This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0423
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/423 of 9 March 2017 re-imposing a definitive anti-dumping duty and collecting definitively the provisional duty imposed on imports of certain footwear with uppers of leather originating in the People's Republic of China and Vietnam and produced by Fujian Viscap Shoes Co. Ltd, Vietnam Ching Luh Shoes Co. Ltd, Vinh Thong Producing-Trading-Service Co. Ltd, Qingdao Tae Kwang Shoes Co. Ltd, Maystar Footwear Co. Ltd, Lien Phat Company Ltd, Qingdao Sewon Shoes Co. Ltd, Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd, PanYu Leader Footwear Corporation, Panyu Hsieh Da Rubber Co. Ltd, An Loc Joint Stock Company, Qingdao Changshin Shoes Company Limited, Chang Shin Vietnam Co. Ltd, Samyang Vietnam Co. Ltd, Qingdao Samho Shoes Co. Ltd, Min Yuan, Chau Giang Company Limited, Foshan Shunde Fong Ben Footwear Industrial Co. Ltd and Dongguan Texas Shoes Limited Co. implementing the judgment of the Court of Justice in Joined Cases C-659/13 and C-34/14
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/423 tad-9 ta' Marzu 2017 li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u magħmula minn Fujian Viscap Shoes Co. Ltd, Vietnam Ching Luh Shoes Co. Ltd, Vinh Thong Producing-Trading-Service Co. Ltd, Qingdao Tae Kwang Shoes Co. Ltd, Maystar Footwear Co. Ltd, Lien Phat Company Ltd, Qingdao Sewon Shoes Co. Ltd, Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd, PanYu Leader Footwear Corporation, Panyu Hsieh Da Rubber Co. Ltd, An Loc Joint Stock Company, Qingdao Changshin Shoes Company Limited, Chang Shin Vietnam Co. Ltd, Samyang Vietnam Co. Ltd, Qingdao Samho Shoes Co. Ltd, Min Yuan, Chau Giang Company Limited, Foshan Shunde Fong Ben Footwear Industrial Co. Ltd, u Dongguan Texas Shoes Limited Co. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Maqgħuda C-659/13 u C-34/14
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/423 tad-9 ta' Marzu 2017 li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u magħmula minn Fujian Viscap Shoes Co. Ltd, Vietnam Ching Luh Shoes Co. Ltd, Vinh Thong Producing-Trading-Service Co. Ltd, Qingdao Tae Kwang Shoes Co. Ltd, Maystar Footwear Co. Ltd, Lien Phat Company Ltd, Qingdao Sewon Shoes Co. Ltd, Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd, PanYu Leader Footwear Corporation, Panyu Hsieh Da Rubber Co. Ltd, An Loc Joint Stock Company, Qingdao Changshin Shoes Company Limited, Chang Shin Vietnam Co. Ltd, Samyang Vietnam Co. Ltd, Qingdao Samho Shoes Co. Ltd, Min Yuan, Chau Giang Company Limited, Foshan Shunde Fong Ben Footwear Industrial Co. Ltd, u Dongguan Texas Shoes Limited Co. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Maqgħuda C-659/13 u C-34/14
C/2017/1554
ĠU L 64, 10.3.2017, p. 72–104
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 11/03/2022
10.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 64/72 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/423
tad-9 ta' Marzu 2017
li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u magħmula minn Fujian Viscap Shoes Co. Ltd, Vietnam Ching Luh Shoes Co. Ltd, Vinh Thong Producing-Trading-Service Co. Ltd, Qingdao Tae Kwang Shoes Co. Ltd, Maystar Footwear Co. Ltd, Lien Phat Company Ltd, Qingdao Sewon Shoes Co. Ltd, Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd, PanYu Leader Footwear Corporation, Panyu Hsieh Da Rubber Co. Ltd, An Loc Joint Stock Company, Qingdao Changshin Shoes Company Limited, Chang Shin Vietnam Co. Ltd, Samyang Vietnam Co. Ltd, Qingdao Samho Shoes Co. Ltd, Min Yuan, Chau Giang Company Limited, Foshan Shunde Fong Ben Footwear Industrial Co. Ltd, u Dongguan Texas Shoes Limited Co. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Maqgħuda C-659/13 u C-34/14
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u b'mod partikolari l-Artikolu 266 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) u 14(1) u (3) tiegħu,
Billi:
A. PROĊEDURA
(1) |
Fit-23 ta' Marzu 2006, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (KE) Nru 553/2006 (2) li jistabbilixxi miżuri antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda (“żraben”) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ir-“RPĊ” jew “iċ-Ċina”) u mill-Vjetnam (ir-“Regolament provviżorju” — traduzzjoni mhux uffiċjali). |
(2) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 (3), il-Kunsill impona dazji antidumping definittivi għal sentejn u li jvarjaw bejn 9,7 % u 16,5 % fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda, li joriġinaw mill-Vjetnam u mir-RPĊ (“ir-Regolament (KE) Nru 1472/2006” jew “ir-Regolament ikkontestat”). |
(3) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 388/2008 (4) il-Kunsill estenda l-miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-RPĊ għal importazzjonijiet ikkunsinjati mir-Reġjun Amministrattiv Speċjali (“RAS”) tal-Macao, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mir-RAS tal-Macao kemm jekk le. |
(4) |
Wara eżami tal-iskadenza mibdi fit-3 ta' Ottubru 2008 (5), il-Kunsill estenda aktar il-miżuri antidumping għal 15-il xahar permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 (6), jiġifieri sal-31 ta' Marzu 2011, meta l-miżuri skadew (“ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009”). |
(5) |
Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd u Risen Footwear (HK) Co Ltd, kif ukoll Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd (“l-applikanti”) ikkontestaw ir-Regolament ikkontestat fil-Qorti tal-Prim Istanza (issa: il-Qorti Ġenerali). B'sentenzi tal-4 ta' Marzu 2010 fil-Kawża T-401/06 Brosmann Footwear (HK) u Oħrajn v il-Kunsill u tal-4 ta' Marzu 2010 fil-Kawżi Magħquda T-407/06 u T-408/06 Zhejiang Aokang Shoes u Wenzhou Taima Shoes v il-Kunsill il-Qorti Ġenerali rrifjutat dawk il-kontestazzjonijiet. |
(6) |
L-applikanti appellaw dawn is-sentenzi. Fis-sentenzi tagħha tat-2 ta' Frar 2012 fil-Kawża C-249/10 P Brosmann Footwear (HK) u oħrajn v il-Kunsill u tal-15 ta' Novembru 2012 fil-Kawża C-247/10P Zhejiang Aokang Shoes v il-Kunsill (“is-sentenzi Brosmann u Aokang”), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat dawn is-sentenzi. Hija sostniet li l-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-liġi meta hija ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kinitx meħtieġa li teżamina talbiet għal trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”) skont l-Artikolu 2(7)(b) u (c) tar-Regolament bażiku minn negozjanti mhux inklużi fil-kampjun (il-paragrafu 36 tas-sentenza fil-Kawża C-249/10 P u l-paragrafu 29 u 32 tas-sentenza fil-Kawża C-247/10 P). |
(7) |
Il-Qorti mbagħad tat sentenza hi stess fuq din il-kwistjoni. Hija ddeċidiet li “il-Kummissjoni kellha teżamina t-talbiet dokumentati li l-appellanti ppreżentawlha fuq il-bażi tal-Artikolu 2(7)(b) u (c) tar-Regolament bażiku sabiex jibbenefikaw minn TES fil-kuntest tal-proċedura antidumping [li hija] prevista mir-Regolament kontenzjuż. Barra minn hekk għandu jiġi kkonstatat li ma huwiex eskluż li eżami bħal dan kien iwassal għall-impożizzjoni, fir-rigward tagħhom, ta' dazju antidumping definittiv differenti mid-dazju ta' 16,5 % li huwa applikabbli fir-rigward tagħhom bis-saħħa tal-Artikolu 1(3) tar-regolament ikkontestat. Fil-fatt, minn din l-istess dispożizzjoni jirriżulta li dazju antidumping definittiv ta' 9,7 % ġie impost fir-rigward tal-operatur uniku taċ-Ċina li jidher fil-kampjun li kiseb it-TES. Issa, hekk kif jirriżulta mill-punt 38 tas-sentenza preżenti, kieku l-Kummissjoni kienet ikkonstatat li l-kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq kienu jipprevalu wkoll għall-appellanti, dawn tal-aħħar, meta l-kalkolu ta' marġni tad-dumping individwali ma kienx possibbli, kellhom jibbenefikaw ukoll minn din l-aħħar imsemmija rata” (il-paragrafu 42 tas-sentenza fil-Kawża C-249/10 P u l-paragrafu 36 tas-sentenza fil-Kawża C-247/10 P). |
(8) |
B'konsegwenza ta' dan, hija ħassret ir-Regolament ikkontestat safejn dan jirrigwarda lill-applikanti kkonċernati. |
(9) |
F'Ottubru 2013, il-Kummissjoni, permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7), ħabbret li hija kienet iddeċidiet li terġa' tibda l-proċediment antidumping fil-punt eżatt li fih saret l-illegalità, u li kienet sejra teżamina jekk il-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq ipprevalewx għall-applikanti għall-perjodu mill-1 ta' April 2004 sal-31 ta' Marzu 2005. L-avviż stieden lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw ruħhom u jagħmlu lilhom infushom magħrufa |
(10) |
F'Marzu 2014, il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE (8), irrifjuta l-proposta tal-Kummissjoni li jiġi adottat Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq ċerti żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co. Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd u temm il-proċedimenti fir-rigward ta' dawk il-produtturi. Il-Kunsill kien tal-fehma li l-importaturi, peress li jkunu xtraw żraben minn dawk il-produtturi esportaturi, li għalihom id-dazji doganali rilevanti kienu ġew rimborsati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fuq il-bażi tal-Artikolu 236 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/1992 (9) (il-“Kodiċi Doganali tal-Komunità”), kisbu aspettattivi leġittimi fuq il-bażi tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament ikkontestat, li kien għamel id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, u b'mod partikolari l-Artikolu 221 tiegħu, applikabbli għall-ġbir tad-dazji. |
(11) |
Tliet importaturi tal-prodott ikkonċernat, C&J Clark International Ltd (“Clark”), Puma SE (“Puma”) u Timberland Europe B.V. (“Timberland”) (“l-importaturi kkonċernati”) ikkontestaw il-miżuri antidumping fuq importazzjonijiet ta' ċertu żraben miċ-Ċina u mill-Vjetnam u invokaw il-ġurisprudenza msemmija fil-premessi minn (5) sa (7) quddiem il-Qrati nazzjonali tagħhom, li rreferew il-kwistjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja għal deċiżjoni preliminari. |
(12) |
Fl-4 ta' Frara 2016, fil-Kawżi Magħquda C-659/13 C&J Clark International Limited u C-34/14 Puma SE (10), il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat ir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 bħala invalidi sa fejn il-Kummissjoni Ewropea ma eżaminatx it-TES u t-talbiet għal trattament individwali (“TI”) ippreżentati mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-Vjetnam mhux inklużi fil-kampjun (“is-sentenzi”), kuntrarjament għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 2(7)(b) u 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (11). |
(13) |
Rigward il-Kawża C-571/14, Timberland Europe, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fil-11 ta' April 2016 li tħassar il-kawża mir-reġistru fuq talba tal-qorti nazzjonali tar-rinviju. |
(14) |
L-Artikolu 266 tat-TFUE jistipula li l-istituzzjonijiet iridu jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mas-sentenzi tal-Qorti. Fil-każ ta' annullament ta' att adottat mill-istituzzjonijiet fil-kuntest ta' proċedura amministrattiva, bħall-antidumping, il-konformità mas-sentenza tal-Qorti tikkonsisti fil-bdil tal-att annullat b'att ġdid, li fih l-illegalità identifikata mill-Qorti tiġi eliminata (12). |
(15) |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, il-proċedura għas-sostituzzjoni tal-att annullat tista' titkompla fil-punt li fih saret l-illegalità (13). Dan jimplika b'mod partikolari li, f'sitwazzjoni fejn att li jikkonkludi proċedura amministrattiva jiġi annullat, l-annullament mhux neċessarjament jaffettwa l-atti preparatorji, bħall-ftuħ tal-proċedura antidumping. F'sitwazzjoni fejn regolament li jimponi miżuri definittivi ta' antidumping jiġi annullat, dan ifisser li wara l-annullament, il-proċedura kontra d-dumping tkun għadha miftuħa, għaliex l-att li jikkonkludi l-proċediment antidumping jgħib mill-ordni legali tal-Unjoni (14), ħlief jekk l-illegalità tkun saret fl-istadju tal-ftuħ. |
(16) |
Minbarra l-fatt li l-istituzzjonijiet ma eżaminawx it-talbiet għal TES u TI li ġew ippreżentati minn produtturi esportaturi fir-RPĊ u l-Vjetnam li ma ġewx kampjunati, is-sejbiet l-oħrajn kollha magħmula fir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 jibqgħu validi. |
(17) |
F'dan il-każ, l-illegalità saret wara l-ftuħ. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li terġa' tibda dan il-proċediment antidumping li kien għadu miftuħ wara s-sentenzi fil-punt li fih saret l-illegalità u li teżamina jekk kinux jipprevalu l-kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq għall-produtturi esportaturi kkonċernati għall-perjodu mill-1 ta' April 2004 sal-31 ta' Marzu 2005, li kien il-perjodu ta' investigazzjoni (“l-investigazzjoni oriġinali”). Il-Kummissjoni eżaminat ukoll, fejn xieraq, jekk il-produtturi esportaturi kkonċernati jikkwalifikawx għal TI skont 9(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (15) (ir-“Regolament bażiku qabel ma ġie emendat”) (16). |
(18) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395 (17), il-Kummissjoni reġgħet imponiet dazju antidumping definittiv u ġabret b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' Clark u Puma ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-RPĊ u prodotti minn tlettax-il produttur esportatur Ċiniż li ppreżentaw talbiet għal TES u għal TI, iżda li ma kinux ġew inklużi fil-kampjun. |
(19) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 (18), il-Kummissjoni reġgħet imponiet dazju antidumping definittiv u ġabret b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' Clark, Puma u Timberland ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mill-Vjetnam u prodotti minn ċerti produtturi esportaturi Vjetnamiżi li ppreżentaw talbiet għal TES u għal TI, iżda li ma kinux ġew inklużi fil-kampjun. |
(20) |
Permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731 (19) il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid dazju antidumping definittiv u ġabret b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' Puma u Timberland ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti minn General Footwear Ltd. u ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mill-Vjetnam u prodotti minn Diamond Vietnam Co Ltd u TY Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd ('Ty Hung Co Ltd.') li ppreżentaw talbiet għal TES u IT, iżda li ma kinux ġew inklużi fil-kampjun. |
(21) |
Il-validità tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395, (UE) 2016/1647 u (UE) 2016/1731 ġiet ikkontestata minn Puma u Timberland quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-781/16 Puma u Oħrajn v il-Kummissjoni u T-782/16 Timberland Europe v il-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-validità tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395 ġiet ikkontestata wkoll fil-Qorti Ġenerali minn Clark fil-Kawżi T-790/16 C & J Clark International v il-Kummissjoni T-861/16 C & J Clark International v il-Kummissjoni. |
(22) |
Fid-dawl tal-implimentazzjoni tas-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-659/13 C & J Clark International Limited u C-34/14 Puma SE msemmija hawn fuq fil-Premessa (12), il-Kummissjoni adottat Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223 li jistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni ta' ċerti talbiet għal trattament ta' ekonomija tas-suq u għal trattment individwali li saru minn produtturi esportaturi miċ-Ċina u mill-Vjetnam, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (20). Fl-Artikolu 1 ta' dak ir-regolament, il-Kummissjoni tat istruzzjoni lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex iressqu t-talbiet kollha għar-rimborż tad-dazji antidumping definittivi mħallsa fuq l-importazzjonijiet ta' żraben li joriġinaw fiċ-Ċina u fil-Vjetnam magħmula minn importaturi abbażi tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju u abbażi tal-fatt li produttur esportatur mhux fil-kampjun kien talab għal TES jew TI fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri definittivi mir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 ('l-investigazzjoni oriġinali'). Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pretensjoni rilevanti għal TES jew TI u timponi mill-ġdid ir-rata ta' dazju xierqa. Abbażi ta' dan, l-awtoritajiet dogonali nazzjonali għandhom sussegwentement jiddeċiedu fuq it-talba għal ħlas lura u remissjoni tad-dazji antidumping. |
(23) |
