Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0009

    Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/9 tal-4 ta' Jannar 2017 li tawtorizza ċerti laboratorji fil-Marokk u fit-Tajwan iwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra l-idrofobija (notifikata bid-dokument C(2016) 8803) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    C/2016/8803

    ĠU L 3, 6.1.2017, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/9/oj

    6.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 3/32


    DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/9

    tal-4 ta' Jannar 2017

    li tawtorizza ċerti laboratorji fil-Marokk u fit-Tajwan iwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim tal-klieb, tal-qtates u tal-inmsa kontra l-idrofobija

    (notifikata bid-dokument C(2016) 8803)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta' testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni 2000/258/KE ħatret lill-Agence française de sécurité sanitaire des aliments (l-AFSSA) f'Nancy, Franza, bħala l-istitut speċifiku responsabbli mill-iffissar tal-kriterji meħtieġa biex jiġu standardizzati t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija. L-AFSSA issa ġiet integrata fl-Agence nationale de sécurité sanitaire de l'alimentation, de l'environnement et du travail (l-ANSES) fi Franza.

    (2)

    Fost l-oħrajn, id-Deċiżjoni 2000/258/KE tipprevedi li l-ANSES għandha tivvaluta l-laboratorji f'pajjiżi terzi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni biex iwettqu t-testijiet seroloġiċi għall-monitoraġġ tal-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija.

    (3)

    L-awtorità kompetenti tal-Marokk issottomettiet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorju “Service du Contrôle et des Expertises de l'Office National de Sécurité Sanitaire des Produits Alimentaires” f'Rabat, u l-ANSES ħejjiet rapport ta' valutazzjoni favorevoli dwar dan il-laboratorju bid-data tad-19 ta' Ottubru 2016, li bagħtet lill-Kummissjoni.

    (4)

    L-awtorità kompetenti tat-Tajwan issottomettiet applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-laboratorji Epidemiology Research Division u l-Biologics Division tal-Animal Health Research Institute fil-Belt il-Ġdida ta' Taipei, u l-ANSES ħejjiet rapport ta' valutazzjoni favorevoli dwar dawn iż-żewġ laboratorji bid-data tad-19 ta' Ottubru 2016 li bagħtet lill-Kummissjoni.

    (5)

    Għalhekk il-laboratorju “Service du Contrôle et des Expertises de l'Office National de Sécurité Sanitaire des Produits Alimentaires” f'Rabat u l-laboratorji tal-Biologics Division u tal-Epidemiology Research Division tal-Animal Health Research Institute fil-Belt il-Ġdida ta' Taipei għandhom jiġu awtorizzati li jwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    B'konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2000/258/KE, il-laboratorji li ġejjin huma awtorizzati jwettqu t-testijiet seroloġiċi biex jissorveljaw l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija fil-klieb, fil-qtates u fl-inmsa:

    (a)

    Il-laboratorju “Service du Contrôle et des Expertises de l'Office National de Sécurité Sanitaire des Produits Alimentaires”

    Direction de la Pharmacie et des Intrants Vétérinaires

    Rue Ikhlass,

    Cité yacoub El Mansour,

    BP 4509 Akkari

    10120 Rabat

    IL-MAROKK

    (b)

    Animal Health Research Institute

    Biologics Division

    No376, Zhongzheng Rd, Tamsui District

    New Tapei City 251

    TAIWAN (R.O.C.)

    (c)

    Animal Health Research Institute

    Epidemiology Research Division

    No376, Zhongzheng Rd, Tamsui District

    New Tapei City 251

    TAIWAN (R.O.C.)

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Frar 2017.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Jannar 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Vytenis ANDRIUKAITIS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.


    Top