This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R2253
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/2253 of 14 December 2016 opening and providing for the management of Union tariff quotas for certain agricultural and processed agricultural products originating in South Africa
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2253 tal-14 ta' Diċembru 2016 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw fl-Afrika t'Isfel
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2253 tal-14 ta' Diċembru 2016 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw fl-Afrika t'Isfel
C/2016/8310
ĠU L 340, 15.12.2016, pp. 48–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
15.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 340/48 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2253
tal-14 ta' Diċembru 2016
li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw fl-Afrika t'Isfel
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1),u b'mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1623 tal-1 ta' Ġunju 2016 (2), il-Kunsill awtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (3) (“il-Ftehim”). |
|
(2) |
Il-Ftehim jistipula li d-dazji doganali fuq l-importazzjoni fl-Unjoni ta' oġġetti li joriġinaw fl-Istati EPA SADC għandhom jitnaqqsu jew jiġu eliminati skont l-iskeda ta' tneħħija tat-tariffi fl-Anness I tal-Ftehim. L-Anness I jipprovdi li għal ċerti oġġetti li joriġinaw fl-Afrika t'Isfel, it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni tad-dazji doganali huma mogħtija fi ħdan il-kwoti tariffarji. |
|
(3) |
Il-Parti 1, Taqsima B, tal-Anness I tal-Ftehim tistipula li l-Unjoni għandha tamministra dawn il-kwoti tariffarji fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel. Il-Kummissjoni għandha tamministra dawn il-kwoti tariffarji skont ir-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji stipulati fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (4). |
|
(4) |
Il-Protokoll 4 tal-Ftehim jistipula li, fil-każ ta' applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Ftehim bejn l-UE u r-ratifika mill-Afrika t'Isfel, l-applikazzjoni tal-Artikoli tal-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni mal-Afrika t'Isfel (5) li huma stabbiliti fit-Titolu II dwar il-kummerċ u t-Titolu III dwar kwistjonijiet relatati mal-kummerċ u l-Annessi u l-Protokolli korrispondenti tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 31 tiegħu dwar it-trasport marittimu, għandhom jiġu sospiżi. Għalhekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2793/1999 (6) għandu jiġi sospiż mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim. |
|
(5) |
L-Artikolu 16 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim jistipula li l-konċessjonijiet ta' aċċess għas-suq agrikolu għandhom jingħataw biss lil dik il-Parti li tagħmel n-notifika skont l-Artikolu 3(3) ta' dan il-Protokoll mill-ewwel jum tal-ewwel xahar wara l-irċevuta mill-Parti l-oħra tat-tali notifika. Peress li n-notifika relatata ġiet riċevuta f'Ottubru 2016, il-konċessjonijiet relatati għandhom jingħataw sa mill-1 ta' Novembru 2016. Biex jiġu żgurati l-ġestjoni u l-applikazzjoni effettiva tal-kwoti tariffarji mogħtija skont il-Ftehim li l-Kummissjoni se tamministra fuq bażi ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2016. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni huma miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw fl-Afrika t'Isfel kif stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Il-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness għandhom jiġu amministrati bi qbil mal-Artikoli minn 49 sa 54 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
Artikolu 3
Skont il-Protokoll 4 tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra, l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2793/1999 għandha tiġi sospiża.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Novembru 2016.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Diċembru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1623 tal-1 ta' Ġunju 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja ta' Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (ĠU L 250, 16.9.2016, p. 1).
(3) ĠU L 250, 16.9.2016, p. 3.
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta' Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558).
(5) ĠU L 311, 4.12.1999, p. 3.
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2793/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar ċerti proċeduri biex jiġi applikat il-Ftehim ta' Kummerċ, Żvilupp u Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel (ĠU L 337, 30.12.1999, p. 29).