Il-validità tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223 hija soġġetta għal talba għal deċiżjoni preliminari ppreżentata mill-Finanzgericht Düsseldorf fid-9 ta' Mejju 2016 (il-Kawża C-256/16 Diechmann). It-talba t'hawn fuq għal deċiżjoni preliminari saret fil-kuntest ta' tilwima bejn Deichmann, importatur Ġermaniż taż-żraben u l-awtorità doganali nazzjonali rilevanti, Hauptzollamt Duisburg. It-tilwima hija dwar ir-rimborż ta' dazji antidumping imħallsa minn Deichmann fuq importazzjonijiet ta' żraben minn, fost l-oħrajn, il-fornitur Ċiniż tiegħu Chengdu Sunshine Shoes Co. li ppreżenta talba għal TES u għal TI u li ma ġiex inkluża fil-kampjun. Ġiet ippreżentata t-tieni talba għal deċiżjoni preliminari fuq il-validità tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223 mit-Tribunal tal-Ewwel livell (Tax Chamber) tar-Renju Unit fit-28 ta' Novembru 2016, (il-Kawża C-612/16 C&J Clark International). |
(24) |
Barra minn hekk, wara notifika mill-awtorità doganali Franċiżi skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223, il-Kummissjoni analizzat talbiet għal TES/TI minn tliet produtturi esportaturi Ċiniżi, Chengdu Sunshine Shoes Co. Ltd, Foshan Nanhai Shyang Yuu Footwear Ltd, u Fujian Sunshine Footwear Co. Ltd. |
(25) |
B'riżultat ta' dan ta' hawn fuq, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2257 (21), il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid dazju antidumping definittiv u ġabret b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' ċertu żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u prodotti minn tliet produtturi esportaturi li ppreżentaw talbiet għal TES u TI iżda li ma kinux ġew inklużi fil-kampjun. |
(26) |
Fit-12 ta' Lulju 2016, skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223, l-awtoritajiet doganali tar-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni bit-talbiet għal rimborż tal-importaturi fl-Unjoni u pprovdew dokumenti ta' sostenn. |
(27) |
Fit-13 ta' Lulju 2016, skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223, l-awtoritajiet doganali tal-Belġju nnotifikaw lill-Kummissjoni bit-talbiet għal rimborż tal-importaturi fl-Unjoni u pprovdew dokumenti ta' sostenn. |
(28) |
Fis-26 ta' Lulju 2016, skont l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223, l-awtoritajiet doganali tal-Isvezja nnotifikaw lill-Kummissjoni bit-talbiet għal rimborż tal-importaturi fl-Unjoni u pprovdew dokumenti ta' sostenn. |
(29) |
Dawn in-notifiki, li huma s-suġġett ta' dan ir-regolament, elenkaw total ta' mitejn u sitta u erbgħin kumpaniji bħala fornituri ta' żraben miċ-Ċina u mill-Vjetnam. |
(30) |
Għal għadd kbir minn dawn il-kumpaniji, mija u tmienja u sittin (elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament), il-Kummissjoni ma għandhiex rekord li dawn il-kumpaniji ppreżentaw xi formola ta' talba għal TES jew TI fl-investigazzjoni oriġinali. Fost dawn il-kumpaniji kien hemm ukoll kumpaniji li mhumiex ikkonċernati mill-investigazzjoni peress li dawn pereżempju ma kinux jinsabu fiċ-Ċina jew fil-Vjetnam jew kienu kumpaniji kummerċjali jew sempliċiment ta' pproċessar u fi kwalunkwe każ mhux intitolati għal xi marġini tad-dumping individwali. Il-kumpaniji elenkati fl-Anness III lanqas ma kienu kapaċi juru li huma kienu relatati ma' xi produttur esportatur Ċiniż u Vjetnamiż li kien għamel talba għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa(79) hawn taħt, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li jista' jkun li mhux l-importaturi kollha li xtraw żraben mingħand dawk in-negozjanti kienu jafu bil-ħtieġa li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet tal-produtturi esportaturi li l-imsemmija negozjanti xtraw iż-żraben tagħhom mingħandhom. Il-premessa(79) tispjega wkoll f'aktar dettall ir-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni, fuq dik il-bażi, iddeċidiet li tissospendi temporanjament l-eżaminazzjoni tal-kumpaniji elenkati fl-Anness III. |
(31) |
Mill-kumpaniji li jifdal, għoxrin kienu vvalutati qabel b'mod individwali jew bħala parti minn grupp ta' kumpaniji magħżul fil-kampjun ta' produtturi esportaturi Ċiniżi jew Vjetnamiżi fil-kuntest tal-investigazzjoni oriġinali (elenkati fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament). Peress li l-ebda waħda minn dawn il-kumpaniji ma rċeviet rata ta' dazju individwali, ġie applikat id-dazju għaċ-Ċina ta' 16,5 %, jew ta' 10 % għall-Vjetnam, għall-importazzjonijiet ta' żraben minn dawn il-kumpaniji rispettivament. Dawn ir-rati ma ġewx affettwati mis-sentenza msemmija fil-premessa (12). |
(32) |
Mill-kumpaniji li jifdal, wieħed u tletin (elenkati fl-Anness V ta' dan ir-Regolament) kienu diġà ġew ivvalutati jew b'mod individwali jew bħala parti minn grupp ta' kumpanija fil-kuntest tal-implimentazzjoni tas-sentenza msemmija fil-premessa (12); jiġifieri fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE jew fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395, (UE) 2016/1647, (UE) 2016/1731 u (UE) 2016/2257 rispettivament. Dawn il-valutazzjonijiet kienu jinkludu wkoll tmien kumpaniji li ġew innotifikati lill-Kummissjoni u li ġew identifikati wara d-divulgazzjoni permezz ta' kummenti li waslu mingħand il-Federation of the European Sporting Goods Industry ('FESI') u Footwear Coalition bħala li huma relatati ma' waħda mill-kumpaniji jew mill-gruppi ta' kumpaniji li kienu diġà ġew ivvalutati f'wieħed mir-regolamenti msemmija qabel. |
(33) |
Il-kumpaniji jew il-gruppi ta' kumpaniji ivvalutati mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE ma kienu ġew soġġetti għall-ebda impożizzjoni mill-ġdid ta' dazju antidumping, kif imsemmi fil-premessa(10), fuq il-bażi li kien diġà sar ir-rimborż tad-dazji lil dawn il-kumpaniji u b'hekk kien hemm aspettattivi leġittimi min-naħa tagħhom li mhux se jerġgħu jiġu imposti mill-ġdid. Min-naħa l-oħra, it-talbiet għar-rimborż tal-importaturi fl-Unjoni relatati ma' kumpaniji jew ma' gruppi ta' kumpaniji vvalutati bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395, (UE) 2016/1647, (UE) 2016/1731 u (UE) 2016/2257 rispettivament, ma għandhomx jingħataw. Dan għaliex dawn l-importaturi jinsabu f'sitwazzjoni legali differenti minn dawk ivvalutati mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2014/149/UE, speċjalment għax ma miksubu l-ebda aspettattiva leġittima. |
(34) |
Wara d-divulgazzjoni, permezz ta' kummenti pprovduti minn FESI u minn Footwear Coalition, produttur esportatur Ċiniż wieħed li kien innotifikat lill-Kummissjoni, kien identifikat bħala kumpanija li ssottomettiet formula tat-talba għat-TES/TI matul l-investigazzjoni oriġinali iżda li la kien intgħażel fil-kampjun u lanqas ma kien ivvalutat fl-eżerċizzji ta' implimentazzjoni preċedenti msemmija fil-premessi (18) sa (20) u (25). L-istess partijiet identifikaw ukoll erba' kumpaniji oħra nnotifikaw lill-Kummissjoni li kienu relatati ma' produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi li kienu ssottomettew formola tat-talba għal TES/TI matul l-investigazzjoni oriġinali, iżda li la kienu fil-kampjun u lanqas ma kienu ġew ivvalutati fl-eżerċizzji ta' implimentazzjoni preċedenti msemmija fil-premessi (18) sa (20) u (25). B'kollox għalhekk hemm ħames kumpaniji (elenkati fl-Anness VI) li t-talba tagħhom għal TES/TI, jew dik tal-kumpaniji relatati tagħhom, għandha tiġi vvalutata. Dawn il-valutazzjonijiet ma jistgħux jitlestew fil-qafas taż-żmien fl-eżerċizzju ta' implimentazzjoni attwali u għalhekk se jkunu soġġetti għal eżerċizzju ta' implimentazzjoni ieħor. Tat-talbiet għar-rimborż tal-importaturi fl-Unjoni ta' dawn il-kumpaniji (elenkati fl-Anness VI) għandhom għalhekk jiġu temporanjament sospiżi sakemm titlesta l-valutazzjoni tat-talbiet għal TES/TI tal-fornituri rilevanti fiċ-Ċina u/jew fil-Vjetnam. |
(35) |
Fl-aħħar nett, wara d-divulgazzjoni, l-istess partijiet affermaw li sitt kumpaniji elenkati fl-Anness III kienu relatati ma' kumpanija jew grupp ta' kumpaniji diġà vvalutati f'eżerċizzji preċedenti ta' implimentazzjoni u għandhom jiġu identifikati bħala tali. Madankollu, l-evidenza fil-fajl ma kkonfermatx din l-affermazzjoni, li fi kwalunkwe każ ma kienet sostnuta mill-ebda evidenza oħra. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni hija miċħuda. |
(36) |
Id-dsatax-il kumpanija li kien għad fadal kienu produtturi esportaturi Ċiniżi jew Vjetnamiżi li ma ġewx inklużi fil-kampjun fl-investigazzjoni oriġinali u li ppreżentaw formola ta' talba għal TES/TI. Il-Kummissjoni għalhekk ivvalutat it-talbiet għal TES u TI li għamlu dawn il-kumpaniji. Din il-valutazzjoni inkludiet ukoll żewġ kumpaniji li kienu nnotifikati lill-Kummissjoni u li kienu identifikati wara d-divulgazzjoni permezz ta' kummenti li waslu mingħand FESI u Footwear Coalition bħala li huwa relatati ma' produttur esportatur Ċiniż suġġett għall-valutazzjoni attwali. |
(37) |
Fil-qosor, f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni vvalutat il-formoli ta' talba għal TES/TI ta': Fujian Viscap Shoes Co. Ltd, Vietnam Ching Luh Shoes Co. Ltd, Vinh Thong Producing-Trading-Service Co. Ltd, Qingdao Tae Kwang Shoes Co. Ltd, Maystar Footwear Co. Ltd, Lien Phat Company Ltd, Qingdao Sewon Shoes Co. Ltd, Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd, PanYu Leader Footwear Corporation, Panyu Hsieh Da Rubber Co. Ltd, An Loc Joint Stock Company, Qingdao Changshin Shoes Company Limited, Chang Shin Vietnam Co Ltd., Samyang Vietnam Co Ltd., Qingdao Samho Shoes Co. Ltd, Min Yuan, Chau Giang Company Limited, Foshan Shunde Fong Ben Footwear Industrial Co. Ltd u Dongguan Texas Shoes Limited Co. |
B. IMPLIMENTAZZJONI TAS-SENTENZI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA FIL-KAWŻI MAGĦQUDA C-659/13 U C-34/14 GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET MIĊ-ĊINA
(38) |
Il-Kummissjoni għandha l-possibbiltà li tirrimedja l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li wasslu għall-annullament tiegħu, filwaqt li ma tbiddilx il-partijiet tal-valutazzjoni li ma kinux affettwati mis-sentenza (22). |
(39) |
Dan ir-Regolament ifittex li jirrimedja l-aspetti tar-Regolament ikkontestat li nstab li huma inkonsistenti mar-Regolament bażiku, u li għalhekk wasslu għad-dikjarazzjoni ta' invalidità f'dak li jirrigwarda l-produtturi esportaturi msemmija fil-premessa (37). |
(40) |
Il-konklużjonijiet kollha l-oħra magħmula fir-Regolament ikkontestat u fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009, li ma ġewx iddikjarati invalidi mill-Qorti tal-Ġustizzja, jibqgħu validi u huma hawnhekk inkorporati f'dan ir-Regolament. |
(41) |
Għaldaqstant, il-premessi li ġejjin huma limitati għall-valutazzjoni l-ġdida meħtieġa għall-konformità mas-sentenzi tal-Qorti. |
(42) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk it-TES jew it-TI kinux prevalenti għall-produtturi esportaturi msemmija fil-premessa (37) (“produtturi esportaturi kkonċernati” li ppreżentaw talbiet għal TES jew TI għall-perjodu ta' investigazzjoni. L-iskop ta' din id-determinazzjoni huwa li jiġi aċċertat il-grad li bih l-importaturi kkonċernati huma intitolati li jirċievu pagament lura ta' dazju antidumping imħallas fir-rigward ta' dazji antidumping imħallsa fuq esportazzjonijiet ta' dawn il-fornituri. |
(43) |
Jekk l-analiżi tiżvela li t-TES kellu jingħata lill-produtturi esportaturi kkonċernati li l-esportazzjonijiet tagħhom kienu soġġetti għad-dazju antidumping imħallas mill-importaturi kkonċernati, rata ta' dazju individwali trid tiġi attribwita lil dak il-produttur esportatur u l-ħlas lura tad-dazju jkun limitat għal ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn id-dazju mħallas u r-rata ta' dazju individwali, jiġifieri, fil-każ ta' importazzjoni miċ-Ċina, id-differenza bejn 16,5 %, u d-dazju impost fuq l-unika kumpanija esportatriċi fil-kampjun li kisbet TES, jiġifieri 9,7 %; u fil-każ ta' importazzjonijiet mill-Vjetnam, id-differenza bejn 10 % u r-rata ta' dazju individwali kkalkulat għall-produttur esportatur ikkonċernat, jekk ikun hemm. |
(44) |
Jekk l-analiżi tiżvela li t-TI kellu jingħata lil produttur esportatur li għalih it-TES ġie rrifjutat, rata ta' dazju individwali trid tiġi attribwita għall-produttur esportatur ikkonċernat u l-ħlas lura tad-dazju jkun limitat għal ammont li jikkorrispondi għad-differenza bejn id-dazju mħallas, jiġifieri, fil-każ ta' importazzjonijiet miċ-Ċina 16,5 % u fil-każ ta' importazzjonijiet mill-Vjetnam 10 %, u d-dazju individwali kkalkulat għall-produttur esportatur ikkonċernat, jekk ikun hemm. |
(45) |
Min-naħa l-oħra, f'każ li l-analiżi ta' tali talbiet tat-TES u tat-TI tiżvela li kemm it-TES kif ukoll it-TI għandhom jiġu miċħuda, ma jista' jingħata l-ebda ħlas lura ta' dazji antidumping. |
(46) |
Kif spjegat fil-premessa (12), il-Qorti tal-Ġustizzja annullat ir-Regolament ikkontestat u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta' ċertu żraben minn ċerti produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi, għaliex il-Kummissjoni ma eżaminatx it-talbiet għal TES u għal TI ppreżentati minn dawn il-produtturi esportaturi. |
(47) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni eżaminat it-talbiet għal TES u għal TI tal-produtturi esportaturi kkonċernati biex tistabbilixxi r-rata tad-dazju applikabbli għall-esportazzjonijiet tagħhom. Dik il-valutazzjoni wriet li l-informazzjoni pprovduta ma wrietx li l-produtturi esportaturi kkonċernati jaħdmu f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq jew li jikkwalifikaw għal trattament individwali (għal spjegazzjoni dettaljata ara l-premessa (48) u dawk sussegwenti hawn taħt). |
1. Valutazzjoni tat-talbiet għal TES
(48) |
Huwa meħtieġ li jiġi indikat li l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jixtieq jibbenefika mit-TES bis-saħħa tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) jipprovdi li t-talba ppreżentata minn produttur bħal dan trid tinkludi provi suffiċjenti, hekk kif stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni, li l-produttur jopera f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq. B'hekk, ma hemm l-ebda obbligu fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jagħtu prova li l-produttur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti għar-rikonoxximent ta' dan l-istatus. Għall-kuntrarju, huma l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li għandhom jivvalutaw jekk il-provi fornuti mill-produttur ikkonċernat humiex biżżejjed sabiex juru li l-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku huma ssodisfati biex jingħata TES, u hija l-qorti tal-Unjoni li għandha tivverifika jekk din il-valutazzjoni hijiex ivvizzjata minn żball manifest (il-paragrafu 32 tas-sentenza fil-Kawża C-249/10 P u l-paragrafu 24 tas-sentenza fil-Kawża C-247/10 P). |
(49) |
F'konformità mal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, il-ħames kriterji kollha elenkati f'dan l-artikolu għandhom jiġu ssodisfati biex produttur esportatur ikun jista' jingħata TES. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li jekk jonqos li jiġi ssodisfat kriterju wieħed biss, dan ikun biżżejjed biex tiġi miċħuda t-talba għal TES. |
(50) |
L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi kkonċernati ma seta' juri li jissodisfa l-kriterju 1 (Deċiżjonijiet tan-negozju). B'mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni sabet li ħafna mill-produtturi esportanti kkonċernati (Kumpaniji 7, 11, 12, 13, 14, 16, 17, 18, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25) (23) ma setgħux jiddeterminaw b'mod ħieles il-kwantitajiet tal-bejgħ tagħhom għal swieq domestiċi u esportaturi. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbilixxiet li kien hemm limitazzjonijiet fl-output u/jew limitazzjoni għal kwantitajiet tal-bejgħ fi swieq speċifiċi (domestiċi jew esportaturi). Barra minn hekk, xi wħud mill-produtturi esportaturi kkonċernati (il-Kumpaniji 8, 9, 10, 15) naqsu milli jipprovdu informazzjoni essenzjali u sħiħa (pereż. provi dwar l-istruttura u l-kapital tal-kumpanija, provi jew spjegazzjonijiet li jikkonċernaw it-teħid ta' deċiżjoni tal-kumpanija) li juru li d-deċiżjonijiet kummerċjali tagħhom kienu ttieħdu skont is-sinjali tas-suq mingħajr interferenza sinifikanti mill-Istat. |
(51) |
Fir-rigward tal-kriterju 2 (Kontabbiltà), il-Kumpaniji 8, 10, 13, 14, 15, 16, 17, 19, 20, 21, 24 u 25 barra minn hekk naqsu milli juru li kellhom sett ta' rekords kontabilistiċi bażiċi awditjati b'mod indipendenti f'konformità ma' standards kontabilistiċi internazzjonali. B'mod partikolari, il-valutazzjonijiet tat-TES żvelaw li dawn il-kumpaniji jew naqsu milli jipprovdu lill-Kummissjoni b'opinjoni/rapport ta' awditur indipendenti, jew il-kontijiet tagħhom ma ġewx awditjati, jew kienu nieqsa minn noti spjegattivi dwar diversi entrati tal-karta tal-bilanċ jew tar-rapport tal-introjtu. |
