Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D2180

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2180 tas-16 ta' Novembru 2017 li testendi l-perjodu ta' validità tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412 li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-injam tal-fraxxnu li joriġina fil-Kanada jew li huwa pproċessat hemmhekk (notifikata bid-dokument C(2017) 7488)

C/2017/7488

ĠU L 307, 23.11.2017, p. 57–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2020

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/2180/oj

23.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/57


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2180

tas-16 ta' Novembru 2017

li testendi l-perjodu ta' validità tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412 li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-injam tal-fraxxnu li joriġina fil-Kanada jew li huwa pproċessat hemmhekk

(notifikata bid-dokument C(2017) 7488)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/412 (2) tippermetti lill-Istati Membri jawtorizzaw, permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, u flimkien mal-punt 2.3 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva, l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-injam tal-fraxxnu (Fraxinus L.) li joriġina fil-Kanada, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(2)

Billi għadhom japplikaw iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw din l-awtorizzazzjoni, u billi ma hemm l-ebda informazzjoni ġdida li tagħti lok għal reviżjoni tal-kundizzjonijiet speċifiċi, jenħtieġ li l-awtorizzazzjoni tiġi estiża.

(3)

Abbażi tal-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412, huwa xieraq li l-awtorizzazzjoni tiġġedded għal sena.

(4)

Jenħtieġ għalhekk li d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412 tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/412, id-data tal-“31 ta' Diċembru 2017” tinbidel bid-data “31 ta' Diċembru 2018”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Novembru 2017.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/412 tas-17 ta' Marzu 2016 li tawtorizza lill-Istati Membri jipprevedu deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-injam tal-fraxxnu li joriġina fil-Kanada jew li huwa pproċessat hemmhekk (ĠU L 74, 19.3.2016, p. 41).


Top