ANNESS
Minkejja r-regoli tal-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem tad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom ikunu meqjusa li jkollhom mhux aktar minn valur indikattiv. L-iskema preferenzjali hija ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM kif jeżistu fil-mument tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Fejn ikunu indikati ex kodiċijiet tan-NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi ddeterminata permezz tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u d-deskrizzjoni korrispondenti flimkien.
|
Numru tal-Ordni |
Kodiċi NM |
subdiviżjoni TARIC |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Perjodu tal-kwota |
Volum tal-kwota (piż nett f'tunnellati sakemm mhux speċifikat mod ieħor) |
Dazju tal-kwota tariffarja (% ta' tnaqqis) |
|
09.1801 |
0402 10 |
|
Ħalib u krema, ikkonċentrati jew fihom iz-zokkor jew xi materjal ieħor ta' ħlewwa miżjud, f'għamla ta' trab, granuli jew f'għamla solida oħra, b'kontenut ta' xaħam, skont il-piż, li ma jaqbiżx 1,5 % |
Mill-1.11.2016 sal-31.12.2016 |
83,3 |
0 |
|
Għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
500 |
|||||
|
09.1802 |
0405 10 |
|
Butir |
Mill-1.11.2016 sal-31.12.2016 |
83,3 |
0 |
|
Għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
500 |
|||||
|
09.1804 |
0811 10 90 |
|
Frawli, iffriżati |
Mill-1.11.2016 sal-31.12.2016 |
377,5 (1) |
0 |
|
Għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
385 (2) |
|||||
|
09.1806 |
1701 13 10 1701 14 10 1701 99 10 |
|
Zokkor tal-kannamieli għar-raffinar u zokkor abjad, bla kontenut ta' materjal li jagħti t-togħma jew il-kulur |
Mill-1.11.2016 sal-31.12.2016 |
8 333 |
0 |
|
Għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
50 000 |
|||||
|
09.1808 |
1701 13 10 1701 14 10 |
|
Zokkor tal-kannamieli għar-raffinar, bla kontenut ta' materjal li jagħti t-togħma jew il-kulur |
Mill-1.11.2016 sal-31.12.2016 |
16 667 |
0 |
|
Għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
100 000 |
|||||
|
09.1818 |
1702 30 50 |
|
Glukożju u xiropp tal-glukożju, fl-għamla ta' trab kristallin abjad, sew jekk agglomerat jew le, bla kontenut ta' fruttożju jew fi stat niexef b'anqas minn 20 % fruttożju skont il-piż |
Mill-1.11.2016 sal-31.12.2016 |
83,3 |
0 |
|
Għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
500 |
|||||
|
09.1820 |
2007 91 30 |
|
Ġammijiet, jellies, marmellati, purè jew pastes ta' frott taċ-ċitru, b'kontenut ta' zokkor li jaqbeż it-13 % imma ma jaqbiżx it-30 % skont il-piż |
Mill-1.11.2016 sal-31.12.2016 |
16,7 |
50 % MFN |
|
Għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
100 |
|||||
|
09.1822 |
ex 2007 99 39 |
16 17 18 19 22 24 26 27 29 30 32 34 39 40 46 47 54 56 |
