EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1478

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1478 tas-16 ta' Awwissu 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 748/2008 u l-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 593/2013 fir-rigward tal-awtorità awtorizzata li toħroġ dokumenti u ċertifikati fl-Arġentina

C/2017/5623

ĠU L 211, 17.8.2017, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/1478/oj

17.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1478

tas-16 ta' Awwissu 2017

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 748/2008 u l-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 593/2013 fir-rigward tal-awtorità awtorizzata li toħroġ dokumenti u ċertifikati fl-Arġentina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta' Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (2),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 tas-26 ta' Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 fir-rigward tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta' prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 748/2008 tat-30 ta' Lulju 2008 dwar il-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kwota ta' tariffa tal-importazzjoni għal falda rqiqa ffriżata ta' annimali bovini fi ħdan il-kodiċi tan-NM 0206 29 91 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2013 tal-21 ta' Ġunju 2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji għaċ-ċanga friska ta' kwalità għolja, imkessħa u ffriżata, u għal-laħam tal-buflu ffriżat (5), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1439/95 jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet fil-pajjiżi esportaturi awtorizzati li joħorġu dokumenti tal-oriġini.

(2)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 748/2008, jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet fl-Arġentina awtorizzati li joħorġu ċertifikati tal-awtentiċità.

(3)

L-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 593/2013 jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet fil-pajjiżi esportaturi awtorizzati li joħorġu ċertifikati tal-awtentiċità.

(4)

L-Arġentina nnotifikat lill-Kummissjoni li mis-26 ta' Ġunju 2017 l-awtorità ġdida awtorizzata li toħroġ id-dokumenti tal-oriġini u ċ-ċertifikati tal-awtentiċità taċ-ċanga, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż li joriġinaw fl-Arġentina hija l-Ministeru tal-Agrikoltura. Għalhekk huwa xieraq li dan ir-Regolament japplika minn din id-data.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 748/2008 u l-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 593/2013 jiġu emendati skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1439/95, l-annotazzjoni Nru 1. hija sostitwita b'dan li ġej:

“1.

L-Arġentina: Il-Ministerio de Agroindustria”

Artikolu 2

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 748/2008 huwa sostitwit b'dan li ġej:

ANNESS III

Lista tal-awtoritajiet fl-Arġentina awtorizzati li joħorġu ċ-ċertifikati tal-awtentiċità

L-Arġentina: Il-Ministerio de Agroindustria:

għal falda rqiqa li toriġina fl-Arġentina kif speċifikat fl-Artikolu 1(3)(a).

Artikolu 3

Fl-Anness III tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 593/2013, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

“—

MINISTERIO DE AGROINDUSTRIA:

għal-laħam li joriġina mill-Arġentina:

(a)

li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fil-punt (c) tal-Artikolu 1(1);

(b)

li jissodisfa d-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 2(a).”

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-26 ta' Ġunju 2017.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Awwissu 2017.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(3)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 7.

(4)  ĠU L 202, 31.7.2008, p. 28.

(5)  ĠU L 170, 22.6.2013, p. 32.


Top