Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1570

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1570 tal-15 ta' Settembru 2017 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 li jimponu dazji antidumping u kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jirrevoka d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

    C/2017/6166

    ĠU L 238, 16.9.2017, p. 22–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 03/09/2018

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1570/oj

    16.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 238/22


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1570

    tal-15 ta' Settembru 2017

    li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 li jimponu dazji antidumping u kumpensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jirrevoka d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' antidumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“Ir-Regolament antidumping bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 8(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet issussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“Ir-Regolament antisussidji baziku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 u l-Artikolu 13(9) tiegħu,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Miżuri fis-seħħ

    (1)

    Bir-Regolament (UE) Nru 1238/2013 (3) il-Kunsill impona dazju ta' kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (jew “PRC”) (l-investigazzjoni oriġinali tad-dumping) Il-miżuri ħadu l-forma ta' dazju ad valorem b'medda ta' bejn 27,3 % u 64,9 %.

    (2)

    Bir-Regolament (UE) Nru 1239/2013 (4) il-Kunsill impona dazji kumpensatorji definittivi ta' 11,5 % fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (l-investigazzjoni oriġinali ta' kontra s-sussidji)

    (3)

    Il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (“CCCME”) ssottomettiet, f'isem grupp ta' produtturi esportaturi, impenn fuq il-prezz lill-Kummissjoni. Bid-Deċiżjoni 2013/423/UE (5), il-Kummissjoni aċċettat dan l-impenn fuq il-prezz fir-rigward tad-dazju antidumping provviżorju. Wara n-notifika ta' verżjoni emendata tal-impenn fuq il-prezz minn grupp ta' produtturi esportaturi flimkien mas-CCCME, il-Kummissjoni kkonfermat permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (6) li aċċettat l-impenn tal-prezz kif emendat għall-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri definittivi antidumping u kumpensatorji. Il-Kummissjoni adottat ukoll Deċiżjoni li tiċċara l-implimentazzjoni tal-impenn (7) u ħdax-il Regolament li jirtiraw l-aċċettazzjoni tal-impenn għal bosta produtturi esportaturi (8).

    (4)

    Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/12 (9), wara rieżami interim parzjali limitat fl-ambitu tiegħu għall-punt ta' riferiment użat bħala referenza għall-mekkaniżmu ta' adattament tal-prezz stabbilit mill-impriża msemmija, il-Kummissjoni ttemm ir-rieżami interim parzjali mingħajr ma temenda l-miżuri.

    (5)

    Bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/185 (10) u (UE) 2016/184 (11), il-Kummissjoni estendiet id-dazji definittivi antidumping u kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jew li huma kkunsinjati minnha għall-importazzjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) kkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan bl-eċċezzjoni ta' numru ta' produtturi ġenwini.

    (6)

    Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 (12) il-Kummissjoni estendiet id-dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament antidumping bażiku u temmet ir-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament antidumping bażiku (“rieżami tal-iskadenza tal-investigazzjoni ta' kontra d-dumping”).

    (7)

    Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 (13) il-Kummissjoni estendiet dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament antisussidji baziku u temmet ir-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament antisussidji bażiku (“investigazzjoni tar-rieżami tal-iskadenza ta' kontra s-sussidji”) (ir-rieżami tal-iskadenza tal-investigazzjoni ta' kontra d-dumping huma minn hawn 'il quddiem imsejħa “investigazzjonijiet tar-rieżami tal-iskadenza”).

    (8)

    Bid-Deċiżjoni ta' Implimentazjoni (UE) 2017/615 (14), il-Kummissjoni aċċettat il-proposta tal-produtturi esportaturi sabiex iżżomm il-prezz minimu tal-importazzjoni (“PMI”) fil-livell applikabbli f'Marzu 2017.

    1.2.   Bidu ta' rieżami interim parzjali

    (9)

    Fit-3 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni tat bidu għal dan ir-rieżami interim parzjali ex officio limitat għall-forma tal-miżuri skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 19 tar-Regolament antisussidji bażiku (15) (“in-Notifika ta' Bidu”). L-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għal din ir-reviżjoni ġiet imħabbra fil-kapitolu dwar l-Interess tal-Unjoni taż-żewġ regolamenti ta' rieżami tal-iskadenza bħala mezz biex jinstab bilanċ ġust bejn l-interessi diverġenti li l-investigazzjonijiet ta' rieżami tal-iskadenza kienu sabu li jeżistu fuq is-suq solari għall-bqija tal-perjodu ta' żmien tal-miżuri (16).

    1.3.   Il-partijiet interessati

    (10)

    Fin-Notifiki ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat lis-CCCME, lill-produtturi esportaturi magħrufa fir-RPĊ u lill-awtoritajiet tar-RPĊ bl-investigazzjonijiet u stednithom biex jipparteċipaw.

    (11)

    Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

    1.4.   Divulgazzjoni

    (12)

    Fid-19 ta' Lulju 2017, il-Kummissjoni żvelat lill-partijiet interessati kollha l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali tal-investigazzjoni u stednithom sabiex jikkummentaw fi żmien 14-il jum. Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet, sal-iskadenza, minn 20 parti interessata, jiġifieri l-assoċjazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni, seba' produtturi tal-Unjoni, żewġ assoċjazzjonijiet ta' utenti, erba' partijiet interessati upstream u downstream fl-Unjoni, erba' produtturi esportaturi Ċiniżi, is-CCCME u l-Gvern tar-RPĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni bagħtet dokument ta' divulgazzjoni addizzjonali lill-partijiet interessati kollha u stednithom biex jikkummentaw. Din id-divulgazzjoni mill-ġdid kienet limitata għal żewġ elementi biss tal-metodoloġija biex jiġi stabbilit il-PMI u dispożizzjoni dwar id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    2.   IS-SEJBIET TAL-INVESTIGAZZJONI

    (13)

    Il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni fil-21 ta' Marzu 2017 lil iktar minn 100 parti interessata. Hija rċeviet tweġibiet mingħand 26 parti interessata: żewġ produtturi tal-Unjoni; ħames kumpaniji upstream u downstream kif ukoll tliet assoċjazzjonijiet; is-CCCME; il-Gvern tar-RPĊ; 13-il produttur esportatur u produttur esportatur Malasjan wieħed.

    2.1.   Dazju varjabbli fil-forma ta' prezz minimu tal-importazzjoni

    (14)

    Il-forma attwali tal-miżuri hija dazju antidumping ad valorem stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2017/367 u dazju kumpensatorju ad valorem stipulat fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366. Impenn ta' prezz ġie offrut minn grupp ta' produtturi esportaturi li kkooperaw flimkien mas-CCCME u ġie aċċettat mill-Kummissjoni. Wieħed mill-elementi ċentrali tal-impenn huwa l-PMI li huwa soġġett għal mekkaniżmu ta' aġġustament trimestrali. Skont l-impenn fuq il-prezz aċċettat mill-Kummissjoni, il-PMI għall-moduli u ċ-ċelloli jiġi aġġustat kull trimestru b'referenza għall-prezzijiet spot internazzjonali tal-moduli inklużi l-prezzijiet Ċiniżi kif irrappurtati mill-bażi ta' dejta Bloomberg. L-impenn kien inizjalment aċċettat minn aktar minn 120 kumpanija/grupp ta' kumpaniji. Sadanittant, il-Kummissjoni rtirat l-aċċettazzjoni tagħha tal-impenn għal 14-il kumpanija. Tnax minnhom instabu li kisru l-impenn filwaqt li ż-żewġ kumpaniji l-oħra kellhom mudelli ta' negozju li għamluha imprattikabbli li tiġi ssorveljata l-konformità tagħhom mal-impenn. Barra minn hekk, 15-il kumpanija Ċiniża oħra rtiraw volontarjament mill-impenn (17).

    (15)

    Waqt li kienet qed tevalwa l-interessi tal-importaturi mhux relatati u tal-manifatturi tal-moduli li mhumiex integrati vertikalment fl-Unjoni, il-Kummissjoni rċeviet ilmenti dwar il-piż amministrattiv tqil li tqiegħed fuqhom, filwaqt li l-produtturi tal-Unjoni lmentaw dwar iċ-ċirkomvenzjoni li għadha għaddejja (18). Pereżempju, kemm is-CCCME kif ukoll il-produtturi esportaturi jridu jissottomettu rapport ta' kull xahar u ta' kull tliet xhur lill-Kummissjoni għall-monitoraġġ tal-impenn. Dawn ir-rapporti kienu essenzjali biex jiġi vverifikat li l-livell annwali ma jinqabiżx u biex titwettaq l-ewwel analiżi dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta' bejgħ irrapportati jirrispettawx l-PMI.

    (16)

    Il-partijiet interessati kollha li rrispondew għal din it-talba għall-informazzjoni qiesu li dazju varjabbli fil-forma ta' PMI (“PMI tad-dazju varjabbli”) huwa forma aktar adattata ta' miżuri mid-dazju ad valorem preċedenti flimkien ma' impenn fuq il-prezz (“PMI tal-impenn”). B'mod partikolari l-partijiet interessati qiesu li PMI tad-dazju varjabbli jkun aktar trasparenti, prevedibbli u infurzabbli. Il-partijiet interessati qiesu li PMI tad-dazju varjabbli jnaqqas il-piż amministrattiv u l-ispejjeż għall-importaturi. Uħud mill-partijiet interessati ħeġġew lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-forma l-ġdida tal-miżuri ma timponix restrizzjonijiet sinifikanti fuq il-kumpaniji tal-Unjoni f'termini tal-ftehimiet tan-negozju tagħhom ma' manifatturi mad-dinja kollha. Fil-fehma tagħhom, dawn ir-restrizzjonijiet wasslu għal riskji sinifikanti, obbligazzjonijiet, diliġenza dovuta għalja u dewmien għall-importaturi tal-Unjoni. L-istess partijiet sostnew ukoll li l-limitu massimu eżistenti fuq il-volumi tal-importazzjonijiet li jinsab fl-impenn jenħtieġ li jitneħħa għax iżid aktar il-piż amministrattiv u ma jservi għall-ebda skop peress li l-importazzjonijiet fil-fatt kienu ferm aktar baxxi minnu.

