This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1624
Regulation (EU) 2016/1624 of the European Parliament and of the Council of 14 September 2016 on the European Border and Coast Guard and amending Regulation (EU) 2016/399 of the European Parliament and of the Council and repealing Regulation (EC) No 863/2007 of the European Parliament and of the Council, Council Regulation (EC) No 2007/2004 and Council Decision 2005/267/EC
Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE
Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE
ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1–76
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2020; Imħassar b' 32019R1896
16.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 251/1 |
REGOLAMENT (UE) 2016/1624 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta' Settembru 2016
dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 77(2)(b) u (d) u l-Artikolu 79(2)(c) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Fil-laqgħa tiegħu fil-25 u s-26 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill Ewropew sejjaħ għal sforzi akbar biex jiġu riżolti flussi migratorji bħal qatt qabel lejn it-territorju tal-Unjoni b'mod komprensiv, inkluż billi tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri biex jiġu ġestiti aħjar il-flussi migratorji mħallta li qegħdin jiżdiedu. Barra minn hekk, fil-laqgħa informali tagħhom dwar il-migrazzjoni fit-23 ta' Settembru 2015, il-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni drammatika fil-fruntieri esterni u li jissaħħu l-kontrolli f'dawk il-fruntieri, b'mod partikolari permezz ta' riżorsi addizzjonali għall-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil u l-Europol (EASO), b'riżorsi umani u kontribuzzjonijiet tekniċi mill-Istati Membri. |
(2) |
L-għan tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni huwa li tiżviluppa u timplimenta ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, li hija konsegwenza meħtieġa għall-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni u komponent fundamentali tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri ħi qofol ċentrali biex titjieb il-ġestjoni tal-migrazzjoni. L-għan hu li l-qsim tal-fruntieri esterni jiġi ġestit b'mod effiċjenti u, li jiġu indirizzati l-isfidi migratorji u t-theddidiet futuri potenzjali f'dawk il-fruntieri, u b'hekk jingħata kontribut biex tiġi indirizzata l-kriminalità serja b'dimensjoni transfruntiera u jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà interna fl-Unjoni. Fl-istess ħin, jeħtieġ li azzjoni tittieħed b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali u b'mod li jiġi ssalvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fi ħdan l-Unjoni. |
(3) |
Il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, ibbażata fuq il-mudell ta' kontroll tal-aċċess b'erba' livelli, tinkludi miżuri f'pajjiżi terzi, bħal dawk skont il-politika komuni tal-viża, miżuri ma' pajjiżi terzi ġirien, miżuri ta' kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni, analiżi tar-riskju, u miżuri fiż-żona Schengen u r-ritorn. |
(4) |
Meta tkun qed tiġi implimentata l-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, għandha tiġi żgurata l-koerenza ma' objettivi oħra ta' politika, inkluż it-tħaddim xieraq tat-trasport transfruntier. |
(5) |
Biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, għandha tiġi stabbilita Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Din għandha tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani u t-tagħmir li teħtieġ. Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, għandha tinkludi l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (“l-Aġenzija”) u l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta' kontroll tal-fruntieri. Bħala tali hija ser tiddependi fuq l-użu komuni ta' informazzjoni, kapaċitajiet u sistemi fil-livell nazzjonali u r-rispons tal-Aġenzija fil-livell tal-Unjoni. |
(6) |
Il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri għandha tiġi implimentata bħala responsabbiltà kondiviża tal-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu operazzjonijiet ta' sorveljanza tal-fruntieri marittimi u kwalunkwe kompitu ieħor ta' kontroll tal-fruntieri. Filwaqt li r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni tagħhom tibqa' tal-Istati Membri, fl-interess tagħhom u fl-interess tal-Istati Membri kollha, l-Aġenzija għandha tappoġġa l-applikazzjoni tal-miżuri tal-Unjoni li għandhom x'jaqsmu mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni billi ssaħħaħ, tivvaluta u tikkoordina l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jimplimentaw dawk il-miżuri. |
(7) |
Ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri ma tbiddilx il-kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-qasam doganali, b'mod partikolari rigward il-kontrolli, il-ġestjoni tar-riskju u l-iskambju ta' informazzjoni. |
(8) |
L-iżvilupp tal-politika u tal-liġi dwar il-kontroll tal-fruntieri esterni u r-ritorn, inkluż l-iżvilupp ta' strateġija ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, tibqa' responsabbiltà tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni mill-qrib bejn l-Aġenzija u dawk l-istituzzjonijiet għandha tiġi garantita. |
(9) |
L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, komunement imsejħa Frontex, ġiet stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 (3). Minn meta ħadet ir-responsabbiltajiet tagħha fl-1 ta' Mejju 2005, din irnexxilha tgħin lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-aspetti operazzjonali tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz ta' operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera, fl-analiżi tar-riskju, fl-iskambju ta' informazzjoni, fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u fir-ritorn ta' persuni rimpatrijati. |
(10) |
Huwa meħtieġ li l-qsim tal-fruntieri esterni jiġi mmonitorjat b'mod effiċjenti, li jiġu indirizzati sfidi migratorji u theddidiet futuri potenzjali fil-fruntieri esterni, li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà interna fl-Unjoni, li jiġi salvagwardjat il-funzjonament taż-żona Schengen u rrispettat il-prinċipju ġenerali tas-solidarjetà. Fid-dawl ta' dan, huwa meħtieġ li tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri esterni billi jinbena fuq il-ħidma tal-Frontex u din tiġi żviluppata f'aġenzija b'responsabbiltà kondiviża għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni. |
(11) |
Il-kompiti tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandhom għaldaqstant jiġu estiżi. Biex jiġu riflessi dawk il-bidliet, għandha tingħata l-isem ġdid ta' Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, li ser tkompli komunement tissejjaħ Frontex. Għandha tibqa' l-istess persuna ġuridika, b'kontinwità sħiħa fl-attivitajiet u l-proċeduri kollha tagħha. Ir-rwol ewlieni tal-Aġenzija għandu jkun li tistabbilixxi strateġija teknika u operazzjonali għall-implimentazzjoni ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-livell tal-Unjoni; biex tissorvelja l-funzjonament effettiv tal-kontroll tal-fruntieri fil-fruntieri esterni; biex tipprovdi aktar assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri permezz ta' operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera; biex tiżgura l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri f'każ ta' sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni; biex tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali fl-appoġġ ta' operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ ta' persuni li jkunu jinsabu f'diffikultajiet fuq il-baħar; u biex torganizza, tikkoordina u twettaq operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn. |
(12) |
L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-ħarsien tal-liġi u tal-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà interna. |
(13) |
L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti tagħha mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Istati Membri fir-rigward tad-difiża. |
(14) |
Il-kompiti u l-kompetenza estiżi tal-Aġenzija għandhom ikunu bbilanċjati b'salvagwardji msaħħa tad-drittijiet fundamentali u aktar responsabbiltà. |
(15) |
L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jibqgħu jikkooperaw f'livell operazzjonali ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inklużi operazzjonijiet militari għal fini ta' infurzar tal-liġi, sa fejn din il-kooperazzjoni tkun kompatibbli mal-azzjonijiet tal-Aġenzija. |
(16) |
L-Aġenzija tiddependi fuq il-kooperazzjoni tal-Istati Membri biex tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha b'mod effettiv. F'dan ir-rigward, huwa importanti għall-Aġenzija u l-Istati Membri li jaġixxu in bona fede u li jiskambjaw informazzjoni preċiża fil-ħin. L-ebda Stat Membru ma għandu jkun obbligat li jagħti tagħrif li l-iżvelar tiegħu jqis li jmur kontra l-interessi vitali tas-sigurtà tiegħu. |
(17) |
L-Istati Membri għandhom ukoll, fl-interess tagħhom stess u fl-interess tal-Istati Membri l-oħra, idaħħlu d-data fil-bażijiet ta' data Ewropej. Bl-istess mod, għandhom jiżguraw li d-data tkun preċiża, aġġornata u miksuba u mdaħħla legalment. |
(18) |
L-Aġenzija għandha tipprepara analiżi tar-riskju ġenerali u mfassla apposta bbażata fuq mudell ta' analiżi ta' riskju komuni u integrat, li għandha titwettaq mill-Aġenzija nnifisha u mill-Istati Membri. L-Aġenzija għandha, abbażi wkoll tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, tipprovdi informazzjoni adegwata li tkopri l-aspetti kollha rilevanti għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, speċjalment il-kontroll tal-fruntieri, ir-ritorn, movimenti irregolari sekondarji ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-Unjoni, il-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera inkluż il-faċilitazzjoni tal-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri, it-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu u t-theddid ta' natura ibrida kif ukoll is-sitwazzjoni fil-pajjiżi terzi ġirien, sabiex ikun hemm lok għal miżuri xierqa li għandhom jittieħdu jew biex jindirizzaw it-theddid u r-riskji identifikati sabiex tittejjeb il-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni. |
(19) |
Minħabba l-attivitajiet tagħha fil-fruntieri esterni, l-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-prevenzjoni u d-detezzjoni ta' reati serji b'dimensjoni transfruntiera, bħalma huma l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, meta huwa xieraq li taġixxi u meta tkun kisbet informazzjoni rilevanti permezz tal-attivitajiet tagħha. Hija għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha mal-Europol bħala l-aġenzija responsabbli biex tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjonijiet tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar. Reati transfruntiera jinvolvu neċessarjament dimensjoni transfruntiera. Tali dimensjoni transfruntiera hija kkaratterizzata minn reati marbuta direttament ma' qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri esterni, inkluż it-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' dħul ta' migranti. Minkejja dan, l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE (4) jippermetti lill-Istati Membri li ma jimponux sanzjonijiet fejn l-għan tal-imġiba hu li jipprovdi assistenza umanitarja lil migranti. |
(20) |
Fi spirtu ta' responsabbiltà kondiviża, ir-rwol tal-Aġenzija għandu jkun li timmonitorja regolarment il-ġestjoni tal-fruntieri esterni. L-Aġenzija għandha tiżgura monitoraġġ sew u effettiv mhux biss permezz ta' analiżi tar-riskju, l-iskambju ta' informazzjoni u s-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR), iżda anki permezz tal-preżenza ta' esperti mill-persunal tagħha stess fl-Istati Membri. L-Aġenzija għandha għalhekk tkun tista' tibgħat uffiċjali ta' kollegament fi Stati Membrigħal perijodu ta' żmien li matulu l-uffiċjal ta' kollegament jirrapporta lid-direttur eżekuttiv. Ir-rapport tal-uffiċjali ta' kollegament għandu jifforma parti mill-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà. |
(21) |
L-Aġenzija għandha twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, ibbażata fuq kriterji oġġettivi, biex tivvaluta l-kapaċità u kemm huma lesti l-Istati Membri li jiffaċċjaw sfidi fil-fruntieri esterni tagħhom. Din għandha tinkludi valutazzjoni tat-tagħmir, l-infrastruttura, il-persunal, il-baġit u r-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri kif ukoll il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom sabiex jiġu indirizzati kriżijiet possibbli fil-fruntieri esterni. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jindirizzaw kwalunkwe nuqqas identifikat f'din il-valutazzjoni. Id-direttur eżekuttiv għandu jidentifika l-miżuri li għandhom jittieħdu u jirrakkomandahom lill-Istat Membru kkonċernat. Huwa jew hija għandu/ha jistabbilixxi/tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih għandhom jittieħdu dawn il-miżuri. Fejn il-miżuri meħtieġa ma jittieħdux sal-limitu ta' żmien stabbilit, il-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-bord amministrattiv għal deċiżjoni ulterjuri. |
(22) |
Jekk l-Aġenzija ma tingħatax informazzjoni preċiża u rapida neċessarja biex twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, hija għandha tkun tista' tieħu inkunsiderazzjoni dan il-fatt meta twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, sakemm ma jiġux ipprovduti raġunijiet debitament ġustifikati biex id-data tinżamm milli tingħata. |
(23) |
L-Aġenzija għandha torganizza l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa għall-Istati Membri sabiex issaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jimplimentaw l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni, u jiffaċċjaw sfidi fil-fruntieri esterni li jirriżultaw mill-immigrazzjoni illegali jew kriminalità transfruntiera. Tali assistenza għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-awtoritajiet nazzjonali rilevanti biex jibdew investigazzjonijiet kriminali. F'dan ir-rigward, l-Aġenzija għandha, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, torganizza u tikkoordina operazzjonijiet konġunti għal Stat Membru wieħed jew aktar u tistazzjona timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll it-tagħmir tekniku meħtieġ. Tista' wkoll tistazzjona esperti minn fost il-persunal tagħha stess. |
(24) |
F'każijiet fejn hemm sfida speċifika u sproporzjonata fil-fruntieri esterni, l-Aġenzija għandha, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja, torganizza u tikkoordina interventi rapidi fil-fruntiera u tistazzjona kemm timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta minn riżerva ta' reazzjoni rapida u tagħmir tekniku. Interventi rapidi fil-fruntiera għandhom jipprovdu rinforz għal perijodu limitat ta' żmien f'sitwazzjonijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni immedjata u fejn tali intervent jipprovdi rispons effettiv. Biex jiġi żgurat l-operat effettiv ta' dan l-intervent, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor għar-riżerva ta' reazzjoni rapida u jipprovdu t-tagħmir tekniku neċessarju. L-Aġenzija u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jiftiehmu dwar pjan operazzjonali. |
(25) |
Meta Stat Membru jiffaċċja sfidi migratorji speċifiċi u sproporzjonati f'żoni partikolari tal-fruntieri esterni kkaratterizzati mill-wasla ta' flussi migratorji kbar u mħallta, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jserrħu fuq it-tisħiħ tekniku u operazzjonali. Dan għandu jiġi pprovdut fiż-żoni hotspot minn timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Dawn it-timijiet għandhom ikunu magħmula minn esperti li ser ikunu stazzjonati minn Stati Membri mill-Aġenzija u mill-EASO u mill-Aġenzija, l-Europol jew aġenziji oħrajn rilevanti tal-Unjoni. L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-koordinazzjoni bejn l-aġenziji differenti fuq il-post. |
(26) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità li x'aktarx tirċievi applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali bħal pulizija, gwardji tal-fruntiera, awtoritajiet tal-immigrazzjoni u persunal tal-faċilitajiet ta' detenzjoni jkollha l-informazzjoni rilevanti. Dawn għandhom ukoll jiżguraw li l-persunal ta' dawn l-awtoritajiet jirċievi l-livell meħtieġ ta' taħriġ li jkun xieraq għall-kompiti u r-responsabbiltajiet tagħhom u istruzzjonijiet biex jinformaw lill-applikanti fejn u kif l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jistgħu jiġu ppreżentati. |
(27) |
Fiż-żoni hotspot l-aġenziji differenti u l-Istati Membri għandhom joperaw fil-limiti tal-mandati u s-setgħat rispettivi tagħhom. Il-Kummissjoni, flimkien mal-aġenziji rilevanti l-oħrajn, għandha tassigura l-konformità tal-attivitajiet fiż-żoni hotspot mal-acquis tal-Unjoni rilevanti, li jinkludu s-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil u d-drittijiet fundamentali. |
(28) |
Fejn kontroll tal-fruntieri esterni jsir ineffettiv sa tali punt li jirriskja li jpoġġi fil-periklu l-funzjonament taż-żona Schengen, jew minħabba li Stat Membru ma jiħux il-miżuri meħtieġa f'konformità ma' valutazzjoni tal-vulnerabbiltà jew minħabba li Stat Membru li jkun qed jiffaċċja sfidi sproporzjonati u speċifiċi, fil-fruntieri esterni, ma jkunx talab appoġġ suffiċjenti mill-Aġenzija jew mhux qed jimplimenta tali appoġġ għandu jingħata rispons unifikat, rapidu u effettiv fil-livell tal-Unjoni. Għall-fini tal-mitigazzjoni ta' dawn ir-riskji, u sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Kunsill deċiżjoni li tidentifika l-miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-Aġenzija u titlob lill-Istat Membru kkonċernat jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri. Is-setgħa ta' implimentazzjoni biex tiġi adottata tali deċiżjoni għandha tiġi kkonferita lill-Kunsill minħabba n-natura potenzjalment politikament sensittiva tal-miżuri li għandhom jiġu deċiżi, li x'aktarx jiġu assoċjati mas-setgħat nazzjonali eżekuttivi u ta' infurzar. L-Aġenzija għandha tiddetermina l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri indikati fid-deċiżjoni tal-Kunsill. Għandha mbagħad tfassal pjan operazzjonali mal-Istat Membru kkonċernat. Jekk Stat Membru ma jikkonformax fi żmien 30 jum ma' dik id-deċiżjoni tal-Kunsill u ma jikkooperax mal-Aġenzija fl-implementazzjoni tal-miżuri li jinsabu f'dik id-deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tagħti lok għall--proċedura speċifika prevista fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) tal-biex jiġu ffaċċati ċirkostanzi eċċezzjonali li jqiegħdu l-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni f'riskju. Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2016/399 għandu jkun emendat kif xieraq. |
(29) |
L-Aġenzija għandha jkollha t-tagħmir u l-persunal meħtieġ għad-dispożizzjoni tagħha biex jiġu stazzjonati f'operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera. Għal dan il-għan, meta jitniedu interventi rapidi fil-fruntiera fuq talba ta' Stat Membru jew fil-kuntest ta' sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti, l-Aġenzija għandha tkun tista' tistazzjona fl-Istati Membri, timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera minn riżerva ta' reazzjoni rapida li għandha tkun korp permanenti magħmul minn gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor. Għandu jkun hemm mill-anqas 1 500 gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor fir-riżerva. L-istazzjonament tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta mir-riżerva ta' reazzjoni rapida għandu jkun kumplimentat immedjatament minn timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta addizzjonali fejn ikun meħtieġ. |
(30) |
L-Anness I jistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għar-riżerva ta' reazzjoni rapida abbażi ta' wegħdiet fid-dawl taċ-ċirkostanzi li jappartjenu għaż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Jekk dawk iċ-ċirkostanzi jinbiddlu sostanzjalment u strutturalment, inkluż meta tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tneħħija ta' kontrolli fil-fruntieri interni tal-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Atti ta' Adeżjoni, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-emendi xierqa għal dak l-Anness. |
(31) |
Wara li kkunsidraw ir-rapidità li biha l-istazzjonament tat-tagħmir u l-persunal jeħtieġ li jsir, b'mod partikolari f'żoni tal-fruntieri esterni li qegħdin jiffaċċjaw il-wasla għall-għarrieda ta' flussi migratorji kbar, l-Aġenzija għandha wkoll tkun tista' tuża t-tagħmir tekniku tagħha stess li għandha takkwista hija stess jew f'sjieda konġunta ma' Stat Membru. Dan it-tagħmir tekniku għandu jkun disponibbli għall-Aġenzija meta titolbu mill-Membri Stati fejn it-tagħmir huwa rreġistrat. L-Aġenzija għandha wkoll timmaniġġja sett ta' tagħmir tekniku pprovdut minn Stati Membri, abbażi tal-ħtiġijiet identifikati mill-Aġenzija u li għandu jiġi komplut bil-mezzi tat-trasport u t-tagħmir operazzjonali mixtri mill-Istati Membri taħt l-Azzjonijiet Speċifiċi tal-Fond għas-Sigurtà Interna. |
(32) |
Fil-15 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill Ewropew talab tkabbir tal-mandat tal-Frontex dwar ir-ritorn, biex jiġi inkluż id-dritt li jiġu organizzati operazzjonijiet konġunti ta' ritorn fuq l-inizjattiva proprja, u għat-tisħiħ tar-rwol tagħha fil-ksib ta' dokumenti tal-ivvjaġġar għal persuni rimpatrijati. |
(33) |
L-Aġenzija għandha żżid l-assistenza tagħha lill-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, soġġett għall-politika ta' ritorn tal-Unjoni u f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). B'mod partikolari, din għandha tikkoordina u torganizza operazzjonijiet ta' ritorn minn Stat Membru wieħed jew aktar u torganizza u twettaq interventi ta' ritorn sabiex issaħħaħ is-sistemi ta' ritorn ta' Stati Membri li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali biex jikkonformaw mal-obbligu tagħhom li jirritornaw ċittadini minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva. |
(34) |
L-Aġenzija għandha, b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tipprovdi l-assistenza meħtieġa lill-Istati Membri fl-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn ta' persuni rimpatrijati. M'għandhiex tidħol fil-mertu tad-deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa mill-Istati Membri. Barra minn hekk, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri fil-kisba ta' dokumenti tal-ivvjaġġar għar-ritorn, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tal-pajjiżi terzi rilevanti. |
(35) |
L-assistenza lill-Istati Membri fit-twettiq ta' proċeduri ta' ritorn għandha tinkludi l-forniment ta' informazzjoni prattika dwar pajjiżi terzi ta' ritorn rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, bħall-forniment ta' dettalji ta' kuntatt u informazzjoni loġistika oħra meħtieġa għall-ġestjoni tajba ta' operazzjonijiet ta' ritorn. Għall-finijiet tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' ritorn, l-Aġenzija m'għandhiex tkun involuta fil-forniment ta' informazzjoni lill-Istati Membri dwar pajjiżi terzi ta' ritorn. |
(36) |
L-eżistenza potenzjali ta' ftehim bejn Stat Membru u stat terz ma tistax teħles lill-Aġenzija jew l-Istati Membri mill-obbligi tagħhom li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni jew internazzjonali, b'mod partikolari l-ħarsien tal-prinċipju tan-non-refoulement. |
(37) |
L-Aġenzija għandha tistabbilixxi gruppi ta' spetturi ta' skorti tar-ritorn imġiegħel u speċjalisti tar-ritorn li jkunu disponibbli mill-Istati Membri, li għandhom jiġu stazzjonati matul operazzjonijiet ta' ritorn u li għandhom jifformaw parti mit-timijiet Ewropej ta' intervent ta' ritorn magħmula apposta u li jiġu stazzjonati f'interventi ta' ritorn. Il-gruppi għandhom jinkludu persunal b'għarfien espert speċifiku fil-protezzjoni tat-tfal. L-Aġenzija għandha tagħtihom it-taħriġ meħtieġ. |
(38) |
F'konformità ma' strumenti legali internazzjonali bħall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, kull individwu taħt l-età ta' 18-il sena għandu jitqies bħala tifel taħt dan ir-Regolament. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu konsiderazzjoni ewlenija fl-attivitajiet tal-Aġenzija. |
(39) |
Għandu jsir provvediment speċjali għall-membri tal-persunal involuti f'attivitajiet relatati mar-ritorn biex jispeċifikaw il-kompiti, il-poteri u r-responsabbiltajiet tagħhom. Għandhom jinħarġu wkoll istruzzjonijiet speċjali li jikkonċernaw is-setgħa tal-piloti responsabbli mill-inġenji tal-ajru u l-estensjoni tal-ġurisdizzjoni kriminali tal-pajjiż ta' reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru taħt il-liġi tal-avjazzjoni internazzjonali, partikolarment il-Konvenzjoni ta' Tokyo dwar ir-Reati u Ċerti Atti Oħra Mwettqa Abbord Inġenji tal-Ajru. |
(40) |
L-Aġenzija għandha tiżviluppa għodod speċifiċi ta' taħriġ, inkluż taħriġ speċifiku fil-protezzjoni tat-tfal. Għandha tipprovdi taħriġ f'livell tal-Unjoni għall-ħarrieġa nazzjonali tal-gwardji tal-fruntiera. Għandha wkoll toffri korsijiet ta' taħriġ u seminars addizzjonali dwar kompiti ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri, inkluż lill-uffiċjali tal-korpi nazzjonali kompetenti. Dan għandu jinkludi taħriġ dwar id-dritt rilevanti tal-Unjoni u dak internazzjonali u dwar id-drittijiet fundamentali. L-Aġenzija għandha tkun awtorizzata torganizza attivitajiet ta' taħriġ f'kooperazzjoni ma' Stati Membri u pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom. |