(52) |
Rigward il-kriterju 3 (Assi u “riport”), il-Kumpaniji 7, 8, 9, 10, 11, 13, 15, 16, 17, 18, 19, 22, 23 u 25 naqsu milli juru li ma ġiet riportata l-ebda distorsjoni mis-sistema ta' ekonomija mhux tas-suq. B'mod partikolari, dawn il-kumpaniji naqsu milli jipprovdu informazzjoni essenzjali u kompluta, fost l-oħrajn, dwar l-assi li huma proprjetà tal-kumpaniji, u t-termini u l-valur tad-drittijiet tal-użu tal-art. |
(53) |
Finalment, u meta jitqiesu r-raġunijiet stabbiliti fil-premessa (49), il-Kummissjoni ma vvalutatx il-kriterji 4 (Il-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà) u 5 (Ir-rata tal-kambju) għall-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi kkonċernati. Il-Kummissjoni informat lill-produtturi esportaturi kkonċernati bis-sejbiet tat-TES u stednithom jipprovdu kummenti. Ma wasal l-ebda kumment. |
2. Valutazzjoni tat-talbiet għal TI
(54) |
Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emendar tiegħu, fejn japplika l-Artikolu 2(7)(a) tal-istess Regolament, għandu madankollu jiġi speċifikat dazju individwali għall-esportaturi li jistgħu juru li huma jissodisfaw il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emendar tiegħu. |
(55) |
Kif imsemmi fil-premessa (48) huwa meħtieġ li jiġi indikat li l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jkun jixtieq jitlob għal TI skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emendar tiegħu. Għal dan l-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(5) jipprovdi li t-talba ppreżentata trid tiġi sostanzjata kif xieraq. B'hekk, ma hemm l-ebda obbligu fuq l-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jagħtu prova li l-esportatur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti biex wieħed jibbenefika mill-imsemmi status. Għall-kuntrarju, l-istituzzjonijiet tal-UE jivvalutaw jekk il-provi fornuti mill-esportatur humiex biżżejjed biex juru li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emendar tiegħu humiex issodisfati biex jingħata t-TI. |
(56) |
Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, qabel l-emendar tiegħu, l-esportaturi għandhom juru, fuq il-bażi ta' talba sostanzjata kif xieraq, li l-ħames kriterji kollha elenkati f'dan l-Artikolu huma ssodisfati sabiex ikun jistgħu jingħataw it-TI. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkunsidrat li n-nuqqas li jiġi ssodisfat mill-inqas kriterju wieħed kien biżżejjed sabiex tiġi miċħuda t-talba għal TI. |
(57) |
Il-ħames kriterji huma dawn li ġejjin:
|
(58) |
Id-dsatax-il produttur esportaturi kkonċernati li talbu għal TES, talbu wkoll għal TI fil-każ li ma jingħatawx TES. Il-Kummissjoni għalhekk ivvalutat it-talbiet għal TI ta' kull produttur esportatur ikkonċernat. |
(59) |
Rigward il-kriterju 1 (Ripatrijazzjoni tal-kapital u l-profitti), il-Kumpaniji 9 u 20 naqsu milli jipprovdu evidenza li turi li kienu liberi li jibagħtu lura lejn pajjiżhom il-kapital u l-profitti u għalhekk ma urewx li dan il-kriterju ġie ssodisfat. |
(60) |
Fir-rigward tal-kriterju 2 (Bejgħ bl-esportazzjoni u l-prezzijiet stabbiliti b'mod liberu), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Kumpaniji 7, 8, 11, 12, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 20, 21, 22, 23 u 24, naqsu milli jagħtu prova li deċiżjonijiet tan-negozju bħall-prezzijiet u l-kwantitajiet tal-esportazzjoni, u l-kundizzjonijiet u t-termini tal-bejgħ kienu ddeterminati b'mod liberu bħala reazzjoni għal sinjali tas-suq, peress li l-evidenza analizzata, bħall-artikoli tal-assoċjazzjoni jew il-liċenzji kummerċjali, uriet limitazzjoni fl-output u/jew fuq il-kwantitajiet tal-bejgħ taż-żraben fi swieq speċifiċi. |
(61) |
Fir-rigward tal-kriterju 3 (Il-kumpanija — il-persunal maniġerjali ewlieni u l-ishma — hija indipendenti biżżejjed mill-interferenza mill-Istat), il-Kumpaniji 7, 8, 9, 10, 13, 15, 16, 17, 18, 19, 22, 23 u 25 naqsu milli jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex juru li kienu indipendenti biżżejjed mill-interferenza mill-Istat. Fost l-oħrajn, ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni dwar kif id-dritt tal-użu tal-art ġie ttrasferit lil dawn il-kumpaniji u b'liema termini u kundizzjonijiet. |
(62) |
Barra minn hekk, il-kumpaniji 8, 10, 17, 18 u 25 naqsu wkoll milli jagħtu prova li ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterju 5 (Ċirkomvenzjoni) fuq il-bażi li ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni fuq kif ittieħdu d-deċiżjonijiet fil-kumpanija. |
(63) |
Finalment, wara li tqiesu d-dispożizzjonijiet imsemmija fi premessa (56) il-Kummissjoni ma vvalutat il-kriterju 4 (il-konversjonijiet tar-rati tal-kambju jsiru bir-rata tas-suq) għall-ebda produttur esportatur konċernat. |
(64) |
L-ebda wieħed mid-dsatax-il produttur esportatur ikkonċernat ma ssodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku qabel l-emendar tiegħu u għalhekk it-TI ġie miċħud lilhom kollha. Il-Kummissjoni infurmat lill-produtturi esportaturi kkonċernati dwar dan u stednithom jipprovdu l-kummenti tagħhom. Ma wasal l-ebda kumment. |
(65) |
Id-dazju residwu antidumping applikabbli għaċ-Ċina u l-Vjetnam, ta' 16,5 % u 10 % rispettivament, għandu għalhekk jiġi impost għall-esportazzjonijiet magħmula mid-dsatax-il produttur esportatur ikkonċernat għall-perjodu tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006. Il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament kien inizjalment mis-7 ta' Ottubru 2006 sas-7 ta' Ottubru 2008. Wara li inbeda rieżami ta' skadenza fit-30 ta' Diċembru 2009 dan ġie estiż sal-31 ta' Marzu 2011. L-illegalità identifikata fis-sentenzi hija li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma stabbilixxewx jekk il-prodotti manifatturati mill-produtturi esportaturi kkonċernati għandhomx ikunu soġġetti għal dazju residwu jew għal dazju individwali. Fuq il-bażi tal-illegalità identifikata mill-Qorti, ma hemmx raġuni legali għal eżenzjoni sħiħa fuq il-prodotti mmanifatturati mill-produtturi esportaturi kkonċernati milli jħallsu xi dazju antidumping. Att ġdid li jirrimedja l-illegalità identifikata mill-Qorti għalhekk jeħtieġ biss li jagħmel valutazzjoni mill-ġdid tar-rata tad-dazju antidumping applikabbli, u mhux tal-miżuri stess. |
(66) |
Billi ġie konkluż li d-dazju residwu applikabbli għaċ-Ċina u l-Vjetnam, għandu jkun impost mill-ġdid fir-rigward tal-produtturi esportaturi kkonċernati bl-istess rata li kienet ġiet oriġinarjament imposta bir-Regolament kontestat u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009, ma hija meħtieġa l-ebda bidla fir-Regolament (KE) Nru 388/2008. Dan ir-Regolament jibqa' validu. |
C. KONKLUŻJONIJIET
(67) |
Wara li tqiesu l-kummenti magħmula u l-analiżi tagħhom, ġie konkluż li d-dazju residwu antidumping applikabbli għaċ-Ċina u l-Vjetnam, jiġifieri 16,5 % u 10 % rispettivament, għandu jiġi impost mill-ġdid għall-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament. |
D. DIVULGAZZJONI
(68) |
Il-produtturi esportaturi kkonċernati u l-partijiet kollha li ppreżentaw ruħhom kienu infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni mill-ġdid tad-dazju antidumping definittiv fuq l-esportazzjonijiet tad-dsatax-il produttur esportatur ikkonċernat. Dawn ingħataw perjodu ta' żmien li fih kellhom jagħmlu r-rappreżentazzjonijiet sussegwenti għad-divulgazzjoni. |
E. IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI WARA D-DIVULGAZZJJONI
(69) |
Wara d-divulgazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet kummenti f'isem (i) FESI u l-Footwear Coalition (24) li jirrrepreżentaw l-importaturi taż-żraben fl-Unjoni; u (ii) Cortina NV (“Cortina”), importatur taż-żraben fl-Unjoni. |
(70) |
Fil-kummenti tagħhom dwar id-divulgazzjoni, FESI u Footwear Coalition, l-ewwel osservaw li l-implimentazzjoni attwali hija bbażata fuq l-istess raġunijiet legali u raġunijiet bħal dawk ir-Regolamenti adottati qabel mill-Kummissjoni relatati mal-istess proċedura ta' implimentazzjoni, jiġifieri, ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395, (UE) 2016/1647, (UE) 2016/1731 u (UE) 2016/2257. Għalhekk, fit-tweġiba tagħhom għad-divulgazzjoni, huma semmew u inkorporaw b'referenza, il-kummenti tagħhom ippreżentati fir-rigward tar-Regolamenti msemmija hawn fuq fis-16 ta' Diċembru 2015, fis-6 ta' Ġunju 2016, fis-16 ta' Ġunju 2016 u fl-11 ta' Awwissu 2016 rispettivament, mingħajr, madankollu, ma ppreżentaw dawn il-kummenti u dawn it-talbiet. |
(71) |
Bi tweġiba għal dawn il-kummenti l-Kummissjoni tirreferi għar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395, (UE) 2016/1647, (UE) 2016/1731 u (UE) 2016/2257 li indirizzaw bis-sħiħ il-kummenti li għamlu FESI u Footwear Coalition fl-implimentazzjoni attwali. Billi FESI u Footwear Coalition ma elaboratx aktar fuq l-argumenti tagħhom, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn twieġbu bis-sħiħ ir-regolamenti msemmija hawn fuq u l-konklużjonijiet li saru f'dan ir-rigward f'dawn ir-regolamenti huma b'dan ikkonfermati. |
(72) |
Barra minn hekk, FESI u Footwear Coalition ipprovdew kummenti li huma indirizzati fid-dettall hawn taħt. |
L-istatus tal-kumpaniji elenkati fl-Anness III
(73) |
FESI u Footwear Coalition sostnew li l-approċċ segwit mill-Kummissjoni fir-rigward tal-kumpaniji elenkati fl-Anness III kien illegali. Għalhekk, meta l-Kummissjoni elenkat fl-Anness III kumpaniji li kienu relatati ma' kumpaniji li diġà kienu ġew ivvalutati fil-kuntest tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395, (UE) 2016/1647, (UE) 2016/1731 jew (UE) 2016/2257, il-Kummissjoni kienet kisret il-kunċett ta' “entità ekonomika waħda” li kien madankollu applikat fl-investigazzjoni oriġinali. Barra minn hekk, approċċ bħal dan iwassal għal inkonsistenzi legali għax permezz tar-Regolamenti msemmija qabel il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid dazji antidumping fuq dawn il-kumpaniji, filwaqt li fl-Anness III l-istess kumpanniji huma elenkati bħala kumpaniji li jidhru li ma ppreżentawx talba għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali. |
(74) |
Fir-rigward ta' negozjanti mhux relatati, minħabba li ma kellhom ebda rekwiżit legali sabiex iressqu t-talbiet għal TES/TI matul l-investigazzjoni oriġinali, f'kull każ mhux se jkun meħtieġ li jiġu elenkati fl-Anness III. |
(75) |
Fl-aħħar nett, għal kumpaniji relatati mal-fornituri Ċiniżi jew Vjetnamiżi li kienu ppreżentaw talba għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali, iżda li għadhom ma ġewx ivvalutati f'xi regolament imsemmi fil-premessa(63), fil-kuntest tal-implimentazzjoni tas-sentenzi msemmija fil-premessa(12), FESI u Footwear Coalition argumentaw li dawn ukoll ma għandhomx jiġu elenkati fl-Anness III. B'mod partikolari, intqal li dan l-approċċ iwaqqaf lill-Kummissjoni milli fil-futur, tivvaluta kwalunkwe talba għal TES/TI tal-fornituri relatati tagħhom fiċ-Ċina jew fil-Vjetnam. L-istess partijiet sostnew ukoll li huwa l-obbligu tal-Kummissjoni li tidentifika mil-lista ta' kumpaniji notifikata mill-awtoritajiet doganali nazzjonali dawk il-kumpaniji/negozjanti li jappartjenu għall-istess grupp ta' kumpaniji u jekk jifformawx parti minn xi produttur esportatur Ċiniż u Vjetnamiż li ppreżenta talba għal TES/TI matul l-investigazzjoni oriġinali iżda li ma kienx fil-kampjun matul l-investigazzjoni oriġinali. Inkella, il-Kummissjoni toħloq l-oneru ta' prova impossibli fuq il-partijiet interessati. |
(76) |
Kif intqal fil-premessa (34), wara d-divulgazzjoni, FESI u Footwear Coalition, filfatt identifikaw kumpaniji li kienu relatati ma' produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi li kienu ssottomettew formola tat-talba għal TES/TI matul l-investigazzjoni oriġinali, iżda li la kienu fil-kampjun u lanqas ma kienu ġew ivvalutati fl-eżerċizzji ta' implimentazzjoni preċedenti msemmija fil-premessi (18) sa (20) u (25). L-informazzjoni fil-fajl ikkonfermat l-informazzjoni li waslet mingħand dawn il-partijiet interessati u għalhekk it-talbiet għal TES/TI ta' dawn il-kumpaniji se jiġu vvalutati. L-eżitu ta' din il-valutazzjoni se jkun soġġett għal att legali separat. It-talba fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji għalhekk intlaqgħat u dawn il-kumpaniji mhumiex elenkati fl-Anness III. |
(77) |
Fir-rigward ta' negozjanti li talbu rimbors tad-dazji mħallsa (relatati jew mhux ma' fornituri Ċiniżi jew Vjetnamiżi), il-Kummissjoni tqis li l-oneru tal-prova jaqa' fuq dawn in-negozjanti. |
(78) |
Madankollu, l-ebda negozjant elenkat fl-Anness III ma pprovda informazzjoni jew evidenza tal-fornituri tagħhom fiċ-Ċina jew fil-Vjetnam (bl-eċċezzjoni ta' dawk imsemmija fil-premessa(76)). |
(79) |
Madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li mhux l-importaturi kollha li xtraw żraben mingħand dawk in-negozjanti kienu jafu bil-ħtieġa li jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet tal-produtturi esportaturi li l-imsemmija negozjanti xtraw iż-żraben tagħhom mingħandhom. Sabiex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tad-drittijiet ta' difiża tagħhom, il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tikkuntattja speċifikament lill-importaturi inkwistjoni u tinfurmahom dwar is-sitwazzjoni u dwar l-oneru tal-prova li jaqa' fuqhom. Sabiex jingħata ż-żmien neċessarju biex timplimenta din id-deċiżjoni, l-eżaminazzjoni tal-kumpaniji elenkati fl-Anness III hija temporanjament sospiża sakemm il-Kummissjoni tikkuntattja lill-importaturi rilevanti u tagħtihom żmien biex jirreaġixxu. L-iskadenza ta' tmien xhur biex tivvaluta t-talbiet għal TES/TI se tibda tgħodd mill-jum li l-importatur jinforma lill-Kummissjoni bl-ismijiet u bl-indirizzi tal-produtturi esportaturi kkonċernati, jew jekk ma tasal l-ebda tweġiba fil-perjodu ta' żmien iddeterminat mill-Kummissjoni, mid-data tal-iskadenza ta' dak il-perjodu ta' żmien. |
Is-sospensjoni tal-eżerċizzju ta' implimentazzjoni attwali
(80) |
FESI u Footwear Coalition argumentaw ukoll li fl-interess taċ-ċertezza legali, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta u tippubblika aktar atti legali fir-rigward tal-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar id-deċiżjoni preliminari dwar il-validità tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223 imsemmi fil-premessa (23) u dwar il-validità tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 imsemmi fil-premessa(19) u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1731 imsemmi fi(20). F'dan ir-rigward, kien argumentat li l-Artikolu 278 TFUE, billi rikors ġudizzjarju kontra atti legali adottati mill-istituzzjonijiet ma għandux effett sospensiv, mhuwiex applikabbli f'dan il-każ minħabba li t-talba li saret f'dan ir-rigward mhijiex li jiġi ssospendit ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223, iżda biex ma jiġux adottati aktar Regolamenti li jerġgħu jimponu dazji antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' żraben li ġejjin miċ-Ċina u mill-Vjetnam. Għall-istess raġunijiet, ġie argumentat ukoll li s-sentenzi f'Zuckerfabrik Süderdithmarschen/Altana ma kinux referenzi legalment rilevanti. |
(81) |
Rigward l-Artikolu 278 TFUE u s-sentenzi Zuckerfabrik Süderdithmarschen/Altana l-Kummissjoni taqbel mal-FESI u ma' Footwear Coalition li din il-ġurisprudenza mhijiex applikabbli biex jiġi vvalutat jekk għandhiex jew le tiġi sospiża l-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li hija obbligata timplimenta dik is-sentenza fi żmien raġonevoli, u li l-proċedimenti li għaddejjin dwar l-atti ta' qabel li jimplimentaw din is-sentenza ma jikkostitwixxux raġuni valida biex ma tiffinalizzax l-implimentazzjoni tas-sentenza. B'mod partikolari, hija tikkunsidra li jekk tagħmel hekk tkun qed iċċaħħad lill-partijiet interessati l-oħra minbarra l-FESI u Footwear Coalition milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom fil-proċedura amministrattiva u possibbilment fi proċedura fil-qorti. |
(82) |
Rigward il-validità tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 u (UE) 2016/1731, FESI u Footwear Coalition sostnew li minħabba li dan tal-aħħar u kwalunkwe Regolament ġdid li jerġa' jimponi dazji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta' żraben li joriġinaw miċ-Ċina u mill-Vjetnam għandhom l-istess bażi legali, l-approċċ u r-raġunament tal-Kummissjoni u l-annullament tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 u (UE) 2016/1731 ikun ifisser ukoll li kwalunkwe Regolament simili ieħor jkun daqstant ieħor invalidu. L-approċċ tal-Kummissjoni għalhekk ma jkunx jirrifletti sforz b'bona fede fl-implimentazzjoni tas-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-659/13 C u J Clark International Limited u C-34/14 Puma SE, imsemmija fil-premessa (12). |