    (17)

    Il-Kummissjoni aċċettat dawn il-punti. Hija kkunsidrat li jenħtieġ li l-miżuri jieħdu l-forma ta' PMI b'dazju varjabbli. Il-PMI b'dazju varjabbli jfisser li l-importazzjonijiet eliġibbli (19) b'valur iddikjarat bħall-PMI jew ogħla minnu ma jkunux soġġetti għad-dazji u l-awtoritajiet doganali jimponu d-dazji immedjatament jekk il-prodott jiġi impurtat bi prezz inqas mill-PMI. Il-PMI tad-dazju varjabbli se jtaffi l-piż amministrattiv fuq il-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-Kummissjoni billi r-rappurtar ta' kull xahar mis-CCCME u r-rappurtar ta' kull tliet xhur lill-Kummissjoni mill-produtturi esportaturi kollha mhuwiex se jkun meħtieġ aktar. Barra minn hekk, il-livell tal-PMI tad-dazju varjabbli se jiġi ppubblikat. Dan se jipprovdi trasparenza u jippermetti infurzar aħjar tal-miżuri.

    (18)

    Il-Kummissjoni qablet ukoll mal-partijiet interessati li l-PMI tad-dazju varjabbli ma għandux jiġi akkumpanjat minn lista ta' restrizzjonijiet u limiti massimi addizzjonali. Tabilħaqq, l-esportazzjonijiet minn dejjem kienu ferm taħt il-livell annwali. Se jkun f'idejn kull awtorità doganali tal-Unjoni biex tivverifika jekk il-kumpaniji involuti kkonkludewx ftehimiet u arranġamenti oħra ta' kumpens trażversali biex jevadu l-PMI.

    2.2.   Id-distinzjoni bejn prodotti monokristallini u multikristallini

    (19)

    Bosta kumpaniji li huma partijiet interessati, inklużi l-produtturi tal-Unjoni, ikkunsidraw li għandu jkun hemm PMI tad-dazju varjabbli separat għal tipi differenti ta' prodotti. Il-parti l-kbira tal-partijiet interessati kkunsidraw ukoll li l-aħjar differenzazzjoni hija bbażata fuq it-teknoloġija jiġifieri prodotti monokristallini vs multikristallini (xi kultant imsejħa wkoll polikristallini). Prodotti monokristallini u multikristallini huma pprezzati b'mod differenti u l-indiċi tal-prezzijiet ewlenin bħal PV Insights u Energy Trend PV jikkwotaw prezzijiet separati għaċ-ċelloli u l-moduli monokristallini u multikristallini. Prodotti monokristallini huma konsistentement ogħla fil-prezz minħabba li għandhom produzzjoni ogħla għal kull unità ta' spazju. Skont il-kwotazzjonijiet ta' prezz minn PV Insights  (20) bejn l-1 ta' Jannar 2014 u l-31 ta' Marzu 2017 id-differenza medja fil-prezz bejn moduli monokristallini u dawk multikristallini kienet ta' EUR 0,047/W u dik bejn iċ-ċelloli multikristallini u dawk monokristallini kienet ta' EUR 0,040/W.

    (20)

    Id-distinzjoni bejn prodotti monokristallini u multikristallini hija konsistenti wkoll mar-raġunament imressaq fl-investigazzjonijiet ta' rieżami tal-iskadenza sabiex jinstab bilanċ xieraq bejn interessi li jikkompetu ma' xulxin. Minn naħa waħda, hija se tipproteġi aħjar l-industrija tal-Unjoni, li qed tiffoka dejjem aktar fuq il-manifattura ta' prodotti monokristallini ta' livell għoli għas-settur tal-bjut. Min-naħa l-oħra, distinzjoni ta' dan it-tip isservi aħjar l-interessi tal-importaturi mhux relatati u l-kumpaniji tal-Inġinerija, Akkwist u Kostruzzjoni (Engineering, Procurement and Construction companies, EPCs) attivi fis-settur tal-iskala tal-utilitajiet, li jeħtieġu aċċess għal moduli multikristallini rħas tat-tip ta' kommodità biex ikunu jistgħu jikkompetu ma' sorsi oħra ta' enerġija rinnovabbli f'offerti teknoloġikament newtrali.

    (21)

    Iċ-ċelloli monokristallini u multikristallini jistgħu jingħarfu faċilment mill-awtoritajiet doganali. Iċ-ċelloli multikristallini huma magħmula minn siliċju multikristallin (multi-Si) li jikkonsisti fi kristalli żgħar. Iċ-ċelloli monokristallini huma magħmula minn siliċju monokristallin (mono-Si), li hu kristall kontinwu. Iċ-ċelloli monokristallini u multikristallini qatt ma jiġu kkombinati f'apparat wieħed, u għalhekk ma hemmx moduli li huma magħmula kemm minn ċelloli monokristallini kif ukoll minn ċelloli multikristallini. Il-moduli multikristallini huma magħmula esklussivament minn ċelloli multikristallini; u l-moduli monokristallini huma magħmula esklussivament minn ċelloli monokristallini; Prodotti monokristallini għandhom effiċjenza ogħla biex jikkonvertu d-dawl tax-xemx f'kurrent elettriku, li jirriżulta fi produzzjoni ogħla għal kull unità ta' spazju. Prodotti monokristallini, jistgħu jiġu identifikati minn prodotti multikristallini permezz ta' spezzjoni fiżika. Iċ-ċellola multikristallina hija perfettament rettangolari. Ċellula monokristallina, min-naħa l-oħra, għandha l-erba' kantunieri tagħha maqtugħa.

    (22)

    Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li jenħtieġ li jkun hemm PMIs differenti għaċ-ċelloli u l-moduli monokristallini u multikristallini u kull wieħed mill-erba' tipi ta' prodotti għandu jkollu l-kodiċi TARIC tiegħu stess.

    2.3.   Tnaqqis gradwali tal-PMI tad-dazju varjabbli

    (23)

    Skont l-impenn kurrenti fuq il-prezz aċċettat mill-Kummissjoni, il-PMI għall-moduli u ċ-ċelloli huwa aġġustat kull trimestru b'referenza għall-prezzijiet spot internazzjonali tal-moduli, inklużi l-prezzijiet Ċiniżi, kif irrappurtati mill-bażi tad-dejta Bloomberg (imsejħa wkoll l-indiċi tal-prezzijiet spot ta' Bloomberg jew ta' BNEF). Meta aċċettat l-impenn, il-Kummissjoni qieset li dan il-prezz kien jirrifletti l-prezz mhux dannuż u li kien jiżgura provvista suffiċjenti għall-Unjoni tal-prodott taħt kunsiderazzjoni (21).

    (24)

    Fl-investigazzjonijiet ta' rieżami tal-iskadenza, il-Kummissjoni saret konxja mill-fatt li matul il-biċċa l-kbira tal-2016 il-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-impenn tal-PMI ma segwiex it-tnaqqis tal-prezzijiet globali, u b'hekk ma baqax jirrifletti l-prezz mhux dannuż, kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

    (25)

    Barra minn hekk, is-sistema ta' aġġustament preċedenti kienet qatgħet lill-utenti taċ-ċelloli Ewropej (jiġifieri l-produtturi tal-moduli li mhumiex integrati vertikalment) u lill-utenti tal-moduli (jiġifieri, individwi u kumpaniji li jixtru sistemi solari) mill-gwadanji globali fl-effiċjenza (22).

    (26)

    Fil-fatt, l-evidenza pprovduta mill-partijiet interessati kkonfermat li l-PMI tal-impenn waqaf isegwi x-xejra globali ta' tnaqqis fil-prezz matul l-2016. Minkejja li fil-bidu tal-2017 il-PMI tnaqqas b'mod sinifikanti, kien għad hemm distakk sinifikanti bejn il-PMI u l-prezzijiet globali (23).

    (27)

    Għalhekk il-Kummissjoni investigat jekk kienx hemm punt ta' riferiment ieħor, li jkun jirrifletti aħjar il-livell tal-prezzijiet mhux dannużi kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali u t-tnaqqis globali tal-kostijiet u tal-prezzijiet.

    (28)

    Produttur tal-Unjoni wieħed u assoċjazzjoni ta' produtturi tal-Unjoni saħqu li l-mekkaniżmu tal-adattament tal-PMI l-ġdid għandu jkun ibbażat fuq ir-rata tat-tagħlim tal-industrija solari. L-evidenza pprovduta mill-partijiet kollha interessati kkonfermat li l-kost tal-produzzjoni fl-industrija solari qed jonqos kontinwament, u dan huwa rifless fir-rati tat-tagħlim tal-industrija solari. Madankollu, diversi partijiet interessati oħrajn ikkummentaw b'mod estensiv għaliex ir-rati tat-tagħlim tal-industrija solari mhumiex addattati bħala punt ta' riferiment għal mekkaniżmu tal-adattament tal-PMI. L-ewwel nett il-partijiet qalu li l-istudji li jirrappurtaw ir-rati tat-tagħlim jistmaw dawn ir-rati fuq perjodi twal ta' żmien. Għalhekk ma jirriflettux id-dinamiċi fuq terminu qasir fis-suq. Barra minn hekk, il-perjodu ta' żmien f'kunsiderazzjoni għandu impatt sinifikanti fuq ir-riżultati. Pereżempju, l-aħħar International Technology Roadmap for Photovoltaic (“ITRPV”) jirrapporta rata ta' 22,5 % fuq 40 sena (24) u rata ta' 39 % matul l-aħħar 10 snin (25). Il-partijiet interessati sostnew ukoll li l-għan primarju tar-rati ta' tagħlim mhuwiex li jsir tbassir dwar l-iżvilupp tal-prezzijiet fil-futur qrib. Pereżempju, ir-rata tat-tagħlim tal-ITRPV hija parti mill-proġett li l-għan tiegħu huwa li jinforma lill-fornituri u lill-konsumaturi dwar xejriet teknoloġiċi antiċipati u li jistimula d-diskussjoni dwar it-titjib u l-istandards meħtieġa.

    (29)

    Fl-aħħar nett, ir-rata tal-kurva tat-tagħlim tindika t-tnaqqis fil-prezzijiet għal kull irduppjar tal-vjeġġi kumulattivi globali tal-moduli (26). Il-previżjoni tad-domanda min-natura tagħha hija kkaratterizzata minn inċertezza sinifikanti. Kif osservat waħda mill-partijiet interessati: “Huwa importanti li wieħed jinnota li t-tbassir tad-domanda futura u tat-tkabbir huma biss interpretazzjonijiet raġonevoli u huma dipendenti ħafna fuq fatturi bħalma huma l-politiki kummerċjali fis-seħħ fi swieq differenti, bidliet għall-iskemi ta' appoġġ u bidliet fil-qafas regolatorju li jirregola l-PV solari f'kull suq”. Għal dawn ir-raġunijiet, hemm diversi previżjonijiet tal-evoluzzjoni tad-domanda globali, li huma magħmulin minn diversi organizzazzjonijiet.