(41) |
L-Aġenzija għandha timmonitorja u tikkontribwixxi għall-iżviluppi fir-riċerka rilevanti għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri. Hi għandha tqassam l-informazzjoni dwar tali żviluppi lill-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri, u lill-Kummissjoni. |
(42) |
L-implimentazzjoni effettiva tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni teħtieġ skambju regolari, rapidu u affidabbli ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u topera sistemi ta' informazzjoni li jiffaċilitaw tali skambju skont il-leġislazzjoni tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni. Huwa importanti li l-Istati Membri jipprovdu lill-Aġenzija fil-pront b'informazzjoni kompleta u preċiża li tkun teħtieġ biex twettaq il-kompiti tagħha. |
(43) |
Għall-fini tat-twettiq tal-missjoni tagħha u sa fejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija tista' tikkoopera ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni kif ukoll ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament fil-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma konklużi skont il-liġi u l-politika tal-Unjoni. Dawn l-arranġamenti ta' ħidma għandhom jirċievu l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. |
(44) |
L-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta huma responsabbli għal firxa wiesgħa ta' kompiti, li jistgħu jinkludu s-sigurtà marittima, is-sikurezza fuq il-baħar, it-tiftix u s-salvataġġ fuq il-baħar, il-kontroll tal-fruntieri, il-kontroll tas-sajd, il-kontroll doganali, l-infurzar ġenerali tal-liġi u l-protezzjoni ambjentali. L-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (7) u l-Aġenzija Ewropea għass-Sigurtà Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) għalhekk għandhom isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom kemm ma' xulxin kif ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta biex jiżdied l-għarfien dwar is-sitwazzjoni marittima u biex tiġi appoġġata azzjoni koerenti u kosteffiċjenti. Is-sinerġiji ta' bejn id-diversi atturi fl-ambjent marittimu għandhom ikunu konformi mal-istrateġija ta' ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri u l-istrateġiji għas-sigurtà marittima. |
(45) |
L-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament ma taffettwax id-diviżjoni tal-kompetenza bejn l-Unjoni u l-Istati Membri skont it-Trattati, jew l-obbligi tal-Istati Membri skont il-konvenzjonijiet internazzjonali bħalma huma l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-Salvataġġ Marittimi, il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis minn Vapuri, il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar Standards ta' Taħriġ, Ċertifikazzjoni u Għassa għall-Baħħara, u strumenti internazzjonali marittimi rilevanti oħra. |
(46) |
L-Aġenzija għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni teknika u operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni. F'dan il-kuntest, għandha tikkoordina l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, tistazzjona uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi u tikkoopera mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi dwar ir-ritorn, inkluż fir-rigward tal-ksib ta' dokumenti tal-ivvjaġġar. Fil-kooperazzjoni tagħhom ma' pajjiżi terzi, l-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni f'kull ħin, inkluż id-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta' non-refoulement. Huma għandhom ukoll jagħmlu hekk meta l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta' dawk il-pajjiżi. Sabiex jiżdiedu t-trasparenza u r-responsabbiltà, l-Aġenzija għandha tirrapporta dwar il-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fir-rapport annwali tagħha. |
(47) |
Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, li tinkludi l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta' kontroll tal-fruntieri, għandha twettaq il-kompiti tagħha b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-liġi internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal, il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Refuġjati u l-obbligi marbutin mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement, il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar, il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tfittxija u s-Salvataġġ Marittimi. F'konformità mal-liġi tal-Unjoni u dawk l-istrumenti, l-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri fit-twettiq ta' operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ sabiex tipproteġi u ssalva l-ħajjiet kulmeta u kulfejn ikun hemm bżonn. |
(48) |
Minħabba ż-żieda fil-għadd tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha tiżviluppa ulterjorment u timplimenta strateġija biex tissorvelja u tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Għal dak il-għan għandha tipprovdi lill-uffiċjal tagħha għad-drittijiet fundamentali b'riżorsi u persunal adegwati li jikkorrispondu għall-mandat u d-daqs tagħha. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni kollha neċessarja biex iwettaq il-kompiti tiegħu. L-Aġenzija għandha tuża r-rwol tagħha biex tippromwovi b'mod attiv l-applikazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni internazzjonali. |
(49) |
Dan ir-Regolament iħares id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikoli 2 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u riflessi fil-Karta. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jimmira li jiżgura l-ħarsien sħiħ tad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-asil, id-dritt għal rimedju effettiv, id-drittijiet tat-tfal, il-projbizzjoni tat-tortura u ta' trattament jew kastig inuman jew degradanti u l-projbizzjoni tat-traffikar tal-bnedmin. Jfittex ukoll li jippromwovi l-applikazzjoni tal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni u non-refoulement. |
(50) |
Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi mekkaniżmu tal-ilmenti għall-Aġenzija b'kooperazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, biex jisalvagwardja l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija. Dan għandu jkun mekkaniżmu amministrattiv li permezz tiegħu l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jkun responsabbli biex jimmaniġġa l-ilmenti rċevuti mill-Aġenzija skont il-dritt għal amministrazzjoni tajba. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jirrevedi l-ammissibbiltà ta' lment, jirreġistra l-ilmenti ammissibbli, jibgħat l-ilmenti rreġistrati kollha lid-direttur eżekuttiv, jibgħat l-ilmenti li jikkonċernaw lil membri tat-timijiet lill-Istat Membru ta' oriġini, u jirreġistra s-segwitu mill-Aġenzija jew dak l-Istat Membru. Il-mekkaniżmu għandu jkun effettiv, filwaqt li jiġi żgurat li l-ilmenti huma segwiti kif xieraq. Il-mekkaniżmu tal-ilmenti għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-aċċess għal rimedji amministrattivi u ġudizzjarji u ma jikkostitwixxix rekwiżit biex jinstabu tali rimedji. Investigazzjonijiet kriminali għandhom jitwettqu mill-Istati Membri. Sabiex jiżdiedu t-trasparenza u r-responsabbiltà, l-Aġenzija għandha tirraporta dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti fir-rapport annwali tagħha. Għandha tkopri b'mod partikolari l-għadd ta' lmenti li tkun laqgħet, it-tipi ta' ksur tad-drittijiet fundamentali involuti, l-operazzjonijiet ikkonċernati u, fejn possibbli, il-miżuri ta' segwitu meħuda mill-Aġenzija u mill-Istati Membri. |
(51) |
L-Aġenzija għandha tkun indipendenti fir-rigward ta' kwistjonijiet tekniċi u operazzjonali u għandha jkollha awtonomija legali, amministrattiva u finanzjarja. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ u xieraq li tkun fil-forma ta' korp tal-Unjoni b'personalità ġuridika u li jeżerċita s-setgħat ta' implimentazzjoni, li huma mogħtija lilu b'dan ir-Regolament. |
(52) |
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom ikunu rappreżentati fi ħdan il-bord amministrattiv sabiex jeżerċitaw sorveljanza fuq l-Aġenzija. Fejn ikun possibbli, il-bord amministrattiv għandu jikkonsisti mill-kapijiet operazzjonali tas-servizzi nazzjonali responsabbli mill-ġestjoni tal-gwardji tal-fruntiera jew mir-rappreżentanti tagħhom. Il-partijiet rappreżentati fil-bord amministrattiv għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw iċ-ċaqliq tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-bord amministrattiv. Dan il-bord amministrattiv għandu jkun fdat bis-setgħat meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-baġit tal-Aġenzija, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri trasparenti ta' ħidma sabiex jittieħdu deċiżjonijiet mill-Aġenzija u jaħtar id-direttur eżekuttiv u l-viċi direttur eżekuttiv. L-Aġenzija għandha tkun irregolata u operata billi jitqiesu l-prinċipji tal-approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni adottati fid-19 ta' Lulju 2012 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. |
(53) |
Sabiex l-awtonomija tal-Aġenzija tkun iggarantita, għandha tingħata baġit awtonomu li d-dħul tiegħu jiġi l-aktar minn kontribuzzjoni mill-Unjoni. Il-proċedura baġitarja tal-Unjoni għandha tkun applikabbli sa fejn għandhom x'jaqsmu l-kontribut tal-Unjoni u kwalunkwe sussidju ieħor debitabbli lill-baġit tal-Unjoni. L-awditjar tal-kontijiet għandu jsir mill-Qorti tal-Awdituri. |
(54) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) għandu japplika mingħajr restrizzjoni għall-Aġenzija, li għandha taderixxi mal-Ftehim Inter-Istituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (10). |
(55) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) għandu japplika għall-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tkun trasparenti kemm jista' jkun dwar l-attivitajiet tagħha, mingħajr ma tipperikola l-ilħuq tal-objettiv tal-operazzjonijiet tagħha.Għandha tippubblika l-informazzjoni kollha rilevanti dwar l-attivitajiet kollha tagħha. Għandha wkoll tiżgura b'mod partikolari li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr tagħrif oġġettiv, affidabbli u li jinftiehem faċilment fir-rigward tax-xogħol tagħha. |
(56) |
L-Aġenzija għandha tirrapporta wkoll dwar l-attivitajiet tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-mod l-iktar estensiv possibbli. |
(57) |
Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Aġenzija fi ħdan il-qafas ta' dan ir-Regolament għandu jitwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). |
(58) |
Kwalunkwe pproċessar ta' data personali mill-Istati Membri fi ħdan il-qafas ta' dan ir-Regolament għandu jitwettaq skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). F'każijiet fejn l-ipproċessar tad-data huwa meħtieġ primarjament sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà interna fi ħdan l-Unjoni, speċjalment fil-kuntest ta' azzjonijiet dwar il-monitoraġġ tal-flussi migratorji u l-analiżi tar-riskju, l-ipproċessar tad-data personali miġbura matul operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota u interventi rapidi fil-fruntiera u mit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, jew il-kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji, aġenziji tal-Unjoni, u organizzazzjonijiet internazzjonali, tapplika d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (14). Kwalunkwe pproċessar ta' data personali għandu jirrispetta l-prinċipji tan-neċessità u l-proporzjonalità. |
(59) |
Peress li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri esterni biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri meta jaġixxu b'mod mhux koordinat iżda jistgħu pjuttost, minħabba n-nuqqas ta' kontrolli fil-fruntieri interni, l-isfidi sostanzjali ta' migrazzjoni fil-fruntieri esterni, il-ħtieġa li jiġi mmonitorjat b'mod effiċjenti l-qsim ta' dawk il-fruntieri, ujingħata kontribut lil-livell għoli ta' sigurtà interna fi ħdan l-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. |
(60) |
Il-fruntieri esterni msemmija f'dan ir-Regolament huma dawk li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tat-Titolu II tar-Regolament (UE) 2016/399, li jinkludu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri ta' Schengen skont il-Protokoll 19 dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(61) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u żvilupp tal-acquis (15), ta' Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (16). L-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (17) jipprevedi regoli dwar il-parteċipazzjoni minn dawk il-pajjiżi fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u persunal. |
(62) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (18) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (19). |
(63) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis (20) ta' Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fil-punt A tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 20011/350/UE (21). |
(64) |
L-Arranġament bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta' Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (22) jipprevedi regoli dwar il-parteċipazzjoni minn dawk il-pajjiżi fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u persunal. |
(65) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessi mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Peress li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll imsemmi, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex sejra timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha. |
(66) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (23); għalhekk ir-Renju Unit mhux jieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu. |
(67) |
Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li l-Irlanda ma tiħux sehem fih, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (24); L-Irlanda għalhekk ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
(68) |
L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-organizzazzjoni ta' attivitajiet speċifiċi li fihom l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-kompetenzi u l-faċilitajiet li l-Irlanda u r-Renju Unit jistgħu jkunu lesti li joffru, fuq termini li jiġu deċiżi mill-bord amminstrattiv skont il-każ partikolari. Għal dan il-għan, rappreżentanti mill-Irlanda u mir-Renju Unit għandhom jiġu mistiedna jattendu għal-laqgħat kollha tal-bord amminstrattiv sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw b'mod sħiħ fit-tħejjija ta' tali attivitajiet speċifiċi. |
(69) |
Teżisti kontroversja bejn ir-Renju ta' Spanja u r-Renju Unit dwar id-demarkazzjoni tal-fruntieri ta' Ġibiltà. |
(70) |
Is-sospensjoni tal-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament għall-fruntieri ta' Ġibiltà ma timplika l-ebda bidla fil-pożizzjonijiet rispettivi tal-Istati konċernati. |
(71) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fit-18 ta' Marzu 2016 (25). |
(72) |
Dan ir-Regolament għandu l-għan li jemenda u jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2007/2004 u r-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (27). Peress li l-emendi li għandhom isiru huma sostanzjali fl-għadd u n-natura, dawn l-atti għandhom, fl-interess taċ-ċarezza, jiġu sostitwiti u revokati, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntieri u tal-Kosta
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta biex tiġi żgurata ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri esterni bil-ħsieb li jkun hemm ġestjoni effiċjenti tal-qsim tal-fruntieri esterni. Dan jinkludi l-indirizzar tal-isfidi migratorji u t-theddidiet futuri potenzjali f'dawk il-fruntieri, u b'hekk jingħata kontribut biex tiġi indirizzata l-kriminalità serja b'dimensjoni transfruntiera, biex jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà interna fl-Unjoni, b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, filwaqt li jiġi ssalvagwardjat il-moviment liberu tal-persuni fi ħdanha.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“fruntieri esterni” tfisser il-fruntieri esterni kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399, li għalih japplika t-Titolu II ta' dak ir-Regolament; |
(2) |
“kontroll tal-fruntieri” tfisser kontroll tal-fruntieri kif definit fil-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399; |
(3) |
“gwardja tal-fruntiera” tfisser gwardja tal-fruntiera kif definit fil-punt 14 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399; |
(4) |
“timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta” tfisser timijiet ta' gwardji tal-fruntiera u tal-kosta u persunal rilevanti ieħor minn Stati Membri parteċipanti, inklużi gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor li huma ssekondati bħala esperti nazzjonali mill-Istati Membri lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, li jiġu stazzjonati matul operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera kif ukoll fil-qafas ta' timijiet ta' appoġġ ta' ġestjoni tal-migrazzjoni; |
(5) |
“Stat Membru ospitanti” tfisser Stat Membru li fih isiru operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntieri, operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn, jew minfejn titnied, jew fejn jiġi stazzjonat tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni; |
(6) |
“Stat Membru ta' oriġini” tfisser l-Istat Membru li tiegħu membru ta' tim Ewropew ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jkun gwardja tal-fruntiera jew membru ieħor tal-persunal rilevanti; |
(7) |
“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li jipparteċipa f'operazzjoni konġunta, f'intervent rapidu fil-fruntiera, f'operazzjoni ta' ritorn, f'intervent ta' ritorn jew f'stazzjonament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, billi jipprovdi tagħmir tekniku, gwardji tal-fruntieri u persunal rilevanti ieħor stazzjonat bħala parti mit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll Stat Membru li jipparteċipa fl-operazzjonijiet ta' ritorn jew f'interventi ta' ritorn billi jipprovdi tagħmir tekniku jew persunal, iżda li ma jkunx Stat Membru ospitanti; |
(8) |
“membru tat-timijiet” tfisser membru tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jew timijiet ta' persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn li jipparteċipaw f'operazzjonijiet ta' ritorn jew interventi ta' ritorn; |
(9) |
“tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni” tfisser tim ta' esperti li jipprovdu tisħiħ tekniku u operazzjonali lill-Istati Membri f'żoni hotspot u li huwa magħmul minn esperti stazzjonati minn Stati Membri mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, u mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, Europol jew aġenziji oħrajn rilevanti tal-Unjoni; |
(10) |
“żona hotspot” tfisser żona fejn l-Istat Membru ospitanti, il-Kummissjoni, l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri parteċipanti jikkooperaw bil-għan li tiġi ġestita sfida migratorja sproporzjonata eżistenti jew potenzjali kkaratterizzata minn żieda sinifikanti fl-għadd ta' migranti li jaslu fil-fruntiera esterna; |
(11) |
“ritorn” tfisser ir-ritorn kif definit fil-punt 3 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE; |
(12) |
“deċiżjoni ta' ritorn” tfisser deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja jew att, li jgħidu jew jiddikjaraw li s-soġġorn ta' ċittadin ta' pajjiż terz huwa illegali u li jimponu jew jiddikjaraw l-obbligu ta' ritorn li tirrispetta d-Direttiva 2008/115/KE; |
(13) |
“persuna rimpatrijata” tfisser ċittadin ta' pajjiż terz li hu s-soġġett ta' deċiżjoni ta' ritorn maħruġa minn Stat Membru; |
(14) |
“operazzjoni ta' ritorn” tfisser operazzjoni li tkun ikkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u tinvolvi tisħiħ tekniku u operazzjonali li jiġi pprovdut minn Stat Membru wieħed jew aktar li fiha persuni rimpatrijati minn Stat Membru wieħed jew aktar jiġu rritornati fuq bażi furzata jew fuq bażi volontarja; |
(15) |
“intervent ta' ritorn” tfisser attività tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li tipprovdi lill-Istati Membri b'assistenza teknika u operazzjonali msaħħa u li tikkonsisti fl-istazzjonament ta' timijiet Ewropej ta' intervent ta' ritorn fl-Istati Membri u l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn; |
(16) |
“kriminalità transfruntiera” tfisser kull reat serju b'dimensjoni transfruntiera li jitwettaq fuq, jew tul, jew li huwa relatat, mal-fruntieri esterni. |
Artikolu 3
Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta
1. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (l-Aġenzija) u l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta' kontroll tal-fruntieri, jikkostitwixxu l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta.
2. L-Aġenzija għandha, permezz ta' deċiżjoni tal-bord amministrattiv abbażi ta' proposta tad-direttur eżekuttiv,tistabbilixxi, strateġija teknika u operazzjonali għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri. L-Aġenzija għandha tieħu kont, fejn ikun ġustifikat, tas-sitwazzjoni speċifika tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Din l-istrateġija għandha tkun konformi mal-Artikolu 4. Hija għandha tippromwovi u tappoġġa l-implimentazzjoni tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fl-Istati Membri kollha.
3. L-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta' kontroll tal-fruntieri, għandhom jistabbilixxu l-istrateġiji nazzjonali tagħhom għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri. Dawk l-istrateġiji nazzjonali għandhom ikunu konformi mal-Artikolu 4 u l-istrateġija msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 4
Ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri
Il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri għandha tikkonsisti mill-komponenti li ġejjin:
(a) |
il-kontroll tal-fruntieri, inklużi miżuri biex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri u, fejn xieraq, miżuri relatati mal-prevenzjoni u l-individwazzjoni tal-kriminalità transfruntiera, bħall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu, u miżuri relatati mar-riferiment ta' persuni li jkollhom bżonn, jew li jixtiequ japplikaw għal, protezzjoni internazzjonali; |
(b) |
operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ għal persuni f'diffikultà fuq il-baħar, imnedija u mwettqa skont ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) u skont il-liġi internazzjonali, li jistgħu jseħħu matul operazzjonijiet ta' sorveljanza tal-fruntieri fil-baħar; |
(c) |
analiżi tar-riskji għas-sigurtà interna u l-analiżi tat-theddid li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament jew is-sigurtà tal-fruntieri esterni; |
(d) |
kooperazzjoni bejn l-Istati Membri appoġġati u koordinati mill-Aġenzija; |
(e) |
kooperazzjoni bejn l-aġenziji mal-awtoritajiet nazzjonali f'kull Stat Membru li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri jew għal kompiti oħra mwettqa fl-fruntiera u fost l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni; inkluż l-iskambju regolari ta' informazzjoni permezz ta' għodod eżistenti ta' skambju ta' informazzjoni, bħal ma hi s-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (“EUROSUR”) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29); |
(f) |
kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, b'enfasi partikolari fuq pajjiżi ġirien u dawk il-pajjiżi terzi li ġew identifikati permezz ta' analiżi tar-riskju bħala pajjiżi ta' oriġini u/jew ta' tranżitu għall-immigrazzjoni illegali; |
(g) |
miżuri tekniċi u operazzjonali fiż-żona Schengen li huma relatati mal-kontroll tal-fruntieri u mfassla biex jindirizzaw l-immigrazzjoni illegali u biex jiġġieldu r-reati transfruntiera aħjar; |
(h) |
ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma s-soġġett ta' deċiżjoni ta' ritorn finali maħruġa minn Stat Membru; |
(i) |
l-użu tal-aħħar teknoloġija inklużi sistemi ta' informazzjoni fuq skala kbira; |
(j) |
mekkaniżmu ta' kontroll tal-kwalità, b'mod partikolari l-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen u l-possibbiltà ta' mekkaniżmi nazzjonali, biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri; |
(k) |
mekkaniżmi ta' solidarjetà, b'mod partikolari l-istrumenti ta' finanzjament tal-Unjoni. |
Artikolu 5
Responsabbiltà kondiviża
1. Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha timplimenta ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri bħala responsabbiltà kondiviża bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li dawn iwettqu operazzjonijiet ta' sorveljanza tal-fruntieri marittimi u kwalunkwe kompitu ieħor ta' kontroll tal-fruntieri. L-Istati Membri għandhom iżommu r-responsabbiltà primarja għall-ġestjoni tas-sezzjonijiet tagħhom tal-fruntieri esterna.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-ġestjoni tal-fruntieri esterni tagħhom, fl-interess tagħhom stess u fl-interess komuni tal-Istati Membri kollha, f'konformità sħiħa mal-liġi tal-Unjoni u skont l-istrateġija teknika u operazzjonali msemmija fl-Artikolu 3(2), f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija.