(83) |
Fl-aħħar nett, FESI u Footwear Coalition argumentaw li l-implimentazzjoni tas-sentenza msemmija hawn fuq ma tkun soġġetta għall-ebda skadenza imposta mill-Qorti tal-Ġustizzja, u dan ikollu impatt negattiv fuq l-importaturi fl-Unjoni, filwaqt li min-naħa l-oħra ma jkollu l-ebda vantaġġ fiskali għall-Unjoni. Għal dawn ir-raġunijiet il-Kummissjoni għandha tastjeni milli timplimenta s-sentenza, sakemm ikun magħruf l-eżitu tal-każijiet tal-Qorti msemmija fil-premessa (80). |
(84) |
Il-Kummissjoni tirreferi għar-raġunijiet spjegati hawn fuq fil-premessa (81). |
Rekwiżiti proċedurali meta jiġu vvalutati l-formoli tat-talba għal TES u TI
(85) |
FESI u Footwear Coalition sostnew li l-oneru tal-prova meta jiġu vvalutati t-talbiet għal TES/TI huwa tal-Kummissjoni, peress li l-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi kienu ssodisfaw l-oneru billi ressqu talbiet għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali. FESI u Footwear Coalition seħqu wkoll li l-produtturi esportaturi kkonċernati mill-implimentazzjoni attwali kellhom jingħataw l-istess drittijiet proċedurali bħal dawk mogħtija lill-produtturi esportaturi fil-kampjun matul l-investigazzjoni oriġinali. FESI u Footwear Coalition sostnew b'mod partikolari li twettqet biss analiżi tad-dokumenti u li ma saritx żjara ta' verifika fuq il-post u li l-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi ma ngħatawx l-opportunità jikkomplementaw il-formuli tat-talbiet għal TES/TI tagħhom permezz ta' ittri ta' defiċjenza. |
(86) |
FESI u Footwear Coalition argumentaw ukoll li l-produtturi esportaturi kkonċernati minn din l-implimentazzjoni ma ngħatawlhomx l-istess garanziji proċedurali bħal dawk li jingħataw fl-investigazzjonijiet antidumping standard iżda ġew applikati standards aktar stretti. FESI u Footwear Coalition sostnew li l-Kummissjoni ma qisitx iż-żmien li għadda bejn il-preżentazzjoni tat-talba għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali u l-valutazzjoni ta' dawn it-talbiet. Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi matul l-investigazzjoni oriġinali ngħataw biss 15-il jum biex jimlew it-talbiet għal TES/TI, minflok il-perjodu normali ta' 21 jum. |
(87) |
Fuq din il-bażi, FESI u Footwear Coalition sostnew li l-prinċipju legali fundamentali li l-partijiet interessati tingħatalhom l-opportunità sħiħa jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' difiża stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea ma ġiex irrispettat. Fuq din il-bażi, ġie argumentat li meta l-produtturi esportaturi ma ngħatatilhomx l-opportunità li jikkompletaw l-informazzjoni nieqsa, il-Kummissjoni użat ħażin is-setgħa tagħha u effettivament invertiet l-oneru tal-prova fl-istadju tal-implimentazzjoni. |
(88) |
Fl-aħħar nett, FESI u Footwear Coalition qalu wkoll li dan l-approċċ ikun diskriminatorju mhux biss fil-konfront tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi li kienu inklużi fil-kampjun fl-investigazzjoni oriġinali, imma wkoll fil-konfront ta' produtturi esportaturi f'pajjiżi li ma għandhomx ekonomija tas-suq li kienu suġġetti għal investigazzjoni antidumping u li ppreżentaw talbiet għal TES/TI f'dik l-investigazzjoni. Għalhekk, il-kumpaniji Ċiniżi u Vjetnamiżi konċernati mill-implimentazzjoni attwali m'għandhomx jkunu suġġetti għall-istess limitu ta' għoti ta' informazzjoni kif applikat f'investigazzjoni normali ta' 15-il xahar u ma għandhomx ikunu soġġetti għal standards proċedurali aktar stretti. |
(89) |
FESI u Footwear Coalition qalu wkoll li l-Kummissjoni applikat l-fatti de facto disponibbli, fis-sens tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, filwaqt li l-istess Kummissjoni ma osservatx ir-regoli proċedurali stipulati fl-Artikolu 18(4) tar-Regolament bażiku. |
(90) |
Il-Kummissjoni tfakkar li skont il-ġurisprudenza l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jkun jixtieq jitlob TES/TI skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) jipprovdi li t-talba ppreżentata minn produttur bħal dan trid tinkludi provi suffiċjenti, hekk kif stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni, li l-produttur jopera f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq. B'hekk, l-istess kif qalet il-Qorti fis-sentenzi Brosmann u Aokangma, ma hemm l-ebda obbligu fuq l-istituzzjonijiet li jagħtu prova li l-produttur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti għar-rikonoxximent ta' dan l-istatus. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-provi fornuti mill-produttur konċernat humiex biżżejjed biex juru li l-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku humiex issodisfati sabiex jingħata TES/TI (ara l-premess (48)). F'dan ir-rigward, ta' min ifakkar li ma hemm l-ebda obbligu li l-Kummissjoni titlob lill-produttur esportatur jikkumplimenta t-talba għal TES/TI. Il-Kummissjoni tista' tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq l-informazzjoni ppreżentata mill-produttur esportatur. |
(91) |
Fir-rigward tal-argument li saret biss analiżi dokumentarja, il-Kummissjoni tinnota li analiżi dokumentarja hija proċedura fejn it-talbiet għal TES/TI jiġu analizzati abbażi tad-dokumenti sottomessi mill-produttur esportatur. L-applikazzjonijiet kollha għal TES/TI jiġu suġġetti għal analiżi dokumentarja mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li twettaq spezzjonijiet fuq il-post ukoll. L-ispezzjonijiet fuq il-post, madankollu mhuwiex meħtieġa u lanqas ma jitwettqu għal kull applikazzjoni għal TES/TI. L-ispezzjonijiet fuq il-post, meta jitwettqu, ġeneralment ikollhom bħala għan li jikkonfermaw xi valutazzjoni preliminari magħmula mill-istituzzjonijiet u/jew li tiġi kkontrollata l-veraċità tal-informazzjoni pprovduta mill-produttur esportatur ikkonċernat. Fi kliem ieħor, jekk l-elementi ta' prova sottomessi mill-produttur esportatur juru b'mod ċar li TES/TI mhuwiex iġġustifikat, normalment ma ssirx spezzjoni fuq il-post, li hija ħaġa addizzjonali u fakultattiva. Hija l-Kummissjoni li tivvaluta jekk żjara ta' verifika tkunx opportuna (25). Il-Kummissjoni għandha d-diskrezzjoni tiddeċiedi dwar il-mezzi biex tivverifika l-informazzjoni f'formula ta' talba għal TES/TI. B'hekk, meta, bħal f'dan il-każ, il-Kummissjoni tiddeċiedi, abbażi ta' analiżi dokumentarja, li għandha biżżejjed provi biex tiddeċiedi dwar talba għal TES/T, la tkun meħtieġa żjara ta' verifika u lanqas ma tkun tista' tintalab. |
(92) |
Rigward l-affermazzjoni li d-drittijiet tad-difiża ma ġewx rispettati sew mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tibgħatx ittri ta' defiċjenza, fl-ewwel lok wieħed ifakkar li d-drittijiet tad-difiża huma drittijiet suġġettivi, u li FESI u Footwear Coalition ma jistgħux jinvokaw il-ksur ta' dritt suġġettiv ta' kumpaniji oħra. It-tieni nett, il-Kummissjoni tikkontesta l-affermazzjoni li hemm prattika mill-Kummissjoni li jkunu hemm ammont sinifikanti ta' skambju ta' informazzjoni u proċess dettaljat ta' tlestija tad-defiċjenzi meta ssir biss analiżi dokumentarja minflok analiżi dokumentarja flimkien ma' verifika fuq il-post. Fil-fatt, FESI u Footwear Coalition ma kinux kapaċi jipprovdu evidenza li turi l-kuntrarju. |
(93) |
Il-kummenti ta' FESI u ta' Footwear Coalition dwar id-diskriminazzjoni jkollhom jiġu miċħuda wkoll bħala infondati. Wieħed ifakkar li l-prinċipju ta' trattament ugwali jinkiser meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jittrattaw każijiet simili b'mod differenti, u b'hekk ipoġġu lil xi negozjanti fi żvantaġġ meta mqabbla ma' oħrajn, mingħajr ma din id-differenzazzjoni tkun iġġustifikata mill-eżistenza ta' differenzi oġġettivament sostanzjali (26). Madankollu, dan huwa eżattament dak li l-Kummissjoni mhux qed tagħmel: billi tirrikjedi lill-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi mhux inklużi fil-kampjun jissottometu talbiet għal rivalutazzjoni tat-TES/TI, hija għandha l-intenzjoni li ġġib lil dawn il-produtturi esportaturi li qabel ma kinux fil-kampjun fuq l-istess livell bħal dawk li kienu inklużi fil-kampjun fl-investigazzjoni inizjali. Barra minn hekk, billi r-Regolament bażiku ma jistabbilixxix perjodu minimu f'dan ir-rigward, dment li l-qafas taż-żmien għal dan l-għan ikun raġonevoli u jipprovdi lill-partijiet b'opportunità suffiċjenti biex jiġbru (jew jiġbru mill-ġdid) l-informazzjoni meħtieġa filwaqt li fl-istess ħin jitħarsu d-drittijiet tad-difiża tagħhom, ma tkunx saret diskriminazzjoni. |
(94) |
Rigward l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, fil-każ attwali l-Kummissjoni aċċettat l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi esportaturi kkonċernati u ma ċaħditx din l-informazzjoni anzi bbażat il-valutazzjoni tagħha fuqha. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma applikatx l-Artikolu 18. Minn dan isegwi li ma kienx hemm bżonn li tiġi segwita l-proċedura tal-Artikolu 18(4) tar-Regolament Bażiku. Il-proċedura tal-Artikolu 18(4) hija segwita fil-każijiet meta l-Kummissjoni jkun beħsiebha tirrifjuta ċerta informazzjoni pprovduta mill-parti interessata u minflok tuża l-fatti disponibbli. |
Il-bażi legali tal-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni
(95) |
FESI u Footwear Coalition argumentaw li l-Kummissjoni tkun qed tikser l-Artikolu 266 tat-TFUE, peress li dan l-artikolu ma jipprovdix bażi ġuridika għall-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni fir-rigward ta' miżura li skadiet. FESI u Footwear Coalition tennew ukoll li l-Artikolu 266 TFUE ma jippermettix l-impożizzjoni ta' dazji antidumping retroattivament u dan jista' jiġi kkonfermat ukoll bis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-458/98P IPS v il-Kunsill. |
(96) |
F'dan ir-rigward, FESI u Footwear Coalition argumentew li l-proċediment antidumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta' żraben miċ-Ċina u mill-Vjetnam kien ġie konkluż fl-31 ta' Marzu 2011 mal-iskadenza tal-miżuri. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni kienet ħarġet avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dwar l-iskadenza tad-dazji fis-16 ta' Marzu 2011 (27) ('avviż ta' skadenza'), l-industrija tal-Unjoni ma kienet qalet xejn dwar kontinwazzjoni ta' dumping u anki s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma invalidatx l-avviż ta' skadenza. |
(97) |
Barra minn hekk, l-istess partijiet argumentaw li lanqas fir-Regolament bażiku ma hemm bażi li tippermetti lill-Kummissjoni terġa' tiftaħ l-investigazzjoni antidumping. |
(98) |
F'dan il-kuntest, FESI u Footwear Coalition argumentaw li barra minn hekk, il-ftuħ mill-ġdid tal-investigazzjoni u tal-valutazzjoni tat-talbiet għal TES/TI ppreżentati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi kkonċernati fl-investigazzjoni oriġinali qed jiksru l-prinċipju universali tal-preskrizzjoni jew tal-limitazzjoni. Dan il-prinċipju huwa stabbilit fil-Ftehim tad-WTO u fir-Regolament bażiku li jistabbilixxu limitu ta' żmien ta' ħames snin għall-miżuri u fl-Artikoli 236(1) u 221(3) tal-Kodiċi Doganali Komunitarju li jiffissa perjodu ta' tliet snin għall-importaturi biex jitolbu l-ħlas lura ta' dazji antidumping fuq naħa u għall-awtoritajiet doganali nazzjonali biex jiġbru d-dazji tal-importazzjoni u d-dazji antidumping fuq in-naħa l-oħra (28). L-Artikolu 266 tat-TFUE ma jippermettix devjazzjoni minn dan il-prinċipju. |
(99) |
Finalment, intqal li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda ġustifikazzjoni jew ġurisprudenza preċedenti li tappoġġa l-użu tal-Artikolu 266 tat-TFUE bħala bażi legali għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura. |
(100) |
Rigward in-nuqqas ta' bażi ġuridika biex terġa' tinfetaħ l-investigazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar dwar il-ġurisprudenza kkwotata hawn fuq fil-premessa (15), skont liema l-Kummissjoni tista' tkompli l-investigazzjoni mill-punt preċiż li fih seħħet l-illegalità. Skont il-ġurisprudenza, il-legalità ta' Regolament antidumping trid tiġi vvalutata fid-dawl tan-normi oġġettivi tad-dritt tal-Unjoni, u mhux minn prattika deċiżjonali, anki f'każijiet fejn it-tali prattika teżisti (li mhuwiex il-każ hawnhekk). Għalhekk, il-prassi tal-imgħoddi tal-Kummissjoni, quod non, ma jistax joħloq aspettattivi leġittimi: skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti, l-aspettattivi leġittimi jistgħu jinħolqu biss meta l-istituzzjonijiet ikunu taw assigurazzjonijiet speċifiċi li jippermettu lil parti interessata leġittimament tiddeduċi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni kienu se jaġixxu b'ċertu mod (29). La FESI u lanqas Footwear Coalition ma ppruvaw juru li dawn l-assigurazzjonijiet ingħataw f'dan il-każ. Dan huwa iktar u iktar il-każ minħabba li l-prattika preċedenti msemmija ma tikkorrispondix għas-sitwazzjoni fattwali u ġuridika ta' dan il-każ u d-differenzi jistgħu jiġu spjegati b'differenzi fattwali u legali fil-każ preżenti. |
(101) |
Dawn id-differenzi huma: L-illegalità identifikata mill-Qorti ma tikkonċernax is-sejbiet dwar id-dumping, id-dannu u l-interess tal-Unjoni, u għalhekk il-prinċipju tal-impożizzjoni tad-dazju, iżda tikkonċerna biss ir-rata preċiża tad-dazju. L-annullamenti preċedenti invokati mill-partijiet interessati, għall-kuntrarju, kienu jikkonċernaw is-sejbiet dwar dumping, dannu u l-interess tal-Unjoni. L-istituzzjonijiet jistgħu għalhekk jikkalkulaw mill-ġdid ir-rata tad-dazju preċiża għall-produtturi esportaturi kkonċernati. |
(102) |
B'mod partikolari, f'dan il-każ, ma kien hemm ebda ħtieġa li tintalab aktar informazzjoni mingħand il-partijiet interessati. Minflok, il-Kummissjoni kellha tivvaluta l-informazzjoni li kienet ġiet ippreżentata lilha, iżda li ma kinitx ġiet ivvalutata qabel l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006. Fi kwalunkwe każ, kif innotat fil-premessa (100), il-prassi preċedenti f'każijiet oħra ma tistax tikkostitwixxi assigurazzjoni preċiża u inkundizzjonata għal dan il-każ. |
(103) |
Fl-aħħar nett, il-partijiet kollha li kontrihom huwa dirett il-proċediment, jiġifieri l-produtturi esportaturi kkonċernati, kif ukoll il-partijiet fil-kawżi quddiem il-Qorti u l-assoċjazzjoni li tirrappreżenta waħda minn dawn il-partijiet, ġew infurmati bid-divulgazzjoni tal-fatti rilevanti li abbażi tagħhom il-Kummissjoni beħsiebha tadotta din il-valutazzjoni għal TES/TI. Għalhekk, id-drittijiet tad-difiża tagħhom huma mħarsa. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat b'mod partikolari li importaturi mhux relatati, fi proċediment antidumping, ma jgawdux drittijiet ta' difiża, peress li dawn il-proċedimenti mhumiex diretti kontrihom. |
(104) |
Fir-rigward tal-argument li l-miżuri inkwistjoni skadew fl-31 ta' Marzu 2011, il-Kummissjoni ma tarax raġuni għala l-iskadenza tal-miżura tkun ta' relevanza għall-possibbiltà li l-Kummissjoni tadotta att ġdid li jissostitwixxi l-att annullat wara sentenza li tannulla l-att inizjali. Skont il-ġurisprudenza msemmija fil-premessa(15) ta' hawn fuq, il-proċedura amministrattiva għandha terġa' tinbeda mill-punt fejn saret l-illegalità. |
(105) |
Għaldaqstant il-proċedimenti antidumping, b'riżultat tal-annullament tal-att li jikkonkludi l-proċedimenti, għadhom miftuħa. Il-Kummissjoni hija taħt obbligu li tagħlaq dawk il-proċedimenti; L-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku jistipula li investigazzjoni għandha tingħalaq b'att tal-Kummissjoni. |
L-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju
(106) |
FESI u Footwear Coalition sostnew ukoll li l-proċedura adottata biex terġa' tiftaħ l-investigazzjoni u jiġi imponut dazju b'mod retroattiv jammonta għal abbuż ta' setgħa min-naħa tal-Kummissjoni u tikser it-TUE. FESI u Footwear Coalition isostnu f'dan ir-rigward li l-Kummissjoni ma għandhiex l-awtorità tinterferixxi fl-Artikolu 236(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità billi tipprevjeni l-ħlas lura tad-dazji antidumping. Huma argumentaw li kien f'idejn l-awtoritajiet doganali nazzjonali li jisiltu l-konsegwenzi ta' invalidazzjoni ta' att li jimponi d-dazji antidumping u li l-awtoritajiet doganali nazzjonali jkunu wkoll obbligati jirrimborżaw dawk id-dazji li kienu ġew iddikjarati invalidi mill-Qorti. |
(107) |