    (30)

    Il-Kummissjoni aċċettat dawn l-argumenti u nnutat dan li ġej. Kieku l-Kummissjoni kienet iddeċidiet li tuża r-rata tat-tagħlim għall-mekkaniżmu tal-adattament tal-PMI, kien ikollha bżonn teżamina liema minn dawn iż-żewġ rati tkun l-aktar adattata sabiex tbassar l-evoluzzjoni tat-tnaqqis tal-kostijiet fis-settur solari matul it-18-il xahar ta' wara. Biex issir din il-valutazzjoni kien jiġi introdott element sinifikanti ta' kumplessità. Minbarra dan, ir-rata tal-kurva tat-tagħlim tindika t-tnaqqis fil-prezzijiet għal kull irduppjar tal-vjeġġi kumulattivi globali tal-moduli (27). Il-biċċa l-kbira tal-previżjonijiet imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni jbassru li l-vjeġġi kumulattivi tal-moduli solari jistgħu jirduppjaw sa madwar l-2020 jew l-2021. Għalhekk, billi previżjoni preċiża hija impossibbli, il-Kummissjoni tkun obbligata tagħmel tbassir raġonevoli u tagħżel data preċiża meta l-vjeġġi kumulattivi se jirdoppjaw bejn l-1 ta' Jannar 2020 u l-31 ta' Diċembru 2021, li jinvolvi grad għoli ta' inċertezza. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni osservat li l-ebda waħda mill-kumpaniji downstream u upstream li rrispondew għal din it-talba għall-informazzjoni ma tuża r-rati tat-tagħlim tal-industrija solari biex tbassar l-evoluzzjoni tal-prezzijiet.

    (31)

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-użu tar-rati tat-tagħlim tal-industrija solari biex jiġi adattat il-PMI jintroduċi inċertezzi konsiderevoli, li jagħmluha impossibbli li jsiru previżjonijiet preċiżi dwar l-iżviluppi fil-prezzijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibbaża ruħha fuq punt ta' riferiment ieħor, li huwa bbażat fuq dejta aktar reċenti, trasparenti u affidabbli.

    (32)

    Il-biċċa l-kbira tal-partijiet interessati sostnew li l-mekkaniżmu l-ġdid ta' aġġustament għandu jkun ibbażat fuq il-kwotazzjonijiet tal-prezz tal-aġenzija Tajwaniża tal-intelliġenza tas-suq PV Insights. Kien biss Solar World, l-akbar produttur Ewropew li qies lil PV Insights bħala mhux affidabbli. PV Insights kienet ukoll meqjusa bħala l-iżjed użata mill-partijiet interessati. Bosta partijiet osservaw li l-prezzijiet ikkwotati minn PV Insights u x-xejriet tal-iżvilupp tal-prezzijiet tagħha kienu konsistenti mal-prezzijiet u x-xejriet ikkwotati minn indiċi ieħor fdat mill-industrija jiġifieri Energy Trend PV (operat minn aġenzija tal-intelliġenza tas-suq oħra wkoll ibbażata fit-Tajwan). B'kuntrast ma' dan, il-prezzijiet ikkwotati mill-indiċi użat fil-preżent jiġifieri l-bażi tad-dejta ta' Bloomberg kienu suġġetti għal ħafna aktar volatilità u madwar Diċembru 2015 l-indiċi tal-prezzijiet spot ta' Bloomberg beda jsegwi tendenza differenti minn ta' PV Insights u ta' Energy Trend PV. Il-bażi tad-dejta ta' Bloomberg hija bbażata fuq sottomissjonijiet volontarji ta' kwotazzjonijiet tal-prezzijiet, li jfisser li qabdet biss parti żgħira ħafna mis-suq.

    (33)

    Il-Kummissjoni talbet lil ITRPV biex jipprovdu aktar informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-prodotti solari li użaw biex jikkalkulaw ir-rata tat-tagħlim tal-industrija tal-prodotti solari. L-ITRPV pprovdew dejta dwar il-prezzijiet u indikaw li bħalissa qed jużaw żewġ sorsi — PV Insights u Energy Trend PV. Qabel tmiem l-2016, l-ITRPV kienu qed jużaw basket ta' prezzijiet usa', li kien jinkludi l-indiċi tal-prezzijiet spot ta' Bloomberg. Minħabba li PV Insights hija wieħed miż-żewġ sorsi użati mill-ITRPV u minħabba li l-prezzijiet ikkwotati minn PV Insights u Energy Trend PV kienu ġeneralment konformi ma' xulxin, il-livell u l-evoluzzjoni tal-prezzijiet li l-ITRPV użaw għall-kalkolu tar-rata tat-tagħlim kienu kważi kompletament konformi mad-dejta li rrappurtat PV Insights, speċjalment sa minn tmiem l-2016.

    (34)

    Il-Kummissjoni fasslet sistema ta' PMI li jitnaqqas ibbażata fuq id-dejta ta' Insights PV, li kienet ikkunsidrata l-aktar affidabbli u l-aktar utilizzata b'mod ġenerali mill-industrija solari. Il-punt tal-bidu ta' din is-sistema ta' PMI li jitnaqqas huwa bbażat fuq il-prezz minimu attwali mhux dannuż stabbilit skont l-impenn fuq il-prezz għaċ-ċelloli (EUR 0,23/W) u l-moduli (EUR 0,46/W). Il-Kummissjoni, madankollu, ma tiddistingwix bejn il-prodotti multi u dawk mono, u l-mekkaniżmu l-ġdid se jagħmel dan. Il-Kummissjoni sabet differenza fil-prezz fuq perjodu ta' tliet snin bejn ċelloli u moduli mono u multi (28). Il-medja ta' din id-differenza fil-prezz kienet maqsuma ndaqs bejn iċ-ċelloli u l-moduli mono u multi biex jiġi stabbilit il-prezz attwali mhux dannuż għal kull tip ta' prodott, jiġifieri EUR 0,210/W u EUR 0,437/W għaċ-ċelloli u l-moduli multikristallini, rispettivament u EUR 0,250/W u EUR 0,483/W għaċ-ċelloli u l-moduli monokristallini. Dawn il-prezzijiet se jikkonverġu b'mod gradwali mal-prezzijiet attwali rrappurtati minn PV Insights (29) jiġifieri EUR 0,18/W u EUR 0,3/W għaċ-ċelloli u l-moduli multikristallini, rispettivament u EUR 0,21/W u EUR 0,35/W għaċ-ċelloli u l-moduli monokristallini.

    (35)

    Dan il-mekkaniżmu ta' adattament se jirriżulta f'PMIs li sa Settembru 2018 se jkunu fil-livell tal-prezzijiet globali fl-ewwel trimestru tal-2017 (l-aktar prezzijiet disponibbli riċenti għall-perjodu sħiħ ta' kwart ta' sena). Minħabba li l-prezzijiet kienu qegħdin jonqsu b'mod aggressiv matul dawn l-aħħar tliet snin, il-marġini tal-manifatturi ewlenin naqas b'mod konsiderevoli (30). Għalhekk, il-Kummissjoni stenniet li dan it-tnaqqis aggressiv fil-prezzijiet ma setax ikun sostnut għal ħafna aktar u l-prezzijiet f'Settembru tal-2018 ma jkunux ħafna anqas, u għalhekk għadu joffri xi protezzjoni residwa għall-industrija tal-Unjoni.

    (36)

    Għaldaqstant, il-mekkaniżmu jippermetti konverġenza lejn il-prezzijiet tas-suq dinji f'perjodu ta' żmien relattivament qasir. L-ewwel nett, dan jiżgura ritorn lejn il-livell tal-prezzijiet mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. It-tieni nett, dan huwa konformi mas-sejbiet fl-investigazzjonijiet tar-rieżami tal-iskadenza fir-rigward tal-bilanċ tal-interessi skont it-test tal-interess tal-Unjoni (31). Barra minn hekk, għandu l-vantaġġ li jirrifletti aħjar l-iżviluppi teknoloġiċi aktar reċenti u l-potenzjal tal-iffrankar fil-prezz għall-konsumaturi, li jiżgura li l-utenti fl-Unjoni mhux se jibqgħu maqtugħa mill-gwadanni globali fl-effiċjenza. Fl-istess ħin dan il-mekkaniżmu jipprovdi protezzjoni adegwata għall-industrija tal-Unjoni biex tadatta għal pressjoni kompetittiva miżjuda ladarba l-miżuri jiskadu.

    (37)

    Wara d-divulgazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet ħafna kummenti dwar il-livell tal-PMI tad-dazju varjabbli. Il-produtturi taċ-ċelloli u l-moduli tal-Unjoni u l-assoċjazzjoni tagħhom sostnew li l-prezzijiet tas-suq globali ma kinux jirriflettu livell ta' prezzijiet mhux dannużi minħabba li dawn huma xprunati minn dumping ta' kapaċitajiet żejda enormi Ċiniżi. Għalhekk, il-PMI tad-dazju varjabbli msejjes fuq il-parametru referenzjarju tal-prezz globali jkun baxx wisq. Huma tennew l-argument tagħhom li, minflok, il-PMI għandu jkun ibbażat fuq ir-rata tat-tagħlim tal-industrija solari fuq perjodu twil ta' żmien. Madankollu, meta aċċettat l-impenn f'Lulju 2013, il-Kummissjoni kienet diġà qieset li l-prezzijiet spot internazzjonali tal-moduli inklużi l-prezzijiet Ċiniżi, kienu jirriflettu l-prezz mhux dannuż (32). Barra minn hekk, fir-rieżami interim mitmum permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/12, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezz referenzjarju li kien jinkludi sehem dejjem jikber ta' kumpaniji Ċiniżi kien jissodisfa l-għan tiegħu kif stabbilit fil-miżuri fis-seħħ (33). Għalhekk, il-Kummissjoni ma laqgħetx din it-talba.