3. L-Aġenzija għandha tappoġġa l-applikazzjoni ta' miżuri tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz tat-tisħiħ, il-valutazzjoni u l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri, u fir-ritorn.
KAPITOLU II
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta
Artikolu 6
Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta
1. L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (“l-Aġenzija”) għandu jkun l-isem il-ġdid għall-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 2007/2004. L-attivitajiet tagħha għandhom ikunu bbażati fuq dan ir-Regolament.
2. Biex tiġi żgurata ġestjoni integrata Ewropea koerenti, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tirrendi aktar effettiva l-applikazzjoni tal-miżuri eżistenti u futuri tal-Unjoni relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, b'mod partikolari l-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/399.
3. L-Aġenzija se tikkontribwixxi l-applikazzjoni kostanti u uniformi mal-liġi tal-Unjoni, inkluż l-acquis tal-Unjoni dwar tad-drittijiet tal-bniedem, mal-fruntieri esterni kollha. Il-kontribuzzjoni tagħha għandha tinkludi l-iskambju ta' prattiċi tajbin.
Artikolu 7
Responsabbiltà
L-Aġenzija għandha tkun responsabbli lejn il-Parlament Ewropew u lejn il-Kunsill, f'konformità ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 8
Kompiti
1. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti li ġejjin bil-ħsieb li tikkontribwixxi għal livell effiċjenti, għoli u uniformi ta' kontroll tal-fruntieri u r-ritorn:
(a) |
timmonitorja l-flussi migratorji u twettaq analiżi tar-riskju rigward l-aspetti kollha tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri; |
(b) |
twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, inkluża l-valutazzjoni tal-kapaċità u ta' kemm huma ppreparati l-Istati Membri biex jiffaċċjaw theddid u sfidi fil-fruntieri esterni tagħhom; |
(c) |
timmonitorja l-ġestjoni tal-fruntieri esterni permezz ta' uffiċjali ta' kollegament tal-Aġenzija fl-Istati Membri; |
(d) |
tassisti lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni billi tikkoordina u torganizza operazzjonijiet konġunti, filwaqt li tikkunsidra li ċerti sitwazzjonijiet jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u ta' salvataġġ fuq il-baħar f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali; |
(e) |
tassisti lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali fil-fruntieri esterni, billi tniedi interventi rapidi fil-fruntieri esterni ta' dawk l-Istati Membri li jiffaċċjaw sfidi speċifiċi u sproporzjonati, filwaqt li tikkunsidra li ċerti sitwazzjonijiet jistgħu jinvolvu emerġenzi umanitarji u ta' salvataġġ fuq il-baħar f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali; |
(f) |
tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi, skont ir-Regolament (UE) Nru 656/2014 u d-dritt internazzjonali, b'appoġġ ta' operazzjonijiet ta' tfittix u salvataġġ għal persuni li jinsabu f'diffikultà fuq il-baħar li jistgħu jseħħu matul operazzjonijiet ta' sorveljanza tal-fruntieri fil-baħar; |
(g) |
tistabbilixxi u tistazzjonatimijietEwropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż riżerva ta' reazzjoni rapida, li jiġu stazzjonati matul operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera u fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni; |
(h) |
tistabbilixxi grupp ta' tagħmir tekniku li jintbagħat f'operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera u fil-qafas ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, kif ukoll f'operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn; |
(i) |
fi ħdan il-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'żoni hotspot:
|
(j) |
tappoġġa l-iżvilupp ta' standards tekniċi għat-tagħmir, speċjalment għall-kmand, il-kontroll u l-komunikazzjoni fil-livell tattiku kif ukoll is-sorveljanza teknika biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà fil-livell tal-Unjoni u dak nazzjonali; |
(k) |
tistazzjona t-tagħmir u l-gwardji tal-fruntieri u l-persunal rilevanti l-ieħor meħtieġa minn riżerva ta' reazzjoni rapida għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri li jeħtieġ li jittieħdu f'sitwazzjoni li tkun teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni; |
(l) |
tassisti lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jeħtieġu assistenza teknika u operazzjonali miżjuda biex jiġi implimentat l-obbligu ta' ritorn tal-persuni rimpatrijati, inkluż permezz tal-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn; |
(m) |
fi ħdan il-mandati rispettivi ta' dawn l-aġenziji, tikkoopera mal-Europol u l-Eurojust u tappoġġa lill-Istati Membri f'ċirkostanzi li jeħtieġu assistenza teknika u operazzjonali miżjuda fil-fruntieri esterni fil-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera organizzata u t-terroriżmu; |
(n) |
tistabbilixxi gruppi ta' spetturi tar-ritorn imġiegħel, skorti tar-ritorn imġiegħel u speċjalisti tar-ritorn; |
(o) |
tistabbilixxi u tistazzjona timijiet Ewropej ta' intervent ta' ritorn matul interventi ta' ritorn; |
(p) |
tassisti lill-Istati Membri fit-taħriġ tal-gwardji nazzjonali tal-fruntiera, persunal rilevanti ieħor u l-esperti tar-ritorn, inkluż l-istabbiliment ta' standards komuni ta' taħriġ; |
(q) |
tipparteċipa fl-iżvilupp u l-ġestjoni ta' attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni rilevanti għall-kontroll u s-sorveljanza tal-fruntieri esterni, inkluż l-użu ta' teknoloġija ta' sorveljanza avvanzata, u tiżviluppa proġetti pilota dwar kwistjonijiet koperti b'dan ir-Regolament; |
(r) |
tiżviluppa u topera, skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Kwadru 2008/977/ĠAI, sistemi ta' informazzjoni li jippermettu skambji rapidi u affidabbli ta' informazzjoni dwar riskji emerġenti fil-ġestjoni tal-fruntieri esterni, l-immigrazzjoni illegali u r-ritorn, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni kif ukoll in-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE (30); |
(s) |
tipprovdi l-assistenza meħtieġa għall-iżvilupp u t-tħaddim tal- EUROSUR u, kif ikun xieraq, għall-iżvilupp ta' ambjent komuni għall-kondiviżjoni ta' informazzjoni, inkluża l-interoperabbiltà ta' sistemi, b'mod partikolari billi jiġi żviluppat, miżmum u koordinat il-qafas tal-EUROSUR skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013; |
(t) |
tikkoopera mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, kull waħda fi ħdan il-mandat tagħha, biex tappoġġa lill-awtoritajiet nazzjonali jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta, kif stabbilit fl-Artikolu 53, billi jipprovdu servizzi, informazzjoni, tagħmir u taħriġ, kif ukoll billi jikkoordinaw operazzjonijiet b'diversi għanijiet; |
(u) |
tassisti lill-Istati Membri u pajjiżi terzi fil-kuntest tal-kooperazzjoni teknika u operazzjonali bejniethom fil-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. |
2. L-Istati Membri jistgħu jibqgħu jikkooperaw f'livell operazzjonali ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, fejn tali kooperazzjoni hija kompatibbli mal-kompiti tal-Aġenzija. L-Istati Membri għandhom jastjenu minn kwalunkwe attività li tista' tipperikola l-funzjonament tal-Aġenzija jew li jintlaħqu l-għanijiet tagħha. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija dwar dik il-kooperazzjoni operazzjonali ma' Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u fil-qasam tar-ritorn. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-bord amministrattiv dwar dawk il-kwistjonijiet fuq bażi regolari u mill-anqas darba fis-sena.
3. L-Aġenzija għandha twettaq attivitajiet ta' komunikazzjoni fuq inizjattiva proprja dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tagħha. Hija għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku informazzjoni preċiża u dettaljata dwar l-attivitajiet tagħha.
L-attivitajiet ta' komunikazzjoni ma għandhomx ikunu detrimentali għall-kompiti msemmija fil-paragrafu 1, b'mod partikolari bl-iżvelar ta' informazzjoni operazzjonali li, jekk tkun disponibbli għall-pubbliku, tista' tippreġudika l-kisba tal-objettiv tal-operazzjonijiet. L-attivitajiet ta' komunikazzjoni għandhom jitwettqu bla preġudizzju għall-Artikolu 50 u f'konformità mal-pjanijiet rilevanti ta' komunikazzjoni u tixrid adottati mill-bord amministrattiv.
Artikolu 9
Dmir ta' kooperazzjoni in bona fede
L-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta' kontroll tal-fruntieri, għandhom ikunu soġġetti għal obbligu ta' kooperazzjoni in bona fede, u obbligu li jiskambjaw l-informazzjoni.
Artikolu 10
Obbligu tal-iskambju tal-informazzjoni
Sabiex iwettqu l-kompiti konferiti lilhom minn dan ir-Regolament, b'mod partikolari biex l-Aġenzija timmonitorja l-flussi migratorji lejn u fl-Unjoni, biex twettaq analiżi tar-riskju u biex twettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu l-kompiti ta' kontroll tal-fruntieri għandhom, f'konformità ma' dan ir-Regolament u l-liġi tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti oħra fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni, jaqsmu fil-ħin u b'mod preċiż l-informazzjoni kollha meħtieġa.
Artikolu 11
Monitoraġġ tal-flussi migratorji u analiżi tar-riskju
1. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-flussi migratorji lejn u fi ħdan l-Unjoni, xejriet u sfidi oħra possibbli fil-fruntieri esterni tal-Unjoni. Għal dan il-għan, l-Aġenzija għandha, permezz ta' deċiżjoni tal-bord amministrattiv bbażata fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, tistabbilixxi mudell ta' analiżi tar-riskju komuni u integrat, li għandu jiġi applikat mill-Aġenzija u mill-Istati Membri. Għandha wkoll twettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltà skont l-Artikolu 13.
2. L-Aġenzija għandha tħejji analiżijiet tar-riskju ġenerali li għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. f'konformità mal-Artikolu 50, u analiżijiet tar-riskju mfassla apposta għal attivitajiet operazzjonali.
3. L-analiżi tar-riskju mħejjija mill-Aġenzija għandha tkopri l-aspetti kollha rilevanti għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri bil-ħsieb li jiġi żviluppat mekkaniżmu ta' twissija minn qabel.
4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Aġenzija bl-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-sitwazzjoni, ix-xejriet u t-theddid possibbli fil-fruntieri esterni u fil-qasam tar-ritorn. L-Istati Membri għandhom regolarment, jew fuq talba tal-Aġenzija, jipprovdulha l-informazzjoni kollha rilevanti bħal data statistika u operazzjonali miġbura b'rabta mal-implimentazzjoni tal-acquis ta' Schengen kif ukoll informazzjoni mil-livell tal-analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013.
5. Ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju għandhom jiġu ppreżentati, fil-ħin u b'mod preċiż, lill-bord amministrattiv.
6. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju meta jippjanaw l-operazzjonijiet u l-attivitajiet tagħhom fil-fruntieri esterni u l-attivitajiet tagħhom fir-rigward tar-ritorn.
7. L-Aġenzija għandha tinkorpora r-riżultati ta' mudell ta' analiżi ta' riskju komuni u integrat fl-iżvilupp ta' kurrikuli bażiċi komuni tagħha għat-taħriġ tal-gwardji tal-fruntieri u tal-persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn.
Artikolu 12
Uffiċjali ta' kollegament fl-Istati Membri
1. L-Aġenzija għandha tiżgura monitoraġġ regolari tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni tal-Istati Membri kollha permezz ta' uffiċjali ta' kollegament tal-Aġenzija fl-Istati Membri.
L-Aġenzija tista' tiddeċiedi li uffiċjal ta' kollegament ikopri sa erba' Stati Membri li qegħdin ġeografikament qrib xulxin.
2. Id-direttur eżekuttiv għandu jaħtar esperti mill-persunal tal-Aġenzija biex jintbagħtu bħala uffiċjali ta' kollegament. Id-direttur eżekuttiv għandu, skont analiżi tar-riskju u f'konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati jagħmel proposta fuq in-natura u t-termini tal-istazzjonament, l-Istat Membru jew reġjun li fih jista' jintbagħat l-uffiċjal ta' kollegament l-kompiti possibbli mhux koperti mill-paragrafu 3. Il-proposta mid-direttur eżekuttiv għandha tiġi suġġetta għall-approvazzjoni tal-bord amministrattiv. Id-direttur eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat bil-ħatra u jistabbilixxi, flimkien mal-Istat Membru, il-post tal-istazzjonament.
3. L-uffiċjali ta' kollegament għandhom jaġixxu f'isem l-Aġenzija u r-rwol tagħhom għandu jkun li jrawmu kooperazzjoni u djalogu bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn, inkluż il-gwardji tal-kosta sa fejn jwettqu kompiti ta' kontroll tal-fruntieri. L-uffiċjali ta' kollegament għandhom, b'mod partikolari:
(a) |
jaġixxu bħala kollegament bejn l-Aġenzija u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn, inkluż il-gwardji tal-kosta sa fejn li jwettqu kompiti ta' kontroll tal-fruntieri; |
(b) |
jappoġġaw il-ġbir ta' informazzjoni meħtieġa mill-Aġenzija għall-monitoraġġ tal-immigrazzjoni illegali u l-analiżijiet tar-riskju msemmija fl-Artikolu 11; |
(c) |
jappoġġaw il-ġbir tal-informazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 13 u meħtieġa mill-Aġenzija biex twettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà; |
(d) |
jimmonitorjaw il-miżuri meħuda mill-Istat Membru fil-partijiet tal-fruntiera li jkunu ġie attribwiti livell ta' impatt għoli skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013; |
(e) |
jagħtu kontribut fil-promozzjoni tal-applikazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali; |
(f) |
fejn possibbli jassistu lill-Istati Membri fit-tħejjija tal-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom dwar il-ġestjoni tal-fruntieri; |
(g) |
jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn l-Istat Membru u l-Aġenzija, jaqsmu informazzjoni rilevanti mill-Aġenzija mal-Istat Membru, inkluża informazzjoni dwar operazzjonijiet li jkunu għaddejjin; |
(h) |
jirrappurtaw regolarment lid-direttur eżekuttiv dwar is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni u l-kapaċità tal-Istat Membru kkonċernat li jittratta b'mod effettiv is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni; jirrappurtaw ukoll dwar l-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet ta' ritorn lejn il-pajjiżi terzi rilevanti; |
(i) |
jimmonitorja l-miżuri meħuda mill-Istat Membru fir-rigward ta' sitwazzjoni li tkun teħtieġ azzjoni urġenti fil-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 19. |
Jekk ir-rapporti tal-uffiċjal ta' kollegament imsemmija fil-punt (h) iqajjem tħassib dwar wieħed jew aktar minn dawn l-aspetti rilevanti għall-Istat Membru kkonċernat, dan tal-aħħar jiġi infurmat bla dewmien mid-direttur eżekuttiv.
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, l-uffiċjal ta' kollegament għandu, f'konformità mar-regoli nazzjonali u tal-Unjoni dwar is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data:
(a) |
jirċievi informazzjoni miċ-ċentru nazzjonali ta' koordinazzjoni u mill-istampa tas-sitwazzjoni nazzjonali stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013; |
(b) |
iżomm kuntatti regolari mal-awtoritajiet nazzjonali li huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż il-gwardji tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta' kontroll tal-fruntieri, filwaqt li jżomm informat punt ta' kuntatt maħtur mill-Istat Membru kkonċernat. |
5. Ir-rapport tal-uffiċjal ta' kollegament għandu jifforma parti mill-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà hekk kif imsemmija fl-Artikolu 13. Ir-rapport għandu jiġi trażmess lill-Istat Membru kkonċernat.
6. Fit-twettiq ta' dmirijiethom, l-uffiċjali ta' kollegament għandhom jieħdu biss struzzjonijiet mill-Aġenzija.
Artikolu 13
Valutazzjoni tal-vulnerabbiltà
1. L-Aġenzija għandha, permezz ta' deċiżjoni tal-bord amministrattiv bbażata fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, tistabbilixxi metodoloġija komuni ta' valutazzjoni tal-vulnerabbiltà. Din għandha tinkludi kriterji oġġettivi li bihom l-Aġenzija għandha twettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, il-frekwenza tat-tali valuazzjonijiet u kif valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà konsekuttivi għandhom jitwettqu.
2. L-Aġenzija għandha timmonitorja u tivvaluta id-disponibbiltà ta' tagħmir tekniku, sistemi, kapaċitajiet, riżorsi, infrastruttura, persunal ikkwalifikat u mħarreġ b'mod adegwat tal-Istati Membri meħtieġa għall-kontroll fuq il-fruntieri. Hija għandha tagħmel hekk bħala miżura preventiva fuq il-bażi tal-analiżi tar-riskju mħejjija skont l-Artikolu 11(3). L-Aġenzija għandha twettaq tali monitoraġġ u valutazzjoni mill-anqas darba fis-sena, ħlief jekk id-direttur eżekuttiv, fuq il-bażi ta' valutazzjonijiet tar-riskju jew valutazzjoni tal-vulnerabbiltà preċedenti, jiddeċiedi mod ieħor.
3. L-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Aġenzija, jipprovdu informazzjoni rigward it-tagħmir tekniku, il-persunal u sa fejn huwa possibbli r-riżorsi finanzjarji disponibbli fil-livell nazzjonali biex iwettqu l-kontroll tal-fruntieri. L-Istati Membri għandhom ukoll jipprovdu informazzjoni dwar il-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom dwar il-ġestjoni tal-fruntieri fuq talba tal-Aġenzija.
4. L-għan tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà huwa li l-Aġenzija tivvaluta l-kapaċità u l-preparazzjoni tal-Istati Membri biex jiffaċċaw l-isfidi li ġejjin, inkluż it-theddid u l-isfidi tal-preżent u tal-futur fil-fruntieri esterni; biex tidentifika, speċjalment għal dawk l-Istati Membri li jiffaċċaw sfidi speċifiċi u sproporzjonati, il-konsegwenzi immedjati possibbli fil-fruntieri esterni u l-konsegwenzi sussegwenti fuq il-funzjonament taż-żona Schengen; u biex tivvaluta l-kapaċità tagħhom li jikkontribwixxu għar-riżerva ta' reazzjoni rapida msemmija fl-Artikolu 20(5). Din il-valutazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen.
F'din il-valutazzjoni, l-Aġenzija għandha tqis il-kapaċità tal-Istati Membri li jitwettqu l-kompiti kollha tal-ġestjoni tal-fruntieri, inkluża l-kapaċità tagħhom li jittrattaw il-wasla potenzjali ta' għadd kbir ta' persuni fuq it-territorju tagħhom.
5. Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandhom jiġu ppreżentati lill-Istati Membri kkonċernati. L-Istat Membru kkonċernat jista' jikkummenta dwar dik il-valutazzjoni.
6. Meta meħtieġ, id-direttur eżekuttiv għandu, f'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, jagħmel rakkomandazzjoni li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu mill-Istat Membru kkonċernat u l-limitu ta' żmien sa meta miżuri bħal dawn għandhom jiġu implimentati. Id-direttur eżekuttiv għandu jistieden lill-Istati Membri kkonċernati biex jieħdu l-miżuri meħtieġa.
7. Id-direttur eżekuttiv għandu jibbaża l-miżuri li għandhom jiġu rakkomandati lill-Istati Membri kkonċernati fuq ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, b'kont meħud tal-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija, il-kummenti tal-Istat Membru kkonċernat u r-riżultati tal-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen.
Dawn il-miżuri għandu jkollhom l-għan li jeliminaw il-vulnerabbiltajiet identifikati fil-valutazzjoni sabiex l-Istati Membri jżidu l-preparazzjoni tagħhom biex jiffaċċjaw l-isfidi li ġejjin billi jsaħħu jew itejbu l-kapaċitajiet, it-tagħmir tekniku, is-sistemi, ir-riżorsi u l-pjanijiet ta' kontinġenza tagħhom.
8. Meta Stat Membru ma jimplimentax il-miżuri meħtieġa tar-rakkomandazzjoni sal-limitu ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu, id-direttur eżekuttiv għandu jirreferi l-kwistjoni lill-bord amministrattiv u jinnotifika lill-Kummissjoni. Il-bord amministrattiv għandu jadotta deċiżjoni fuq proposta tad-direttur eżekuttiv li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu mill-Istat Membru kkonċernatu l-limitu ta' żmien li fih għandhom jiġu implimentati dawn il-miżuri. Id-deċiżjoni tal-bord amministrattiv għandha tkun vinkolanti fuq l-Istat Membru. Jekk l-Istat Membru ma jimplimentax il-miżuri sal-limitu ta' żmien previst f'din id-deċiżjoni, il-bord amministrattiv għandu javża lill-Kunsill u l-Kummissjoni u tista' tittieħed azzjoni ulterjuri skont l-Artikolu 19.
9. Ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà għandhom jiġu trażmessi f'konformità mal-Artikolu 50 fuq bażi regolari u tal-anqas darba kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Artikolu 14
Azzjonijiet mill-Aġenzija fil-fruntieri esterni
1. Stat Membru jista' jitlob l-assistenza tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-obbligi tiegħu fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni. L-Aġenzija għandha twettaq ukoll miżuri f'konformità mal-Artikolu 19.
2. L-Aġenzija għandha torganizza l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa għall-Istat Membru ospitanti u tista', filwaqt li taġixxi skont il-liġi tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali rilevanti, inkluż il-prinċipju tan-non-refoulement, tieħu waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:
(a) |
tikkoordina operazzjonijiet konġunti għal Stat Membru wieħed jew aktar u tistazzjona t-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta; |
(b) |
torganizza interventi rapidi fil-fruntiera u tistazzjona t-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta mir-riżerva ta' reazzjoni rapida, u kif ikun xieraq, timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta addizzjonali; |
(c) |
tikkoordina l-attivitajiet għal Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inklużi operazzjonijiet konġunti ma' pajjiżi terzi ġirien; |
(d) |
tistazzjona t-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestoni tal-migrazzjoni f'hotspots; |
(e) |
fil-qafas tal-operazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu u f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 656/2014 u d-dritt internazzjonali tipprovdi assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi, f'appoġġ ta' operazzjonijiet ta' tfittix u salvataġġ għal persuni li jinsabu f'diffikultà fuq il-baħar li jistgħu jseħħu matul operazzjonijiet ta' sorveljanza fil-baħar; |
(f) |
tibgħat lill-esperti tagħha stess kif ukoll membri tat-timijiet li kienu ġew issekondati mill-Istati Membri lill-Aġenzija biex jappoġġaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri involuti għal perijodu xieraq; |
(g) |
tuża tagħmir tekniku. |
3. L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2 mill-baġit tagħha skont ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.
4. Jekk l-Aġenzija jkollha bżonn ta' aktar finanzi minħabba sitwazzjoni fil-fruntieri esterni, hija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'dan mingħajr dewmien.
Artikolu 15
Bidu ta' operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntieri esterni
1. Stat Membru jista' jitlob li l-Aġenzija tniedi operazzjonijiet konġunti biex jiffaċċja l-isfidi li jkunu ġejjin, inkluż l-immigrazzjoni irregolari, it-theddid fil-preżent jew fil-futur fil-fruntieri esterni tiegħujew il-kriminalità transfruntiera, jew biex tipprovdi aktar assistenza teknika u operazzjonali meta dan jimplimenta l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-kontroll tal-fruntieri esterni.
2. Fuq talba ta' Stat Membru li jkun qiegħed jiffaċċja sitwazzjoni ta' sfidi speċifiċi u sproporzjonati, speċjalment il-wasla f'punti tal-fruntieri esterni ta' numri kbar ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jippruvaw jidħlu fit-territorju ta' dak l-Istat Membru mingħajr awtorizzazzjoni, l-Aġenzija tista' tistazzjona intervent rapidu fil-fruntiera għal perijodu limitat ta' żmien fit-territorju ta' dak l-Istat Membru ospitanti.
3. Id-direttur eżekuttiv għandu jevalwa, japprova u jikkoordina proposti għal operazzjonijiet konġunti li jsiru minn Stati Membri. Operazzjonijiet konġunti u interventi rapidi fil-fruntiera għandhom ikunu preċeduti minn analiżi tar-riskju bir-reqqa, affidabbli u aġġornata, biex b'hekk tippermetti lill-Aġenzija tistabbilixxi ordni ta' prijorità għall-operazzjonijiet konġunti proposti u interventi rapidi fil-fruntiera, filwaqt li jiġi kkunsidrat l-impatt fuq il-partijiet tal-fruntiera esterna skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 u d-disponibbiltà tar-riżorsi.
4. Id-direttur eżekuttiv għandu, abbażi tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, u b'kunsiderazzjoni tal-analiżi tar-riskju tal-Aġenzija u l-livell ta' analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013, jirrakkomanda lill-Istat Membru kkonċernat biex jibda u jwettaq operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera. L-Aġenzija għandha tqiegħed it-tagħmir tekniku tagħha għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri ospitanti jew parteċipanti.
5. L-għanijiet ta' operazzjoni konġunta jew ta' intervent rapidu fil-fruntiera jistgħu jinkisbu bħala parti minn operazzjoni b'diversi għanijiet. Tali operazzjonijiet jistgħu jinvolvu funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta u l-prevenzjoni tal-kriminalità transfruntiera, inkluż il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta' tad-dħul illegali jew it-traffikar tal-bnedmin, u l-ġestjoni tal-migrazzjoni inkluża l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, il-ġbir ta' informazzjoni u r-ritorn.
Artikolu 16
Pjan operazzjonali għall-operazzjonijiet konġunti
1. Bi tħejjija għal operazzjoni konġunta d-direttur eżekuttiv, b'kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti, għandu jfassal lista ta' tagħmir tekniku u l-persunal meħtieġ filwaqt li jikkunsidra r-riżorsi disponibbli tal-Istat Membru ospitanti. Abbażi ta' dawn l-elementi, l-Aġenzija għandha tiddefinixxi pakkett ta' tisħiħ tekniku u operazzjonali kif ukoll tal-attivitajiet ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet li għandhom jiġu inklużi fil-pjan operazzjonali.
2. Id-direttur eżekuttiv għandu jfassal pjan operazzjonali għall-operazzjonijiet konġunti fil-fruntieri esterni. Id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti, b'konsultazzjoni mal-Istati Membri parteċipanti, għandhom jaqblu dwar il-pjan operazzjonali li jispjega l-aspetti organizzattivi u proċedurali tal-operazzjoni konġunta.
3. Il-pjan operazzjonali għandu jorbot lill-Aġenzija, l-Istat Membru ospitanti u l-Istati Membri parteċipanti. Għandu jkopri l-aspetti kollha li jitqiesu meħtieġa għat-twettiq tal-operazzjoni konġunta, inklużi dawn li ġejjin:
(a) |
deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, bil-modus operandi u l-għanijiet tal-istazzjonament, inkluż l-għan operazzjonali; |
(b) |
it-tul prevedibbli tal-operazzjoni konġunta; |
(c) |
iż-żona ġeografika fejn ser issir l-operazzjoni konġunta; |
(d) |
deskrizzjoni tal-kompiti, tar-responsabbiltajiet, inkluż fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, u tal-istruzzjonijiet speċjali għat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluż dwar il-konsultazzjoni permessa ta' bażijiet ta' data u l-armi tas-servizz, il-munizzjon u tagħmir permessi fl-Istat Membru ospitanti; |
(e) |
il-kompożizzjoni tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll l-iskerjament ta' persunal rilevanti ieħor; |
(f) |
dispożizzjonijiet ta' kmand u kontroll, inklużi l-ismijiet u l-gradi tal-gwardji tal-fruntieri tal-Istat Membru ospitanti responsabbli għall-kooperazzjoni mal-membri tat-timijiet u l-Aġenzija, b'mod partikolari l-ismijiet u l-gradi ta' dawk il-gwardji tal-fruntieri li għandhom il-kmand waqt il-perijodu tal-istazzjonament, u post il-membri tat-timijiet fil-katina tal-kmand; |
(g) |
it-tagħmir tekniku li ser jintuża matul l-operazzjoni konġunta, inkluż ir-rekwiżiti speċifiċi bħal pereżempju l-kundizzjonijiet għall-użu, l-ekwipaġġ meħtieġ, it-trasport u loġistika oħra, u dispożizzjonijiet finanzjarji; |
(h) |
dispożizzjonijiet dettaljati dwar ir-rapportar ta' inċidenti mmedjati mill-Aġenzija lill-bord amministrattiv u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti; |
(i) |
skema ta' rapportar u evalwazzjoni li jkollha punti ta' riferiment għar-rapport ta' evalwazzjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, u s-sottomissjoni tad-data finali tar-rapport ta' evalwazzjoni finali; |
(j) |
dwar operazzjonijiet fuq il-baħar, informazzjoni speċifika dwar l-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni u l-leġislazzjoni rilevanti fiż-żona ġeografika fejn issir l-operazzjoni konġunta, inklużi referenzi għal-liġi nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni fir-rigward tal-interċettazzjoni, is-salvataġġ fuq il-baħar u l-iżbark. F'dan ir-rigward il-pjan operazzjonali għandu jiġi stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 656/2014; |
(k) |
it-termini ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, korpi, uffiċċji u aġenziji, oħra tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(l) |
proċeduri li bihom persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, vittmi tat-traffikar ta' bnedmin, minorenni mhux akkumpanjati u persuni f'sitwazzjoni vulnerabbli jiġu ggwidati lejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għal assistenza xierqa; |
(m) |
il-proċeduri li jistabbilixxu mekkaniżmu biex jirċievu u jittrażmettu lill-Aġenzija lment kontra kull persuna li tipparteċipa f'operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntieri, inkluż gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor tal-Istat Membru ospitanti u l-membri tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntieri b'allegat ksur tad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-parteċipazzjoni tagħhom f'operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fil-fruntiera; |
(n) |
arranġamenti loġistiċi inkluż l-informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-ambjent taż-żoni li fiha hija prevista li sseħħ l-operazzjoni konġunta. |
4. Għal kwalunkwe emenda jew adattament għall-pjan operazzjonali għandu jkun hemm ftehim bejn id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri parteċipanti. L-Aġenzija għandha tintbagħat minnufih kopja tal-pjan operazzjonali emendat jew adattat lill-Istati Membri parteċipanti.
Artikolu 17
Proċedura għat-tnedija ta' intervent rapidu fil-fruntiera
1. Talba minn Stat Membru biex jitnieda intervent rapidu fil-fruntiera għandha tinkludi deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, il-miri possibbli u l-ħtiġijiet previsti. Jekk ikun meħtieġ, id-direttur eżekuttiv jista' jibgħat immedjatament esperti mill-Aġenzija biex jivvalutaw is-sitwazzjoni fil-fruntieri esterni tal-Istat Membru kkonċernat.
2. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma minnufih lill-bord amministrattiv b'talba ta' Stat Membru biex jitnieda intervent rapidu fil-fruntiera.
3. Meta jiddeċiedi dwar it-talba ta' Stat Membru, id-direttur eżekuttiv għandu jikkunsidra s-sejbiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Aġenzija u l-livell ta' analiżi tal-istampa tas-sitwazzjoni Ewropea stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 kif ukoll ir-riżultat tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà msemmija fl-Artikolu 13 u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti pprovduta mill-Istat Membru kkonċernat jew minn Stat Membru ieħor.
4. Id-direttur eżekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar it-talba għat-tnedija ta' intervent rapidu fil-fruntiera fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-wasla tat-talba. Id-direttur eżekuttiv għandu fl-istess ħin javża lill-Istat Membru kkonċernat u lill-bord amministrattiv bil-miktub dwar id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha tagħti r-raġunijiet ewlenin li tkun ġiet ibbażata fuqhom.
5. Jekk id-direttur eżekuttiv jiddeċiedi li jniedi intervent rapidu fil-fruntiera, huwa jew hija għandu/għandha j/tistazzjona t-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta mir-riżerva ta' reazzjoni rapida skont l-Artikolu 20(5) u mill-grupp ta' tagħmir ta' reazzjoni rapida skont l-Artikolu 39(7), u fejn meħtieġ, huwa jew hija għandu/għandha jiddeċiedi/tiddeċiedi dwar it-tisħiħ immedjat mit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, skont l-Artikolu 20(8).
6. Id-direttur eżekuttiv flimkien mal-Istat Membru ospitanti għandu jfassal pjan operazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 16(3) immedjatament u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard minn tliet ijiem ta' xogħol mid-data tad-deċiżjoni.
7. Hekk kif jintlaħaq ftehim dwar il-pjan operazzjonali u jingħata lill-Istati Membri, id-direttur eżekuttiv għandu jitlob bil-miktub lill-Istati Membri biex jibagħtu immedjatament lill-gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor li jagħmel parti mir-riżerva ta' reazzjoni rapida. Id-direttur eżekuttiv għandu jindika l-profili u n-numru ta' gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor, meħtieġa minn kull Stat Membru minn fost dawk identifikati fir-grupp ta' riżerva ta' reazzjoni rapida.
8. B'mod parallel għall-istazzjonar imsemmi fil-paragrafu 7, u fejn meħtieġ, biex jiżgura l-infurzar immedjat tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntieri u tal-Kosta stazzjonati mir-riżerva ta' reazzjoni rapida, id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-Istati Membri dwar in-numru u l-profili tal-gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor mitluba li għandhom jiġu stazzjonati addizzjonalment. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta, bil-miktub lill-punti ta' kuntatt nazzjonali u għandha tindika d-data li fiha jrid isir l-istazzjonament. Kopja tal-pjan operazzjonali għandha tiġi pprovduta lilhom ukoll.
9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-numru u l-profili tal-gwardji tal-fruntieri jew ta' persunal rilevanti ieħor assenjati lir-riżerva ta' reazzjoni rapida jkunu immedjatament disponibbli għall-Aġenzija biex jiġi ggarantit stazzjonament sħiħ f'konformità mal-Artikolu 20(5) u (7). L-Istati Membri għandhom jagħmlu wkoll disponibbli gwardji tal-fruntieri addizzjonali u persunal rilevanti ieħor mir-riżerva nazzjonali f'konformità mal-Artikolu 20(8).
10. L-istazzjonament tar-riżerva ta' reazzjoni rapida għandu jsir sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara d-data li fiha l-pjan operazzjonali jiġi miftiehem bejn id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti. L-istazzjonament addizzjonali ta' timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jsir fejn meħtieġ, fi żmien sebat ijiem tax-xogħol mill-istazzjonament tar-riżerva ta' reazzjoni rapida.
11. Jekk tintuża r-riżerva ta' reazzjoni rapida, id-direttur eżekuttiv għandu, f'konsultazzjoni mal-bord amministrattiv, jikkunsidra immedjatament l-prijoritajiet fir-rigward tal-operazzjonijiet konġunti tal-Aġenzija li għaddejjin u huma previsti fil-fruntieri esterni l-oħra sabiex tiġi prevista r-riallokazzjoni possibbli tar-riżorsi lejn iż-żoni tal-fruntieri esterni fejn l-aktar hemm bżonn ta' stazzjonament imsaħħaħ.
Artikolu 18
Timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni
1. Fejn Stat Membru jiffaċċja sfidi migratorji sproporzjonati f'żoni hotspot partikolari fil-fruntieri esterni tiegħu, karatterizzati mill-wasla ta' flussi migratorji kbar u mħallta, dak l-Istat Membru jista' jitlob it-tisħiħ tekniku u operazzjonali minn timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. Dak l-Istat Membru għandu jissottometti talba għal tisħiħ u valutazzjoni tal-bżonnijiet tiegħu lill-Aġenzija u l-aġenziji l-oħra rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-EASO u l-Europol.
2. Id-direttur eżekuttiv, f'koordinazzjoni ma' aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni, għandu jivvaluta t-talba ta' Stat Membru għat-tisħiħ u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiegħu sabiex jiġi definit il-pakkett komprensiv ta' tisħiħ li jikkonsisti minn diversi attivitajiet koordinati mill-aġenziji tal-Unjoni rilevanti li jrid jintlaħaq ftehim dwarhom mal-Istat Membru kkonċernat.
3. Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti u l-aġenziji rilevanti, tistabbilixxi t-termini tal-kooperazzjoni fiż-żona hotspot u tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni.
4. It-tisħiħ tekniku u operazzjonali provdut mit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, it-timijiet ta' intervent Ewropew għar-ritorn u l-esperti mill-persunal tal-Aġenzija fil-qafas tal-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, jista' jinkludi:
(a) |
fir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, l-għoti ta' assistenza fl-iskrinjar ta' ċittadini minn pajjiżi terzi li jaslu fil-fruntieri esterni, inkluż l-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni, u d-debriefing ta' dawk iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u, fejn mitlub mill-Istat Membru, il-marki tas-swaba ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u l-għoti ta' informazzjoni dwar l-iskop ta' dawn il-proċeduri; |
(b) |
l-għoti ta' informazzjoni inizjali lill-persuni li jixtiequ japplikaw għal protezzjoni internazzjonali u r-riferiment tagħhom lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jew l-EASO; |
(c) |
assistenza teknika u operazzjonali fil-qasam tar-ritorn, inkluż it-tħejjija u l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn. |
5. It-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni għandhom jinkludu, fejn meħtieġ, esperti fil-protezzjoni tat-tfal, it-traffikar tal-bnedmin, il-protezzjoni kontra l-persekuzzjoni bbażata fuq is-sess u/jew id-drittijiet fundamentali.
Artikolu 19
Sitwazzjoni fil-fruntieri esterni li teħtieġ azzjoni urġenti
1. Fejn il-kontroll tal-fruntieri esterni sar ineffettivi sal-punt li jista' jipperikola l-funzjonament taż-żona Schengen minħabba li:
(a) |
Stat Membru ma jiħux il-miżuri meħtieġa skont deċiżjoni tal-bord amministrattiv imsemmija fl-Artikolu 13(8); jew |
(b) |
Stat Membru li qed jiffaċċja sfidi speċifiċi u sproporzjonati fuq il-fruntieri esterni ma jkunx talab għal biżżejjed appoġġ mill-Aġenzija taħt l-Artikolu 15, 17 jew 18, jew mhuwiex jieħu l-passi meħtieġa biex jimplimenta l-azzjonijiet taħt dawk l-Artikoli, |
il-Kunsill abbażi ta' proposta mill-Kummissjoni, jista' jadotta mingħajr dewmien deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li tidentifika miżuri biex jitnaqqsu dawn ir-riskji li għandhom jiġu implimentati mill-Aġenzija u li titlob lill-Istat Membru kkonċernat biex jikkoopera mal-Aġenzija fl-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Aġenzija qabel ma tagħmel il-proposta tagħha.
2. Jekk tinqala' sitwazzjoni li teħtieġ azzjoni urġenti, il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien u għandu jiġi infurmat ukoll dwar il-miżuri u d-deċiżjonijiet sussegwenti kollha meħuda b'reazzjoni.
3. Biex jitnaqqas ir-riskju li tiġi pperikolata ż-żona Schengen, id-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1, għandha tipprevedi waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin li għandhom jittieħdu mill-Aġenzija:
(a) |
torganizza u tikkoordina interventi rapidi fil-fruntiera u tistazzjona t-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta mir-riżerva ta' reazzjoni rapida, u timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta addizzjonali kif ikun xieraq; |
(b) |
tibgħat lit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestoni tal-migrazzjoni f'żoni hotspot; |
(c) |
tikkoordina l-attivitajiet għal Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inklużi operazzjonijiet konġunti ma' pajjiżi terzi ġirien; |
(d) |
tuża tagħmir tekniku; |
(e) |
torganizza interventi ta' ritorn. |
4. Id-direttur eżekuttiv għandu, fi żmien jumejn tax-xogħol mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1:
(a) |
jiddetermina l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri identifikati f' dik id-deċiżjoni, inkluż it-tagħmir tekniku u n-numru u l-profili tal-gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dik id-deċiżjoni; |
(b) |
ifassal pjan operazzjonali u jippreżentah lill-Istati Membri kkonċernati. |
5. Id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru kkonċernat għandhom jaqblu dwar il-pjan operazzjonali fi żmien tliet ijiem tax-xogħol mid-data tal-preżentazzjoni tiegħu.
6. L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mill-istabbiliment tal-pjan operazzjonali, tibgħat lill-persunal meħtieġ mir-riżerva ta' reazzjoni rapida msemmija fl-Artikolu 20(5) għat-twettiq prattiku tal-miżuri identifikati fid-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta addizzjonali għandhom jintbagħtu kif meħtieġ fit-tieni stadju u fi kwalunkwe każ fi żmien sebat ijiem ta' xogħol mill-istazzjonament tar-riżerva ta' reazzjoni rapida.
7. L-Aġenzija għandha, mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem ta' xogħol mill-istabbiliment tal-pjan operazzjonali, tuża t-tagħmir meħtieġ għall-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri identifikati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1.
Għandu jintuża tagħmir tekniku addizzjonali kif meħtieġ fit-tieni stadju skont l-Artikolu 39.
8. L-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonforma mad-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1. Għal dak il-għan dan għandu immedjatament jikkoopera mal-Aġenzija u jieħu l-azzjoni meħtieġa biex jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni u l-eżekuzzjoni prattika tal-miżuri stabbiliti f'din id-deċiżjoni u fil-pjan operazzjonali miftiehem mad-direttur eżekuttiv.
9. L-Istati Membri għandhom ipoġġu għad-dispożizzjoni l-gwardji tal-fruntieri u persunal rilevanti ieħor, jew il-persunal involut fil-kompiti b'rabta mar-ritorn, stabbilit mid-direttur eżekuttiv skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. L-Istati Membri ma jistgħux jinvokaw is-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 20(3) u (8).
10. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jikkonformax mad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 30 jum u ma jikkooperax mal-Aġenzija kif previst taħt il-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' tiskatta l-proċedura prevista fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2016/399.
Artikolu 20
Kompożizzjoni u stazzjonament tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta
1. L-Aġenzija għandha tibgħat gwardji tal-fruntieri u persunal rilevanti ieħor bħal membri tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntieri u tal-Kosta f'operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera u fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni. L-Aġenzija tista' wkoll tibgħat esperti mill-persunal tagħha stess.