F'dan ir-rigward, FESI u Footwear Coalition sostnew li l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku ma jippermettix lill-Kummissjoni tidderoga mill-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju, peress li dawn iż-żewġ leġiżlazzjonijiet huma tal-istess ordni ġuridiku u r-Regolament bażiku ma jistax jitqies bħala lex specialis tal-Kodiċi Doganali Komunitarju. |
(108) |
Barra minn hekk, l-istess partijiet komplew jgħidu li l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku ma jirreferix għall-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju u jgħid biss li jistgħu jiġu adottati dispożizzjonijiet speċjali mill-Kummissjoni, iżda mhux deroga mill-Kodiċi Doganali tal-Komunità. |
(109) |
Bi tweġiba għal dan, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku ma jirrendix awtomatikament applikabbli r-regoli li jirregolaw il-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni għall-impożizzjoni ta' dazji antidumping individwali (30). Għall-kuntrarju, l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku jagħti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni d-dritt li jittrasponu u japplikaw, meta jkun neċessarju u utli, ir-regoli li jirregolaw tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni (31). |
(110) |
Din it-traspożizzjoni ma teħtieġx applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet kollha tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni. L-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku b'mod espliċitu jipprevedi dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tad-definizzjoni komuni tal-kunċett tal-oriġini, eżempju tajjeb ta' fejn isseħħ devjazzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni. Huwa fuq din il-bażi li l-Kummissjoni għamlet użu mis-setgħat li jirriżultaw mill-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku u ħtieġet lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex temporanjament ma jħallsux rimborżi. Dan ma jikkontestax il-kompetenza esklużiva tal-awtoritajiet doganali nazzjonali f'dak li għandu x'jaqsam ma' tilwim dwar dejn doganali: l-awtorità biex jittieħdu deċiżjonijiet tibqa' tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għadhom jiddeċiedu, fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li tasal għalihom il-Kummissjoni fir-rigward ta' talbiet għal TES u għal TI, jekk għandux jingħata rimborż jew le. |
(111) |
B'hekk, għalkemm huwa minnu li xejn fil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni ma jippermetti li jinħolqu ostakoli għar-rimbors ta' dazji doganali mħallsa bi żball, l-ebda tali dikjarazzjoni ma tista' ssir f'dak li għandu x'jaqsam ma' ħlas lura ta' dazji antidumping. Għaldaqstant, u minħabba l-ħtieġa ġenerali li jiġu protetti r-riżorsi proprji tal-Unjoni minn talbiet mhux iġġustifikati għal ħlas lura u d-diffikultà relatata li din kienet tikkawża biex wara jinġabru lura ripagamenti mhux ġustifikati, il-Kummissjoni kellha tiddevjaw temporanjament mil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni billi tagħmel użu mis-setgħat tagħha skont l-Artikolu 14(3) tar-Regolament bażiku. |
Nuqqas ta' dikjarazzjoni tal-bażi ġuridika
(112) |
FESI u Footwear Coalition argumentaw ukoll li bi ksur tal-Artikolu 296 tat-TFUE, il-Kummissjoni naqset milli tipprovdi dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet u indikazzjoni tal-bażi ġuridika li fuqha d-dazji ġew imposti mill-ġdid retroattivament u għaldaqstant iċ-ċaħda tar-rimborż tad-dazji lill-importaturi kkonċernati mill-implimentazzjoni attwali. Għaldaqstant, FESI u Footwear Coalition affermaw li l-Kummissjoni kienet kisret id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-partijiet interessati. |
(113) |
Il-Kummissjoni tqieset li r-raġunament legali estensiv mogħti fid-dokument ta' divulgazzjoni ġenerali u f'dan ir-Regolament jimmotiva kif dovut dan tal-aħħar. |
Aspettattivi leġittimi
(114) |
FESI u Footwear Coalition qalu wkoll li aktar korrezzjoni retroattiva ta' miżuri skaduti tikser il-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi. FESI argumentat li, l-ewwel nett, il-partijiet inklużi l-importaturi ħassewhom assigurati li l-miżuri skadew fl-31 ta' Marzu 2011 u li minħabba ż-żmien li għadda minn mindu saret l-investigazzjoni oriġinali l-partijiet kienu intitolati jkollhom aspettattivi ġġustifikati li l-investigazzjoni oriġinali mhux se tkompli jew terġa' tinfetaħ. Bl-istess mod il-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi kienu intitolati jkollhom aspettattivi leġittimi ġġustifikati li t-talbiet tagħhom għal TES/TI fl-investigazzjoni oriġinali ma kinux se jiġu rieżaminati aktar mill-Kummissjoni, abbażi tal-fatt waħdu li dawn it-talbiet mhumiex qed jiġu vvalutati fil-perjodu ta' tliet xhur applikabbli matul l-investigazzjoni oriġinali. |
(115) |
Rigward l-aspettattivi leġittimi tal-partijiet interessati li l-miżuri antidumping skadew u li l-investigazzjoni mhux se terġa' tinfetaħ qatt, qed issir referenza għall-premessi (104) u (105) fejn dawn l-affermazzjonijiet ġew indirizzati fid-dettall. |
(116) |
F'dak li jirrigwarda l-aspettattivi leġittimi tal-produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi li t-talbiet tagħhom għal TES/TI ma jerġgħux jiġu rieżaminati, qed issir referenza għall-premessa (100) t'hawn fuq, fejn din ġiet indirizzata daqstant ieħor fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti dwar din il-kwistjoni. |
Prinċipju ta' nondiskriminazzjoni
(117) |
FESI u Footwear Coalition issottomettew li l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping b'effett retroattiv jikkostitwixxi diskriminazzjoni ta' (i) l-importaturi kkonċernati mill-implimentazzjoni attwali vis-à-vis l-importaturi kkonċernati mill-implimentazzjoni tas-sentenzi Brosmann u Aokang imsemmija fil-premessa (6) li ġew rimborżati dazji mħallsa fuq importazzjonijiet ta' żraben mill-ħames produtturi esportaturi kkonċernati b'dawn is-sentenzi, kif ukoll (ii) diskriminazzjoni tal-produtturi esportaturi kkonċernati bl-implimentazzjoni attwali vis-à-vis il-ħames produtturi esportaturi kkonċernati mis-sentenzi Brosmann u Aokang li ma kienu suġġetti għall-ebda dazju wara d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE. |
(118) |
Rigward l-affermazzjoni dwar id-diskriminazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar l-ewwel nett dwar ir-rekwiżiti għal diskriminazzjoni, kif stipulat fil-premessa (93) ta' hawn fuq. |
(119) |
Imbagħad, tinnota li d-differenza bejn l-importaturi kkonċernati minn din l-implimentazzjoni u dawk li huma kkonċernati mill-implimentazzjoni tas-sentenzi Brosmann u Aokang hija li dawn tal-aħħar ikkontestaw ir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 quddiem il-Qorti Ġenerali, filwaqt li oħrajn ma għamlux hekk. |
(120) |
Deċiżjoni adottata minn istituzzjoni tal-Unjoni, li ma ġietx ikkontestata mid-destinatarju tagħha fit-terminu previst mis-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ssir definittiva fil-konfront tiegħu. Din ir-regola hija bbażata b'mod partikolari fuq il-kunsiderazzjoni li t-termini li fihom proċedimenti legali jridu jinbdew huma intiżi sabiex iħarsu ċ-ċertezza legali billi jevitaw li miżuri tal-Unjoni li jipproduċu effetti legali jiġu tiddubidati b'mod indefinittiv (32). |
(121) |
Dan il-prinċipju proċedurali tad-dritt tal-Unjoni neċessarjament joħloq żewġ gruppi: dawk li kkontestaw miżura tal-Unjoni u li setgħu kisbu pożizzjoni favorevoli b'riżultat (bħal Brosmann u l-erba' produtturi esportaturi l-oħra), u dawk li ma għamlux hekk. Madankollu, dan ma jfissirx li l-Kummissjoni ttrattat iż-żewġ partijiet b'mod ugwali bi ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament. Għarfien li parti taqa' taħt il-kategorija tal-aħħar minħabba deċiżjoni konxja li ma tikkontestax miżura tal-Unjoni ma jiddiskriminax kontra dak il-grupp. |
(122) |
Għalhekk, il-partijiet interessati kollha kienu qed jibbenefikaw mill-protezzjoni ġudizzjarja fil-qrati tal-Unjoni l-ħin kollu. |
(123) |
F'dak li jikkonċerna l-allegat diskriminazzjoni tal-produtturi esportaturi kkonċernati minn din l-implimentazzjoni li ma kienu suġġetti għall-ebda dazju wara d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE, għandu jiġi nnutat li d-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jimponix mill-ġdid dazji ttieħdet b'mod ċar ħadet fir-rigward taċ-ċirkustanzi partikolari tas-sitwazzjoni speċifika kif kienet fiż-żmien meta l-Kummissjoni għamlet il-proposta tagħha għall-impożizzjoni mill-ġdid ta' dawk id-dazji u b'mod partikolari minħabba li dawn il-miżuri antidumping kienu diġà ġew rimborsati, u sal-punt li l-komunikazzjoni oriġinali tad-dejn lid-debitur inkwistjoni kienet ġiet irtirata wara s-sentenzi Brosmann u Aokang. Skont il-Kunsill, dan ir-rimborż kien ħoloq aspettattivi leġittimi min-naħa tal-importaturi kkonċernati. Peress li ma sar l-ebda rimborż komparabbli lil importaturi oħra, dawn ma humiex f'sitwazzjoni paragunabbli ma' dik tal-importaturi kkonċernati mid-deċiżjoni tal-Kunsill. |
(124) |
F'kull każ, il-fatt li l-Kunsill għażel li jaġixxi b'ċertu mod, minħabba ċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ quddiemu, ma jistax jorbot lill-Kummissjoni timplimenta sentenza oħra eżattament fl-istess mod. |
Il-kompetenza tal-Kummissjoni li timponi miżuri antidumping definittivi
(125) |
Barra minn hekk, FESI u Footwear Coalition sostnew li l-Kummissjoni ma għandhiex il-kompetenza tadotta r-Regolament li jimponi dazju antidumping b'mod retroattiv fl-eżerċizzju ta' implimentazzjoni attwali, u li din il-kompetenza fi kwalunkwe każ tkun tal-Kunsill. Din l-affermazzjoni kienet ibbażata fuq l-argument li jekk l-investigazzjoni titkompla mill-punt preċiż li fih seħħet l-illegalità, għandhom ikunu applikabbli wkoll l-istess regoli li kien hemm fiż-żmien tal-investigazzjoni oriġinali, meta l-miżuri definittivi kienu jiġu adottati mill-Kunsill. Dawn il-partijiet argumentaw li skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33) (imsejħa wkoll “ir-Regolament Omnibus I”), il-proċedura l-ġdida tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni ma għandhiex tapplika f'dan il-kuntest minħabba li qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Omnibus I, il-Kummissjoni (i) kienet diġà adottat att (ir-Regolament proviżorju), (ii) il-konsultazzjonijiet li kienu meħtieġa skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 kienu miftuħa u konklużi, u (iii) il-Kummissjoni kienet diġà adottat proposta għal Regolament tal-Kunsill li jadotta miżuri definittivi. Fuq din il-bażi, dawn il-partijiet ikkonkludew li għandhom japplikaw il-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' qabel id-dħul fis-seħħ ta' Regolament Omnibus I. |
(126) |
Din l-affermazzjoni madankollu, tiffoka fuq id-data tal-ftuħ tal-investigazzjoni (li hi relevanti ħafna f'dak li jirrigwarda l-emendi sostanzjali l-oħra li saru fir-Regolament bażiku) iżda naqset milli tinnota li r-Regolament (UE) Nru 37/2014 juża kriterju differenti (jiġifieri, il-bidu tal-proċedura għall-adozzjoni tal-miżuri). Il-pożizzjoni ta' FESI u ta' Footwear Coalition hija għalhekk ibbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tar-regola tranżizzjonali fir-Regolament (UE) Nru 37/2014. |
(127) |
Fil-fatt, meta wieħed iqis ir-referenza fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 37/2014 għal “proċeduri mibdija għall-adozzjoni ta' miżuri”, li tistabbilixxi regoli tranżizzjonali għall-bidliet fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet għall-adozzjoni ta' miżuri antidumping, u fid-dawl tat-tifsira ta' “proċedura” fir-Regolament bażiku, għal investigazzjoni li nbdiet qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 37/2014, iżda fejn il-Kummissjoni ma kinitx nediet il-konsultazzjoni mal-kumitat rilevanti bil-ħsieb li jiġu adottati miżuri qabel dan id-dħul fis-seħħ, japplikaw ir-regoli l-ġodda għall-proċedura għall-adozzjoni tal-miżuri antidumping imsemmija. L-istess jgħodd għal proċedimenti fejn kienu ġew imposti miżuri fuq il-bażi tar-regoli qodma u qed jiġu rieżaminati, jew għal miżuri fejn kienu ġew imposti dazji proviżjonali fuq il-bażi ta' regoli qodma, iżda l-proċedura għall-adozzjoni ta' miżuri definittivi ma kinitx ġiet imnedija meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru 37/2014. Fi kliem ieħor, ir-Regolament (UE) Nru 37/2014 japplika għal “proċedura għall-adozzjoni” speċifika u mhux għal perjodu kollu ta' investigazzjoni partikolari jew saħansitra proċediment. |
(128) |
Għaldaqstant, il-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet introdotta mir-Regolament Omnibus I kienet dik li kellha tiġi applikata. |
(129) |
Fir-rigward ta' Cortina, din l-ewwel qalet li l-Kummissjoni ma għandhiex bażi legali biex tinvestiga t-talbiet għal TES/TI ppreżentati mill-produtturi esportaturi fl-investigazzjoni oriġinali. Cortina argumentat li l-proċediment, li ngħalaq bl-iskadenza tal-miżuri fl-31 ta' Marzu 2011, ma ġiex invalidat mis-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14, u li għalhekk ma setgħax jinfetaħ mill-ġdid. |
(130) |
B'risposta għal dan il-kumment, il-Kummissjoni tirreferi għall-ispjegazzjoni mogħtija fil-premessi (104) u (105) hawn fuq. |
(131) |
It-tieni, Cortina qalet li l-proċediment attwali huwa bi ksur tal-prinċipji tan-nonretroattività u taċ-ċertezza legali stabbiliti fl-Artikolu 10 tar-Regolament bażiku. |
(132) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni dwar ir-retroattività abbażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament Bażiku u tal-Artikolu 10 tal-Ftehim Antidumping tad-WTO (“WTO ADA”), l-Artikolu 10(1) tar-Regolament bażiku, li jsegwi t-test tal-Artikolu 10(1) tad-WTO ADA, jistipula li miżuri provviżorji u dazji antidumping definittivi għandhom jiġu applikati biss għal prodotti li jidħlu f'ċirkolazzjoni ħielsa wara ż-żmien meta d-deċiżjoni meħuda skont l-Artikolu 7(1) jew 9(4) tar-Regolament bażiku, skont il-każ, tidħol fis-seħħ. F'dan il-każ, id-dazji antidumping inkwistjoni huma applikati biss għal prodotti li daħlu f'ċirkolazzjoni libera wara li r-Regolament (definittiv) provviżorju u kkontestat li sar bis-saħħa ta' 7(1) u 9(4) tar-Regolament bażiku rispettivament kien daħal fis-seħħ. Ir-retroattività fis-sens tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament bażiku, madankollu, tirreferi biss għal sitwazzjoni fejn l-oġġetti ġew introdotti f'ċirkolazzjoni libera qabel ma ġew introdotti l-miżuri, kif jirriżulta mill-istess test ta' din id-dispożizzjoni kif ukoll mill-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku. |
(133) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li la hemm ksur tal-prinċipju tar-retroattività u lanqas ksur taċ-ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi fil-każ preżenti. |
(134) |
Rigward ir-retroattività, il-ġurisprudenza tal-Qorti tiddistingwi, meta tivvaluta jekk miżura hijiex retroattiva, bejn l-applikazzjoni ta' regola ġdida għal sitwazzjoni li saret definittiva (li ssir referenza għaliha wkoll bħala sitwazzjoni legali eżistenti jew definittivament stabbilita) (34), u sitwazzjoni li bdiet qabel id-dħul fis-seħħ tar-regola l-ġdida, iżda li għadha mhix definittiva (li ssir referenza għaliha wkoll bħala sitwazzjoni temporanja) (35). |
(135) |
F'dan il-każ, is-sitwazzjoni tal-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li seħħew matul il-perjodu ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 għadha ma saritx definittiva, minħabba li, bħala riżultat tal-annullament tar-Regolament ikkontestat, id-dazju antidumping applikabbli għalihom għadu ma ġiex stabbilit b'mod definittiv. Fl-istess ħin, l-importaturi taż-żraben ġew avżati li dan id-dazju jista' jiġi impost bil-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Inizjazzjoni (36) u tar-Regolament provviżorju. Fil-ġurisprudenza stabbilita tal-Qrati tal-Unjoni li l-operaturi ma jistgħux jakkwistaw aspettattivi leġittimi sakemm l-istituzzjonijiet ma jkunux adottaw att li jagħlaq il-proċedura amministrattiva u li tkun saret definittiva (37). |
(136) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi applikazzjoni immedjata għall-effetti futuri ta' sitwazzjoni li għadha għaddejja: Id-dazji fuq iż-żraben ġew imposti mill-awtoritajiet doganali nazzjonali. Bħala riżultat tat-talbiet għal rimborż, li ma ġewx deċiżi b'mod definittiv, dawn jikkostitwixxu sitwazzjoni li għadha sejra. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rata tad-dazju applikabbli għal dawn l-importazzjonijiet, u b'hekk jirregola l-effetti futuri ta' sitwazzjoni li għadha sejra. |