    (38)

    Il-produtturi ta' ċelloli u l-moduli tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet tagħhom sostnew ukoll li PV Insights hija attwalment taħt investigazzjoni mill-Kummissjoni Tajwaniża tal-Kummerċ Ġust, l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni tat-Tajwan, wara lment mill-assoċjazzjoni tal-manifatturi tal-prodotti solari tat-Tajwan. Din l-investigazzjoni nbdiet fuq il-bażi tal-pretensjonijiet li l-indiċi ta' PV Insights kien iddominat jew saħansitra mmanipulat minn kwotazzjonijiet tal-prezzijiet Ċiniżi u li l-livell tal-prezzijiet tal-indiċi huwa taħt il-kost tal-produzzjoni fit-Tajwan. Għalihom, li PV Insights tintuża bħala bażi għalhekk ma jkunx xieraq.

    (39)

    Il-Kummissjoni fakkret li l-industriji downstream u upstream kienu qiesu lil PV Insights bħala l-indiċi l-aktar ta' min jorbot fuqu fix-xogħol ta' kuljum tagħhom. PV Insights kienet ukoll wieħed mill-punti ta' riferiment tal-prezzijiet għar-rapporti tal-ITRPV meta jistmaw ir-rata tat-tagħlim tal-industrija solari. Sa issa l-industrija upstream u downstream ma kkontestatx l-affidabbiltà tal-indiċi ta' PV Insights. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet tat-Tajwan għadhom ma għamlux sejbiet definittivi dwar l-allegazzjonijiet. Il-Kummissjoni se ssegwi l-iżviluppi tal-Kummissjoni Tajwaniża tal-Kummerċ Ġust u se tikkunsidra kull azzjoni neċessarja fid-dawl tas-sejbiet potenzjali. Għalhekk, f'dan l-istadju, il-Kummissjoni ma laqgħetx din it-talba.

    (40)

    Il-partijiet interessati Ewropej upstream u downstream kif ukoll il-Gvern tar-RPĊ u s-CCCME kkontestaw diversi aspetti tat-tnaqqis il-ġdid tal-PMI.

    (41)

    L-ewwel nett, dawn il-partijiet qiesu li l-PMI inizjali kien għoli wisq. Huma sostnew li għall-prodotti mono il-PMI l-ġdid tad-dazju varjabbli jkun saħansitra ogħla mill-PMI preċedenti tal-impenn. L-iffissar ta' PMI tad-dazju varjabbli f'livell saħansitra ogħla, fil-fehma tagħhom, ikun jikkontradixxi s-sejbiet tal-investigazzjoni ta' rieżami li l-PMI tal-impenn kien stabbilit f'livell għoli wisq meta mqabbel mal-prezz mhux dannuż. Konsegwentement, ikun jeħtieġ li jitnaqqas għal livell xieraq. Xi partijiet sostnew ukoll li l-PMI applikabbli fl-ewwel kwart tal-2017 ma kienx punt tat-tluq xieraq għall-PM tad-dazju varjabbli għaliex il-Kummissjoni stess kienet sabet li dan ma kienx isegwi l-iżviluppi tal-prezzijiet globali.

    (42)

    Il-Kummissjoni qieset dawn il-kummenti u żviluppat tnaqqis ġdid gradwali ta' kull tliet xhur tal-PMI tad-dazju varjabbli. Billi l-PMI tal-impenn kien iffriżat mit-tieni kwart tal-2017 'il quddiem, il-Kummissjoni antiċipat il-punt tal-bidu tat-tnaqqis gradwali. Dan il-punt tal-bidu huwa stabbilit fil-livell tal-PMI tal-impenn iffriżat imnaqqas bil-valur ta' żewġ aġġustamenti trimestrali li kellhom iseħħu filwaqt li kien iffriżat, jiġifieri t-tieni u t-tielet trimestru tal-2017.

    (43)

    It-tieni, diversi partijiet qiesu li l-PMI tad-dazju varjabbli finali jiġifieri dak applikabbli fl-iskadenza tal-miżuri f'Settembru 2018, kien ukoll għoli wisq. Huma sostnew li, skont il-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet ta' Insights PV li kienu disponibbli wara d-divulgazzjoni, il-prezzijiet globali tal-prodotti solari diġà naqsu. Il-Kummissjoni aċċettat il-proposta li l-aħħar dejta disponibbli għandha tintuża bħala l-aktar indikatur xieraq għat-trimestru li jkun intemm. Għalhekk, stabbilixxiet il-PMI tad-dazju varjabbli finali fil-livell tal-prezzijiet fl-aħħar trimestru disponibbli jiġifieri fit-tieni kwart tal-2017.

    (44)

    Dawn il-partijiet sostnew ukoll li l-previżjoni tal-Kummissjoni li t-tnaqqis tal-prezzijiet tal-prodotti solari kien se jbatti kienet infondata. Madankollu, l-analiżi tal-kurva tal-prezzijiet fit-tul ta' PV Insights tissuġġerixxi li l-prezzijiet tal-prodotti solari huma ċikliċi — storikament il-prezzijiet tal-prodotti solari kienu qed jonqsu b'mod aggressiv għal diversi trimestri u mbagħad stabbilizzaw jew saħansitra żdiedu bi ftit wara dak il-punt. Matul iċ-ċiklu attwali l-prezzijiet tal-moduli kienu qed jonqsu kontinwament għal perjodu ta' żmien relattivament twil, jiġifieri mir-raba' trimestru tal-2015. Fl-istess waqt, il-prezzijiet taċ-ċelloli li qabel kienu jsegwu xejra simili diġà stabbilizzaw jew saħansitra żdiedu bi ftit. Il-fatt li l-prezzijiet tal-materja prima ewlenija, jiġifieri ċ-ċelloli, stabilizzaw wara perjodu partikolarment twil ta' tnaqqis fil-prezzijiet isaħħaħ il-previżjoni tal-Kummissjoni li l-prezzijiet tal-moduli eventwalment jistabbilizzaw ukoll. Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda.

    (45)

    Il-manifatturi tal-moduli mhux integrati sostnew ukoll li l-PMI tad-dazju varjabbli indikat fid-dokument ta' divulgazzjoni kien naqas ferm aktar malajr għall-moduli milli għaċ-ċelloli, li kien se jaffettwa b'mod sproporzjonat il-marġnijiet tal-profitt tagħhom. Il-Kummissjoni indikat li din id-differenza fix-xaqliba tat-tnaqqis hija konsegwenza inevitabbli tal-fatt li l-PMI tal-impenn għaċ-ċelloli kien ħafna eqreb lejn il-prezzijiet tas-suq globali mill-PMI tal-impenn għall-moduli. Barra minn hekk, wara d-divulgazzjoni, il-Kummissjoni naqqset il-PMI tal-bidu bid-dazju varjabbli, u għalhekk il-PMI bid-dazju varjabbli mhux se jibqa' ogħla mill-PMI tal-impenn għall-monoċelloli.

    (46)

    Wara d-divulgazzjoni mill-ġdid, kumpaniji upstream u downstream kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tagħhom u s-CCCME rrepetew il-fehma tagħhom li l-PMI kien għoli wisq ukoll jekk kien aġġustat 'l isfel, fatt li xi wħud minnhom laqgħuh pożittivament. Min-naħa l-oħra, il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjoni tagħhom irrepetew li l-PMI kien baxx wisq u li ma kienx jirrifletti l-prezz mhux dannuż; li l-PMI naqas sproporzjonatament aktar malajr għall-moduli milli għaċ-ċelloli u li PV Insights ma kenitx punt ta' riferiment affidabbli.

    (47)

    Il-Kummissjoni osservat li l-ebda waħda minn dawn il-partijiet ma ressqet argumenti ġodda dwar iż-żewġ elementi l-ġodda divulgati (il-frontloading tat-tnaqqis gradwali u l-użu tad-dejta trimestrali l-aktar riċenti). Pjuttost, huma rrepetew l-approċċ ġenerali tagħhom dwar il-PMI li huma diġà kienu indikaw wara d-divulgazzjoni, adattat għal-livelli l-ġodda tal-PMI trimestrali. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li diġà kienet indirizzat l-essenza ta' dawn il-pretensjonijiet wara d-divulgazzjoni.

    (48)

    Bosta partijiet saħqu wkoll li l-perjodu għall-kummenti kien qasir wisq. Il-Kummissjoni kkunsidrat li ġurnata tax-xogħol waħda kienet biżżejjed għall-partijiet biex jikkummentaw, billi d-divulgazzjoni kienet limitata għal żewġ elementi biss tal-metodoloġija biex jiġi stabbilit il-PMI u dispożizzjoni dwar id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat din il-pretensjoni.

    (49)

    It-tnaqqis gradwali tal-PMI tad-dazju varjabbli se jkun kif ġej:

     

    PMI taċ-ċelloli multikristallini (EUR/Watt)

    PMI taċ-ċelloli monokristallini (EUR/Watt)

    PMI tal-moduli multikristallini (EUR/Watt)

    PMI tal-moduli monokristallini (EUR/Watt)

    PMI tal-impenn iffriżat (34)

    0,21

    0,23 – (0,04/2)

    0,25

    0,23 + (0,04/2)

    0,43

    0,46 – (0,047/2)

    0,48

    0,46 + (0,047/2)

    Aġġustament ipotetiku tat-tieni trimestru tal-2017 (35)

    0,20

    0,24

    0,41

    0,46

    Aġġustament ipotetiku tat-tielet trimestru tal-2017 (35)

    0,20

    0,23

    0,39

    0,44

    Mill-1 ta' Ottubru 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017

    0,19

    0,23

    0,37

    0,42

    Mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Marzu 2018

    0,19

    0,22

    0,34

    0,39

    Mill-1 ta' April 2018 sat-30 ta' Ġunju 2018

    0,19

    0,22

    0,32

    0,37

    Mill-1 ta' Lulju 2018

    0,18

    0,21

    0,30

    0,35

    3.   KAMP TA' APPLIKAZJONI TAL-PMI TAD-DAZJU VARJABBLI

    (50)

    Il-Kummissjoni nnutat li l-garanzija fuq il-prezz inizjalment kopriet il-kumpaniji kollha li kkooperaw fl-investigazzjoni inizjali. Meta wieħed iqis li l-PMI il-ġdid tad-dazju varjabbli se jissostitwixxi dan l-impenn, il-Kummissjoni qieset li hu opportun li l-PMI il-ġdid għandu japplika biss għal dawk il-kumpaniji li kienu għadhom parti mill-impenn fuq il-prezz jew irtiraw volontarjament mingħajr kwistjonijiet preċedenti identifikati mill-Kummissjoni.