2. Fuq proposta mid-direttur eżekuttiv, il-bord amministrattiv għandu jiddeċiedi b'maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt għall-vot dwar il-profili u n-numru globali tal-gwardji tal-fruntieri u persunal rilevanti ieħor li għandhom ikunu disponibbli għat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntieri u tal-Kosta. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta' kwalunkwe bidla sussegwenti fil-profili u n-numri globali. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntieri u tal-Kosta permezz ta' riżerva nazzjonali bbażata fuq il-profili differenti definiti billi jinħatru gwardji tal-fruntieri u persunal rilevanti ieħor li jikkorrispondu għall-profili meħtieġa.
3. Il-kontribuzzjoni mill-Istati Membri fir-rigward tal-gwardji tal-fruntiera tagħhom għal operazzjonijiet konġunti speċifiċi għas-sena ta' wara għandha tiġi ppjanata fuq il-bażi ta' negozjati bilaterali annwali u ftehimiet bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont dawk il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-gwardji tal-fruntiera biex jintbagħtu fuq talba tal-Aġenzija, sakemm l-Istat Membru ma jkunx qiegħed jiffaċċja sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b'mod sostanzjali t-twettiq tal-kompiti nazzjonali. Talba bħal din għandha ssir ta' mill-anqas 21 jum ta' xogħol qabel l-użu previst. Jekk Stat Membru jinvoka tali sitwazzjoni eċċezzjonali, hu għandu jagħti raġunijiet u informazzjoni komprensivi dwar is-sitwazzjoni lill-Aġenzija bil-miktub, li l-kontenut tagħhom għandu jiġi inkluż fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 12.
4. Fir-rigward ta' interventi rapidi fil-fruntiera, wara proposta mid-direttur eżekuttiv, il-bord amministrattiv għandu jiddeċiedi bi tliet kwarti maġġoranza fuq il-profili u n-numru minimu ta' gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor li jikkorrispondu ma' dawn il-profili li għandhom ikunu disponibbli għar-riżerva ta' reazzjoni rapida tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntieri u tal-Kosta. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta' kull bidla sussegwenti fil-profili u n-numri globali ta' gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor tar-riżerva ta' reazzjoni rapida. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għar-riżerva ta' reazzjoni rapida permezz ta' riżerva ta' esperti nazzjonali abbażi tal-profili differenti definiti billi jinnominaw gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor li jikkorrispondu għall-profili meħtieġa.
5. Ir-riżerva ta' reazzjoni rapida għandha tkun korp permanenti għad-dispożizzjoni immedjata tal-Aġenzija u li jista' jintbagħat minn kull Stat Membru fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-pjan operazzjonali jiġi miftiehem bejn id-direttur eżekuttiv u l-Istat Membru ospitanti. Għal dak il-għan, kull Stat Membru għandu, fuq bażi annwali, jagħmel disponibbli għall-Aġenzija numru ta' gwardji tal-fruntieri jew persunal ieħor rilevanti. Il-profili tagħhom għandhom ikunu kif definiti fid-deċiżjoni tal-bord amministrattiv. In-numru total tal-persunal li jitqiegħed għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri għandu jkun ta' mill-anqas 1 500 gwardja tal-fruntiera jew persunal rilevanti ieħor. L-Aġenzija tista' tivverifika jekk il-gwardji tal-fruntiera proposti mill-Istati Membri jikkorrispondu għal profili definiti. L-Aġenzija tista' titlob li Stat Membru jneħħi gwardja tal-fruntiera mir-riżerva f'każ ta' mġiba ħażina jew ksur tar-regoli applikabbli.
6. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-kontribuzzjoni tiegħu tgħan-numru ta' gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor kif imsemmi fil-paragrafu 5, f'konformità mal-Anness I.
7. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-gwardji tal-fruntieri u/jew persunal rilevanti ieħor mir-riżerva ta' reazzjoni rapida disponibbli fuq talba tal-Aġenzija. Jekk analiżi tar-riskju u kwalunkwe valutazzjoni tal-vulnerabbiltà disponibbli juru li Stat Membru qed jiffaċċja sitwazzjoni li taffettwa b'mod sostanzjali t-twettiq ta' kompiti nazzjonali, il-kontribuzzjoni tiegħu għall-istazzjonament ta' intervent rapidu fil-fruntieri għandu jkun nofs il-kontribuzzjoni tiegħu ffissatta fl-Anness I. Stat Membru ospitanti fejn ikun qed isir intervent rapidu fil-fruntieri m'għandux jistazzjonapersunal li jifforma parti mill-kontribuzzjoni fissa tiegħu lejn ir-riżerva ta' reazzjoni rapida. Jekk ikun hemm nuqqas ta' persunal għall-istazzjonament fl-intervent rapidu fil-fruntieri, il-bord amministrattiv, għandu jiddeċiedi kif ser jimtela dak in-nuqqas, abbażi ta' proposta mid-direttur eżekuttiv.
8. Fejn meħtieġ, l-istazzjonament ta' timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntieri u tal-Kosta mir-riżerva ta' reazzjoni rapida għandu jiġi immedjatament supplementat b'timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntieri u tal-Kosta. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom, fuq talba tal-Aġenzija, jikkomunikaw immedjatament in-numru, l-ismijiet u l-profili tal-gwardji tal-fruntieri u persunal rilevanti ieħor mir-riżerva nazzjonali tagħhom li huma jistgħu jagħmlu disponibbli fi żmien sebat ijiem tax-xogħol mill-bidu tal-intervent rapidu fil-fruntiera. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu l-gwardji tal-fruntieri u persunal rilevanti ieħor disponibbli għall-istazzjonament fuq talba tal-Aġenzija, sakemm l-Istat Membru ma jkunx qed jiffaċċja sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa b'mod sostanzjali it-twettiq ta' kompiti nazzjonali. Jekk Stat Membru jinvoka tali sitwazzjoni eċċezzjonali, hu għandu jagħti raġunijiet u informazzjoni komprensivi dwar is-sitwazzjoni lill-Aġenzija bil-miktub, li l-kontenut tagħhom għandu jiġi inkluż fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 12.
9. Jekk tinqala' sitwazzjoni fejn aktar gwardji tal-fruntiera huma rikjesti milli previst skont il-paragrafi 5 u 8, id-direttur eżekuttiv għandu immedjatament jinforma lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Huwa jew hija għandu/għandha wkoll jistieden/tistieden lill-Kunsill ifittex impenji mill-Istati Membri biex jimtela dan in-nuqqas.
10. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-gwardji tal-fruntieri u persunal rilevanti ieħor li huma jikkontribwixxu jkunu jaqblu mal-profili u n-numri deċiżi mill-bord amministrattiv. Id-dewmien tal-istazzjonament għandu jiġi determinat mill-Istat Membru tal-oriġini iżda fi kwalunkwe każ m'għandux ikun anqas minn 30 jum għajr jekk l-operazzjoni, li tagħha l-istazzjonament huwa parti, tkun iqsar minn 30 jum.
11. L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntieri u tal-Kosta bi gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor kompetenti sekondati mal-Aġenzija mill-Istati Membri bħala esperti nazzjonali. Il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri fir-rigward tas-sekondar tal-gwardji tal-fruntiera jew persunal rilevanti ieħor tagħhom għas-sena ta' wara għandu jkun ippjanat fuq il-bażi ta' negozjati u ftehimiet bilaterali ta' kull sena bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. Skont ma jkun jingħad f'dawk il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jagħmlu lill-gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor disponibbli għas-sekondar, sakemm dan ma jkunx jaffettwa serjament it-twettiq tal-kompiti nazzjonali. F'tali sitwazzjonijiet l-Istati Membri jistgħu jsejħu lura lill-gwardji tagħhom tal-fruntiera jew persunal rilevanti ieħor li jkunu ġew issekondati.
Tali sekondar jista' jkun għal 12-il xahar jew aktar iżda fi kwalunkwe każ dan ma għandux ikun anqas minn tliet xhur. Il-gwardji tal-fruntieri u persunal rilevanti ieħor sekondati għandhom jiġu kunsidrati bħala membri tat-timijiet u għandu jkollhom il-kompiti u s-setgħat tal-membri tat-timijiet. L-Istat Membru li jkun issekonda dawk il-gwardji tal-fruntieri jew persunal rilevanti ieħor għandu jitqies li jkun l-Istat Membru ta' oriġini.
Persunal ieħor impjegat mill-Aġenzija fuq bażi temporanja li mhuwiex ikkwalifikat biex iwettaq funzjonijiet ta' kontrolli fuq il-fruntiera għandu jintbagħat biss matul operazzjonijiet konġunti għal kompiti ta' koordinazzjoni u kompiti oħra li ma jitolbux taħriġ sħiħ tal-gwardji tal-fruntieri. Huma ma għandhomx jagħmlu parti mit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntieri u tal-Kosta.
12. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew fuq bażi annwali dwar in-numru ta' gwardji tal-fruntiera li kull Stat Membru jkun impenja u n-numru ta' gwardji tal-fruntiera li attwalment huma stazzjonati mat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta skont dan l-Artikolu. Dan ir-rapport għandu jelenka l-Istati Membri li invokaw is-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fil-paragrafi 3 u 8 fis-sena preċedenti. Huwa għandu jinkludi wkoll ir-raġunijiet u l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 21
Istruzzjonijiet lit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera
1. Waqt l-istazzjonament tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, l-Istat Membru ospitanti għandu jagħti struzzjonijiet lit-timijiet f'konformità mal-pjan operazzjonali.
2. L-Aġenzija, permezz tal-uffiċjal tal-koordinazzjoni tagħha, tista' tikkomunika l-fehmiet tagħha lill-Istat Membru ospitanti fuq l-istruzzjonijiet mogħtija lit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta. F'dak il-każ, l-Istat Membru ospitanti għandu jikkunsidra dawn il-fehmiet u jsegwihom sa fejn ikun possibbli.
3. F'każijiet fejn l-istruzzjonijiet maħruġa lit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta ma jkunux konformi mal-pjan operazzjonali, l-uffiċjal tal-koordinazzjoni għandu immedjatament jirrapporta għand id-direttur eżekuttiv, li jista', jekk ikun xieraq, jieħu azzjoni skont l-Artikolu 25(3).
4. Il-membri tat-timijiet għandhom, fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, iħarsu b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali, fosthom l-aċċess għall-proċeduri tal-asil, u d-dinjità umana. Kwalunkwe miżura meħuda fit-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom għandha tkun proporzjonata mal-objettivi li dawn il-miżuri jippruvaw jiksbu. Waqt it-twettiq tal-kompiti tagħhom u fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, ma għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq bażi ta' sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali.
5. Il-membri tat-timijiet għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinari tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom. L-Istat Membru ta' oriġini għandu jipprevedi miżuri dixxiplinari jew oħrajn adatti f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet fundamentali jew obbligi ta' protezzjoni internazzjonali matul operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fuq il-fruntiera.
Artikolu 22
Uffiċjal ta' Koordinazzjoni
1. L-Aġenzija għandha tiżgura l-implimentazzjoni operazzjonali tal-aspetti organizzazzjonali kollha tal-operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota jew interventi rapidi fil-fruntiera, inkluż il-preżenza ta' membri tal-persunal tal-Aġenzija.
2. Id-direttur eżekuttiv għandu jaħtar espert wieħed jew aktar mill-persunal tal-Aġenzija biex jintbagħat bħala uffiċjal ta' koordinazzjoni għal kull operazzjoni konġunta jew intervent rapidu fuq il-fruntiera. Id-direttur eżekuttiv għandu jinnotifika lill-Istat Membru ospitanti bil-ħatra.
3. L-uffiċjal ta' koordinazzjoni għandu jaġixxi f'isem l-Aġenzija fl-aspetti kollha tal-istazzjonament tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta. Ir-rwol tal-uffiċjali ta' koordinazzjoni għandu jkun li jrawwem il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri ospitanti u parteċipanti. B'mod partikolari, l-uffiċjal ta' koordinazzjoni għandu:
(a) |
jaġixxi bħala interface bejn l-Aġenzija, l-Istat Membru ospitanti u l-membri tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, billi jipprovdi assistenza, f'isem l-Aġenzija, fuq il-kwistjonijiet kollha marbuta mal-kondizzjonijiet tal-istazzjonament tagħhom lit-timijiet; |
(b) |
jissorvelja l-implimentazzjoni korretta tal-pjan operazzjonali, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u jirrapporta lill-Aġenzija dwar dan; |
(c) |
jaġixxi f'isem l-Aġenzija fl-aspetti kollha tal-istazzjonament tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta u jirrapporta lill-Aġenzija dwar dawk l-aspetti kollha; |
(d) |
jirrapporta lid-direttur eżekuttiv fejn l-istruzzjonijiet maħruġa lit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta mill-Istati Membri ospitanti ma jkunux konformi mal-pjan operazzjonali. |
4. Fil-kuntest ta' operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil--fruntiera, id-direttur eżekuttiv jista' jawtorizza lill-uffiċjal ta' koordinazzjoni li jassisti ħalli jsolvi kwalunkwe nuqqas ta' qbil dwar it-twettiq tal-pjan operazzjonali u l-istazzjonament tat-timijiet.
Artikolu 23
Punt ta' kuntatt nazzjonali
L-Istati Membri għandhom jappuntaw punt ta' kuntatt nazzjonali għall-komunikazzjoni mal-Aġenzija dwar il-kwistjonijiet kollha li jkollhom x'jaqsmu mal-attivitajiet tal-Aġenzija. Il-punt ta' kuntatt nazzjonali għandu jkun jista' jintlaħaq f'kull ħin.
Artikolu 24
Spejjeż
1. L-Aġenzija għandha tkopri bis-sħiħ l-ispejjeż li ġejjin imġarrba mill-Istati Membri meta jagħmlu disponibbli l-gwardji tal-fruntiera tagħhom u persunal rilevanti ieħor għall-finijiet tal-istazzjonament tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, inkluża r-riżerva ta' reazzjoni rapida:
(a) |
l-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-Istat Membru ta' oriġini lejn l-Istat Membru ospitanti u mill-Istat Membru ospitanti lejn l-Istat Membru ta' oriġini; |
(b) |
spejjeż marbuta ma' tilqim; |
(c) |
spejjeż marbuta ma' ħtiġijiet ta' assigurazzjoni speċjali; |
(d) |
spejjeż marbuta mal-kura tas-saħħa; |
(e) |
konċessjoni għas-sussistenza ta' kuljum, inklużi spejjeż ta' akkomodazzjoni; |
(f) |
spejjeż marbuta mat-tagħmir tekniku tal-Aġenzija. |
2. Regoli dettaljati dwar il-ħlas tal-konċessjoni għas-sussistenza ta' kuljum tal-membri tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiġu stabbiliti u aġġornati kif meħtieġ mill-bord amministrattiv.
Artikolu 25
Sospensjoni jew terminazzjoni tal-attivitajiet
1. Id-direttur eżekuttiv għandu jtemm l-attivitajiet tal-Aġenzija jekk il-kundizzjonijiet biex jitwettqu dawk l-attivitajiet ma jibqgħux issodisfati. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-Istat Membru kkonċernat qabel tali terminazzjoni.
2. L-Istati Membri li jipparteċipaw f'operazzjoni konġunta, f'intervent rapidu fuq il-fruntiera jew fl-istazzjonament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jistgħu jitolbu lid-direttur eżekuttiv itemm dik l-operazzjoni konġunta, jew intervent rapidu fuq il-fruntiera jew l-istazzjonament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni.
3. Id-direttur eżekuttiv jista', wara li jinforma lill-Istati Membri kkonċernati, jirtira l-finanzjament ta' attività jew jissospendih jew ittemmu jekk il-pjan operazzjonali ma jiġix rispettat mill-Istat Membru ospitanti.
4. Id-direttur eżekuttiv, wara li jikkonsulta l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u jinforma lill-Istat Membru kkonċernat, għandu jirtira l-finanzjament ta' operazzjoni konġunta, jew ta' intervent rapidu fil-fruntiera, proġett pilota, l-istazzjonament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, operazzjoni ta' ritorn, intervent ta' ritorn jew arranġament ta' ħidma jew jissospendi jew itemm, kompletament jew parzjalment tali attivitajiet, jekk huwa jew hija jqis/tqis li hemm ksur ta' drittijiet fundamentali jew tal-obbligi ta' protezzjoni internazzjonali li huma ta' natura gravi jew li x'aktarx jippersistu. Id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-bord amministrattiv b'tali deċiżjoni.
5. F'każ li d-direttur eżekuttiv jiddeċiedi li jissospendi jew itemm istazzjonament mill-Aġenzija ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, huwa għandu jinforma lill-aġenziji rilevanti l-oħra attivi f' dik iż-żona hotspot ta' dik id-deċiżjoni.
Artikolu 26
Evalwazzjoni tal-attivitajiet
Id-direttur eżekuttiv għandu jevalwa r-riżultati tal-operazzjonijiet konġunti u l-interventi rapidi fil-fruntiera, il-proġetti pilota, l-istazzjonamenti ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-kooperazzjoni operazzjonali ma' pajjiżi terzi. Huwa jew hija għandu/ha jibgħat/tibgħat ir-rapporti dettaljati tal-evalwazzjoni fi żmien 60 jum wara t-tmiem ta' dawk l-attivitajiet lill-bord amministrattiv flimkien mal-osservazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. Id-direttur eżekuttiv għandu jagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta' dawk ir-riżultati bl-iskop li tittejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effettività tal-attivitajiet futuri, u għandu jinkludi dik l-analiżi fir-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija.
Artikolu 27
Ritorn
1. L-Aġenzija għandha, fir-rigward tar-ritorn,, u skont ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji ġenerali mal-liġi tal-Unjoni kif ukoll għad-dritt internazzjonali, inkluża l-protezzjoni tar-refuġjati u d-drittijiet tat-tfal, b'mod partikolari:
(a) |
jikkoordina fuq livell tekniku u operazzjonali attivitajiet relatati mar-ritorn tal-Istati Membri, fosthom it-tluq volontarju, sabiex tinħoloq sistema integrata ta' ġestjoni tar-ritorn bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra; |
(b) |
jagħti assistenza teknika u operazzjonali lill-Istati Membri li jiltaqgħu ma' sfidi partikolari fir-rigward tas-sistemi ta' ritorn tagħhom; |
(c) |
jikkoordina l-użu ta' sistemi tal-Informatika rilevanti u jipprovdi appoġġ lill-Istati Membri dwar kooperazzjoni konsulari għall-identifikazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u l-ksib ta' dokumenti tal-ivvjaġġar, mingħajr ma jiżvela informazzjoni relatata mal-fatt li tkun saret applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali; jorganizza u jikkoordina operazzjonijiet ta' ritorn u jipprovdi appoġġ bit-tluq volontarju, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri; |
(d) |
jorganizza, jippromwovi u jikkoordina attivitajiet li jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni u l-identifikazzjoni u l-qsim tal-aħjar prattika fi kwistjonijiet ta' ritorn bejn l-Istati Membri; |
(e) |
jiffinanzja jew jikkofinanzja l-operazzjonijiet, l-interventi u l-azzjonijiet imsemmija f'dan il-Kapitolu mill-baġit tiegħu, f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija. |
2. L-assistenza teknika u operazzjonali msemmija f'punt (b) ta' paragrafu 1 għandha tinkludi attivitajiet biex tgħin lill-Istati Membri jwettqu proċeduri ta' ritorn mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti billi jipprovdu, b'mod partikolari:
(a) |
servizzi ta' interpretazzjoni; |
(b) |
informazzjoni prattika dwar pajjiżi terzi ta' ritorn rilevanti għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, f'kooperazzjoni, fejn xieraq, ma' korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni inkluż l-EASO; |
(c) |
pariri dwar l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' proċeduri ta' ritorn f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE; |
(d) |
pariri u assistenza, f'konformità mad-Direttiva 2008/115/KE u d-dritt internazzjonali, dwar il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw id-disponibbiltà ta' persuni rimpatrijati għal skopijiet ta' ritorn u jevitaw li dawn il-persuni milli jaħarbu. |
3. L-Aġenzija għandha l-għan li tibni sinerġiji u torbot netwerks u programmi ffinanzjati mill-Unjoni fil-qasam tar-ritorn, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u bl-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati, fosthom in-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni.
4. L-Aġenzija tista' tagħmel użu mill-mezzi finanzjarji tal-Unjoni li huma disponibbli għal attivitajiet ta' ritorn. L-Aġenzija għandha tiżgura li fil-ftehimiet tagħha ta' għotja mal-Istati Membri kull appoġġ finanzjarju jingħata bil-kondizzjoni li jkun hemm rispett sħiħ tal-Karta.
Artikolu 28
Operazzjonijiet ta' ritorn
1. Mingħajr ma toqgħod tidħol fil-mertu tad-deċiżjonijiet ta' ritorn u skont mad-Direttiva 2008/115/KE, l-Aġenzija għandha tipprovdi l-assistenza meħtieġa u, fuq it-talba ta' wieħed jew bosta Stati Membri parteċipanti, tiżgura l-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta' ritorn, inkluż permezz tal-kiri ta' inġenji tal-ajru għall-fini tali operazzjonijiet. L-Aġenzija tista', fuq inizjattiva proprja, tipproponi lill-Istati Membri biex jikkoordinaw jew jorganizzaw operazzjonijiet ta' ritorn.
2. L-Istati Membri għandhom fuq bażi ta' kull xahar jinformaw lill-Aġenzija dwar l-ippjanar indikattiv tan-numru ta' dawk li jirritornaw u tal-pajjiżi terzi ta' ritorn, it-tnejn fir-rigward tal-operazzjonijiet nazzjonali rilevanti ta' ritorn, u dwar il-ħtiġijiet tagħhom għal assistenza jew koordinazzjoni mill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tfassal pjan operazzjonali kontinwu sabiex tipprovdi lill-Istati Membri li jagħmlu t-talba bit-tisħiħ operazzjonali meħtieġ, inkluż permezz ta' tagħmir tekniku. L-Aġenzija, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba ta' Stat Membru, tista' tinkludi fil-pjan operazzjonali kontinwu d-dati u d-destinazzjonijiet tal-operazzjonijiet ta' ritorn li tqis li huma meħtieġa, fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet. Il-bord amministrattiv għandu jiddeċiedi, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, fuq il-modus operandi tal-pjan operazzjonali li jkun għaddej.
