This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018L0933
Commission Directive (EU) 2018/933 of 29 June 2018 correcting the German language version of Directive 2006/126/EC of the European Parliament and of the Council on driving licences (Text with EEA relevance.)
Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2018/933 tad-29 ta' Ġunju 2018 li tikkoreġi l-verżjoni lingwistika Ġermaniża tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2018/933 tad-29 ta' Ġunju 2018 li tikkoreġi l-verżjoni lingwistika Ġermaniża tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2018/4013
ĠU L 165, 2.7.2018, p. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
2.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 165/35 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/933
tad-29 ta' Ġunju 2018
li tikkoreġi l-verżjoni lingwistika Ġermaniża tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar il-liċenzji tas-sewqan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
Tfaċċaw xi żbalji fil-verżjoni lingwistika Ġermaniża tad-Direttiva 2006/126/KE, b'mod aktar preċiż fil-punti 6.1 u 6.4 tal-Anness III li jikkonċerna l-istandards minimi ta' saħħa fiżika u mentali għas-sewqan ta' vettura b'mutur, b'mod partikolari fir-rigward tal-vista. L-iżbalji ġew introdotti bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE (2). |
(2) |
Il-verżjoni lingwistika Ġermaniża tad-Direttiva 2006/126/KE għandha għalhekk tiġi kkoreġuta kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati. |
(3) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat tal-liċenzji tas-sewqan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Ġunju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18.
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/113/KE tal-25 ta' Awwissu 2009 li temenda d-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-liċenzji tas-sewqan (ĠU L 223, 26.8.2009, p. 31).