    (51)

    Bi skambju, il-Kummissjoni kkunsidrat li kumpaniji oħrajn ma għandhomx ikunu soġġetti għas-sistema l-ġdida tal-PMI, iżda għal dazji ad valorem sabiex ma tiġix kompromessa l-effettività tal-forma ġdida ta' miżuri. B'mod partikolari, din l-esklużjoni għandha tapplika għal kumpaniji li għalihom il-Kummissjoni kienet irtirat l-aċċettazzjoni tal-impenn minħabba ksur tal-impenn. F'dawn il-każijiet, il-kondotta fil-passat tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inkwistjoni li esportaw il-prodott ikkonċernat b'inqas mill-prezz mhux dannuż jew li b'xi mod ieħor kisru l-impenn kienet tikkostitwixxi raġuni suffiċjenti biex il-Kummissjoni tassumi li hemm riskju konsiderevoli li dawn bl-istess mod mhumiex se jirrispettaw il-PMI il-ġdid. Dan ikun jimmina l-effettività ta' dan tal-aħħar u għalhekk ma jipprovdix il-protezzjoni meħtieġa kontra d-dumping dannuż futur. Bl-istess mod, il-kumpaniji li kienu rtiraw volontarjament mill-impenn sabiex jantiċipaw l-irtirar imminenti mill-Kummissjoni wkoll ma għandhomx jaqgħu taħt il-PMI tad-dazju varjabbli l-ġdid.

    (52)

    Wara d-divulgazzjoni, tliet kumpaniji li kienu rtiraw b'mod volontarju mill-impenn, iżda ma kinux ġew inklużi fl-Anness VI, ipprovdew kummenti sostanzjati għaliex kienu jqisu li kellhom raġunijiet leġittimi għall-irtirar tagħhom. Fuq il-bażi ta' evidenza addizzjonali mogħtija minn dawn il-kumpaniji, il-Kummissjoni sabet li huma ma kinux kisru l-impenn fil-passat. Barra minn hekk, l-ebda rtirar tal-impenn mill-Kummissjoni ma kien imminenti qabel l-irtirar volontarju tagħhom. Il-Kummissjoni kienet sodisfatta wkoll li l-irtirar tagħhom kien sar għal raġunijiet li ma jindikawx riskju konsiderevoli li ma kinux se jirrispettaw il-PMI il-ġdid fil-futur. Għalhekk, il-Kummissjoni inkludiet dawn it-tliet kumpaniji fl-Anness VI. Barra minn hekk, inkludiet ukoll żewġ kumpaniji oħra, li għalihom l-aċċettazzjoni tal-impenn kienet ġiet irtirata biss għal raġunijiet ta' “imprattikabbiltà”. F'dawn il-każijiet, ma kien hemm l-ebda evidenza li huma kienu biegħu l-prodott ikkonċernat lis-suq tal-Unjoni b'inqas mill-prezz mhux dannuż.

    (53)

    Wara d-divulgazzjoni, xi produtturi esportaturi, il-Gvern tar-RPĊ u s-CCCME sostnew ukoll li l-PMI il-ġdid tad-dazju varjabbli għandu japplika għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha u li l-esklużjoni ta' xi esportatur mill-PMI kienet tikser fil-fehma tagħhom l-Artikolu 9(5) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 15(2) tar-Regolament antisussidji bażiku. Il-Kummissjoni fakkret li aktar kmieni hija kienet stabbilixxiet livelli ta' dazju differenti għal produtturi esportaturi individwali, gruppi ta' produtturi esportaturi oħra li kkoperaw u l-kumpaniji l-oħra kollha abbażi ta' raġunijiet mhux diskriminatorji. Barra minn hekk, f'dak li jirrigwarda l-PMI tad-dazju varjabbli, il-Kummissjoni stabbilixxiet distinzjoni bejn il-produtturi esportaturi għal raġunijiet oġġettivi biss (jiġifieri, jekk, abbażi ta' aderenza mal-kundizzjonijiet tal-impenn, l-espożizzjoni għall-PMI tad-dazju varjabbli tqajjimx riskju konsiderevoli ta' nuqqas ta' konformità mal-PMI tad-dazju varjabbli). Billi tibbaża lilha nnifisha fuq l-investigazzjonijiet tagħha dwar il-konformità mal-impenn, il-Kummissjoni b'hekk iddeterminat li ċerti kumpaniji biss għandhom ikunu soġġetti għall-PMI tad-dazju varjabbli għaliex dawn ma jirrappreżentawx riskju ta' nuqqas ta' konformità futura mal-PMI tad-dazju varjabbli. Dawn il-kumpaniji huma: (i) il-produtturi esportaturi li rrispettaw it-termini tal-impenn billi esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni bil-livell tal-prezz mhux dannuż rispettivament determinat, u (ii) il-produtturi esportaturi li rtiraw volontarjament mill-impenn mingħajr l-intenzjoni li jantiċipaw l-irtirar imminenti mill-impenn min-naħa tal-Kummissjoni. Dawn il-kumpaniji għandhom ikunu soġġetti għall-PMI tad-dazju varjabbli għall-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Min-naħa l-oħra, dawk il-produtturi esportaturi kollha li kisru l-impenn, irrispettivament minn jekk dan il-ksur diġà nstabx li seħħ jew jekk tali ksur se jinstab li seħħ f'investigazzjonijiet futuri mill-Kummissjoni, ma jistgħux jiġu fdati sabiex jikkonformaw mal-PMI tad-dazju varjabbli. Jenħtieġ għalhekk li d-dazju ad valorem rispettiv bla limitu massimu japplika għalihom.

    (54)

    Il-Kummissjoni qiegħda tkompli twettaq investigazzjonijiet dwar il-konformità mal-impenn tal-prezz u tista' tiftaħ investigazzjonijiet ġodda għal oġġetti li ġew rilaxxati f'ċirkolazzjoni ħielsa filwaqt li l-impenn fuq il-prezz kien għadu fis-seħħ. Għal dawn l-investigazzjonijiet, l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 u (UE) 2017/367 jibqgħu l-liġi applikabbli. B'mod partikolari, dejn doganali jinħoloq hekk kif id-dikjarazzjoni tkun aċċettata għal rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera: (a) kull meta jiġi stabbilit, fir-rigward tal-importazzjonijiet fatturati mill-kumpaniji soġġetti għall-impenn, li waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet tal-impenn ma tkunx ġiet issodisfata; jew (b) meta l-Kummissjoni tiskopri li l-impenn ikun inkiser f'regolament jew deċiżjoni li jirreferu għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara bħala invalidi l-fatturi rilevanti tal-impenn. Il-Kummissjoni qieset ukoll li produttur esportatur li jkun instab li kiser dan l-impenn ma għandux jibbenefika mill-PMI tad-dazju varjabbli, ukoll jekk dawn is-sejbiet ikunu saru wara t-terminazzjoni tal-impenn fuq il-prezz. F'dan it-tip ta' każijiet, il-PMI tad-dazju varjabbli ma għandux jibqa' aktar applikabbli. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tneħħi l-ismijiet tal-kumpanija/i rispettiva/i mill-Anness VI l-ġdid u mill-Anness 5 l-ġdid bl-istess att legali li fih in-nuqqas ta' konformità jiġi stabbilit.

    (55)

    Għaldaqstant, il-PMI tad-dazju varjabbli se japplika biss għall-entitajiet ġuridiċi elenkati fl-Anness VI l-ġdid li għandu jiġi miżjud mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u l-Anness 5 l-ġdid li għandu jiġi miżjud mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366.

    4.   L-OPERAT TAL-PMI TAD-DAZJU VARJABBLI

    (56)

    Fejn oġġetti minn entitajiet ġuridiċi elenkati fl-Anness VI l-ġdid li għandu jiġi miżjud mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u l-Anness 5 l-ġdid li għandu jiġu miżjud mar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 jiġu importati bi prezz tal-fruntiera tal-Unjoni CIF daqs jew ogħla mill-PMI stabbilit tad-dazju varjabbli, ebda dazju ma jrid jitħallas. Jekk dawn l-importazzjonijiet isiru bi prezz inqas mill-PMI tad-dazju varjabbli, id-dazju definittiv għandu jkun ugwali għad-differenza bejn il-PMI tad-dazju varjabbli applikabbli u l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju. L-ammont tat-taxxa ma għandu fl-ebda każ ikun ogħla mir-rati ta' dazju ad valorem ikkombinati stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366. Għalhekk, jekk l-importazzjonijiet isiru bi prezz taħt il-PMI tad-dazju varjabbli, tkun pagabbli l-anqas mid-differenza bejn il-PMI applikabbli tad-dazju varjabbli u l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, u r-rati ta' dazju ad valorem ikkombinati stabbiliti fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u l-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366.

    (57)

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE li tikkonferma l-aċċettazzjoni tal-impenn, kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/615, jeħtieġ li titħassar, għax il-PMI tad-dazju varjabbli se jissostitwixxi l-impenn kurrenti. Fl-istess ħin, huwa xieraq li jitkomplew l-investigazzjonijiet li jikkonċernaw il-konformità mal-impenn fuq il-prezz li l-Kummissjoni bħalissa qed twettaq u li jinbdew investigazzjonijiet ġodda fil-futur għal oġġetti li ġew rilaxxati f'ċirkolazzjoni ħielsa filwaqt li l-impenn fuq il-prezz kien għadu fis-seħħ, fejn xieraq.

    (58)

    Wara d-divulgazzjoni xi partijiet talbu li l-PMI il-ġdid jiġi ppubblikat minn qabel, sabiex jingħataw biżżejjed żmien biex iħejju għall-bidla. Peress li l-ebda parti ma ppreżentat l-ebda indikazzjoni taż-żmien f'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkunsidrat li perjodu ta' preavviż ta' ġimagħtejn jagħti lill-partijiet kollha kkonċernati żmien biżżejjed f'dan ir-rigward. Huwa għalhekk xieraq li jiġi previst dewmien ta' ġimagħtejn bejn il-pubblikazzjoni u d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Wara d-divulgazzjoni mill-ġdid, is-CCCME kkummentat li l-PMI tad-dazju varjabbli jenħtieġ li jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni kkunsidrat li d-differenza bejn il-PMI preżenti tal-impenn u l-PMI tad-dazju varjabbli l-ġdid hija sostanzjali. Għalhekk, il-kumpaniji jeħieġu ġimagħtejn sabiex jaġġustaw għaċ-ċirkostanzi mibdula tas-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni rrifjutat din il-pretensjoni.