Purejiet tal-lanġas, l-għajnbaqar, il-ħawħ (inkl. in-nettarini) jew taħlitiet (bl-esklużjoni tal-frott tropikali) miksuba bit-tisfija u mbagħad bit-togħlija f'vakwu, li t-tessut u l-kompożizzjoni kimika tagħhom ma jkunux nbidlu bit-trattament bis-sħana; lanġas, l-għajnbaqar, il-ħawħ (inkl. in-nettarini) jew taħlitiet (bl-esklużjoni tal-frott tropikali), preparati jew konservati, bla kontenut ta' spirtu miżjud |
Mill-1.11.2016 sal-31.12.2016 |
57 156 (3) |
Mill-1.11.2016 sal-31.12.2016: 45 % MFN Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017: 41 % MFN Mill-1.1.2018 sal-31.12.2018: 36 % MFN Mill-1.1.2019 sal-31.12.2019: 32 % MFN Mill-1.1.2020 sal-31.12.2020: 27 % MFN Mill-1.1.2021 sal-31.12.2021: 23 % MFN Mill-1.1.2022 sal-31.12.2022: 18 % MFN Mill-1.1.2023 sal-31.12.2023: 14 % MFN Mill-1.1.2024 sal-31.12.2024: 9 % MFN Mill-1.1.2025 sal-31.12.2025: 5 % MFN Minn 1.1.2026 sa 31.12.2026:0 |
|
Għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
57 156 |
|||||
|
ex 2007 99 50 |
41 42 43 45 47 49 51 52 53 62 64 67 |
|||||
|
2007 99 97 |
32 33 35 37 38 39 40 41 42 44 46 48 52 57 62 |
|||||
|
2008 40 51 2008 40 59 2008 40 71 2008 40 79 2008 40 90 2008 50 61 2008 50 69 2008 50 71 2008 50 79 2008 50 92 2008 50 98 2008 70 61 2008 70 69 2008 70 71 2008 70 79 2008 70 92 2008 70 98 2008 97 59 2008 97 74 2008 97 78 2008 97 98 |
|
|||||
|
09.1824 |
ex 2007 99 39 |
43 44 |
Purejiet tal-frott ta' frott tropikali miksuba bit-tisfija u mbagħad bit-togħlija f'vakwu, li t-tessut u l-kompożizzjoni kimika tagħhom ma nbidlux bit-trattament bis-sħana; frott tropikali, preparat jew konservat, bla kontenut ta' spirtu miżjud |
Mill-1.11.2016 sal-31.12.2016 |
2 960 (4) |
50 % MFN |
|
2008 97 72 |
|
Għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
3 020 (5) |
|||
|
09.1826 |
2009 11 99 |
|
Meraq tal-larinġ friżat |
Mill-1.11.2016 sal-31.12.2016 |
1 036 (6) |
0 |
|
Għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
1 057 (7) |
|||||
|
09.1829 |
2009 71 2009 79 |
|
Meraq tat-tuffieħ |
Mill-1.11.2016 sal-31.12.2016 |
3 478 (8) |
50 % MFN |
|
Għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
3 595 (9) |
|||||
|
09.1830 |
2102 10 90 |
|
Ħmiri attivi, għajr ħmira minn koltura u ħmira tal-furnara |
Mill-1.11.2016 sal-31.12.2016 |
58,3 |
0 |
|
Għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
350 |
|||||
|
09.1891 |
ex 2204 21 93 |
19 29 31 |
Inbejjed b'saħħa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux aktar minn 18 % vol. |
Mill-1.11.2016 sal-31.12.2016 |
60 105 000 litres (10) |
0 |
|
ex 2204 21 94 |
19 29 31 61 71 81 |
|||||
|
ex 2204 21 95 |
11 21 31 |
|||||
|
ex 2204 21 96 |
11 21 31 61 71 81 |
|||||
|
ex 2204 21 97 |
11 21 31 |
|||||
|
ex 2204 21 98 |
11 21 31 61 71 81 |
|||||
|
ex 2204 29 93 |
10 20 30 |
|||||
|
ex 2204 29 94 |
21 31 71 81 |
|||||
|
ex 2204 29 95 |
10 20 30 |
|||||
|
ex 2204 29 96 |
21 31 71 81 |
|||||
|
ex 2204 29 97 |
10 20 30 |
|||||
|
ex 2204 29 98 |
21 31 71 81 |
|||||
|
09.1892 |
ex 2204 21 93 |
19 29 31 |