(137) |
Fi kwalunkwe każ, anki jekk kien hemm retroattività fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, quod non, din ir-retroattività hija ġġustifikata għar-raġuni li ġejja: |
(138) |
Ir-regoli sostantivi tad-dritt tal-Unjoni jistgħu japplikaw għas-sitwazzjonijiet eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom sa fejn jirriżulta b'mod ċar mit-termini, l-objettivi jew l-iskema ġenerali tagħhom li jrid ikollhom dan l-effett (38). B'mod partikolari, fil-Kawża C-337/88 Società agricola fattoria alimantare (SAFA) ġie deċiż li: “[Għ]alkemm b'mod ġenerali l-prinċipju taċ-ċertezza legali jipprekludi li miżura tal-Komunità tieħu effett f'punt fiż-żmien qabel il-pubblikazzjoni tagħha, dan jista' jkun eċċezzjonalment il-każ fejn l-iskop li jrid jintlaħaq ikun jitlob hekk u fejn l-aspettattivi leġittimi ta' dawk ikkonċernati jkun irrispettati kif xieraq” (39). |
(139) |
F'dan il-każ, l-għan huwa li jiġi rrispettat l-obbligu tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 266 tat-TFUE. Ladarba, fis-sentenzi msemmija fil-premessa (12) hawn fuq, il-Qorti sabet illegalità biss fir-rigward tad-determinazzjoni tar-rata ta' dazju applikabbli, u mhux fir-rigward tal-impożizzjoni tal-miżuri nfushom (jiġifieri, fir-rigward tas-sejba ta' dumping, dannu, kawżalità u interess tal-Unjoni), il-produtturi esportaturi kkonċernati ma setgħux leġittimament jistennew li ma jiġux imposti miżuri antidumping definittivi. Konsegwentement, dik l-impożizzjoni, anki jekk kienet retroattiva, quod non, ma tistax titqies li kisret l-aspettattivi leġittimi. |
(140) |
It-tielet nett, Cortina qalet li l-affermazzjoni tal-Kummissjoni, fil-premessa (46) li l-Qorti tal-Ġustizzja annullat ir-Regolament ikkontestat u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 fir-rigward tal-esportazzjonijiet ta' ċertu żraben minn ċerti produtturi esportaturi Ċiniżi u Vjetnamiżi hija żbaljata, għax is-sentenza fil-kawżi C-659/13 u C-34/14 ma annullatx ir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1294/2009 f'dak li jirrigwarda d-dsatax-il produttur esportatur ikkonċernat, iżda annullat dawn ir-regolamenti b'effett erga omnes. Skont Cortina, li kieku l-Kummissjoni kellha timponi mill-ġdid dazju antidumping fuq l-importazzjonijiet minn dawn id-dsatax-il produttur esportatur ikkonċernat biss, u mhux fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi l-oħra affettwati bl-istess mod mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 C & J Clark International Limited u Puma SE, dan ikun jikkostitwixxi diskriminazzjoni mhux ġustifikata fil-konfront tal-importazzjonijiet ta' dawn il-produtturi esportaturi l-oħra u dan ikun ukoll jikser l-Artikolu 266 TFUE. |
(141) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni ta' trattament diskriminatorju vis-à-vis l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi l-oħra affettwati mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 C & J Clark International Limited u Puma SE, il-Kummissjoni tosserva li l-produtturi esportaturi u ċerti importaturi kkonċernati minn dan ir-Regolament jibbenefikaw minn protezzjoni ġudizzjarja fil-qrati tal-Unjoni kontra dan. Importaturi oħra jgawdu tali protezzjoni permezz tal-qrati u t-tribunali nazzjonali, li jaġixxu bħala mħallfin tad-dritt ordinarju tal-Unjoni. |
(142) |
Kif imsemmi fil-premessa (21), fid-dawl tal-implimentazzjoni tas-sentenza fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 C & J Clark International Limited u Puma SE, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223. Fl-Artikolu 1 ta' dak ir-regolament, il-Kummissjoni tat struzzjoni lill-awtoritajiet doganali nazzjonali biex iressqu t-talbiet kollha għar-rimborż tad-dazji antidumping definittivi mħallsa fuq l-importazzjonijiet ta' żraben li joriġinaw fiċ-Ċina u fil-Vjetnam magħmula minn importaturi abbażi tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju u abbażi tal-fatt li produttur esportatur mhux fil-kampjun kien talab għal TES jew TI fl-investigazzjoni oriġinali. Il-Kummissjoni se tivvaluta t-talba rilevanti għal TES jew TI u timponi mill-ġdid ir-rata ta' dazju xierqa. Abbażi ta' dan, l-awtoritajiet dogonali nazzjonali se sussegwentement jiddeċiedu fuq it-talba għal ħlas lura u remissjoni tad-dazji antidumping. |
(143) |
Għalhekk, għall-importazzjonijiet kollha taż-żraben fejn il-kriterji ta' hawn fuq ikunu ssodisfati, il-Kummissjoni se teżamina t-talbiet għal TES u TI u dazji antidumping se jkunu imposti mill-ġdid fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi stabbiliti fl-Artikoli 2(7) (b) u 9(5) tar-Regolament bażiku qabel ma ġie emendat. Għalhekk, il-produtturi esportaturi mhux fil-kampjun l-oħra kollha mir-RPĊ u mill-Vjetnam u l-importaturi tagħhom se jiġu ttrattati bl-istess mod fi stadju aktar tard skont il-proċedura stipulata fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223. Huwa biss fejn ma hemmx proċeduri nazzjonali pendenti li ma mhux ser issir valutazzjoni tat-talbiet għal TES u għal TI, għax dan ma jkollu l-ebda skop prattiku. |
(144) |
Ir-raba' nett, Cortina affermat li jkun diskriminatorju li jerġa' jiġi impost dazju antidumping fuq id-dsatax-il produttur esportatur ikkonċernat, minħabba li l-ebda dazju antidumping ma reġa' ġie impost wara s-sentenzi Brosmann u Aokang. |
(145) |
Din l-affermazzjoni mhijiex fondata. Importaturi li kienu importaw mingħand Brosman u erba' produtturi esportaturi oħra kkonċernati mis-sentenzi fil-kawżi C-247/10 P u C-249/10 P, huma f'sitwazzjoni fattwali u legali differenti, minħabba li l-produtturi esportaturi tagħhom iddeċidew li jikkontestaw ir-Regolament ikkontestat kif ukoll minħabba li kienu ġew rimborżati d-dazji tagħhom, u għalhekk huma protetti mill-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità. Ma saru l-ebda kontestazzjoni u l-ebda rimborż għall-oħrajn. F'dan ir-rigward, ara wkoll il-premessi (118) sa (122) aktar 'il fuq. |
(146) |
Il-ħames, Cortina allegat li kien hemm diversi irregolaritajiet proċedurali li jirriżultaw minn din l-investigazzjoni. Fl-ewwel lok, huma argumentaw li l-produtturi esportaturi kkonċernati jistgħu ma jkunux iktar f'pożizzjoni li jipprovdu kummenti siewja jew provi supplimentari biex jappoġġaw it-talbiet tagħhom għal TES/TI li huma għamlu bosta snin ilu. Pereżempju, jista' jkun li l-kumpaniji ma għadhomx jeżistu jew li d-dokumenti rilevanti ma għandhomx disponibbli. |
(147) |
Barra minn hekk, Cortina argumentat li b'differenza mill-investigazzjoni oriġinali, il-miżuri tal-Kummissjoni de facto u de jure jaffettwaw biss lill-importaturi, filwaqt li dawn m'għandhomx il-mezzi biex jipprovdu input sinifikanti u ma jistgħux jeħtieġu lill-fornituri tagħhom biex jikkooperaw mal-Kummissjoni. |
(148) |
Il-Kummissjoni tosserva li ma hemm xejn fir-Regolament bażiku li jirrikjedi lill-Kummissjoni tagħti lill-kumpaniji esportaturi li jitolbu TES/TI il-possibilità li jikkompletaw informazzjoni fattwali nieqsa. Il-Kummissjoni tfakkar li skont il-ġurisprudenza l-oneru tal-prova jaqa' fuq il-produttur li jkun jixtieq jitlob TES/TI skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) jipprovdi li t-talba ppreżentata minn produttur bħal dan trid tinkludi provi suffiċjenti, hekk kif stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni, li l-produttur jopera f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq. B'hekk, l-istess kif qalet il-Qorti fis-sentenzi Brosmann u Aokangma, ma hemm l-ebda obbligu fuq l-istituzzjonijiet li jagħtu prova li l-produttur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti għar-rikonoxximent ta' dan l-istatus. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-provi fornuti mill-produttur konċernat humiex biżżejjed biex juru li l-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku humiex issodisfati sabiex jingħata TES/TI (ara l-premess (44)). Id-dritt għal smigħ jikkonċerna l-valutazzjoni ta' dawn il-fatti, iżda ma jinkludix id-dritt li tiġi rimedjata informazzjoni defiċjenti. Inkella, il-produttur esportatur jista' jtawwal b'mod indefinit il-valutazzjoni, billi jipprovdi l-informazzjoni biċċa biċċa. |
(149) |
F'dan ir-rigward, ta' min ifakkar li ma hemm l-ebda obbligu li l-Kummissjoni titlob lill-produttur esportatur jikkumplimenta t-talba għal TES/TI. Kif imsemmi fil-premessa ta' qabel, il-Kummissjoni tista' tibbaża l-valutazzjoni tagħha fuq l-informazzjoni ppreżentata mill-produttur esportatur. Fi kwalunkwe każ, il-produtturi esportaturi kkonċernati ma kkontestawx il-valutazzjoni tat-talbiet tagħhom għal TES/TI mill-Kummissjoni u ma identifikawx liema dokumenti jew persuni ma għadhomx għad-dispożizzjoni tagħhom. L-allegazzjoni hija għalhekk tant astratta li l-istituzzjonijiet ma jistgħux iqisu dawk id-diffikultajiet meta jwettqu l-valutazzjoni ta' talbiet għal TES/TI. Billi dak l-argument huwa bbażat fuq spekulazzjoni u mhux appoġġjat minn indikazzjonijiet preċiżi dwar liema dokumenti u persuni ma għadhomx aktar disponibbli u dwar ir-rilevanza ta' dawn id-dokumenti u persuni għall-valutazzjoni tat-talba għal TES/TI, dak l-argument huwa miċħud. |
(150) |
Għal dak li jirrigwarda l-affermazzjoni li importatur ma għandux il-mezz jipprovdu input sinifikanti, il-Kummissjoni tosserva dan li ġej: l-ewwel nett, l-importaturi ma jgawdux drittijiet ta' difiża, peress li l-miżura antidumping mhijiex fil-konfront tagħhom iżda fil-konfront tal-produtturi esportaturi. It-tieni nett, l-importaturi diġà kellhom l-opportunità jikkummentaw fuq dan il-punt matul il-proċedura amministrattiva qabel l-adozzjoni tar-Regolament ikkontestat. It-tielet nett, jekk l-importaturi ħasbu li kien hemm irregolarità f'dan ir-rigward, huma kellhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ta' arranġamenti kuntrattwali mal-fornituri tagħhom biex jiżguraw li jiddisponu mid-dokumentazzjoni neċessarja. Għalhekk, l-affermazzjoni jkollha tiġi miċħuda. |
(151) |
Is-sitt nett, Cortina argumentat li l-Kummissjoni naqset milli teżamina jekk l-impożizzjoni tad-dazji antidumping ikunux fl-interess tal-Unjoni u argumentat li l-miżuri jkunu kontra l-interess tal-Unjoni minħabba li (i) il-miżuri diġà kellhom l-effett mixtieq tagħhom meta ġew imposti l-ewwel darba; (ii) il-miżuri ma jwasslux għal benefiċċju addizzjonali għall-industrija tal-Unjoni; (iii) il-miżuri ma jkollhomx effett fuq il-produtturi esportaturi u (iv) il-miżuri jimponu kost importanti fuq l-importaturi fl-Unjoni. |
(152) |
Dan il-każ jikkonċerna biss t-talbiet għal TES/TI, għax dan huwa l-uniku punt li fih ġie identifikat żball legali mill-Qrati tal-Unjoni. Fejn jidħol l-interess tal-Unjoni, il-valutazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 tibqa' valida għal kollox. Barra minn hekk, din il-miżura hija ġġustifikata bl-għan li jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. |
(153) |
Is-seba', Cortina affermat li d-dazju antidumping, jekk jiġi impost mill-ġdid, ma jkunx jista' jinġabar minħabba li l-istatut tal-limitazzjonijiet tal-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali Komunitarju (issal-Artikolu 103(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni) skada. Skont Cortina, din is-sitwazzjoni tikkostitwixxi abbuż ta' poter mill-Kummissjoni. |
(154) |
Il-Kummissjoni tfakkar li skont l-Artikolu 221(3) tal-Kodiċi Doganali Komunitarju/103(1) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, l-istatut tal-limitazzjonijiet ma japplikax meta jkun sar appell skont l-Artikolu 243 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju/l-Artikolu 44(2) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, bħal ma huwa l-każ f'dawn il-każijiet kollha, li jikkonċernaw appelli fuq il-bażi tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali Komunitarju/l-Artikolu 119 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Appell fis-sens tal-Artikolu 103(3) tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, bis-saħħa tal-kjarifika fl-Artikolu 44(2) tal-istess regolament, jestendi mill-kontestazzjoni inizjali tad-deċiżjoni tal-awtoritajiet doganali nazzjonali li jimponi d-dazji sal-fażi finali tas-sentenza mogħtija mill-qorti nazzjonali, inkluż, fejn meħtieġ, referenza għal deċiżjoni preliminari. Konsegwentement il-perjodu ta' tliet snin jiġi sospiż mid-data li tiġi ddepożitata l-kontestazzjoni. |
(155) |
Fl-aħħar nett, Cortina affermat li, wara l-iskadenza tal-paragrafu 15(a)(ii) tal-Protokoll tal-Adeżjoni taċ-Ċina mad-WTO fl-11 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni ma tistax tibqa' tiddependi fuq il-metodoloġija użata biex jiġi ddeterminat il-valur normali għall-esportaturi Ċiniżi fl-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri l-metodoloġija tal-pajjiż analogu skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku). |
(156) |
Ir-Regolament ikkontestat ġie adottat fl-2006. Il-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli għal din il-proċedura hija r-Regolament (UE) 2016/1036. Għalhekk, din l-affermazzjoni hija rrifjutata. |
(157) |
Dan ir-Regolament huwa skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. B'dan qed jiġi impost dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda jew kompożizzjoni tal-ġilda, esklużi żraben sportivi, żraben li jinvolvu teknoloġija speċjali, papoċċi u żraben oħra ta' ġewwa u żraben b'kappa ta' protezzjoni għas-swaba', li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Vjetnam u prodotti mill-produtturi esportaturi elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament u li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM: 6403 20 00, ex 6403 30 00 (40), ex 6403 51 11, ex 6403 51 15, ex 6403 51 19, ex 6403 51 91, ex 6403 51 95, ex 6403 51 99, ex 6403 59 11, ex 6403 59 31, ex 6403 59 35, ex 6403 59 39, ex 6403 59 91, ex 6403 59 95, ex 6403 59 99, ex 6403 91 11, ex 6403 91 13, ex 6403 91 16, ex 6403 91 18, ex 6403 91 91, ex 6403 91 93, ex 6403 91 96, ex 6403 91 98, ex 6403 99 11, ex 6403 99 31, ex 6403 99 33, ex 6403 99 36, ex 6403 99 38, ex 6403 99 91, ex 6403 99 93, ex 6403 99 96, ex 6403 99 98 u ex 6405 10 00 (41) li saru matul il-perjodu tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1472/2006 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 1294/2009. Il-kodiċijiet TARIC huma mniżżla fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
2. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
— |
“żraben sportivi” għandha tfisser ilbies tar-riġlejn skont it-tifsira tan-nota 1 tas-sottotitolu tal-Kapitolu 64 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 (42); |
— |
“żraben li jinvolvu teknoloġija speċjali” għandha tfisser żraben li għandhom prezz CIF għal kull par ta' mhux inqas minn EUR 7,5, għall-użu f'attivitajiet sportivi, b'suletta iffurmata b'saff wieħed jew diversi, mhux injettata, manifatturat minn materjali sintetiċi ddisinjati b'mod li jassorbi l-impatt ta' movimenti vertikali jew laterali u b'karatteristiċi tekniċi bħal boroż ermetiċi li fihom gass jew fluwidu, komponenti mekkaniċi li jassorbu jew jinnewtralizzaw l-impatt, jew materjali bħal polimeri ta' densità baxxa u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 6403 91 11, ex 6403 91 13, ex 6403 91 16, ex 6403 91 18, ex 6403 91 91, ex 6403 91 93, ex 6403 91 96, ex 6403 91 98, ex 6403 99 91, ex 6403 99 93, ex 6403 99 96, ex 6403 99 98; |
— |
“żraben b'kappa ta' protezzjoni għas-swaba” għandha tfisser żraben li jinkorporaw kappa ta' protezzjoni għas-swaba b'reżistenza għall-impatti ta' mill-anqas 100 joules (43) u li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM: ex 6403 30 00 (44), ex 6403 51 11, ex 6403 51 15, ex 6403 51 19, ex 6403 51 91, ex 6403 51 95, ex 6403 51 99, ex 6403 59 11, ex 6403 59 31, ex 6403 59 35, ex 6403 59 39, ex 6403 59 91, ex 6403 59 95, ex 6403 59 99, ex 6403 91 11, ex 6403 91 13, ex 6403 91 16, ex 6403 91 18, ex 6403 91 91, ex 6403 91 93, ex 6403 91 96, ex 6403 91 98, ex 6403 99 11, ex 6403 99 31, ex 6403 99 33, ex 6403 99 36, ex 6403 99 38, ex 6403 99 91, ex 6403 99 93, ex 6403 99 96, ex 6403 99 98 u ex 6405 10 00; |
— |
“papoċċi u żraben oħra ta' ġewwa” għandha tfisser dawk iż-żraben li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 6405 10 00. |
3. Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli, qabel id-dazju, għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u mmanifatturati mill-produtturi esportaturi elenkati fl-Anness II ta' dan ir-Regolament għandha tkun ta' 16,5 % għall-produtturi esportaturi Ċiniżi kkonċernati u ta' 10 % għall-produtturi esportaturi Vjetnamiżi kkonċernati.
