Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R1726

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1726 tas-27 ta' Settembru 2016 li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-karvon, tal-fosfat tad-diammonju, tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02 u tax-xorrox (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2016/6092

ĠU L 261, 28.9.2016, pp. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1726/oj

28.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 261/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1726

tas-27 ta' Settembru 2016

li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-karvon, tal-fosfat tad-diammonju, tas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02 u tax-xorrox

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ma ġie stabbilit l-ebda limitu massimu speċifiku ta' residwu (MRLs) għall-karvon, għall-fosfat tad-diammonju, għas-Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02 u għax-xorrox. Peress li dawk is-sustanzi ma ġewx inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, japplika l-valur prestabbilit ta' 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) ta' dak ir-Regolament.

(2)

Fir-rigward tal-karvon, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet (2) li l-inklużjoni tal-karvon (d-/l-karvon bi proporzjon ta' mill-inqas 100:1) fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f'lokha.

(3)

Il-fosfat tad-diammonju huwa approvat bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Fid-dawl tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/548 (4), il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni ta' dik is-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f'lokha.

(4)

Dwar is-Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02, l-Awtorità kkonkludiet (5) li l-inklużjoni ta' dik is-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f'lokha.

(5)

Ix-xorrox huwa approvat bħala sustanza bażika skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fid-dawl tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/560 (6), il-Kummissjoni tqis li l-inklużjoni ta' dik is-sustanza fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 hija f'lokha.

(6)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, l-entrati li ġejjin jiddaħħlu f'ordni alfabetika:

 

“karvon (*1)

 

“fosfat tad-diammonju”,

 

Saccharomyces cerevisiae tar-razza LAS02”

 

“xorrox”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Settembru 2016.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2016. “Statement on the assessment of the pesticide active substance carvone (d-/l-carvone at a ratio of at least 100:1) for inclusion in Annex IV of Regulation (KE) Nru 396/2005” (Dikjarazzjoni dwar il-valutazzjoni tas-sustanza attiva pestiċida karvon (d-l- karvon bi proporzjon ta' mill-inqas 100:1) għall-inklużjoni fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005). EFSA Journal 2016;14(2):4405, 14 pp. doi:10.2903/j.efsa.2016.4405.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/548 tat-8 ta' April 2016 li japprova s-sustanza bażika fosfat tad-diammonju, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 95, 9.4.2016, p. 1).

(5)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, 2015. “Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance Saccharomyces cerevisiae LAS02” (Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva Saccharomyces cerevisiae LAS02). EFSA Journal 2015;13(12):4322, 29 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4322.

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/560 tal-11 ta' April 2016 li japprova s-sustanza bażika xorrox skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 96, 12.4.2016, p. 23).


Top