3. L-Aġenzija tista' tipprovdi l-assistenza meħtieġa u, jew fuq talba tal-Istati Membri parteċipanti jew abbażi tal-proposta tagħha proprja, tiżgura l-koordinazzjoni jew l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn, li għalihom il-mezzi ta' trasport u l-iskorti tar-ritorn imġiegħel huma pprovduti minn pajjiż terz tar-ritorn (“operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir”). L-Istati Membri parteċipanti u l-Aġenzija għandhom jiżguraw li l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, il-prinċipju ta' non-refoulement, u l-użu proporzjonat ta' mezzi ta' restrizzjoni jkunu garantiti matul l-operazzjoni ta' ritorn kollha. Mill-anqas rappreżentant wieħed ta' Stat Membru u spettur wieħed tar-ritorn imġiegħel mir-riżerva stabbilita skont l-Artikolu 29 jew mis-sistema ta' sorveljanza nazzjonali tal-Istat Membru parteċipanti għandhom ikunu preżenti matul l-operazzjoni kollha ta' ritorn sal-wasla fil-pajjiż terz ta' ritorn.
4. Id-direttur eżekuttiv għandu jfassal pjan ta' ritorn mingħajr dewmien għall-operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir. Id-direttur eżekuttiv ukwalunkwe Stat Membru parteċipanti għandhu jaqbel dwar il-pjan li jagħti dettalji dwar l-aspetti organizzattivi u proċedurali tal- operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir, filwaqt li jitqiesu l-implikazzjonijiet fuq id-drittijiet fundamentali u r-riskji ta' dawn l-operazzjonijiet. Kwalunkwe emenda jew adattament ta' dan il-pjan għandhom jirrikjedu l-qbil tal-partijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u f'dan il-paragrafu.
5. Il-pjan ta' ritorn tal-operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir għandu jorbot lill-Aġenzija u kwalunkwe Istat Membru parteċipanti. Għandu jkopri il-passi kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-operazzjonijiet ta' ritorn bi ġbir.
6. Kull operazzjoni ta' ritorn għandha tkun monitorjata skont l-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE. Il-monitoraġġ tal-operazzjonijiet ta' ritorn imġiegħel għandu jitwettaq mill-ispettur tar-ritorn imġiegħel fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti u għandu jkopri l-operazzjoni ta' ritorn kollha mill-fażi ta' qabel it-tluq sat-trasferiment tal-persuni rimpatrijati fil-pajjiż terz ta' ritorn. L-ispettur tar-ritorn imġiegħel għandu jressaq rapport dwar kull operazzjoni tar-ritorn imġiegħel lid-direttur eżekuttiv, lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri kollha involuti f'dik l-operazzjoni. Jekk ikun neċessarju, għandu jiġi żgurat segwitu xieraq mid-direttur eżekuttiv u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rispettivament.
7. Jekk l-Aġenzija jkollha tħassib dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali fir-rigward ta' operazzjoni ta' ritorn,hija għandha tikkomunikom lill-Istati Membri parteċipanti u lill-Kummissjoni.
8. Id-direttur eżekuttiv għandu jevalwa r-riżultati tal-operazzjonijiet ta' ritorn. Kull sitt xhur, huwa jew hija għandu/ha jittrasmett/tittrasmetti rapport ta' evalwazzjoni dettaljat li jkopri l-operazzjonijiet kollha ta' ritorn mwettqa matul is-semestru preċedenti lill-bord amministrattiv, flimkien mal-osservazzjonijiet tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. Id-direttur eżekuttiv għandu jagħmel analiżi komparattiva u komprensiva ta' dawk ir-riżultati bl-iskop li tittejjeb il-kwalità, il-koerenza u l-effettività tal-operazzjonijiet ta' ritorn futuri. Id-direttur eżekuttiv għandu jinkludi dik l-analiżi fir-rapport tiegħu ta' attività annwali tal-Aġenzija.
9. L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja operazzjonijiet ta' ritorn mill-baġit tagħha, f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija, filwaqt li tagħti prijorità lil dawk imwettqa minn aktar minn Stat Membru, jew minn żoni hotspot.
Artikolu 29
Riżerva ta' spetturi tar-ritorn imġiegħel
1. L-Aġenzija għandha, wara li tikkonsulta mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, toħloq riżerva ta' spetturi tar-ritorn imġiegħel minn korpi kompetenti li jwettqu operazzjonijiet ta' ritorn skont l-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE u li tħarrġu skont l-Artikolu 36 ta' dan ir-Regolament.
2. Il-bord amministrattiv għandu, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv jiddetermina l-profil u n-numru ta' spetturi tar-ritorn imġiegħel li għandu jkun disponibbli għal dik ir-riżerva. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta' kull bidla sussegwenti fil-profili u n-numri globali. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-kontribuzzjoni għar-riżerva billi jinnominaw l-ispetturi tar-ritorn imġiegħel li jikkorrispondu għall-profil definit. L-ispetturi tar-ritorn imġiegħel b'kompetenza esperta speċifika fil-protezzjoni tat-tfal għandhom jiġu inklużi fir-riżerva.
3. Il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri tal-ispetturi tar-ritorn imġiegħel tagħhom għal operazzjonijiet u interventi ta' ritorn speċifiċi għas-sena ta' wara għandu jiġi ppjanat fuq il-bażi ta' negozjati u ftehimiet bilaterali annwali bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. F'konformità ma' dawk il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-ispetturi tar-ritorn imġiegħel disponibbli biex jintbagħtu fuq it-talba tal-Aġenzija, sakemm ma jiġux iffaċċjati b'sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa sostanzjalment it-twettiq ta' kompiti nazzjonali. Tali talba għandha ssir mill-inqas 21 jum ta' xogħol qabel l-istazzjonament maħsub, jew ħamest ijiem ta' xogħol f'każ ta' intervent ta' ritorn rapidu.
4. L-Aġenzija għandha tagħmel l-ispetturi tar-ritorn imġiegħel disponibbli, fuq talba, lill-Istati Membri parteċipanti biex jissorveljaw, f'isimhom, l-implimentazzjoni korretta tal-operazzjoni ta' ritorn u l-interventi ta' ritorn tul id-dewmien tagħhom. Hija għandha tagħmel disponibbli spetturi tar-ritorn imġiegħel b'kompetenza esperta speċifika fil-protezzjoni tat-tfal għal kull operazzjoni ta' ritorn li tinvolvi t-tfal.
5. L-ispetturi tar-ritorn imġiegħel għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinarji tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom matul operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn.
Artikolu 30
Riżerva ta' Skorti tar-Ritorn Imġiegħel
1. L-Aġenzija għandha toħloq riżerva ta' skorti tar-ritorn imġiegħel minn korpi nazzjonali kompetenti li jwettqu operazzjonijiet ta' ritorn f'konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 8(4) u (5) tad-Direttiva 2008/115/KE u li tħarrġu f'konformità mal-Artikolu 36 ta' dan ir-Regolament.
2. Il-bord amministrattiv, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, għandu jiddetermina l-profil u n-numru ta' skorti tar-ritorn imġiegħel li għandhom jkunu disponibbli għar-riżerva. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta' kull bidla sussegwenti fil-profil u n-numri globali. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għar-riżerva billi jinnominaw l-iskorti tar-ritorn imġiegħel li jikkorrispondu għall-profil definit. L-iskorti tar-ritorn imġiegħel b'kompetenza esperta speċifika fil-protezzjoni tat-tfal għandhom jiġu inklużi fir-riżerva.
3. Il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri tal-iskorti tar-ritorn imġiegħel tagħhom għal operazzjonijiet u interventi ta' ritorn speċifiċi għas-sena ta' wara għandu jiġi ppjanat abbażi ta' negozjati u ftehimiet bilaterali annwali bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. F'konformità ma' dawk il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-iskorti tar-ritorn imġiegħel biex jiġu stazzjonati fuq it-talba tal-Aġenzija, sakemm ma jkunux iffaċċjati b'sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa sostanzjalment it-twettiq ta' kompiti nazzjonali. Tali talba għandha ssir mill-anqas 21 jum ta' xogħol qabel l-istazzjonament maħsub, jew ħamest ijiem ta' xogħol f'każ ta' intervent ta' ritorn rapidu.
4. L-Aġenzija għandha tagħmel l-iskorti tar-ritorn imġiegħel disponibbli fuq talba, lill-Istati Membri parteċipanti biex jeskortaw lil dawk li jirritornaw f'isimhom u biex jieħdu sehem f'operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn. Hija għandha tagħmel disponibbli spetturi tar-ritorn imġiegħel b'kompetenza esperta speċifika fil-protezzjoni tat-tfal għal kull operazzjoni ta' ritorn li tinvolvi t-tfal.
5. L-ispetturi tar-ritorn imġiegħel għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinarji tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom matul operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn.
Artikolu 31
Riżerva ta' speċjalisti tar-ritorn
1. L-Aġenzija għandha toħloq riżerva ta' speċjalisti tar-ritorn mill-korpi nazzjonali kompetenti u mill-persunal tal-Aġenzija, li jkollhom il-ħiliet u l-kompetenza meħtieġa biex iwettqu attivitajiet relatati mar-ritorn u li jkunu tħarrġu f'konformità mal-Artikolu 36. Dawk l-ispeċjalisti għandhom ikunu disponibbli biex iwettqu kompiti speċifiċi, bħall-identifikazzjoni ta' gruppi partikolari ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, il-ksib ta' dokumenti tal-ivvjaġġar minn pajjiżi terzi u l-faċilitazzjoni tal-kooperazzjoni konsulari.
2. Il-bord amministrattiv, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, għandu jiddetermina l-profil u n-numru tal-ispeċjalisti tar-ritorn li għandu jkun disponibbli għal dik ir-riżerva. L-istess proċedura għandha tapplika fir-rigward ta' kwalunkwe bidla sussegwenti fil-profili u n-numri globali. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għar-riżerva billi jinnominaw speċjalisti li jikkorrispondu għall-profil definit. L-ispeċjalisti tar-ritorn b'kompetenza esperta speċifika fil-protezzjoni tat-tfal għandhom jiġu inklużi fir-riżerva.
3. Il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri tal-ispeċjalisti tar-ritorn tagħhom għal operazzjonijiet u interventi ta' ritorn speċifiċi għas-sena ta' wara għandu jiġi ppjanat abbażi ta' negozjati u ftehimiet bilaterali annwali bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. F'konformità ma' dawn il-ftehimiet, l-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-ispeċjalisti tar-ritorn biex jintbagħtu fuq it-talba tal-Aġenzija, sakemm ma jkunux iffaċċjati b'sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa sostanzjalment it-twettiq ta' kompiti nazzjonali. Tali talba għandha ssir mill-anqas 21 jum ta' xogħol qabel l-istazzjonament maħsub, jew ħamest ijiem ta' xogħol f'każ ta' intervent ta' ritorn rapidu.
4. L-Aġenzija għandha tagħmel l-ispeċjalisti tar-ritorn disponibbli, fuq talba lill-Istati Membri li jipparteċipaw f'operazzjonijiet ta' ritorn, u biex jieħdu sehem f'interventi ta' ritorn. Hija għandha tagħmel disponibbli speċjalisti tar-ritorn b'kompetenzi speċifiċi fil-protezzjoni tat-tfal għal kwalunkwe operazzjoni ta' ritorn li tinvolvi t-tfal.
5. L-ispeċjalisti tar-ritorn għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri dixxiplinarji jew tal-Aġenzija jew tal-Istat Membru ta' oriġini tagħhom matul operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn.
Artikolu 32
Timijiet Ewropej ta' intervent ta' ritorn
1. L-Aġenzija għandha toħloq, mir-riżervi stabbiliti fl-Artikoli 29, 30 u 31, timijiet Ewropej ta' intervent ta' ritorn magħmula apposta biex jiġu stazzjonati matul interventi ta' ritorn.
2. L-Artikoli 21, 22 u 24 għandhom japplikaw mutatis mutandis għat-timijiet Ewropej ta' intervent għar-ritorn.
Artikolu 33
Interventi ta' ritorn
1. F'ċirkostanzi fejn Stat Membru qed jiffaċċja piż meta jimplimenta l-obbligu ta' ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa minn Stat Membru, l-Aġenzija għandha, fuq talba ta' dak l-Istat Membru, tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa fil-forma ta' intervent ta' ritorn. Dan l-intervent jista' jikkonsisti mill-istazzjonament ta' timijiet Ewropej ta' intervent ta' ritorn fl-Istat Membru ospitanti u l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn mill-Istat Membru ospitanti.
2. F'ċirkostanzi fejn Stat Membru jkun qed jiffaċċja sfida speċifika u sproporzjonata meta jimplimenta l-obbligi tiegħu li jirritorna ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma soġġetti għal deċiżjonijiet ta' ritorn maħruġa minn Stat Membru, l-Aġenzija għandha, fuq talba ta' dak l-Istat Membru, tipprovdi l-assistenza teknika u operazzjonali xierqa fil-forma ta' intervent ta' ritorn rapidu. L-Aġenzija tista' tipproponi fuq inizjattiva proprja li tipprovdi lil dak l-Istat Membru b'tali assistenza teknika u operazzjonali. Intervent ta' ritorn rapidu jista' jikkonsisti fl-istazzjonament rapidu ta' timijiet Ewropej ta' intervent ta' ritorn għall-Istat Membru ospitanti u fl-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn mill-Istat Membru ospitanti.
3. Fil-kuntest ta' intervent ta' ritorn, id-direttur eżekuttiv għandu jfassal pjan operazzjonali mingħajr dewmien, bi qbil mal-Istat Membru ospitanti u l-Istati Membri li jipparteċipaw. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16 għandhom japplikaw.
4. Id-direttur eżekuttiv għandu jieħu deċiżjoni dwar il-pjan operazzjonali kemm jista' jkun malajr u, fil-każ imsemmi fil-paragrafu 2, fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol. Id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata minnufih, bil-miktub, lill-Istati Membri kkonċernati u lill-bord amministrattiv.
5. L-Aġenzija għandha tiffinanzja jew tikkofinanzja interventi ta' ritorn mill-baġit tagħha f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet ġenerali
Artikolu 34
Protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u strateġija għad-drittijiet fundamentali
1. Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiggarantixxi l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fit-twettiq tal-kompiti tagħha taħt dan ir-Regolament skont id-dritt rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Karta, id-dritt internazzjonali rilevanti inkluża l-Konvenzjoni tal-1951 dwar l-Istatus tar-Refuġjati, il-Protokoll tal-1967 tagħha u l-obbligi relatati mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement.
Għal dak il-għan, l-Aġenzija għandha tfassal, tiżviluppa ulterjorment u timplimenta strateġija għad-drittijiet fundamentali, inkluż mekkaniżmu effettiv għall-monitoraġġ tar-rispett tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.
2. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tiżgura li l-ebda persuna ma tkun żbarkata fi, imġiegħla tidħol, imwassla, jew b'xi mod mgħoddija jew ritornata, lill-awtoritajiet ta' pajjiż f'kontravenzjoni tal-prinċipju ta' non-refoulement, jew li minnu hemm riskju ta' espulsjoni jew ritorn lejn pajjiż ieħor f'kontravenzjoni ta' dak il-prinċipju.
3. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tqis il-ħtiġijiet speċjali tat-tfal, il-minorenni mhux akkumpanjati, il-persuni b'diżabilità, il-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, il-persuni li jeħtieġu assistenza medika, persuni li jkunu jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, persuni f'diffikultà fuq il-baħar u persuni oħrajn f'sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli.
Il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha fl-attivitajiet kollha tagħha tagħti attenzjoni partikolari lid-drittijiet tat-tfal u tiżgura li l-aħjar interessi tat-tfal jiġu rispettati.
4. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, fir-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri u l-kooperazzjoni tagħha ma' pajjiżi terzi, l-Aġenzija għandha tqis ir-rapporti tal-forum konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 70 (“il-forum konsultattiv”) u l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali.
Artikolu 35
Kodiċijiet ta' kondotta
1. L-Aġenzija għandha, f'kooperazzjoni mal-forum konsultattiv, tfassal u tiżviluppa aktar il-kodiċi ta' kondotta applikabbli għall-operazzjonijiet kollha ta' kontroll tal-fruntiera kkoordinati mill-Aġenzija u l-persuni kollha li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija. Il-kodiċi ta' kondotta għandu jistabbilixxi l-proċeduri maħsuba sabiex jiggarantixxu l-prinċipji tal-istat tad-dritt u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali mmirati b'mod partikolari lejn persuni vulnerabbli, inklużi t-tfal, minorenni mhux akkumpanjati u persuni oħra li jinsabu f'sitwazzjoni vulnerabbli, kif ukoll persuni li jfittxu protezzjoni internazzjonali.
2. L-Aġenzija għandha, f'kooperazzjoni mal-forum konsultattiv, tfassal u tiżviluppa ulterjorment l-kodiċi ta' kondotta għar-ritorn ta' persuni rimpatrijati, li għandu japplika matul l-operazzjonijiet kollha ta' ritorn u interventi ta' ritorn li jiġu kkoordinati jew organizzati mill-Aġenzija. Dak il-kodiċi ta' kondotta għandu jiddeskrivi proċeduri standardizzati komuni għas-simplifikazzjoni tal-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn, u jiżgura ritorn b'mod uman u b'ħarsien sħiħ tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari l-prinċipji tad-dinjità umana, il-projbizzjoni tat-tortura u ta' trattament jew kastig inuman jew degradanti, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali u n-nondiskriminazzjoni.
3. Il-kodiċi ta' kondotta għar-ritorn għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-obbligu tal-Istati Membri li jipprevedu sistema effettiva ta' sorveljanza tar-ritorn imġiegħel kif stipulat fl-Artikolu 8(6) tad-Direttiva 2008/115/KE u għall-istrateġija għad-drittijiet fundamentali.
Artikolu 36
Taħriġ
1. L-Aġenzija għandha, f'kooperazzjoni ma' entitajiet xierqa ta' taħriġ tal-Istati Membri, u fejn xieraq, l-EASO u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, tiżviluppa għodod speċifiċi ta' taħriġ, inkluż taħriġ speċifiku fil-protezzjoni tat-tfal u ta' persuni oħra li jinsabu f'sitwazzjoni vulnerabbli. Hi għandha tipprovdi lill-gwardji tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor li huma membri tat-timijiet tal-Gwardji tal-Kosta u tal-Fruntieri Ewropej taħriġ avvanzat rilevanti għall-kompiti u l-poteri tagħhom. Esperti mill-persunal tal-Aġenzija għandhom iwettqu eżerċizzji regolari ma' dawk il-gwardji tal-fruntiera f'konformità mal-iskeda ta' taħriġ u eżerċizzji avvanzati msemmija fil-programm ta' ħidma annwali tal-Aġenzija.
2. L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura li l-gwardji kollha tal-fruntiera u persunal rilevanti ieħor tal-Istati Membri li jipparteċipaw fit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera, kif ukoll il-persunal tal-Aġenzija, ikunu rċevew taħriġ fil-liġi rilevanti tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż dwar id-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u fejn xieraq it-tfittxija u s-salvataġġ, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f'ativitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija.
3. L-Aġenzija għandha tiffinanzja 100 % tat-taħriġ meħtieġ għall-gwardji tal-fruntieri li se jiġu inklużi fir-riżerva ta' reazzjoni rapida msemmija fl-Artikolu 20(5), għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom f'din ir-riżerva.
4. L-Aġenzija għandha tieħu l-inizjattivi meħtieġa biex tiżgura t-taħriġ għall-persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn li huma allokati lir-riżervi msemmija fl-Artikoli 29, 30 u 31. L-Aġenzija għandha tiżgura li l-persunal tagħha u l-persunal kollu li jipparteċipa f'operazzjonijiet ta' ritorn u f'interventi ta' ritorn ikunu rċevew taħriġ fil-liġi rilevanti tal-Unjoni u internazzjonali, inkluż fuq id-drittijiet fundamentali u l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali qabel il-parteċipazzjoni tagħhom f'attivitajiet operazzjonali organizzati mill-Aġenzija.
5. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u tkompli tiżviluppa kurrikuli ċentrali komuni għat-taħriġ ta' gwardji tal-fruntiera u tipprovdi taħriġ fuq livell Ewropew għall-ħarrieġa tal-gwardji tal-fruntiera nazzjonali tal-Istati Membri, fost l-oħrajn fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u l-liġi marittima rilevanti. Il-kurrikuli bażiċi komuni għandhom jimmiraw li jippromwovu l-ogħla standards u l-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-fruntieri. L-Aġenzija għandha tfassal il-kurrikuli ċentrali komuni wara li tikkonsulta mal-forum konsultattiv u l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. L-Istati Membri għandhom jintegraw il-kurrikuli ċentrali komuni fit-taħriġ li huma jipprovdu għall-gwardji tal-fruntiera nazzjonali tagħhom u l-persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn.
6. L-Aġenzija għandha toffri wkoll korsijiet ta' taħriġ u seminars oħra dwar suġġetti marbuta mal-kontroll tal-fruntieri esterni u r-ritorn ta' ċittadini minn pajjiżi terzi għall-uffiċjali tas-servizzi nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri u fejn xieraq ta' pajjiżi terzi.
7. L-Aġenzija tista' torganizza attivitajiet ta' taħriġ f'kooperazzjoni ma' Stati Membri u pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom.
8. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi programm ta' skambji li jippermetti lill-gwardji tal-fruntiera li jipparteċipaw fit-timijiet Ewopej tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll lill-persunal li jipparteċipa fit-timijiet ta' intervent ta' ritorn li jakkwistaw għarfien jew kompetenzi speċifiċi minn esperjenzi u prattiki tajbin barra 'l pajjiż permezz ta' ħidma ma' gwardji tal-fruntiera u l-persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn fi Stat Membru li mhux tagħhom.