    (59)

    Il-Kumitati stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 u mill-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) 2016/1037 ma tax opinjoni.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 1, il-paragrafu (2a) li ġej huwa mdaħħal:

    “2a.   L-ammont tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, li bħalissa jinsabu fil-kodiċijiet TARIC elenkati fil-paragrafu 5 l-ġdid u manifatturati mill-entitajiet ġuridiċi msemmija elenkati fl-Anness VI, għandu jkun id-differenza bejn il-prezzijiet minimi tal-importazzjoni stabbiliti fis-subparagrafu li jmiss u l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, jekk dan tal-aħħar ikun aktar baxx minn dak tal-ewwel. Ma għandu jinġabar ebda dazju fejn il-prezz nett fil-fruntiera tal-Unjoni jkun ugwali għall-prezz minimu tal-importazzjoni korrispondenti stabbilit fit-tabella ta' hawn taħt jew ogħla minnu. L-ammont tat-taxxa fl-ebda każ ma għandu jkun ogħla mir-rata tad-dazju ad valorem stabbilita fil-paragrafu 2. L-applikazzjoni tal-miżuri għall-kumpaniji msemmija fl-Anness VI għandha tkun kundizzjonali fuq preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida li tindika l-elementi stipulati fl-Anness V.

    Għall-iskopijiet tas-subparagrafu preċedenti, għandu japplika l-prezz minimu tal-importazzjoni stabbilit fit-tabella ta' hawn taħt. Fejn, wara li ssir verifika wara l-importazzjoni, jinstab li l-prezz nett fil-fruntiera tal-Unjoni, attwalment imħallas mill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità (prezz ta' wara l-importazzjoni) huwa anqas mill-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, kif irriżulta mid-dikjarazzjoni doganali u l-prezz ta' wara l-importazzjoni ikun anqas mill-prezz minimu tal-importazzjoni, għandu japplika ammont ta' dazju ekwivalenti għad-differenza bejn il-prezz minimu tal-importazzjoni stabbilit fit-tabella ta' hawn taħt u l-prezz ta' wara l-importazzjoni, sakemm l-applikazzjoni tad-dazju ad valorem stabbiliti fil-paragrafu 2 flimkien mal-prezz ta' wara l-importazzjoni ma tkunx twassal għal ammont (il-prezz attwalment imħallas flimkien mad-dazji ad valorem) li jibqa' anqas mill-prezz minimu tal-importazzjoni stabbilit fit-tabella ta' hawn taħt.

    Il-prezz minimu tal-importazzjoni (PMI) se jonqos kull trimestru kif stabbilit fit-tabella ta' hawn taħt għal kull tip ta' prodott korrispondenti:

    Il-perjodu ta' applikazzjoni tal-PMI

    PMI taċ-ċelloli multikristallini (EUR/Watt)

    PMI taċ-ċelloli monokristallini (EUR/Watt)

    PMI tal-moduli multikristallini (EUR/Watt)

    PMI tal-moduli monokristallini (EUR/Watt)

    Mill-1 ta' Ottubru 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017

    0,19

    0,23

    0,37

    0,42

    Mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Marzu 2018

    0,19

    0,22

    0,34

    0,39

    Mill-1 ta' April 2018 sat-30 ta' Ġunju 2018

    0,19

    0,22

    0,32

    0,37

    Mill-1 ta' Lulju 2018

    0,18

    0,21

    0,30

    0,35

    L-entitajiet ġuridiċi li la huma elenkati fil-paragrafu 2 u lanqas fl-Anness I, fl-Anness II jew fl-Anness VI għandhom ikunu soġġetti għar-rati tad-dazju ad valorem ikkombinati applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” stabbiliti fil-paragrafu 2.”

    (2)

    fl-Artikolu 1, il-paragarafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “4.   Meta xi produttur esportatur ġdid fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li:

    ma esportax il-prodott deskritt fil-paragrafu 1 lejn l-Unjoni fil-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2011 u t-30 ta' Ġunju 2012 (il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali),

    mhuwiex relatat ma xi esportatur jew produttur fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huwa soġġett għal miżuri antidumping imposti minn dan ir-Regolament,

    realment esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu ta' investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni,

    il-Kummissjoni tista' temenda l-Anness I u l-Anness VI billi żżid il-produttur esportatur il-ġdid.”

    (3)

    fl-Artikolu 1, il-paragrafu 5 li ġej huwa mdaħħal:

    “5.   Il-moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju multikristallin (imsejjaħ ukoll polikristallin) bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC 8541409051, 8541409052, 8541409053, u 8541409059. Il-moduli multikristallini huma magħmula minn ċelloli multikristallini;

    Il-moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju monokristallin bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC 8541409041, 8541409042, 8541409043 u 8541409049. Il-moduli monokristallini huma magħmula minn ċelloli monokristallini.

    Ċelloli multikristallini (imsejħa wkoll polikristallini) tat-tip użat f'moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin bi ħxuna ta' mhux aktar minn 400 μm bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC 8541409071, 8541409072, 8541409073 u 8541409079. Iċ-ċelloli multikristallini huma magħmula minn siliċju multikristallin (multi-Si) li jikkonsisti fi kristalli żgħar u għandhom forma perfettament rettangolari.

    Ċelloli monokristallini tat-tip użat f'moduli jew pannelli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin bi ħxuna taċ-ċelloli ta' mhux aktar minn 400 μm bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC 8541409061, 8541409062, 8541409063, u 8541409069. Iċ-ċelloli monokristallini huma magħmula mis-siliċju monokristallin (mono-Si), kristall kontinwu u għandhom l-erba' kantunieri tagħhom maqtugħa.”

    (4)

    L-Artikolu 2 huwa mħassar.

    (5)

    L-Artikolu 3 huwa mħassar.

    Artikolu 2

    L-Anness ta' dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness VI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367.

    Artikolu 3

    Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 1, il-paragrafu (2a) li ġej huwa mdaħħal:

    “2a.   L-ammont tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1, li bħalissa jinsab fil-kodiċijiet TARIC elenkati fil-paragrafu 4 l-ġdid u manifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija elenkati fl-Anness 5, għandu jkun id-differenza bejn il-prezzijiet minimi tal-importazzjoni stabbiliti fis-subparagrafu li jmiss u l-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, jekk dan tal-aħħar ikun aktar baxx minn dak tal-ewwel. Ma għandu jinġabar ebda dazju fejn il-prezz nett fil-fruntiera tal-Unjoni jkun ugwali għall-prezz minimu tal-importazzjoni korrispondenti stabbilit fit-tabella ta' hawn taħt jew ogħla minnu. L-ammont tat-taxxa fl-ebda każ ma għandu jkun ogħla mir-rata tad-dazju ad valorem stabbilita fil-paragrafu 2. L-applikazzjoni tal-miżuri għall-kumpaniji msemmija fl-Anness 5 għandha tkun kundizzjonali fuq preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida li tindika l-elementi stipulati fl-Anness 4.

    Għall-iskopijiet tas-subparagrafu preċedenti, għandu japplika l-prezz minimu tal-importazzjoni stabbilit fit-tabella ta' hawn taħt. Fejn, wara li ssir verifika wara l-importazzjoni, jinstab li l-prezz nett fil-fruntiera tal-Unjoni, attwalment imħallas mill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità (prezz ta' wara l-importazzjoni) huwa anqas mill-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, kif irriżulta mid-dikjarazzjoni doganali u l-prezz ta' wara l-importazzjoni ikun anqas mill-prezz minimu tal-importazzjoni, għandu japplika ammont ta' dazju ekwivalenti għad-differenza bejn il-prezz minimu tal-importazzjoni stabbilit fit-tabella ta' hawn taħt u l-prezz ta' wara l-importazzjoni, sakemm l-applikazzjoni tad-dazju ad valorem stabbiliti fil-paragrafu 2 flimkien mal-prezz ta' wara l-importazzjoni ma tkunx twassal għal ammont (il-prezz attwalment imħallas flimkien mad-dazji ad valorem) li jibqa' anqas mill-prezz minimu tal-importazzjoni stabbilit fit-tabella ta' hawn taħt.

    Il-prezz minimu tal-importazzjoni (PMI) se jonqos kull trimestru għal kull tip ta' prodott korrispondenti:

    Il-perjodu ta' applikazzjoni tal-PMI

    PMI taċ-ċelloli multikristallini (EUR/Watt)

    PMI taċ-ċelloli monokristallini (EUR/Watt)

    PMI tal-moduli multikristallini (EUR/Watt)

    PMI tal-moduli monokristallini (EUR/Watt)

    Mill-1 ta' Ottubru 2017 sal-31 ta' Diċembru 2017

    0,19

    0,23

    0,37

    0,42

    Mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Marzu 2018

    0,19

    0,22

    0,34

    0,39

    Mill-1 ta' April 2018 sat-30 ta' Ġunju 2018

    0,19

    0,22

    0,32

    0,37

    Mill-1 ta' Lulju 2018

    0,18

    0,21

    0,30

    0,35

    L-entitajiet ġuridiċi li la huma elenkati fil-paragrafu 2 u lanqas fl-Anness 1 jew fl-Anness 5 għandhom ikunu soġġetti għar-rati tad-dazju ad valorem ikkombinati applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” stabbiliti fil-paragrafu 2.”

    (2)

    fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 li ġej huwa mdaħħal:

    “4.   Il-moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju multikristallin (imsejjaħ ukoll polikristallin) bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC 8541409051, 8541409052, 8541409053, u 8541409059. Il-moduli multikristallini huma magħmula minn ċelloli multikristallini;

    Il-moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju monokristallin bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC 8541409041, 8541409042, 8541409043 u 8541409049. Il-moduli monokristallini huma magħmula minn ċelloli monokristallini.

    Ċelloli multikristallini (imsejħa wkoll polikristallini) tat-tip użat f'moduli jew pannelli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin bi ħxuna ta' mhux aktar minn 400 μm bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC 8541409071, 8541409072, 8541409073 u 8541409079. Iċ-ċelloli multikristallini huma magħmula minn siliċju multikristallin (multi-Si) li jikkonsisti fi kristalli żgħar u għandhom forma perfettament rettangolari.