Artikolu 2
L-ammonti garantiti bħala dazju antidumping provviżorju skont ir-Regolament (KE) Nru 553/2006 għandhom jinġabru definittivament. L-ammonti ggarantiti li jaqbżu r-rata definittiva tad-dazji antidumping għandhom jiġu rilaxxati.
Artikolu 3
Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-kumpanniji elenkati fl-Anness III ta' dan ir-Regolament hija sospiża temporanjament sakemm l-importatur li jitlob rimborż mingħand l-awtoritajiet doganali nazzjonali jkun infurma lill-Kummissjoni dwar l-ismijiet u l-indirizzi tal-produtturi esportaturi li mingħandhom l-operaturi rilevanti jkunu xtraw żraben, jew, jekk ma tasal l-ebda tweġiba f'dak il-perjodu, tmiem l-iskadenza stabbilita mill-Kummissjoni biex tiġi pprovduta dik l-informazzjoni. Dik l-iskadenza għandha tiġi stabbilita f'ittra mill-Kummissjoni lill-importatur rilevanti, u fi kwalunkwe każ ma għandhiex tkun iqsar minn xahar.
Il-Kummissjoni għandha teżamina l-informazzjoni li tkun waslet fi żmien tmien xhur mid-data tal-wasla. L-awtoritajiet doganali nazzjonali huma b'dan ordnati biex ma jirrimborżawx id-dazji miġbura qabel ma l-Kummissjoni tkun iffinalizzat il-valutazzjoni tagħha ta' dawn it-talbiet.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 tal-5 ta' Ottubru 2006 jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' lbies għar-riġlejn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 275, 6.10.2006, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 388/2008 tad-29 ta' April 2008 li jestendi l-miżuri antidumping definittivi imposti mir-Regolament (KE) Nru 1472/2006 fuq importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal importazzjonijiet tal-istess prodott konsenjati mill-Makaw SAR, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Makaw SAR u kemm jekk le (ĠU L 117, 1.5.2008, p. 1).
(5) ĠU C 251, 3.10.2008, p. 21.
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1294/2009 tat-22 ta' Diċembru 2009 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta' ċertu tipi ta' xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 352, 30.12.2009, p. 1).
(7) ĠU C 295, 11.10.2013, p. 6
(8) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE tat-18 ta' Marzu 2014 li tirrifjuta l-proposta għal Regolament ta' Implimentazzjoni li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd, (ĠU L 82, 20.3.2014, p. 27).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/1992 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
(10) ĠU C 106, 21.3.2016, p. 2
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1).
(12) Il-Kawżi Magħquda 97, 193, 99 u 215/86 Asteris AE u oħrajn u r-Repubblika Ellenika vs il-Kummissjoni [1988] Ġabra 2181, paragrafi 27 u 28.
(13) Il-Kawża C-415/96 Spanja vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, paragrafu 31; Il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques vs Il-Kunsill [2000] I-8147, paragrafi 80 sa 85; Il-Kawża T-301/01 Alitalia vs il-Kummissjoni [2008] II-1753, paragrafi 99 u 142; Il-Kawżi maqgħuda T-267/08 u T-279/08 Région Nord-Pas de Calais vs il-Kummissjoni [2011] II-1999, paragrafu 83.
(14) Il-Kawża C-415/96 Spanja vs il-Kummissjoni [1998] Ġabra I-6993, paragrafu 31; Il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques vs il-Kunsill [2000] I-8147, paragrafi 80 sa 85.
(15) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).
(16) Ir-Regolament (KE) Nru 1225/2009 ġie emendat sussegwentement bir-Regolament (UE) Nru 765/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 237, 3.9.2012, p. 1). Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 765/2012, l-emendi introdotti b'dak ir-Regolament emendatorju japplikaw biss għal investigazzjonijiet mibdija wara d-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament. Madankollu, l-investigazzjoni preżenti nbdiet fis-7 ta' Lulju 2005 (ĠU C 166, 7.7.2005, p. 14).
(17) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1395 tat-18 ta' Awwissu 2016 li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti tipi ta' xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u magħmula minn Buckinghan Shoe Mfg Co., Ltd, Buildyet Shoes Mfg., DongGuan Elegant Top Shoes Co. Ltd, Dongguan Stella Footwear Co Ltd, Dongguan Taiway Sports Goods Limited, Foshan City Nanhai Qun Rui Footwear Co., Jianle Footwear Industrial, Sihui Kingo Rubber Shoes Factory, Synfort Shoes Co. Ltd, Taicang Kotoni Shoes Co. Ltd, Wei Hao Shoe Co. Ltd, Wei Hua Shoe Co. Ltd, Win Profile Industries Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 225, 19.8.2016, p. 52).
(18) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1647 tat-13 ta' Settembru 2016 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw fil-Vjetnam u li huma prodotti minn Best Royal Co. Ltd, Lac Cuong Footwear Co., Ltd, Lac Ty Co., Ltd, Saoviet Joint Stock Company (Megastar Joint Stock Company), VMC Royal Co. Ltd, Freetrend Industrial Ltd u l-kumpanija relatata magħha Freetrend Industrial A (Vietnam) Co., Ltd, Fulgent Sun Footwear Co., Ltd, General Shoes Ltd, Golden Star Co., Ltd, Golden Top Company Co., Ltd, Kingmaker Footwear Co. Ltd, Tripos Enterprise Inc., Vietnam Shoe Majesty Co., Ltd, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 245, 14.9.2016, p. 16).
(19) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1731 tat-28 ta' Settembru 2016 li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u l-Vjetnam u ffabbrikati minn General Footwear Ltd (iċ-Ċina), Diamond Vietnam Co Ltd u TY Hung Footgearmex/Footwear Co. Ltd u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 262, 29.9.2016, p. 4)
(20) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/223 tas-17 ta' Frar 2016 li jistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni ta' ċerti talbiet għal trattament ta' ekonomija tas-suq u għal trattment individwali li saru minn produtturi esportaturi miċ-Ċina u mill-Vjetnam, u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi Magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 41, 18.2.2016, p. 3).
(21) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2257 tal-14 ta' Diċembru 2016 li jimponi mill-ġdid dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti tipi ta' xedd tas-saqajn bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u manifatturati minn Chengdu Sunshine Shoes Co. Ltd., Foshan Nanhai Shyang Yuu Footwear Ltd. u Fujian Sunshine Footwear Co. Ltd. u li jimplimenta s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14 (ĠU L 340 I, 15.12.2016, p. 1)
(22) Il-Kawża C-458/98 P Industrie des Poudres Sphériques v il-Kunsill [2000] I-8147, paragrafi 80 sa 85.
(23) Sabiex tiġi protetta l-kunfidenzjalità, l-ismijiet tal-kumpaniji ġew sostitwiti b'numri. Il-Kumpaniji 1 sa 3 kienu ġew soġġetti għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1731 imsemmi fi premessa (20), filwaqt li l-Kumpaniji 4 sa 6 kienu ġew soġġetti għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2257 imsemmi fil-premessa (24). Il-kumpaniji kkonċernati mir-Regolament attwali ġew attribwiti n-numri konsekuttivi 7 sa 25.
(24) Wolverine Europe BV, Wolverine Europe Limited u Damco Netherlands BV, fir-risposta tagħhom għad-Dokument ta' Informazzjoni Ġenerali rreferew għall-kummenti sottomessi minn FESI u mill-Footwear Coalition.
(25) Il-Kawża T-192/08, Transational Company Kazchrome u ENRC Marketing v il-Kunsill, [2011] Ġabra II-07449, il-paragrafu 298. Din is-sentenza ġiet ikkonfermata fl-appell, ara l-Kawża C-10/12 P Transnational Company Kazchrome u ENRC Marketing v il-Kunsill, ECLI:EU:C:2013:865.
(26) Il-Kawża T-255/01 Changzhou Hailong Electronics & Light Fixtures u Zhejiang Sunlight Group v il-Kunsill, [2003] il-Ġabra II-04741, fil-paragrafu 60.
(27) Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri antidumping ĠU C 82, 16.3.2011, p. 4
(28) Dak il-limitu taż-żmien issa jinsab fl-Artikoli 103(1) u 121(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(29) Il-Kawża C-373/07 P Mebrom v il-Kummissjoni, [2009] ġabra I-00054, fil-paragrafi 91-94.
(30) Ara d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, il-Konformità mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta' Frar 2012 fil-Kawża C-249/10 P Brosmann u tal-15 ta' Novembru 2012 fil-Kawża C-247/10P Zhejiang Aokang, li jakkumpanja l-Proposta għal Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill li jerġa' jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta' ċerti żraben bil-parti ta' fuq tal-ġilda li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u prodotti minn Brosmann Footwear (HK) Ltd, Seasonable Footwear (Zhongshan) Ltd, Lung Pao Footwear (Guangzhou) Ltd, Risen Footwear (HK) Co. Ltd u Zhejiang Aokang Shoes Co. Ltd,/* SWD/2014/046 finali, fil-premessi 45–48.
(31) Il-Kawża C-382/09 Stils Met, [2010] Ġabra I-09315, paragrafi 42-43. It-TARIC, pereżempju, li jintuża wkoll bħala mezz biex tkun żgurata l-konformità mal-miżuri ta' difiża kummerċjali, joriġina fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju, 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(32) Il-Kawża C-239/99 Nachi Europe, [2001] ġabra I-01197, fil-paragrafu 29.
(33) Ir-Regolament (UE) Nru 37/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2014 li jemenda ċerti Regolamenti relatati mal-politika kummerċjali komuni fir-rigward tal-proċeduri għall-adozzjoni ta' ċerti miżuri (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1).
(34) Il-kawża 270/84, Licata vs CES, [1986], Ġabra 2305, il-paragrafu 31 il-Kawża C-60/98 Butterfly Music vs. CEDEM [1999] Ġabra 1–3939, il-paragrafu 24; Il-kawża 68/69 Bundesknappschaft v Brock [1970] Ġabra 171, paragrafu 6; Il-kawża 1/73 Westzucker GmbH v Einfuhr und Vorratsstelle für Zucker [1973] 723, paragrafu 5; Il-kawża 143/73 SOPAD v FORMA a.o. [1973] Ġabra 1433, paragrafu 8; Il-kawża 96/77 Bauche [1978] Ġabra 383, paragrafu 48; Il-kawża 125/77 KoninklijkeScholten-Honig NV v Floofdproduktschaap voor Akkerbouwprodukten [1978] Ġabra 1991, paragrafu 37; Il-kawża 40/79 Ρ v il-Kummissjoni [1981] Ġabra 361, paragrafu 12; Il-kawża T-404/05 Greece v il-Kummissjoni [2008] Ġabra II-272, paragrafu 77; C-334/07 Ρ il-Kummissjoni v Freistaat Sachsen [2008] Ġabra 1–9465, paragrafu 53.
(35) Il-kawża T-176/01 Ferrière Nord ν il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-3931, paragrafu 139; C-334/07 Ρ.
(36) ĠU C 166, 7.7.2005, p. 14.
(37) Il-kawża C-169/95 Spain v il-Kummissjoni [1997] Ġabra I-135, paragrafi 51 sa 54; Il-Kawżi Magħquda T-116/01 u T-118/01 P&O European Ferries (Vizcaya) SA v il-Kummissjoni [2003] Ġabra II-2957, paragrafu 205.
(38) Il-kawża C-34/92 GruSa Fleisch v Hauptzollamt Hamburg-Jonas [1993] Ġabra I-4147, paragrafu 22. L-istess formulazzjoni jew waħda simili jistgħu jinstabu pereżempju fil-Kawżi Magħquda 212 sa 217/80 Meridionale Industria Salumi α.δ. [1981] Ġabra 2735, paragrafi 9 u 10; Il-kawża 21/81 Bout [1982] Ġabra 381, paragrafu 13; Il-kawża T-42/96 Eyckeler & Malt v il-Kummissjoni [1998] Ġabra II-401, paragrafi 53 u 55 sa 56; Il-kawża T-180/01 Euroagri v il-Kummissjoni [2004] Ġabra II-369, paragrafi 36 sa 37.
(39) Il-kawża C-337/88 Società agricola fattoria alimentare (SAFA) [1990] Ġabra I-1, paragrafi 13.
(40) Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 ta' 17 Ottubru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (ĠU L 301, 31.10.2006, p. 1) dan il-kodiċi NM huwa sostitwit fl-1 ta' Jannar 2007 mill-kodiċijiet NM ex 6403 51 05, ex 6403 59 05, ex 6403 91 05, u ex 6403 99 05.
(41) Kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005 tas-27 ta' Ottubru 2005 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar it-tariffa u n-nomenklatura statistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 286, 28.10.2005, p. 1). Il-kopertura tal-prodott hija ddeterminata billi jiġu kkombinati d-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) u d-deskrizzjoni tal-prodott tal-kodiċi NM korrispondenti meħuda flimkien.
(42) Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna ta' qabel.
(43) Ir-reżistenza għall-impatt għandha titkejjel skont in-Normi Ewropej EN345 jew EN346.
(44) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1549/2006 dan il-kodiċi NM huwa sostitwit fl-1 ta' Jannar 2007 mill-kodiċijiet NM ex 6403 51 05, ex 6403 59 05, ex 6403 91 05 u ex 6403 99 05.