Artikolu 37
Riċerka u innovazzjoni
1. L-Aġenzija għandha timmonitorja u tikkontribwixxi proattivament għall-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni rilevanti għall-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri esterni, inkluż l-użu ta' teknoloġija ta' sorveljanza avvanzata. L-Aġenzija għandha tqassam ir-riżultati ta' dik ir-riċerka lill-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni u skont l-Artikolu 50. Hija tista' tuża dawn ir-riżultati kif xieraq f'operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera, operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn.
2. L-Aġenzija għandha tgħin lill-Istati Membri u l-Kummissjoni fl-identifikazzjoni ta' temi ewlenin ta' riċerka. L-Aġenzija għandha tgħin lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi qafas tal-Unjoni rilevanti għal attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni.
3. L-Aġenzija għandha timplimenta l-partijiet tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni li huma marbuta mas-sigurtà tal-fruntiera. Għal dak il-għan, u fejn il-Kummissjoni tkun iddelegat is-setgħat rilevanti għaliha, l-Aġenzija għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:
(a) |
tieħu ħsieb xi stadji tal-implimentazzjoni tal-programm u xi fażijiet tul il-ħajja ta' proġetti speċifiċi fuq il-bażi tal-programmi ta' ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni; |
(b) |
tadotta l-istrumenti tat-twettiq tal-baġit għad-dħul u l-infiq u twettaq l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għat-tmexxija tal-programm; |
(c) |
tagħti appoġġ fl-implimentazzjoni tal-programm. |
4. L-Aġenzija tista' tippjana u timplimenta proġetti pilota dwar kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.
Artikolu 38
Akkwist jew kiri ta' tagħmir tekniku
1. L-Aġenzija tista' tixtri, waħedha jew fi sjieda konġunta ma' Stat Membru, jew tikri tagħmir tekniku li għandu jiġi stazzjonat matul operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota, interventi rapidi fil-fruntiera, operazzjonijiet ta' ritorn, interventi ta' ritorn, stazzjonamenti ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni jew proġetti ta' assistenza teknika f'konformità mar-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija.
2. L-Aġenzija tista' tixtri tagħmir tekniku b'deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv f'konsultazzjoni mal-bord amministrattiv. Kwalunkwe xiri jew kiri ta' tagħmir li jinvolvi spejjeż sinifikanti għall-Aġenzija għandu jkun preċedut minn analiżi bir-reqqa tal-ħtiġijiet u l-benefiċċju meta mqabbel mal-ispiża. Kwalunkwe tali nefqa għandha tiġi prevista fil-baġit tal-Aġenzija kif adottat mill-bord amministrattiv.
3. Fejn l-Aġenzija tixtri jew tikri tagħmir tekniku maġġuri, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
fil-każ ta' xiri mill-Aġenzija jew ta' sjieda konġunta, l-Aġenzija għandha taqbel ma' Stat Membru wieħed li dak l-Istat Membru għandu jipprevedi r-reġistrazzjoni tat-tagħmir f'konformità mal-leġislazzjoni applikabbli ta' dak l-Istat Membru; |
(b) |
fil-każ ta' kiri, it-tagħmir għandu jiġi rreġistrat fi Stat Membru. |
4. Fuq il-bażi ta' mudell ta' ftehim imfassal mill-Aġenzija u approvat mill-bord amministrattiv, l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni u l-Aġenzija għandhom jaqblu dwar it-termini b'mod li jiżguraw l-interoperabbilità tat-tagħmir u jirregolaw l-użu tat-tagħmir, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-istazzjonament rapidu matul interventi rapidi fil-fruntieri. Fil-każ ta' assi ta' sjieda konġunta, it-termini għandhom ikopru wkoll il-perijodi ta' disponibbiltà sħiħa tal-assi għall-Aġenzija. Tagħmir tekniku li jkun proprjetà tal-Aġenzija biss għandu jsir disponibbli għall-Aġenzija fuq talba tagħha u l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni ma jistax jinvoka s-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fl-Artikolu 39(8).
5. L-Istat Membru ta' reġistrazzjoni jew il-fornitur tat-tagħmir tekniku għandu jipprovdi l-esperti u l-ekwipaġġ tekniku meħtieġa biex iħaddmu t-tagħmir tekniku b'mod legali u sikur.
Artikolu 39
Grupp ta' tagħmir tekniku
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi u żżomm ċentralizzati r-reġistri ta' tagħmir fi grupp ta' tagħmir tekniku magħmula minn tagħmir li hu proprjetà tal-Istati Membri jew tal-Aġenzija u t-tagħmir fi sjieda konġunta bejn l-Istat Membru u l-Aġenzija għall-attivitajiet operazzjonali tagħha.
2. It-tagħmir li huwa l-proprjetà tal-Aġenżija biss għandu jkun disponibbli b'mod sħiħ għall-istazzjonament fi kwalunkwe ħin kif imsemmi fl-Artikolu 38(4).
3. Tagħmir li jkun fi sjieda konġunta tal-Aġenzija b'sehem ta' aktar minn 50 % għandu jkun ukoll disponibbli għall-istazzjonament skont ftehim bejn Stat Membru u l-Aġenzija kif imsemmi fl-Artikolu 38(4).
4. L-Aġenzija għandha tiżgura l-kompatibbiltà u l-interoperabbiltà tat-tagħmir elenkat fil-grupp ta' tagħmir tekniku.
Għal dan l-għan, hija għandha tiddefinixxi l-istandards tekniċi li għandhom jiġu sodisfatti minn tagħmir għall-istazzjonament tiegħu fl-attivitajiet tal-Aġenzija, fejn ikun meħtieġ. Tagħmir li jista' jiġi akkwistat mill-Aġenzija, kemm waħedha jew f'sjieda konġunta, u tagħmir li hu proprjetà tal-Istati Membri li huwa elenkat fil-grupp ta' tagħmir tekniku għandu jissodisfa dawn l-istandards.
5. Id-direttur eżekuttiv għandu jidentifika n-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku meħtieġa biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-Aġenzija, b'mod partikolari fir-rigward ta' twettiq ta' operazzjonijiet konġunti, stazzjonamenti ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, interventi rapidi fl-fruntiera, operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn, f'konformità mal-programm ta' ħidma tagħha għas-sena inkwistjoni.
Jekk in-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku ma jkunx biżżejjed biex jitwettaq il-pjan operazzjonali miftiehem għal tali attivitajiet, l-Aġenzija għandha tirrevedih fuq il-bażi ta' ħtiġijiet ġustifikati u ta' qbil mal-Istati Membri.
6. Il-grupp ta' tagħmir tekniku għandu jkun fih in-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir identifikat bħala meħtieġ mill-Aġenzija għal kull tip ta' tagħmir tekniku. It-tagħmir elenkat fil-grupp ta' tagħmir tekniku għandu jintbagħat matul operazzjonijiet konġunti, stazzjonamenti ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, proġetti pilota, interventi rapidi fil-fruntiera, operazzjonijiet ta' ritorn jew interventi ta' ritorn.
7. Il-grupp ta' tagħmir tekniku għandu jinkludi grupp ta' tagħmir ta' reazzjoni rapida li jkun fih numru limitat ta' oġġetti ta' tagħmir meħtieġa għall-interventi rapidi possibbli fil-fruntiera. Il-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri għat-tagħmir ta' reazzjoni rapida għandhom ikunu ppjanati skont in-negozjati bilaterali annwali u l-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 8. Għat-tagħmir fil-lista tal-oġġetti f'dan il-grupp, l-Istati Membri ma jistgħux jinvokaw s-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 8.
It-tagħmir f'din il-lista għandu jintbagħat għad-destinazzjoni għall-istazzjonament mill-aktar fis possibbli, u f'kull każ, mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data meta jkun ġie miftiehem il-pjan operazzjonali.
L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għal dan il-grupp b'tagħmir disponibbli għall-Aġenzija kif imsemmi fl-Artikolu 38(1).
8. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għall-grupp ta' tagħmir tekniku. Il-kontribuzzjoni mill-Istati Membri għall-grupp u l-użu tat-tagħmir tekniku għal operazzjonijiet speċifiċi għandu jiġi ppjanat abbażi ta' negozjati u ftehimiet bilaterali annwali bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri. F'konformità ma' dawk il-ftehimiet u sal-punt li jifforma parti min-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku għal sena partikolari, l-Istati Membri għandhom jagħmlu t-tagħmir tekniku tagħhom disponibbli għall-istazzjonament fuq it-talba tal-Aġenzija, sakemm ma jkunux qed iħabbtu wiċċhom ma' sitwazzjoni eċċezzjonali li taffettwa sostanzjalment it-twettiq ta' kompiti nazzjonali. Jekk Stat Membru jinvoka tali sitwazzjoni eċċezzjonali, hu għandu jagħti raġunijiet u informazzjoni komprensivi dwar is-sitwazzjoni lill-Aġenzija, li l-kontenut tagħhom għandu jiġi inkluż fir-rapport imsemmi fil-paragrafu 13. It-talba tal-Aġenzija għandha ssir mill-anqas 45 jum qabel l-istazzjonament maħsub ta' tagħmir tekniku maġġuri u 30 jum qabel l-istazzjonament maħsub ta' għal tagħmir ieħor. Il-kontribuzzjonijiet għall-grupp ta' tagħmir tekniku għandhom jiġu riveduti kull sena.
9. Fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, il-bord amministrattiv għandu jiddeċiedi, kull sena, dwar ir-regoli relatati mat-tagħmir tekniku, inklużi n-numri minimi globali ta' oġġetti meħtieġa skont it-tip ta' tagħmir tekniku u t-termini għall-istazzjonament u r-rimborż tal-ispejjeż kif ukoll dwar in-numru limitat ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku għal grupp ta' tagħmir ta' reazzjoni rapida. Għal raġunijiet baġitarji dik id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-bord amministrattiv sat-30 ta' Ġunju kull sena.
10. F'każ li jseħħ intervent rapidu fil-fruntieri, l-Artikolu 17(11) se japplika kif meħtieġ.
11. Jekk jinqalgħu ħtiġijiet mhux mistennija ta' tagħmir tekniku għal operazzjoni konġunta jew għal intervent rapidu fil-fruntiera wara li n-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku jkun ġie stabbilit u dawk il-ħtiġijiet ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati mill-grupp ta' tagħmir tekniku jew mill-grupp ta' tagħmir ta' reazzjoni rapida, l-Istati Membri għandhom, fuq bażi ad hoc, jagħmlu t-tagħmir tekniku meħtieġ disponibbli għall-istazzjonament lill-Aġenzija fuq talba tagħha.
12. Id-direttur eżekuttiv għandu jirrapporta regolarment dwar il-kompożizzjoni u l-istazzjonament ta' tagħmir li jkun parti mill-grupp ta' tagħmir tekniku lill-bord amministrattiv. Fejn in-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku meħtieġa fil-grupp ma ntlaħaqx, id-direttur eżekuttiv għandu jinforma lill-bord amministrattiv mingħajr dewmien. Il-bord amministrattiv għandu jieħu deċiżjoni dwar il-prijoritizzazzjoni tal-istazzjonament tat-tagħmir tekniku b'mod urġenti u jieħu l-passi adatti biex isolvi n-nuqqas. Il-bord amministrattiv għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar in-nuqqas u l-passi li jkunu ħa. Il-Kummissjoni għandha mbagħad tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan, u bil-valutazzjoni tagħha stess.
13. L-Aġenzija għandha fuq bażi annwali tressaq rapport lill-Parlament Ewropew dwar in-numru ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku li kull Stat Membru jkun impenja għall-grupp tat-tagħmir tekniku skont dan l-Artikolu. Dak ir-rapport għandu jelenka l-Istati Membri li invokaw is-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 8 fis-sena preċedenti u jinkludi r-raġunijiet u l-informazzjoni mogħtija mill-Istat Membru kkonċernat.
14. L-Istati Membri għandhom jirreġistraw fil-grupp ta' tagħmir tekniku l-mezzi kollha ta' trasport u tagħmir operazzjonali mixtrija skont l-Azzjonijiet Speċifiċi tal-Fond għas-Sigurtà Interna f'konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31) jew, fejn rilevanti, kwalunkwe finanzjament iddedikat ieħor tal-Unjoni li jkun tpoġġa għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri bil-ħsieb li tiżdied il-kapaċità operazzjonali tal-Aġenzija. Dak it-tagħmir tekniku għandu jifforma parti min-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku għal sena partikolari.
L-Istati Membri għandhom jagħmlu dak it-tagħmir tekniku disponibbli għall-istazzjonament lill-Aġenzija fuq talba tagħha. F'każ ta' operazzjoni imsemmija fl-Artikolu 17 jew fl-Artikolu 19 ta' dan ir-Regolament, huma ma jistgħux jinvokaw is-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 8 ta' dan l-Artikolu.
15. L-Aġenzija għandha tieħu ħsieb ir-reġistri tal-grupp ta' tagħmir tekniku kif ġej:
(a) |
klassifikazzjoni skont it-tip ta' tagħmir u skont it-tip ta' operazzjoni; |
(b) |
klassifikazzjoni skont is-sid (Stat Membru, aġenzija, oħrajn); |
(c) |
numri globali ta' oġġetti ta' tagħmir meħtieġa; |
(d) |
ħtieġa ta' persunal jekk applikabbli; |
(e) |
informazzjoni oħra, bħad-dettalji ta' reġistrazzjoni, ħtiġijiet ta' trasportazzjoni u manutenzjoni, skemi nazzjonali applikabbli ta' esportazzjoni, struzzjonijiet tekniċi, jew informazzjoni rilevanti oħra għall-użu xieraq tat-tagħmir. |
16. L-Aġenzija għandha tiffinanzja b'100 % l-istazzjonament tat-tagħmir tekniku li jifforma parti min-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku pprovdut minn Stat Membru partikolari għal sena partikolari. L-istazzjonament tat-tagħmir tekniku li ma jiffurmax parti min-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku għandu jkun kofinanzjat mill-Aġenzija sa mhux aktar minn 100 % tal-ispejjeż eliġibbli, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi partikolari tal-Istati Membri li jkunu qegħdin jistazzjonaw tali tagħmir tekniku.
Artikolu 40
Kompiti u setgħat tal-membri tat-timijiet
1. Il-membri tat-timijiet għandu jkollhom il-kapaċità jwettqu l-kompiti kollha u jeżerċitaw is-setgħat kollha għall-kontroll tal-fruntieri u r-ritorn kif ukoll dawk li huma meħtieġa għat-twettiq tal-għanijiet tar-Regolament (UE) 2016/399 u d-Direttiva 2008/115/KE.
2. Waqt li jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, il-membri tat-timijiet għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni u dik internazzjonali u għandhom iħarsu d-drittijiet fundamentali u l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti.
3. Membri tat-timijiet jistgħu jwettqu l-kompiti u jħaddmu s-setgħat biss fuq struzzjonijiet minn u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta' gwardji tal-fruntiera jew persunal involut f'kompiti relatati mar-ritorn tal-Istat Membru ospitanti. L-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jaġixxu f'ismu.
4. Il-membri tat-timijiet, fejn xieraq, għandhom jilbsu l-uniformi tagħhom stess waqt li jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom. Huma għandhom jilbsu wkoll identifikazzjoni personali viżibbli u faxxa blu bl-insinja tal-Unjoni u tal-Aġenzija fuq l-uniformi tagħhom, li tidentifikahom bħala parteċipanti f'operazzjoni konġunta, stazzjonament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, proġett pilota, intervent rapidu fil-fruntiera, operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn. Għall-finijiet ta' identifikazzjoni fir-rigward tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, il-membri tat-timijiet għandhom, f'kull ħin, iġorru magħhom dokument ta' akkreditazzjoni, li għandhom jippreżentawh meta jintalbu.
5. Waqt li jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, il-membri tat-timijiet jistgħu jġorru armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir kif awtorizzat skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta' oriġini. Madankollu, l-Istat Membru ospitanti jista' jipprojbixxi l-ġarr ta' ċerti armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir, dejjem jekk il-leġislazzjoni tiegħu tkun tapplika l-istess projbizzjoni għall-gwardji tal-fruntiera jew persunal tiegħu involut f'kompiti relatati mar-ritorn. L-Istat Membru ospitanti għandu, qabel ma jintbagħtu l-membri tat-timijiet, jinforma lill-Aġenzija dwar l-armi tas-servizz permissibbli, il-munizzjon u t-tagħmir u l-kondizzjonijiet għall-użu tagħhom. L-Aġenzija għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli lill-Istati Membri.
6. Waqt li jwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom, il-membri tat-timijiet għandhom ikunu awtorizzati li jużaw il-forza, inkluż armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir, bil-kunsens tal-Istat Membru ta' oriġini u l-Istat Membru ospitanti, fil-preżenza tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti u f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti. L-Istat Membru ospitanti jista', bil-kunsens tal-Istat Membru ta' oriġini, jawtorizza lill-membri tat-timijiet jużaw il-forza fin-nuqqas tal-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti.
7. Armi tas-servizz, munizzjon u tagħmir jistgħu jintużaw fl-awtodifiża leġittima u fid-difiża leġittima ta' membri tat-timijiet jew ta' persuni oħra f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti.
8. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, l-Istat Membru ospitanti għandu jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jikkonsultaw il-bażijiet tad-data Ewropej li l-konsultazzjoni tagħhom hija meħtieġa għall-ilħuq ta' għanijiet operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar il-kontrolli tal-fruntieri, is-sorveljanza tal-fruntieri u r-ritorn. L-Istat Membru ospitanti jista' wkoll jawtorizzahom biex jikkonsultaw id-databases nazzjonali tiegħu fejn meħtieġ għall-istess skop. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jipprovdu tali aċċess għall-bażijiet ta' data b'mod effiċjenti u effettiv. Il-membri tat-timijiet għandhom jikkonsultaw biss dik id-data li hija meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom. L-Istat Membru ospitanti għandu, qabel ma jistazzjona l-membri tat-timijiet, jinforma lill-Aġenzija dwar liema bażijiet ta' data nazzjonali u Ewropej jistgħu jiġu kkonsultati. L-Aġenzija għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli lill-Istati Membri kollha li jipparteċipaw fl-istazzjonament.
Dik il-konsultazzjoni għandha titwettaq f'konformità mal-liġi tal-protezzjoni tad-data tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali tal-protezzjoni tad-data tal-Istat Membru ospitanti.
9. Deċiżjonijiet li jinċaħad id-dħul f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/399 għandhom jittieħdu biss mill-gwardji tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti jew mill-membri tat-timijiet jekk dawn ikunu awtorizzati mill-Istat Membru ospitanti biex jaġixxu f'ismu.
Artikolu 41
Dokument ta' Akkreditazzjoni
1. L-Aġenzija għandha, f'kooperazzjoni mal-Istat Membru ospitanti, toħroġ dokument bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti u lingwa uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni għall-membri tat-timijiet bil-għan li tidentifikahom u bħala prova tad-drittijiet tad-detentur li jwettaq kompiti u jeżerċita setgħat kif imsemmi fl-Artikolu 40. Id-dokument għandu jinkludi l-karatteristiċi li ġejjin ta' kull membru tat-timijiet:
(a) |
l-isem u n-nazzjonalità; |
(b) |
il-grad jew l-isem tal-impjieg; |
(c) |
ritratt reċenti diġitalizzat; u |
(d) |
il-kompiti awtorizzat li jwettaq matul l-istazzjonament. |
2. Id-dokument għandu jingħata lura lill-Aġenzija fi tmiem l-operazzjoni konġunta, l-istazzjonament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, il-proġett pilota, l-intervent rapidu fuq il-fruntiera, l-operazzjoni ta' ritorn jew l-intervent ta' ritorn.
Artikolu 42
Responsabbiltà ċivili
1. Fejn il-membri tat-timijiet joperaw fi Stat Membru ospitanti, dak l-Istat Membru għandu jkun responsabbli f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu għal kwalunkwe ħsara kkawżata minnhom waqt l-operazzjonijiet tagħhom.
2. Fejn tali ħsara tinħoloq minn traskuraġni gravi jew imġiba ħażina volontarja, l-Istat Membru ospitanti jista' jkellem lill-Istat Membru ta' oriġini sabiex kwalunkwe somma li jkun ħallas lill-vittmi jew lill-persuni intitolati f'isimhom tiġi rimborżata mill-Istat Membru ta' oriġini.
3. Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu fir-rigward ta' partijiet terzi, kull Stat Membru għandu jċedi l-pretensjonijiet kollha tiegħu kontra l-Istat Membru ospitanti jew kwalunkwe Stat Membru ieħor għal kwalunkwe ħsara li jkun ġarrab, għajr f'każijiet ta' traskuraġni gravi jew imġiba ħażina volontarja.
4. Kwalunkwe tilwima bejn l-Istati Membri marbuta mal-applikazzjoni ta' paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu li ma tistax tissolva b'negozjati bejniethom għandha titressaq minnhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu 273 TFUE.
5. Mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tad-drittijiet tagħha fir-rigward ta' partijiet terzi, l-Aġenzija għandha tkopri l-ispejjeż relatati mal-ħsara kkawżata lit-tagħmir tal-Aġenzija matul l-istazzjonament, għajr f'każijiet ta' traskuraġni gravi jew imġiba ħażina volontarja.
Artikolu 43
Responsabbiltà kriminali
Waqt operazzjoni konġunta, proġett pilota, stazzjonament ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, intervent rapidu fil-fruntiera, operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn, il-membri tat-timijiet għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod bħal uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta' kwalunkwe reat kriminali li jista' jitwettaq kontrihom jew minnhom.
Artikolu 44
Sistemi ta' skambju ta' informazzjoni
1. L-Aġenzija tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti għad-dmirijiet tagħha fir-rigward tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, u fejn ikun xieraq, l-aġenziji tal-Unjoni rilevanti. Hija għandha tiżviluppa u topera sistema ta' informazzjoni li tkun kapaċi tiskambja informazzjoni klassifikata ma' dawn l-atturi, u ta' skambju ta' data personali msemmija fl-Artikoli 45, 47, 48 u 49 ta' dan ir-Regolament skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (32) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 (33).
