This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D2222
Commission Implementing Decision (EU, Euratom) 2017/2222 of 30 November 2017 amending Decision 90/178/Euratom, EEC authorising Luxembourg not to take into account certain categories of transactions and to use certain approximate estimates for the calculation of the VAT own resources base (notified under document C(2017) 7857)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/2222 tat-30 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 90/178/Euratom, KEE li tawtorizza lil-Lussemburgu biex ma jikkunsidrax ċerti kategoriji ta' tranżazzjonijiet u biex juża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument C(2017) 7857)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/2222 tat-30 ta' Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 90/178/Euratom, KEE li tawtorizza lil-Lussemburgu biex ma jikkunsidrax ċerti kategoriji ta' tranżazzjonijiet u biex juża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (notifikata bid-dokument C(2017) 7857)
C/2017/7857
ĠU L 318, 2.12.2017, pp. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
2.12.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/33 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2017/2222
tat-30 ta' Novembru 2017
li temenda d-Deċiżjoni 90/178/Euratom, KEE li tawtorizza lil-Lussemburgu biex ma jikkunsidrax ċerti kategoriji ta' tranżazzjonijiet u biex juża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT
(notifikata bid-dokument C(2017) 7857)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari t-tieni inċiż tal-Artikolu 6(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 371 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), il-Lussemburgu jista', skont il-kundizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fl-1 ta' Jannar 1978, ikompli jeżenta t-tranżazzjonijiet elenkati fil-Parti B tal-Anness X ta' dik id-Direttiva. Skont dak l-Artikolu, dawk it-tranżazzjonijiet iridu jitqiesu għad-determinazzjoni tal-bażi tar-riżorsi proprji tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). |
|
(2) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/178/Euratom, KEE (3), il-Lussemburgu kien awtorizzat li juża stimi approssimattivi għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE dwar trasport tal-passiġġieri. |
|
(3) |
Fl-ittri tiegħu tal-25 ta' April 2017 u tas-7 ta' Lulju 2017, il-Lussemburgu talab awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex juża perċentwal fiss tal-bażi intermedja għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għal tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE rigward trasport tal-passiġġieri. Il-Lussemburgu wera li l-perċentwali applikat għall-bażi intermedja kien stabbli għas-snin 2010 sal-2015. L-awtorizzazzjoni biex juża peċentwal fiss inaqqas iktar il-piż amministrattiv fil-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għal dawn it-tranżazzjonijiet. Il-Lussemburgu jinħtieġ għalhekk jiġi awtorizzat jikkalkula l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT billi juża perċentwal fiss rigward it-trasport tal-passiġġieri. |
|
(4) |
Għal fini ta' trasparenza u ċertezza legali huwa xieraq li jkun hemm limitu ta' żmien għall-applikabbiltà tal-awtorizzazzjoni. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 90/178/Euratom, KEE jinħtieġ għalhekk tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni 90/178/Euratom, KEE jiddaħħal l-Artikolu 2a li ġej:
“Artikolu 2a
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2(3) ta' din id-Deċiżjoni, għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2017 sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Lussemburgu huwa awtorizzat li juża 0,05 % tal-bażi intermedja fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Parti B tal-Anness X tad-Direttiva 2006/112/KE (*1).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Günther OETTINGER
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 90/178/Euratom, KEE tat-23 ta' Marzu 1990 li tawtorizza lil-Lussemburgu biex ma jikkunsidrax ċerti kategoriji ta' tranżazzjonijiet u biex juża ċerti stimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT (ĠU L 99, 19.4.1990, p. 26).