    Ċelloli monokristallini tat-tip użat f'moduli jew pannelli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin bi ħxuna taċ-ċelloli ta' mhux aktar minn 400 μm bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet TARIC 8541409061, 8541409062, 8541409063, u 8541409069. Iċ-ċelloli monokristallini huma magħmula mis-siliċju monokristallin (mono-Si), kristall kontinwu u għandhom l-erba' kantunieri tagħhom maqtugħa.”

    (3)

    L-Artikolu 2 huwa mħassar.

    (4)

    L-Artikolu 3 huwa mħassar.

    Artikolu 4

    L-Anness ta' dan ir-Regolament huwa mdaħħal bħala l-Anness 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366.

    Artikolu 5

    Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/615 huma b'dan imħassra.

    Artikolu 6

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ 15-il jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Settembru 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1238/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66).

    (5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/423/UE tat-2 ta' Awwissu 2013 li taċċetta impenn offrut b'rabta mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 209, 3.8.2013, p. 26).

    (6)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/707/UE tal-4 ta' Diċembru 2013 li tikkonferma l-aċċettazzjoni ta' impenn offrut b'rabta mal-proċedimenti ta' anti-dumping u antisussidji li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi bis-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-perjodu ta' applikazzjoni ta' miżuri definittivi (ĠU L 325, 5.12.2013, p. 214).

    (7)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/657/UE tal-10 ta' Settembru 2014 li taċċetta proposta minn grupp ta' produtturi esportaturi flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi għal kjarifiki rigward l-implimentazzjoni tal-impenn imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazjoni 2013/707/UE (ĠU L 270, 11.9.2014, p. 6).

    (8)  Ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/866 (ĠU L 139, 5.6.2015, p. 30), (UE) 2015/1403 (ĠU L 218, 19.8.2015, p. 1), (UE) 2015/2018 (ĠU L 295, 12.11.2015, p. 23), (UE) 2016/115 (ĠU L 23, 29.1.2016, p. 47), (UE) 2016/1045 (ĠU L 170, 29.6.2016, p. 5), (UE) 2016/1382 (ĠU L 222, 17.8.2016, p. 10), (UE) 2016/1402 (ĠU L 228, 23.8.2016, p. 16), (UE) 2016/1998 (ĠU L 308, 16.11.2016, p. 8), (UE) 2016/2146 (ĠU L 333, 8.12.2016, p. 4), (UE) 2017/454 (ĠU L 71, 16.3.2017, p. 5), (UE) 2017/941 (ĠU L 142, 2.6.2017, p. 43) li jirtiraw l-aċċettazzjoni tal-impenn għal bosta produtturi esportaturi.

    (9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/12 tas-6 ta' Jannar 2016 li jtemm reviżjoni interim parzjali tal-miżuri antidumping u kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew huma kkonsenjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 4, 7.1.2016, p. 1).

    (10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/185 tal-11 ta' Frar 2016 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkunsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le (ĠU L 37, 12.2.2016, p. 76).

    (11)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/184 tal-11 ta' Frar 2016 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013 fuq l-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) ikkunsinjati mill-Malasja u t-Tajwan, kemm jekk iddikjarati bħala li joriġinaw fil-Malasja jew fit-Tajwan kif ukoll jekk le (ĠU L 37, 12.2.2016, p. 56).

    (12)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/367 tal-1 ta' Marzu 2017 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, wara rieżami tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 131).

    (13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/366 tal-1 ta' Marzu 2017 li jimponi dazji kumpensatorji fuq l-importazzjoni ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew jintbagħtu mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami tal-skadenza skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jtemm l-investigazzjoni dwar ir-rieżami interim parzjali skont Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) 2016/1037 (ĠU L 56, 3.3.2017, p. 1).

    (14)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/615 tat-30 ta' Marzu 2017 li taċċetta proposta minn grupp ta' produtturi esportaturi flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u Prodotti Elettroniċi rigward l-implimentazzjoni tal-impenn imsemmi fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/707/UE (ĠU L 86, 31.3.2017, p. 14).

    (15)  Notifika ta' Bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping u kumpensatorji applikabbli għall-importazzjonijiet ta' moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli) li joriġinaw jew huma kkunsinjati mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 67, 3.3.2017, p. 16).

    (16)  Ara l-premessi (256), (336), (364) u (369) tar-Regolament ta' Implimetazzjoni (UE) 2017/367.

    (17)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 8.

    (18)  Ara l-premessi (253), (336) u (369) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367.

    (19)  Dwar l-eliġibbiltà, ara t-Taqsima 3 ta' dan ir-Regolament.

    (20)  Konvertiti skont ir-rata tal-kambju medja ta' kull xahar tal-BĊE minn USD għal EUR.

    (21)  Ara l-premessi (3) sa (9) tad-Deċiżjoni 2013/423/UE.

    (22)  Ara l-premessi (256), (336) u (370) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367.

    (23)  Pereżempju il-prezzijiet spot medji rrappurtati minn PV Insights fit-tieni trimestru tal-2017 kienu ta' EUR 0,3/W għall-multimoduli u EUR 0,35/W għall-monomoduli; EUR 0,18/W għall-multiċelloli u EUR 0,21/W għall-monoċelloli. Il-prezzijiet kollha kienu kkonvertiti minn USD għal EUR bir-rata tal-kambju medja tal-BĊE applikabbli f'kull xahar rilevanti. Dan jitqabbel mal-prezz minimu attwali mhux dannuż stabbilit skont l-impenn fuq il-prezz għaċ-ċelloli (EUR 0,23/W) u l-moduli (EUR 0,46/W).

    (24)  International Technology Roadmap for Photovoltaic (ITRPV): Results 2017, it-Tmien Edizzjoni, Marzu 2017, p. 6.

    (25)  International Technology Roadmap for Photovoltaic (ITRPV): Results 2017, it-Tmien Edizzjoni, Marzu 2017, p. 44.

    (26)  Il-vjeġġi kumulattivi globali huma fil-biċċa l-kbira ekwivalenti għad-domanda globali kumulattiva. Tal-ewwel ikejlu l-ammont ta' moduli mibjugħa mill-manifatturi, u tal-aħħar tkejjel l-ammont ta' moduli li kienu ġew installati mill-utenti u bdew jiġġeneraw l-elettriku. Wara ċertu żmien, tal-ewwel għandhom ikunu ugwali għal tal-aħħar, minbarra għal persentaġġ żgħir ta' moduli li jkunu tkissru fit-tranżitu.

    (27)  Il-vjeġġi kumulattivi globali huma fil-biċċa l-kbira ekwivalenti għad-domanda globali kumulattiva. Tal-ewwel ikejlu l-ammont ta' moduli mibjugħa mill-manifatturi; tal-aħħar tkejjel l-ammont ta' moduli li ġew installati mill-utenti u bdew jiġġeneraw l-elettriku. Wara ċertu żmien, tal-ewwel għandhom ikunu ugwali għal tal-aħħar, minbarra għal persentaġġ żgħir ta' moduli li jkunu tkissru fit-tranżitu.

    (28)  Ara l-premessa 19.

    (29)  Il-medja tal-prezzijiet irrappurtati minn PV Insights fl-ewwel tliet xhur tal-2017 għal kull tip ta' prodott.

    (30)  Bloomberg New Energy Finance, Q1 2017 Global PV Market Outlook, p. 14 u Bloomberg New Energy Finance, May 2017 PV Index Supply, Shipments and Prices, p. 12

    (31)  Ara l-premessi (256), (336) u (370) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367.

    (32)  Ara l-premessi (3) sa (9) tad-Deċiżjoni 2013/423/UE.

    (33)  Ara l-premessa (41) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/12.

    (34)  Ara l-premessi (19) u (34) għall-metodoloġija biex il-PMI tal-impenn jinqasam bejn prodotti multi u mono.

    (35)  Aġġustament ipotetiku għall-iskop tal-frontloading kif spjegat fil-premessa (42).


    ANNESS

    L-Anness VI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u l-Anness 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/366 (L-entitajiet legali li għalihom id-dazju varjabbli MIP huwa applikabbli):

    “Isem il-kumpanija

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    Changzhou Trina Solar Energy Co. Ltd

    Trina Solar (Changzhou) Science & Technology Co. Ltd

    Changzhou Youze Technology Co. Ltd

    Trina Solar Energy (Shanghai) Co. Ltd

    Yancheng Trina Solar Energy Technology Co. Ltd

    flimkien mal-kumpaniji relatati tagħhom fl-Unjoni Ewropea

    B791

    Delsolar (Wujiang) Ltd

    B792

    JingAo Solar Co. Ltd

    Shanghai JA Solar Technology Co. Ltd

    JA Solar Technology Yangzhou Co. Ltd

    Hefei JA Solar Technology Co. Ltd

    Shanghai JA Solar PV Technology Co. Ltd

    flimkien mal-kumpanija relatata tagħhom fl-Unjoni

    B794

    Wuxi Suntech Power Co. Ltd

    Suntech Power Co. Ltd

    Wuxi Sunshine Power Co. Ltd

    Luoyang Suntech Power Co. Ltd

    Zhenjiang Rietech New Energy Science Technology Co. Ltd

    Zhenjiang Ren De New Energy Science Technology Co. Ltd

    flimkien mal-kumpaniji relatati tagħhom fl-Unjoni

    B796

    Yingli Energy (China) Co. Ltd

    Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Hainan Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Hengshui Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Tianjin Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Lixian Yingli New Energy Resources Co. Ltd

    Baoding Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Baoding Tianwei Yingli New Energy Resources Co. Ltd,

