s-600 g tal-ingredjent attiv/l)) titħassar;

    (c)

    jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

    Sustanza Kimika

    Numru CAS

    Nru Einecs

    Kodiċi NM (***)

    Sottokategorija (*)

    Limitazzjoni tal-użu (**)

    Pajjiżi li għalihom mhi meħtieġa l-ebda notifika

    “3-deken-2-on (+)

    10519-33-2

    234-059-0

    ex 2914 19 90

    p(1)

    b

     

    5-tert-butil-2,4,6-trinitro-m-ksilen (+)

    81-15-2

    201-329-4

    ex 2904 20 00

    i(1) - i(2)

    sr

     

    Benżilbutilftalat (+)

    85-68-7

    201-622-7

    ex 2917 34 00

    i(1) - i(2)

    sr

     

    Karbendażim

    10605-21-7

    234-232-0

    ex 2933 99 80

    p(1)

    b

     

    Ċibutrin (+)

    28159-98-0

    248-872-3

    ex 2933 69 80

    p(2)

    b

     

    Ftalat tad-diisobutil (+)

    84-69-5

    201-553-2

    ex 2917 34 00

    i(1) - i(2)

    sr

     

    Pentaossidu tad-diarseniku (+)

    1303-28-2

    215-116-9

    ex 2811 29 90

    i(1) - i(2)

    sr

     

    Tepralossidim (+)

    149979-41-9

    Mhux applikabbli (n.a.)

    ex 2932 99 00

    p(1)

    b

     

    Triklosan (+)

    3380-34-5

    222-182-2

    ex 2909 50 00

    p(2)

    b

     

    Triflumuron

    64628-44-0

    264-980-3

    ex 2924 21 00

    p(2)

    b

     

    Fosfat tat-tris (2-kloruetil) (+)

    115-96-8

    204-118-5

    ex 2919 90 00

    i(1) - i(2)

    sr”;

     

    (2)

    Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrata għall-metamidofos titħassar;

    (b)

    jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

    Sustanza Kimika

    Numru CAS

    Nru Einecs

    Kodiċi NM (***)

    Kategorija (*)

    Limitazzjoni tal-użu (**)

    “3-deken-2-on

    10519-33-2

    234-059-0

    ex 2914 19 90

    p

    b

    5-tert-butil-2,4,6-trinitro-m-ksilen

    81-15-2

    201-329-4

    ex 2904 20 00

    i

    sr

    Benżilbutilftalat

    85-68-7

    201-622-7

    ex 2917 34 00

    i

    sr

    Ċibutrin

    28159-98-0

    248-872-3

    ex 2933 69 80

    p

    b

    Ftalat tad-diisobutil

    84-69-5

    201-553-2

    ex 2917 34 00

    i

    sr

    Pentaossidu tad-diarseniku

    1303-28-2

    215-116-9

    ex 2811 29 90

    i

    sr

    Tepralossidim

    149979-41-9

    Mhux applikabbli (n.a.)

    ex 2932 99 00

    p

    b

    Triklosan

    3380-34-5

    222-182-2

    ex 2909 50 00

    p

    b

    Fosfat tat-tris(2-kloroetil)

    115-96-8

    204-118-5

    ex 2919 90 00

    i

    sr”;

    (3)

    Il-Parti 3 hija emendata kif ġej:

    (a)

    tiżdied l-entrata li ġejja:

    Sustanza Kimika

    Numru/i CAS rilevanti

    Kodiċi HS

    Sustanza pura (**)

    Kodiċi HS

    Taħlitiet li jkun fihom is-sustanza (**)

    Kategorija

    “Metamidofos

    10265-92-6

    ex ex 2930.80

    ex ex 3808.59

    Pestiċida”;

    (b)

    L-entrata għall-metamidofos (formulazzjonijiet likwidi tas-sustanza li jinħallu, li jeċċedu s-600 g tal-ingredjent attiv/l)) titħassar.


    ANNESS II

    Fil-Parti 1 tal-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

    Deskrizzjoni ta' sustanzi kimiċi/prodott(i) soġġetti għall-projbizzjoni tal-esportazzjoni

    Dettalji addizzjonali, fejn relevanti (eż. isem is-sustanza kimika, Nru KE, Nru CAS, eċċ.)

     

    “Eżaklorobutadjen

    Nru KE 201-765-5

    Nru CAS 87-68-3,

    Kodiċi tan-NM 2903 29 00

     

    Polikloronaftaleni

    Nru KE 274-864-4

    Nru CAS 70776-03-3 u oħrajn

    Kodiċi tan-NM 3824 99 93

     

    Eżabromoċiklododekan

    Nru KE 247-148-4, 221-695-9

    Nru CAS 25637-99-4, 3194-55-6, 134237-50-6, 134237-51-7, 134237-52-8 u oħrajn

    Kodiċi tan-NM 2903 89 80

    Prodotti li jkun fihom konċentrazzjonijiet sa 0,1 % jew aktar skont il-piż ta' etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil jew ta' etere tal-ettabromodifenil meta jiġu prodotti b'mod parzjali jew għalkollox minn materjali rriċiklati jew minn materjali mill-iskart ippreparat għall-użu mill-ġdid

    Etere tat-tetrabromodifenil

    Nru KE 254-787-2 u oħrajn

    Nru CAS 40088-47-9 u oħrajn

    Kodiċi tan-NM 2909 30 38

    Etere tal-pentabromodifenil

    Nru KE 251-084-2 u oħrajn

    Nru CAS 32534-81-9 u oħrajn

    Kodiċi tan-NM 2909 30 31

    Etere tal-eżabromodifenil

    Nru KE 253-058-6 u oħrajn

    Nru CAS 36483-60-0 u oħrajn

    Kodiċi tan-NM 2909 30 38

    Etere tal-ettabromodifenil

    Nru KE 273-031-2 u oħrajn

    Nru CAS 68928-80-3 u oħrajn

    Kodiċi tan-NM 2909 30 38 ”.


    Top