Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32018D0127(02)

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Jannar 2018 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Italja

    ĠU C 31, 27.1.2018, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/09/2018

    27.1.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 31/4


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-23 ta’ Jannar 2018

    li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Italja

    (2018/C 31/04)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

    Billi:

    (1)

    Bid-Deċiżjoni tiegħu tal-20 ta’ Settembru 2016 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (il-“Kumitat”) għall-perijodu mill-25 ta’ Settembru 2016 sal-24 ta’ Settembru 2018.

    (2)

    Il-gvern tal-Italja ppreżenta nomini għal diversi karigi li għandhom jimtlew,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dawn li ġejjin huma maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu li jintemm fl-24 ta’ Settembru 2018:

    I.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

    Pajjiż

    Membri

    Membri supplenti

    L-Italja

    Is-Sur Salvatore MARRA

    Is-Sur Giuseppe CASUCCI

    Is-Sinjura Ilaria FONTANIN


    II.   RAPPREŻENTANTI TAL-ASSOĊJAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM

    Pajjiż

    Membri

    Membri supplenti

    L-Italja

    Is-Sinjura Paola ASTORRI

    Is-Sur Fabio ANTONILLI

    Is-Sinjura Serena FACELLO

    Artikolu 2

    Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati f’data aktar tard.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2018.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    V. GORANOV


    (1)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C 348, 23.9.2016, p. 3).


    Top