    Altusvia Energy (Taicang) Co. Ltd

    B797

    Jiangsu Aide Solar Energy Technology Co. Ltd

    B798

    Anhui Chaoqun Power Co. Ltd

    B800

    Anji DaSol Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

    B802

    Anhui Schutten Solar Energy Co. Ltd

    Quanjiao Jingkun Trade Co. Ltd

    B801

    Anhui Titan PV Co. Ltd

    B803

    Xi'an SunOasis (Prime) Company Limited

    TBEA SOLAR CO. LTD

    XINJIANG SANG'O SOLAR EQUIPMENT

    B804

    Changzhou NESL Solartech Co., Ltd

    B806

    Changzhou Shangyou Lianyi Electronic Co. Ltd

    B807

    ChangZhou EGing Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B811

    CIXI CITY RIXING ELECTRONICS CO. LTD

    ANHUI RINENG ZHONGTIAN SEMICONDUCTOR DEVELOPMENT CO. LTD

    HUOSHAN KEBO ENERGY & TECHNOLOGY CO. LTD

    B812

    CNPV Dongying Solar Power Co. Ltd

    B813

    CSG PVtech Co. Ltd

    B814

    China Sunergy (Nanjing) Co. Ltd

    CEEG Nanjing Renewable Energy Co. Ltd

    CEEG (Shanghai) Solar Science Technology Co. Ltd

    China Sunergy (Yangzhou) Co. Ltd

    China Sunergy (Shanghai) Co. Ltd

    B809

    Dongfang Electric (Yixing) MAGI Solar Power Technology Co. Ltd

    B816

    EOPLLY New Energy Technology Co. Ltd

    SHANGHAI EBEST SOLAR ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

    JIANGSU EOPLLY IMPORT & EXPORT CO. LTD

    B817

    Zheijiang Era Solar Co. Ltd

    B818

    GD Solar Co. Ltd

    B820

    Greenway Solar-Tech (Shanghai) Co. Ltd

    Greenway Solar-Tech (Huaian) Co. Ltd

    B821

    Guodian Jintech Solar Energy Co. Ltd

    B822

    Hangzhou Bluesun New Material Co. Ltd

    B824

    Hanwha SolarOne (Qidong) Co. Ltd

    B826

    Hengdian Group DMEGC Magnetics Co. Ltd

    B827

    HENGJI PV-TECH ENERGY CO. LTD

    B828

    Himin Clean Energy Holdings Co. Ltd

    B829

    Jetion Solar (China) Co. Ltd

    Junfeng Solar (Jiangsu) Co. Ltd

    Jetion Solar (Jiangyin) Co. Ltd

    flimkien mal-kumpanija relatata magħhom fl-Unjoni

    B830

    Jiangsu Green Power PV Co. Ltd

    B831

    Jiangsu Hosun Solar Power Co. Ltd

    B832

    Jiangsu Jiasheng Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B833

    Jiangsu Runda PV Co. Ltd

    B834

    Jiangsu Sainty Photovoltaic Systems Co. Ltd

    Jiangsu Sainty Machinery Imp. And Exp. Corp. Ltd

    B835

    Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Changzhou Shunfeng Photovoltaic Materials Co. Ltd

    Jiangsu Shunfeng Photovoltaic Electronic Power Co. Ltd

    B837

    Jiangsu Sinski PV Co. Ltd

    B838

    Jiangsu Sunlink PV Technology Co. Ltd

    B839

    Jiangsu Zhongchao Solar Technology Co. Ltd

    B840

    Jiangxi Risun Solar Energy Co. Ltd

    B841

    Jiangyin Hareon Power Co. Ltd

    Hareon Solar Technology Co. Ltd

    Taicang Hareon Solar Co. Ltd

    Hefei Hareon Solar Technology Co. Ltd

    Jiangyin Xinhui Solar Energy Co. Ltd

    Altusvia Energy (Taicang) Co. Ltd

    flimkien mal-kumpanija relatata tagħhom fl-Unjoni

    B842

    Jiangxi LDK Solar Hi-Tech Co. Ltd

    LDK Solar Hi-Tech (Nanchang) Co. Ltd

    LDK Solar Hi-Tech (Suzhou) Co. Ltd

    B793

    Jiangyin Shine Science and Technology Co. Ltd

    B843

    Jinzhou Yangguang Energy Co. Ltd

    Jinzhou Huachang Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Jinzhou Jinmao Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Jinzhou Rixin Silicon Materials Co. Ltd

    Jinzhou Youhua Silicon Materials Co. Ltd

    B795

    Jinko Solar Co. Ltd

    Jinko Solar Import and Export Co. Ltd

    ZHEJIANG JINKO SOLAR CO. LTD

    ZHEJIANG JINKO SOLAR TRADING CO. LTD

    flimkien mal-kumpaniji relatati tagħhom fl-Unjoni

    B845

    Juli New Energy Co. Ltd

    B846

    Jumao Photonic (Xiamen) Co. Ltd

    B847

    King-PV Technology Co. Ltd

    B848

    Kinve Solar Power Co. Ltd (Maanshan)

    B849

    GCL System Integration Technology Co. Ltd

    Konca Solar Cell Co. Ltd

    Suzhou GCL Photovoltaic Technology Co. Ltd

    Jiangsu GCL Silicon Material Technology Development Co. Ltd

    Jiangsu Zhongneng Polysilicon Technology Development Co. Ltd

    GCL-Poly (Suzhou) Energy Limited

    GCL-Poly Solar Power System Integration (Taicang) Co. Ltd

    GCL SOLAR POWER (SUZHOU) LIMITED

    GCL Solar System (Shuzhou) Limited

    B850

    Lightway Green New Energy Co. Ltd

    Lightway Green New Energy(Zhuozhou) Co. Ltd

    B851

    Motech (Suzhou) Renewable Energy Co. Ltd

    B852

    Nanjing Daqo New Energy Co. Ltd

    B853

    NICE SUN PV CO. LTD

    LEVO SOLAR TECHNOLOGY CO. LTD

    B854

    Ningbo Jinshi Solar Electrical Science & Technology Co. Ltd

    B857

    Ningbo Komaes Solar Technology Co. Ltd

    B858

    Ningbo South New Energy Technology Co. Ltd

    B861

    Ningbo Sunbe Electric Ind Co. Ltd

    B862

    Ningbo Ulica Solar Science & Technology Co. Ltd

    B863

    Perfectenergy (Shanghai) Co. Ltd

    B864

    Perlight Solar Co. Ltd

    B865

    Sumec Hardware & Tools Co. Ltd

    Phono Solar Technology Co. Ltd

    B866

    Risen Energy Co., Ltd

    flimkien mal-kumpanija relatata tagħha fl-Unjoni

    B868

    SHANGHAI ALEX SOLAR ENERGY SCIENCE & TECHNOLOGY CO. LTD

    SHANGHAI ALEX NEW ENERGY CO. LTD

    B870

    Shanghai BYD Co. Ltd

    BYD (Shangluo) Industrial Co. Ltd

    B871

    Shanghai Chaori Solar Energy Science & Technology Co. Ltd

    B872

    Propsolar (Zhejiang) New Energy Technology Co. Ltd

    Shanghai Propsolar New Energy Co. Ltd

    B873

    SHANGHAI SHANGHONG ENERGY TECHNOLOGY CO. LTD

    B874

    SHANGHAI SOLAR ENERGY S&T CO. LTD

    Shanghai Shenzhou New Energy Development Co. Ltd

    Lianyungang Shenzhou New Energy Co. Ltd

    B875

    Shanghai ST Solar Co. Ltd

    Jiangsu ST Solar Co. Ltd

    B876

    Shenzhen Sacred Industry Co. Ltd

    B878

    Sopray Energy Co. Ltd

    Shanghai Sopray New Energy Co. Ltd

    B881

    SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

    NINGBO SUN EARTH SOLAR POWER CO. LTD

    Ningbo Sun Earth Solar Energy Co. Ltd

    B882

    SUZHOU SHENGLONG PV-TECH CO. LTD

    B883

    TDG Holding Co. Ltd

    B884

    Tianwei New Energy Holdings Co. Ltd

    Tianwei New Energy (Chengdu) PV Module Co. Ltd

    Tianwei New Energy (Yangzhou) Co. Ltd

    B885

    Wenzhou Jingri Electrical and Mechanical Co. Ltd

    B886

    Shanghai Topsolar Green Energy Co. Ltd

    B877

    Shenzhen Sungold Solar Co. Ltd

    B879

    Wuhu Zhongfu PV Co. Ltd

    B889

    Wuxi Shangpin Solar Energy Science and Technology Co. Ltd

    B891

    Wuxi Solar Innova PV Co. Ltd

    B892

    Wuxi Taichang Electronic Co. Ltd

    China Machinery Engineering Wuxi Co.Ltd

    Wuxi Taichen Machinery & Equipment Co. Ltd

    B893

    Xi'an Huanghe Photovoltaic Technology Co. Ltd

    State-run Huanghe Machine-Building Factory Import and Export Corporation

    Shanghai Huanghe Fengjia Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B896

    Xi'an LONGi Silicon Materials Corp.

    Wuxi LONGi Silicon Materials Co. Ltd

    B897

    LERRI Solar Technology (Zhejiang) Co. Ltd

    flimkien mal-kumpanija relatata tagħha fl-Unjoni

    B898

    Yuhuan Sinosola Science & Technology Co. Ltd

    B900

    Zhangjiagang City SEG PV Co. Ltd

    B902

    Zhejiang Fengsheng Electrical Co. Ltd

    B903

    Zhejiang Global Photovoltaic Technology Co., Ltd

    B904

    Zhejiang Heda Solar Technology Co. Ltd

    B905

    Zhejiang Jiutai New Energy Co., Ltd

    Zhejiang Topoint Photovoltaic Co. Ltd

    B906

    Zhejiang Kingdom Solar Energy Technic Co. Ltd

    B907

    Zhejiang Koly Energy Co. Ltd

    B908

    Zhejiang Mega Solar Energy Co. Ltd

    Zhejiang Fortune Photovoltaic Co. Ltd

    B910

    Zhejiang Shuqimeng Photovoltaic Technology Co. Ltd

    B911

    Zhejiang Shinew Photoelectronic Technology Co. Ltd

    B912

    Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology Limited Liability Company

    Zhejiang Yauchong Light Energy Science & Technology Co. Ltd

    B914

    Zhejiang Sunrupu New Energy Co. Ltd

    B915

    Zhejiang Tianming Solar Technology Co. Ltd

    B916

    Zhejiang Trunsun Solar Co. Ltd

    Zhejiang Beyondsun PV Co. Ltd

    B917

    Zhejiang Wanxiang Solar Co. Ltd

    WANXIANG IMPORT & EXPORT CO LTD

    B918

    ZHEJIANG YUANZHONG SOLAR CO. LTD

    B920

    Zhongli Talesun Solar Co. Ltd

    flimkien mal-kumpanija relatata tagħha fl-Unjoni

    B922 ”


    Top