ANNESS I
Kodiċi TARIC għal żraben bil-partijiet ta' fuq tal-ġilda jew ġilda komposta kif definit fl-Artikolu 1
(a) |
Mis-7 ta' Ottubru 2006: 6403300039, 6403300089, 6403511190, 6403511590, 6403511990, 6403519190, 6403519590, 6403519990, 6403591190, 6403593190, 6403593590, 6403593990, 6403599190, 6403599590, 6403599990, 6403911199, 6403911399, 6403911699, 6403911899, 6403919199, 6403919399, 6403919699, 6403919899, 6403991190, 6403993190, 6403993390, 6403993690, 6403993890, 6403999199, 6403999329, 6403999399, 6403999629, 6403999699, 6403999829, 6403999899 u 6405100080 |
(b) |
Mill-1 ta' Jannar 2007: 6403510519, 6403510599, 6403511190, 6403511590, 6403511990, 6403519190, 6403519590, 6403519990, 6403590519, 6403590599, 6403591190, 6403593190, 6403593590, 6403593990, 6403599190, 6403599590, 6403599990, 6403910519, 6403910599, 6403911199, 6403911399, 6403911699, 6403911899, 6403919199, 6403919399, 6403919699, 6403919899, 6403990519, 6403990599, 6403991190, 6403993190, 6403993390, 6403993690, 6403993890, 6403999199, 6403999329, 6403999399, 6403999629, 6403999699, 6403999829, 6403999899 u 6405100080 |
(c) |
Mis-7 ta' Settembru 2007: 6403510515, 6403510518, 6403510595, 6403510598, 6403511191, 6403511199, 6403511591, 6403511599, 6403511991, 6403511999, 6403519191, 6403519199, 6403519591, 6403519599, 6403519991, 6403519999, 6403590515, 6403590518, 6403590595, 6403590598, 6403591191, 6403591199, 6403593191, 6403593199, 6403593591, 6403593599, 6403593991, 6403593999, 6403599191, 6403599199, 6403599591, 6403599599, 6403599991, 6403599999, 6403910515, 6403910518, 6403910595, 6403910598, 6403911195, 6403911198, 6403911395, 6403911398, 6403911695, 6403911698, 6403911895, 6403911898, 6403919195, 6403919198, 6403919395, 6403919398, 6403919695, 6403919698, 6403919895, 6403919898, 6403990515, 6403990518, 6403990595, 6403990598, 6403991191, 6403991199, 6403993191, 6403993199, 6403993391, 6403993399, 6403993691, 6403993699, 6403993891, 6403993899, 6403999195, 6403999198, 6403999325, 6403999328, 6403999395, 6403999398, 6403999625, 6403999628, 6403999695, 6403999698, 6403999825, 6403999828, 6403999895, 6403999898, 6405100081 u 6405100089 |
ANNESS II
Lista ta' produtturi esportaturi li ġie impost dazju antidamping definittiv fuq l-importazzjonijiet tagħhom
Isem il-produttur esportatur |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
An Loc Joint Stock Company (il-Vjetnam) |
A999 |
Chang Shin Vietnam Co. Ltd (Dong Nai — il-Vjetnam) u l-kumpanija relatata tagħha Changshin Inc. (Busan — il-Korea t'Isfel) |
A999 |
Chau Giang Company Limited (Haiphong City, il-Vjetnam) |
A999 |
Dongguan Texas Shoes Limited Co. |
A999 |
Foshan Shunde Fong Ben Footwear Industrial Co.Ltd (Foshan City — iċ-Ċina) |
A999 |
Fujian Viscap Shoes Co. Ltd (Quanzhou — iċ-Ċina) |
A999 |
Lien Phat Company Ltd (il-Vjetnam) |
A999 |
Maystar Footwear Co. Ltd (Zhuhai — iċ-Ċina) (relatata ma' Kingmaker) |
A999 |
Min Yuan (Guangzhou — iċ-Ċina) u l-kumpaniji relatati E-Light u Golden Chang |
A999 |
Panyu Hsieh Da Rubber CO. LTD (iċ-Ċina) |
A999 |
PanYu Leader Footwear Corporation (Guangzhou — iċ-Ċina) |
A999 |
Panyu Pegasus Footwear Co. Ltd (Guangzhou — iċ-Ċina) |
A999 |
Qingdao Changshin Shoes Company Limited (Qingdao — iċ-Ċina) u l-kumpanija relatata tagħha Changshin Inc. (Busan — il-Korea t'Isfel) |
A999 |
Qingdao Samho Shoes Co. Ltd (iċ-Ċina) u l-kumpanija relatata Samho shoes Co. Ltd (il-Korea t'Isfel) |
A999 |
Qingdao Sewon Shoes Co. Ltd (Qingdao — iċ-Ċina) |
A999 |
Qingdao Tae Kwang Shoes Co. Ltd (iċ-Ċina) u l-kumpanija relatata Tae Kwang Industrial Co. (il-Korea) (relatata ma' Taekwang Vina fil-kampjun) |
A999 |
Samyang Vietnam Co. Ltd (Ho Chi Minh City — il-Vjetnam) |
A999 |
Vietnam Ching Luh Shoes Co. Ltd (il-Vjetnam) |
A999 |
Vinh Thong Producing-Trading-Service Co. Ltd (Ho Chi Minh — il-Vjetnam) |
A999 |
ANNESS III
Il-lista ta' kumpaniji li l-eżaminazzjoni tagħhom hija sospiża skont l-Artikolu 3
|
ALAMODE |
|
ALL PASS |
|
ALLIED JET LIMITED |
|
ALLIED JET LIMITED C/O SHENG RONG F |
|
AMERICAN ZABIN INTL |
|
AN THINH FOOTWEAR CO. LTD |
|
AQUARIUS CORPORATION |
|
ASIA FOOTWEAR |
|
BCNY INTERNATIONAL INC. |
|
BESCO ENTERPRISE |
|
BEST CAPITAL |
|
BRANCH OF EMPEREOR CO. LTD |
|
BRENTWOOD FUJIAN INDUSTRY CO. LTD |
|
BRENTWOOD TRADING COMPANY |
|
BROWN PACIFIC TRADING LTD, |
|
BUFENG |
|
BULLBOXER |
|
C AND C ACCORD LTD |
|
CALSON INVESTMENT LIMITED |
|
CALZ.SAB SHOES S.R.L. |
|
CARLSON GROUP |
|
CD STAR |
|
CHAOZHOU ZHONG TIAN CHENG |
|
CHINA EVER |
|
CORAL REEF ASIA PACIFIC LTD |
|
CULT DESIGN |
|
DHAI HOAN FOOTWEAR PRODUCTION JOINT STOCK COMPANY |
|
DIAMOND GROUP INTERNATIONAL LTD/YONG ZHOU XIANG WAY SPORTS GOODS LTD |
|
DONG GUAN CHANG AN XIAO BIAN SEVILLA |
|
DONG GUAN HUA XIN SHOES LTD |
|
DONGGUAN QIAOSHENG FOOTWEAR CO |
|
DONGGUAN TA YUE SHOES CO. LTD |
|
DONGGUAN YONGXIN SHOES CO. LTD |
|
EASTERN SHOES COLLECTION CO. LTD |
|
EASY DENSE LIMITED |
|
ENIGMA/MORE SHOES INC. |
|
EVAIS CO. LTD |
|
EVER CREDIT PACIFIC LTD |
|
EVERGIANT |
|
EVERGO ENTERPRISES LTD C/O THUNDER |
|
FH SPORTS AGENCIES LTD |
|
FIJIAN GUANZHOU FOREIGN TRADE CORP |
|
FOSTER INVESTMENTS INC. |
|
FREEMANSHOES CO. LTD |
|
FU XIANG FOOTWEAR |
|
FUJIAN JINMAIWANG SHOES & GARMENTS PRODUCTS CO. LTD |
|
GERLI |
|
GET SUCCESS LIMITED GLOBE DISTRIBUTING CO. LTD |
|
GOLDEN STEPS FOOTWEAR LTD |
|
GOODMILES |
|
HA CHEN TRADE CORPORATION |
|
HAI VINH TRADING COMP |
|
HAIPHONG SHOLEGA |
|
HANLIN (BVI) INT'L COMPNAY LTD C/O |
|
HAPPY THOSE INTERNATIONAL LTD |
|
HAWSHIN |
|
HESHAN SHI HENGYU FOOTWEAR LTD |
|
HIEP TRI CO. LTD |
|
HISON VINA CO. LTD |
|
HOLLY PACIFIC LTD |
|
HUEY CHUEN SHOES GROUP/FUH CHUEN CO. LTD |
|
HUI DONG FUL SHING SHOES CO. LTD |
|
HUNEX |
|
HUNG TIN CO. LTD |
|
IFR |
|
INTER — PACIFIC CORP. |
|
IPC HONG KONG BRANCH LTD |
|
J.C. TRADING LIMITED |
|
JASON FOOTWEAR |
|
JIA HSIN CO. LTD |
|
JIA HUAN |
|
JINJIANG YIREN SHOES CO. LTD |
|
JOU DA |
|
JUBILANT TEAM INTERNATIONAL LTD |
|
JWS INTERNATIONAL CORP |
|
KAI YANG VIETNAM CO. LTD |
|
KAIYANG VIETNAM CO. LTD |
|
KIM DUCK TRADING PRODUCTION |
|
LEGEND FOOTWEAR LTD ALSO SPELLED AT LEGENT FOOTWEAR LTD |
|
LEIF J. OSTBERG, INC. |
|
LU XIN JIA |
|
MAI HUONG CO. LTD |
|
MARIO MICHELI |
|
MASTERBRANDS |
|
MAYFLOWER |
|
MING WELL INT'L CORP. |
|
MIRI FOOTWEAR INTERNATIONAL, INC. |
|
MIX MODE |
|
MORGAN INT'L CO. LTD C/O HWASHUN |
|
NEW ALLIED |
|
NEW FU XIANG |
|
NORTHSTAR SOURCING GROUP HK LTD |
|
O.T. ENTERPRISE CO. |
|
O'LEAR IND VIETNAM CO. LTD ALSO SPELLED AS O'LEER IND. VIETNAM CO. LTD |
|
O'LEER IND. VIETNAM CO. LTD |
|
ONTARIO DC |
|
OSCO INDUSTRIES LTD |
|
OSCO VIETNAM COMPANY LTD |
|
PACIFIC BEST CO. LTD |
|
PERFECT GLOBAL ENTERPRISES LTD |
|
PETER TRUONG STYLE, INC. |
|
PETRONA TRADING CORP |
|
PHUOC BINH COMPANY LTD |
|
PHY LAM INDUSTRY TRADING INVESTMENT CORP |
|
POP EUROPE |
|
POU CHEN P/A POU SUNG VIETNAM CO. LTD |
|
POU CHEN CORP P/A IDEA |
|
POU CHEN CORP P/A YUE YUEN INDUSTRIAL ESTATE |
|
PRO DRAGON INC. |
|
PUIBRIGHT INVESTMENTS LIMITED T/A |
|
PUTIAN LIFENG FOOTWEAR CO. LTD |
|
PUTIAN NEWPOWER INTERNATIONAL T |
|
PUTIAN XIESHENG FOOTWEAR CO |
|
QUAN TAK |
|
RED INDIAN |
|
RICK ASIA (HONG KONG) LTD |
|
RIGHT SOURCE INVESTMENT LIMITED/VINH LONG FOOTWEAR CO. LTD |
|
RIGHT SOURCE INVESTMENTS LTD |
|
ROBINSON TRADING LTD. |
|
RUBBER INDUSTRY CORP. RUBIMEX |
|
SENG HONG SHOES (DONG GUAN) CO. LTD |
|
SEVILLE FOOTWEAR |
|
SHANGHAI XINPINGSHUN TRADE CO. LTD |
|
SHENG RONG |
|
SHENZHEN GUANGYUFA INDUSTRIAL CO. LTD |
|
SHENZHEN HENGGTENGFA ELECTRONI |
|
SHINING YWANG CORP |
|
SHISHI |
|
SHISHI LONGZHENG IMPORT AND EXPORT TRADE CO. LTD |
|
SHOE PREMIER |
|
SIMONATO |
|
SINCERE TRADING CO. LTD |
|
SINOWEST |
|
SLIPPER HUT & CO |
|
SUN POWER INTERNATIONAL CO. LTD |
|
SUNKUAN TAICHUNG OFFICE/JIA HSIN CO. LTD |
|
SUNNY |
|
SUNNY FAITH CO. LTD |
|
SUNNY STATE ENTERPRISES LTD |
|
TBS |
|
TENDENZA ENTERPRISE LTD |
|
TEXAS SHOE FOOTWEAR CORP |
|
THAI BINH HOLDING & SHOES MANUFAC |
|
THANH LE GENERAL IMPORT-EXPORT TRADING COMPANY |
|
THUONG TANG SHOES CO. LTD |
|
TIAN LIH |
|
TONG SHING SHOES COMPANY |
|
TOP ADVANCED ENTERPRISE LIMITED |
|
TRANS ASIA SHOES CO. LTD |
|
TRIPLE WIN |
|
TRULLION INC. |
|
TRUONG SON TRADE AND SERVICE CO. LTD |
|
TUNLIT INTERNATIONAL LTD- SIMPLE FOOTWEAR |
|
UYANG |
|
VIETNAM XIN CHANG SHOES CO. |
|
VINH LONG FOOTWEAR CO. LTD |
|
WINCAP INDUSTRIAL LTD |
|
WUZHOU PARTNER LEATHER CO. LTD |
|
XIAMEN DUNCAN — AMOS SPORTSWEAR CO. LTD |
|
XIAMEN LUXINJIA IMPORT & EXPORT CO. |
|
XIAMEN OCEAN IMP&EXP |
|
XIAMEN UNIBEST IMPORT AND EXPORT CO. LTD |
|
YANGZHOU BAOYI SHOES |
|
YDRA SHOES |
|
YONGMING FOOTWEAR FACTORY |
|
ZHONG SHAN POU SHEN FOOTWEAR COMPANY LTD |
|
ZIGI NEW YORK GROUP |
ANNESS IV
Lista ta' produtturi esportaturi nnotifikati lill-Kummissjoni li diġà ġew ivvalutati individwalment jew bħala parti minn grupp ta' kumpaniji magħżula fil-kampjun ta' produtturi esportaturi fl-investigazzjoni oriġinali
|
APACHE FOOTWEAR AND APACHE II FOOTWEAR |
|
FOSHAN CITY NANHAI GOLDEN STEP INDUSTRIAL CO. LTD |
|
GROWTH-LINK TRADING COMPANY LIMITED |
|
JOINT STOCK COMPANY 32 |
|
KAI NAN JOINT VENTURE CO. LTD |
|
NIKE (SUZHOU) SPORTS CO. LTD |
|
POU CHEN/POU CHEN VIETNAM ENTERPRISE, LTD |
|
POU CHEN CORP P/A POU CHEN VIETNAM ENTERPRISE, LTD |
|
POU CHEN CORPORATION/DONGGUAN YUE YUEN MFR. CO. |
|
POU CHEN CORPORATION/POU YUEN VIETNAM ENTERPRISES LTD |
|
POU CHEN CORPORATION/POUYUEN VIETNAM COMPANY LIMITED |
|
POU CHEN CORPORATION/PT. POU CHEN INDONESIA |
|
POU YUEN/POU YUEN VIETNAM COMPANY LTD/POU YUEN VIETNAM ENTERPRISE LTD |
|
SHOES MAJESTY TRADING COMPANY LTD (VIETNAM) |
|
SKY HIGH TRADING LTD |
|
SUN KUAN (BVI) ENTERPRISES/SUN KUAN J V CO. |
|
SUN SANG KONG YUEN SHOES FACTORY (HUY YANG) CO. LTD |
|
SUNKUAN TAICHUNG OFFICE/SUN KUAN J.V. CO. |
|
TAE KWANG INDUSTRIAL CO. LTD P/A TAE KWANG VINA INDUSTRIAL CO |
|
YUE GROUP/YUE YUEN |
ANNESS V
Lista ta' produtturi esportaturi nnotifikati lill-Kummissjoni li diġà ġew ivvalutati jew individwalment jew bħala parti minn grupp ta' kumpaniji fil-kuntest tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/149/UE jew fir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395, (UE) 2016/1647, (UE) 2016/1731 u (UE) 2016/2257 rispettivament
Isem il-produttur esportatur |
Ir-Regolament fejn ġie vvalutat |
BROOKDALE INVESTMENTS LTD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395 |
WEI HUA SHOE COMPANY LTD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395 |
DIAMOND GROUP INTERNATIONAL LTD/TAI-WAY SPORTS LTD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395 |
DONGGUAN STELLA FOOTWEAR CO. LTD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395 |
HK WEI HUA KIMO |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395 |
HO HSING |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395 |
HOPEWAY GROUP LTD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395 |
FOSHAN CITY NANHAI QUNRUI FOOTWEAR CO. LTD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395 |
QUN RUI FOOTWEAR |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395 |
STELLA INTERNATIONAL LTD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1395 |
FENG TAY ENTERPRISES CO. LTD P/A DONA PACIFIC (VIETNAM) CO. LTD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 |
FENG TAY ENTERPRISES CO. LTD P/A LIFENG FOOTWEAR CORPORATION |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 |
FENG TAY ENTERPRISES CO. LTD P/A VIETNAM DONA STANDARD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 |
FENG TAY ENTERPRISES CO. LTD P/A DONA VICTOR FOOTWEAR CO. LTD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 |
FENG TAY ENTERPRISES CO. LTD P/A VIETNAM DONA ORIENT CO. LTD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 |
FULGENT SUNSHINE FOOTWEAR CO. LTD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 |
GRAND SMARTLY GROUP LTD P/A FREETREND INDUSTRIAL CO. LTD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 |
KINGFIELD INTERNATIONAL LTD |
Ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 u (UE) 2016/1731 |
VIETNAM SHOE MAJESTER CO. LTD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 |
GENFORT SHOES LTD |
Ir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1647 u (UE) 2016/1731 |
FOOTGEARMEX FOOTWEAR CO., LTD. |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1731 |
DIAMOND GROUP INTERNATIONAL LTD/DIAMOND VIETNAM CO., LTD. — P.T. HORN MING INDONESIA |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1731 |
DIAMOND VIETNAM CO. LTD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1731 |
FOOTGEARMEX FOOTWEAR CO. LTD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1731 |
CAPITAL CONCORD ENTERPRISES LTD P/A FUJIAN SUNSHINE FOOTWEAR CO. LTD SUNNY FOOTWEAR CO. LTD |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2257 |
BROSMANN FOOTWEAR (HK) LTD |
Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE |
LUNG PAO FOOTWEAR (GUANGZHOU) LTD |
Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE |
NOVI FOOTWEAR |
Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE |
RISEN FOOTWEAR (HK) CO. LTD |
Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE |
SEASONABLE FOOTWEAR (ZHONGSHAN)LTD |
Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE |
WENZHOU TAIMA SHOES CO LTD |
Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE |
ZHEJIANG AOKANG SHOES CO. LTD |
Id-Deċiżjoni ta' Implementazzjoni tal-Kunsill 2014/149/UE |
ANNESS VI
Lista ta' kumpaniji nnotifikati lill-Kummissjoni li se jiġu vvalutati fl-eżerċizzju ta' implimentazzjoni li ser isir, individwalment jew bħala parti minn grupp ta' kumpaniji
|
DAH LIH PUH |
|
EVERVAN GROUP P/A EVA OVERSEAS INTERNATIONAL, LTD |
|
EVERVAN GROUP P/A JIANGXI GUANGYOU FOOTWEAR CO |
|
LONG SON JOINT STOCK COMPANY |
|
SHING TAK IND. CO. LTD |