Inbejjed, f'kontenituri li jesgħu 2 litri jew anqas, b'saħħa alkoħolika attwali skont il-volum ta' mhux aktar minn 18 % vol (11). |
Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017 u, għal kull sena minn hemm 'il quddiem, mill-1.1 sal-31.12 |
77 741 300 (12) |
0 |
|
ex 2204 21 94 |
19 29 31 61 71 81 |
|||||
|
ex 2204 21 95 |
11 21 31 |
|||||
|
ex 2204 21 96 |
11 21 31 61 71 81 |
|||||
|
ex 2204 21 97 |
11 21 31 |
|||||
|
ex 2204 21 98 |
11 21 31 61 71 81 |
|||||
|
09.1893 |
ex 2204 21 93 |
19 29 31 |
Inbejjed b'saħħa alkoħolika attwali bil-volum ta' mhux aktar minn 18 % vol. |
Mill-1.1.2017 sal-31.12.2017 u, għal kull sena minn hemm 'il quddiem, mill-1.1 sal-31.12 |
33 317 700 litres (13) |
0 |
|
ex 2204 21 94 |
19 29 31 61 71 81 |
|||||
|
ex 2204 21 95 |
11 21 31 |
|||||
|
ex 2204 21 96 |
11 21 31 61 71 81 |
|||||
|
ex 2204 21 97 |
11 21 31 |
|||||
|
ex 2204 21 98 |
11 21 31 61 71 81 |
|||||
|
ex 2204 29 93 |
10 20 30 |
|||||
|
ex 2204 29 94 |
21 31 71 81 |
|||||
|
ex 2204 29 95 |
10 20 30 |
|||||
|
ex 2204 29 96 |
21 31 71 81 |
|||||
|
ex 2204 29 97 |
10 20 30 |
|||||
|
ex 2204 29 98 |
21 31 71 81 |
|||||
|
09.1894 |
2207 |
|
Alkoħol etiliku mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika, bil-volum ta' 80 % vol. jew aktar; Alkoħol etiliku u spirti oħra, żnaturati, ta' kull qawwa |
Mill-1.11.2016 sal-31.12.2016 |
13 333 |
0 |
|
Għal kull sena sussegwenti mill-1.1 sal-31.12 |
80 000 |
(1) Il-volum tal-kwota tariffarja għandu jitnaqqas mill-kwantità importata, fl-2016, skont il-kwota tariffarja 09.1811.
(2) Mill-1.1.2018, il-volum għandu jiżdied b'7,5 tunnellati metriċi fis-sena.
(3) Il-volum tal-kwota tariffarja għandu jitnaqqas mill-kwantità importata, fl-2016, skont il-kwoti tariffarji 09.1813 u 09.1815.
(4) Il-volum tal-kwota tariffarja għandu jitnaqqas mill-kwantità importata, fl-2016, skont il-kwota tariffarja 09.1817.
(5) Mill-1.1.2018, il-volum għandu jiżdied b'60 tunnellata metrika fis-sena.
(6) Il-volum tal-kwota tariffarja għandu jitnaqqas mill-kwantità importata, fl-2016, skont il-kwota tariffarja 09.1819.
(7) Mill-1.1.2018, il-volum għandu jiżdied b'21 tunnellata metrika fis-sena.
(8) Il-volum tal-kwota tariffarja għandu jitnaqqas mill-kwantità importata, fl-2016, skont il-kwoti tariffarji 09.1821.
(9) Mill-1.1.2018 sal-31.12.2026, il-volum għandu jiżdied b'117-il tunnellata metrika fis-sena. Mill-1.1.2027, il-volum għandu jiżdied b'70,5 tunnellata metrika fis-sena.
(10) Il-volum tal-kwota tariffarja għandu jitnaqqas mill-kwantità importata, fl-2016, skont il-kwota tariffarja 09.1825.
(11) Mill-1.9 sal-31.12 ta' kull sena, din il-kwota tariffarja hija disponibbli wkoll għall-inbejjed, fi kwalunkwe volum ta' kontenitur, b'saħħa alkoħolika attwali skont il-volum ta' mhux aktar minn 18 % vol.
(12) Mill-1.1.2018, il-volum għandu jiżdied b'741 300 litri fis-sena.
(13) Mill-1.1.2018, il-volum għandu jiżdied b'317 700 litri fis-sena.