Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0811

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/811 tal-10 ta' Mejju 2017 li tapprova l-pjan ippreżentat mill-Belġju għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti għall-finijiet ta' kummerċ intern fl-Unjoni ta' pullam u bajd għat-tfaqqis skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE (notifikata bid-dokument C(2017) 2947) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2017/2947

    ĠU L 121, 12.5.2017, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/811/oj

    12.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 121/47


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/811

    tal-10 ta' Mejju 2017

    li tapprova l-pjan ippreżentat mill-Belġju għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti għall-finijiet ta' kummerċ intern fl-Unjoni ta' pullam u bajd għat-tfaqqis skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE

    (notifikata bid-dokument C(2017) 2947)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2)(b) tagħha,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/158/KE jistipula li l-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni pjan li jiddeskrivi l-miżuri nazzjonali li biħsiebhom jimplimentaw biex jiżguraw il-konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness II ta' dik id-Direttiva għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti għall-finijiet ta' kummerċ intern fl-Unjoni ta' pullam u bajd għat-tfaqqis.

    (2)

    L-aħħar li ġie approvat il-pjan Belġjan kien mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/835/KE (2).

    (3)

    Fl-24 ta' Ottubru 2016, l-awtoritajiet Belġjani ppreżentaw pjan emendat u talbu l-approvazzjoni tal-emendi li jqisu l-progress li sar fil-metodi tad-dijanjożi tal-mard skont il-programmi tas-sorveljanza tal-mard stipulati fil-Kapitolu III tal-Anness II tad-Direttiva 2009/158/KE.

    (4)

    Dak il-pjan emendat ġie studjat mill-Kummissjoni u nsab li jilħaq il-kriterji stipulati fid-Direttiva 2009/158/KE, u li sakemm jiġi implimentat b'mod effettiv u jiġi aġġornat b'mod regolari mill-Belġju, jippermetti li l-għanijiet ta' dik id-Direttiva jintlaħqu. Għalhekk, dan għandu jiġi approvat.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Huwa approvat il-pjan emendat li jiddeskrivi l-miżuri nazzjonali li jridu jiġu implimentati biex tkun żgurata l-konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness II tad-Direttiva 2009/158/KE għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti għall-finijiet ta' kummerċ intern fl-Unjoni ta' pullam u ta' bajd għat-tfaqqis previsti fl-Artikolu 3(1) ta' dik id-Direttiva, ippreżentat mill-Belġju lill-Kummissjoni fl-24 ta' Ottubru 2016.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Mejju 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/835/KE tat-3 ta' Diċembru 2004 li tapprova l-pjanijiet għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti bil-għan tal-kummerċ intra-Komunitarju ta' pullam u ta' bajd għat-tfaqqis [traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 360, 7.12.2004, p. 28).


    Top