Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1756

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1756 tas-26 ta' Settembru 2017 li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1013/2010 li jippreskrivi regoli ta' implimentazzjoni dwar il-Politika tal-Unjoni dwar il-Flotta kif definita fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/6335

    ĠU L 248, 27.9.2017, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1756/oj

    27.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 248/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1756

    tas-26 ta' Settembru 2017

    li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1013/2010 li jippreskrivi regoli ta' implimentazzjoni dwar il-Politika tal-Unjoni dwar il-Flotta kif definita fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-aġġustament tal-kapaċità tas-sajd kien regolat mill-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (2). Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1013/2010 (3) stabbilixxa r-regoli ta' implimentazzjoni għal dak il-Kapitolu fir-rigward tal-livelli ta' referenza għall-flotot tas-sajd, il-monitoraġġ ta' dħul u ħruġ, il-ġbir ta' informazzjoni, l-iskambju ta' informazzjoni u r-rappurtar annwali.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tħassar bir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u l-aġġustament u l-ġestjoni tal-kapaċità tas-sajd issa huma regolati mill-Parti IV tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. B'mod partikolari, il-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd tal-Istati Membri issa huma stipulati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u r-regoli dwar ir-rapporti annwali li għandhom jintbagħtu mill-Istati Membri, ir-regoli dwar il-ġestjoni ta' dħul fil-flotot nazzjonali u ta' ħruġ mill-flotot nazzjonali, u r-regoli dwar il-ġbir u l-iskambju tal-informazzjoni issa huma stabbiliti fl-Artikolu 22, fl-Artikolu 23 fl-Artikolu 24 rispettivament tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    (3)

    Bħala konsegwenza, id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1013/2010 huma ssuperati minn dawk stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    (4)

    Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, huwa xieraq li l-qafas legali, li għalih japplika dak l-Artikolu, jinħeles mid-dispożizzjonijiet skaduti stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1013/2010.

    (5)

    Jenħtieġ għalhekk, li r-Regolament (UE) Nru 1013/2010 jitħassar b'effett mid-data ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Tħassir

    Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2010 huwa mħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2014.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għaxar jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Settembru 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59)

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1013/2010 tal-10 ta' Novembru 2010 li jippreskrivi regoli ta' implimentazzjoni dwar il-Politika tal-Unjoni dwar il-Flotta kif definita fil-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (ĠU L 293, 11.11.2010, p. 1).


    Top