2. L-Aġenzija tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti għall-kompiti tagħha mal-Irlanda u r-Renju Unit jekk tali informazzjoni tkun relatata mal-attivitajiet li jipparteċipaw fihom f'konformità mal-Artikolu 51 u l-Artikolu 62(5).
Artikolu 45
Protezzjoni tad-data
1. L-Aġenzija għandha tapplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 meta tiġi pproċessata data personali.
2. Il-bord amministrattiv għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 mill-Aġenzija, inklużi dawk dwar l-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tal-Aġenzija. Dawk il-miżuri għandhom ikunu stabbiliti wara li ssir konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 47, 48 u 49, l-Aġenzija tista' tipproċessa d-data personali għal finijiet amministrattivi.
4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 48, għandhom ikunu pprojbiti t-trasferiment ta' data personali proċessata mill-Aġenzija u t-trasferiment 'il quddiem mill-Istati Membri lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi jew partijiet terzi, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali, ta' data personali pproċessata fil-qafas ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 46
Finijiet tal-ipproċessar ta' data personali
1. L-Aġenzija tista' tipproċessa d-data personali biss għall-finijiet li ġejjin:
(a) |
għat-twettiq tal-kompiti tagħha ta' organizzazzjoni u koordinazzjoni ta' operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota, interventi rapidi fil-fruntiera u fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f'konformità mal-Artikolu 47; |
(b) |
għat-twettiq tal-kompiti tagħha ta' organizzazzjoni u koordinazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn f'konformità mal-Artikolu 48; |
(c) |
għall-iffaċilitar tal-iskambju ta' informazzjoni ma' Stati Membri, l-Uffiċċju Ewropew tal-EASO, l-Europol jew l-Eurojust f'konformità mal-Artikolu 47; |
(d) |
għall-analiżi tar-riskju mill-Aġenzija f'konformità mal-Artikolu 11; |
(e) |
għall-identifikazzjoni u t-traċċar ta' bastimenti fil-qafas tal-EUROSUR f'konformità mal-Artikolu 49; |
(f) |
kompiti amministrattivi. |
2. Kwalunkwe pproċessar ta' data personali kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jirrispetta l-prinċipju ta' proporzjonalità u jkun strettament limitat għal data personali meħtieġa għall-finijiet imsemmija f'dak il-paragrafu.
3. Stat Membru jew aġenzija oħra tal-Unjoni li tipprovdi data personali lill-Aġenzija għandha tiddetermina l-fini jew il-finijiet li għalihom għandha tiġi proċessata kif imsemmi fil-paragrafu 1. L-Aġenzija tista' tipproċessa tali data personali għal fini differenti li wkoll jaqa' taħt il-paragrafu 1 biss jekk tkun awtorizzata mill-fornitur tad-data tal-informazzjoni.
4. L-Istati Membri u aġenziji oħrajn tal-Unjoni jistgħu jindikaw, fil-mument tat-trasferiment tal-informazzjoni, kwalunkwe restrizzjoni fuq l-aċċess tagħha jew l-użu tagħha, f'termini ġenerali jew speċifiċi, inkluż għal trasferiment, tħassir jew qerda. Fejn il-ħtieġa għal tali restrizzjonijiet issir ċara wara t-trasferiment tad-data personali, dawn għandhom jinformaw lill-Aġenzija dwar dan. L-Aġenzija għandha tkun konformi ma' dawn ir-restrizzjonijiet.
Artikolu 47
L-ipproċessar ta' data personali miġbura matul operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota u interventi rapidi fil-fruntiera u mit-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni
1. L-Aġenzija għandha tipproċessa biss il-kategoriji li ġejjin ta' data personali miġbura u trasmessa lilha mill-Istati Membri jew mill-persunal tagħha stess fil-kuntest ta' operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota u interventi rapidi fil-fruntieri, u permezz tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni:
(a) |
id-data personali dwar persuni li huma suspettati, fuq raġunijiet raġonevoli, mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'involviment fil-kriminalità transfruntiera, bħalma hi l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin jew terroriżmu; |
(b) |
id-data personali dwar persuni li jaqsmu l-fruntieri esterni mingħajr awtorizzazzjoni u li d-data tagħhom tinġabar mit-timijiet Ewropej tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, anke meta dawn jaġixxu fil-qafas tat-timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni; |
(c) |
in-numri tal-pjanċa tal-liċenzja, numri tal-identifikazzjoni tal-vetturi, numri tat-telefon jew numri ta' identifikazzjoni tal-bastimenti, marbuta mal-persuni msemmija f'(a) u (b) u li huma meħtieġa biex jiġu investigati u analizzati rotot u metodi użati għall-immigrazzjoni illegali u l-kriminalità transfruntiera. |
2. Id-data personali msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi pproċessata mill-Aġenzija fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
fejn it-trażmissjoni lill-EASO, l-Europol jew l-Eurojust hija neċessarja għall-użu f'konformità mal-mandati rispettivi tagħhom u f'konformità mal-Artikolu 52; |
(b) |
fejn it-trasmissjoni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri rilevanti li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri, tal-migrazzjoni, tal-asil u tal-infurzar tal-liġi hija meħtieġa għall-użu f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali u r-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data;. |
(c) |
fejn meħtieġ għall-preparazzjoni tal-analiżijiet ta' riskju. |
Id-data personali dwar il-persuni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandha tiġi trasferita lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi f'każijiet speċjali u meta strettament neċessarju għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali.
3. Data personali għandha titħassar malli tiġi trażmessa lill-EASO, l-Europol jew l-Eurojust jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jew inkella tintuża għall-preparazzjoni tal-analiżijiet ta' riskju. Il-perijodu ta' ħżin m'għandux jaqbeż id-90 jum wara d-data tal-ġbir ta' dik id-data. Fir-riżultati tal-analiżijiet ta' riskju, id-data għandha tiġi anonimizzata.
Artikolu 48
L-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn
1. Fit-twettiq tal-kompiti tagħha ta' organizzazzjoni u koordinazzjoni tal-operazzjonijiet ta' ritorn u fit-twettiq ta' interventi ta' ritorn, l-Aġenzija tista' tipproċessa data personali ta' persuni rimpatrijati.
2. Id-data personali pproċessata mill-Aġenzija għandha tkun strettament limitata għal dik id-data personali li hija meħtieġa għall-finijiet tal-operazzjoni ta' ritorn jew l-intervent ta' ritorn.
3. Id-data personali għandha titħassar malli l-għan li għalih tkun inġabret ikun intlaħaq u mhux aktar tard minn 30 jum wara t-tmiem tal-operazzjoni ta' ritorn jew l-intervent ta' ritorn.
4. Fejn id-data personali ta' persuni rimpatrijati ma tkunx trażmessa lit-trasportatur minn Stat Membru, l-Aġenzija tista' tittrasferixxi tali data.
Artikolu 49
L-ipproċessar ta' data personali fil-qafas tal-EUROSUR
L-Aġenzija tista' tipproċessa data personali kif stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1052/2013.
Artikolu 50
Regoli ta' sigurtà dwar il-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata u informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata
1. L-Aġenzija għandha tapplika r-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà kif stabbilit fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444. Dawk ir-regoli għandhom japplikaw, fost l-oħrajn, għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħżin ta' informazzjoni klassifikata.
2. L-Aġenzija għandha tapplika wkoll il-prinċipji ta' sigurtà relatati mal-ipproċessar ta' informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata kif stabbilit fid-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444 u kif implimentati mill-Kummissjoni. Il-bord amministrattiv għandu jistabbilixxi miżuri għall-applikazzjoni ta' dawn il-prinċipji ta' sigurtà.
3. Il-klassifikazzjoni m'għandhiex tipprekludi li l-informazzjoni titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew. It-trasmissjoni u t-trattament tal-informazzjoni u d-dokumenti mibgħuta lill-Parlament Ewropew f'konformita' ma' dan ir-Regolament għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar it-trasmissjoni u t-trattament ta' informazzjoni kklassifikata li huma applikabbli bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni.
Artikolu 51
Kooperazzjoni mal-Irlanda u mar-Renju Unit
1. L-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kooperazzjoni operazzjonali tal-Istati Membri mal-Irlanda u r-Renju Unit f'attivitajiet speċifiċi.
2. L-appoġġ li għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija skont il-punti (l), (n) u (o) tal-Artikolu 8(1) għandu jkopri l-organizzazzjoni ta' operazzjonijiet ta' ritorn tal-Istati Membri li fihom tipparteċipa wkoll l-Irlanda jew ir-Renju Unit, jew it-tnejn.
3. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-fruntieri ta' Ġibiltà għandha tiġi sospiża sad-data li fiha jintlaħaq ftehim dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri li jikkonċernaw il-qsim tal-fruntieri esterni minn persuni.
Artikolu 52
Kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji, aġenziji tal-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali
1. L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Kummissjoni, istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, l-EASO, l-Europol, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Eurojust, iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd kif ukoll ma' korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn tal-Unjoni fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, u b'mod partikolari bl-objettivi li jiġu indirizzati aħjar l-isfidi migratorji u li tiġi evitata u traċċata l-kriminalità transfruntiera bħall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, it-traffikar tal-bnedmin u t-terroriżmu.
Għal dan il-għan, l-Aġenzija tista' tikkoopera ma' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet koperti b'dan ir-Regolament.
2. Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 bħal din għandha sseħħ fil-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma konklużi mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1. Tali arranġamenti għandhom ikunu ngħataw l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. F'kull każ, l-Aġenzija tinforma b'tali arranġamenti lill-Parlament Ewropew.
3. L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Kummissjoni u, fejn rilevanti, mal-Istati Membri, f'attivitajiet li taħt dan ir-Regolament. Għalkemm mhux fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, hi għandha wkoll timpenja ruħha f'tali kooperazzjoni f'attivitajiet li jirrelataw mat-territorju doganali inkluża l-ġestjoni tar-riskju, fejn dawn l-attivitajiet jistgħu jappoġġaw lil xulxin. Din il-kooperazzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi eżistenti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.
4. L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jużaw l-informazzjoni rċevuta mill-Aġenzija biss fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom u sakemm dawn jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inklużi rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data. It-trasmissjoni 'l quddiem jew komunikazzjoni oħra ta' data personali pproċessata mill-Aġenzija lil istituzzjonijiet, lill-korpi, lill-uffiċċji u lill-aġenziji l-oħra tal-Unjoni għandhom jkunu soġġetti għal arranġamenti speċifiċi ta' ħidma dwar l-iskambju ta' data personali u soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data. Kwalunkwe trasferiment ta' data personali għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Artikoli 45 sa 49. Fir-rigward tal-ġestjoni ta' informazzjoni kklassifikata, dawk l-arranġamenti għandhom jipprovdu li l-istituzzjoni, korp, uffiċċju, aġenzija tal-Unjoni jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata għandhom jikkonformaw mar-regoli ta' sigurtà u l-istandards ekwivalenti għal dawk applikati mill-Aġenzija.
5. L-Aġenzija tista', bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, tistieden osservaturi minn istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni jew organizzazzjonijiet internazzjonali biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha b'mod partikolari, operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota, analiżi tar-riskju u taħriġ, sakemm il-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-għanijiet ta' dawn l-attivitajiet, tkun tista' tikkontribwixxi għat-titjib tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, u ma taffettwax is-sigurtà globali u s-sigurtà ta' dawk l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni ta' dawk l-osservaturi fl-analiżi tar-riskju u t-taħriġ tista' sseħħ biss bi ftehim mal-Istati Membri konċernati. Fir-rigward ta' operazzjonijiet konġunti u proġetti pilota l-parteċipazzjoni tal-osservaturi għandha tkun soġġetta għal ftehim mal-Istat Membru ospitanti. Regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi għandhom ikunu inklużi fil-pjan operazzjonali. Dawn l-osservaturi għandhom jirċievu taħriġ meħtieġ mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom.
Artikolu 53
Kooperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta
1. L-Aġenzija għandha, f'kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, tappoġġa lil awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta' gwardja tal-kosta fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u meta jkun xieraq, fil-livell internazzjonali permezz:
(a) |
tal-kondiviżjoni, il-fużjoni u l-analiżi ta' informazzjoni disponibbli fis-sistemi ta' rapportar tal-bastimenti u sistemi oħra ta' informazzjoni ospitati minn jew aċċessibbli għal dawk l-aġenziji, f'konformità mal-bażijiet ġuridiċi rispettivi tagħhom u mingħajr preġudizzju għas-sjieda ta' data mill-Istati Membri; |
(b) |
tal-għoti ta' servizzi ta' sorveljanza u ta' komunikazzjoni bbażati fuq l-aħħar teknoloġija, inklużi l-infrastruttura fl-ispazju u fuq l-art u s-sensuri mmuntati fuq kwalunkwe tip ta' pjattaforma; |
(c) |
tal-bini tal-kapaċità billi tfassal linji gwida u rakkomandazzjonijiet u billi tistabbilixxi l-aħjar prattiki, kif ukoll billi tipprovdi taħriġ u skambju tal-persunal; |
(d) |
tat-tisħiħ tal-iskambju tal-informazzjoni u tal-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta inkluż permezz tal-analiżi tal-isfidi operazzjonali u r-riskji emerġenti fil-qasam marittimu; |
(e) |
tal-kondiviżjoni tal-kapaċitajiet permezz tal-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet bi skopijiet multipli u billi tikkondividi assi u kapaċitajiet oħra, sal-punt li dawn l-attivitajiet ikunu koordinati minn dawk l-aġenziji u jkunu miftiehma mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati. |
2. Il-forom preċiżi tal-kooperazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta bejn l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandhom jiġu determinati f'arranġament ta' ħidma, f'konformità mal-mandati rispettivi tagħhom u mar-regoli finanzjarji applikabbli għal dawk l-aġenziji. Tali arranġament għandu jiġi approvat mill-bord amministrattiv tal-Aġenzija u l-bordijiet amministrattivi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd.
3. Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, l-Aġenzija, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, tagħmel disponibbli manwal prattiku dwar il-kooperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta. Dak il-manwal għandu jkun fih linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki għall-iskambju ta' informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-manwal fil-forma ta' rakkomandazzjoni.
Artikolu 54
Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi
1. Fi kwistjonijiet koperti mill-attivitajiet tagħha u sa fejn meħtieġ għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha, l-Aġenzija għandha tiffaċilita u tħeġġeġ il-kooperazzjoni teknika u operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta' non-refoulement. L-Aġenzija u l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni, inklużi n-normi u l-istandards li jiffurmaw parti mill-acquis tal-Unjoni meta l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi sseħħ fit-territorju ta' dawk il-pajjiżi. L-istabbiliment ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi jippermetti li jiġu promossi l-istandards Ewropej għall-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn.
2. L-Aġenzija tista' tikkoopera mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament bl-appoġġ ta', u f'koordinazzjoni mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni. Meta tkun qed tagħmel dan, hija għandha taġixxi fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta' non-refoulement. Għandha taġixxi wkoll fil-qafas tal-arranġamenti ta' ħidma konklużi ma' dawk l-awtoritajiet f'konformità mad-dritt u l-politika tal-Unjoni. Dawn l-arranġamenti ta' ħidma għandhom jispeċifikaw il-kamp ta' applikazzjoni, in-natura u l-iskop tal-kooperazzjoni u għandhom ikunu relatati mal-ġestjoni tal-kooperazzjoni operazzjonali. L-abbozz ta' arranġamenti għandu jkun ingħata l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew qabel arranġament ta' ħidma jiġi konkluż. L-Aġenzija għandha tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni, inklużi n-normi u l-istandards li jiffurmaw parti mill-acquis tal-Unjoni.
3. F'ċirkostanzi li jeħtieġu aktar assistenza teknika u operazzjonali, l-Aġenzija tista' tikkoordina l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni. L-Aġenzija għandu jkollha l-possibbiltà li twettaq azzjonijiet fil-fruntieri esterni li jinvolvu Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz li jkun ġar ta' mill-anqas wieħed minn dawk l-Istati Membri, soġġett għall-qbil ta' dak il-pajjiż terz ġar, inkluż fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz. L-operazzjonijiet għandhom jitwettqu fuq il-bażi ta' pjan operazzjonali li jaqblu miegħu l-Istat Membru jew l-Istati Membri li jmissu mal-fruntiera taż-żona ta' operazzjoni. Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri f'operazzjonijiet konġunti fit-territorju ta' pajjiżi terzi għandha tkun fuq bażi volontarja. Il-Kummissjoni għandha tkun informata dwar tali attivitajiet.
4. F'każijiet fejn huwa mistenni li t-timijiet se jkunu stazzjonati f'pajjiż terz f'azzjonijiet fejn il-membri tat-tim se jkollhom setgħat eżekuttivi, jew fejn azzjonijiet oħra f'pajjiżi terzi jeħtieġu dan, ftehim dwar l-istatus għandu jiġi konkluż mill-Unjoni mal-pajjiż terz konċernat. Dan il-ftehim dwar l-istatus għandu jkopri l-aspetti kollha li huma meħtieġa għat-twettiq tal-azzjonijiet. Għandu b'mod partikolari jistipula l-ambitu tal-operazzjoni, ir-responsabbiltà ċivili u kriminali u il-kompiti u s-setgħat tal-membri tat-timijiet. Il-ftehim dwar l-istatus għandu jiżgura r-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali matul dawn l-operazzjonijiet.
5. Il-Kummissjoni għandha tfassal mudell ta' ftehim dwar l-istatus għal azzjonijiet fit-territorju ta' pajjiżi terzi.
6. L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi dwar ir-ritorn, inkluż dwar il-ksib ta' dokumenti tal-ivvjaġġar.
7. L-Aġenzija tista', bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, tistieden osservaturi minn pajjiżi terzi biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha fil-fruntieri esterni msemmija fl-Artikolu 14, l-operazzjonijiet ta' ritorn imsemmija fl-Artikolu 28, l-interventi ta' ritorn msemmija fl-Artikolu 33 u t-taħriġ imsemmi fl-Artikolu 36, sakemm il-preżenza tagħhom tkun tikkonforma mal-għanijiet ta' dawn l-attivitajiet, tkun tista' tikkontribwixxi għat-titjib fil-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki, u ma taffettwax is-sigurtà globali ta' dawn l-attivitajiet. Il-parteċipazzjoni ta' dawk l-osservaturi tista' sseħħ biss bil-ftehim tal-Istati Membri kkonċernati fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 14, 19, 28 u 36 u biss bil-ftehim tal-Istat Membru ospitanti fir-rigward ta' dawk imsemmija fl-Artikoli 14 u 33. Regoli dettaljati dwar il-parteċipazzjoni tal-osservaturi għandhom ikunu inklużi fil-pjan operazzjonali. Dawk l-osservaturi għandhom jirċievu taħriġ meħtieġ mill-Aġenzija qabel il-parteċipazzjoni tagħhom. Huma għandhom ikunu meħtieġa li jaderixxu mal-kodiċi ta' kondotta tal-Aġenzija waqt li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħha.
8. L-Aġenzija għandha tipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni ma' pajjiżi terzi fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni u fir-rigward ta' kwistjonijiet koperti b'dan ir-Regolament.
9. L-Aġenzija tista' tibbenefika mill-fondi tal-Unjoni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni. Tista' tniedi u tiffinanzja proġetti ta' assistenza teknika f'pajjiżi terzi fir-rigward ta' kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.
10. Meta jikkonkludu ftehimiet bilaterali ma' pajjiżi terzi l-Istati Membri jistgħu, bi qbil mal-Aġenzija, jinkludu dispożizzjonijiet dwar ir-rwol u l-kompetenza tal-Aġenzija f'konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-eżerċizzju tas-setgħat eżekuttivi minn membri tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera stazzjonati mill-Aġenzija matul l-operazzjonijiet konġunti, proġetti pilota, interventi rapidi fil-fruntiera, operazzjonijiet ta' ritorn jew interventi ta' ritorn. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'tali dispożizzjonijiet.
11. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar attivitajiet imwettqa permezz ta' dan l-Artikolu. Hi għandha tinkludi valutazzjoni tal-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fir-rapporti annwali tagħha.
Artikolu 55
Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi
1. L-Aġenzija tista' tistazzjona esperti mill-persunal tagħha bħala uffiċjali ta' kollegament, li għandhom igawdu mill-ogħla protezzjoni possibbli meta jwettqu d-dmirijiet tagħhom f'pajjiżi terzi. Huma għandhom jiffurmaw parti min-netwerks ta' kooperazzjoni lokali jew reġjonali tal-uffiċjali ta' kollegament dwar l-immigrazzjoni u esperti tas-sigurta' tal-Unjoni u tal-Istati Membri, inkluż in-netwerk imwaqqaf skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 (34). L-uffiċjali ta' kollegament għandhom jiġi stazzjonati biss f'pajjiżi terzi li fihom il-prattiki ta' ġestjoni tal-fruntieri jkunu konformi mal-istandards minimi tad-drittijiet tal-bniedem.
2. Fil-qafas tal-politika tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, għandha tingħata prijorità għall-istazzjonament ta' uffiċjali ta' kollegament lil dawk il-pajjiżi terzi li, abbażi ta' analiżi tar-riskju, jikkostitwixxu pajjiż ta' oriġini jew tranżitu fir-rigward tal-immigrazzjoni illegali. L-Aġenzija tista' tirċievi uffiċjali ta' kollegament mibgħuta minn dawk il-pajjiżi terzi fuq bażi reċiproka. Il-bord amministrattiv għandu, fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, jadotta lista ta' prijoritajiet fuq bażi annwali. L-istazzjonament tal-uffiċjali ta' kollegament għandu jiġi approvat mill-bord amministrattiv.
3. Il-kompiti tal-uffiċjali ta' kollegament tal-Aġenzija għandhom jinkludu, f'konformita' mal-liġi tal-Unjoni u b'rispett għad-drittijiet fundamentali, l-istabbiliment u ż-żamma ta' kuntatti mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi fejn huma jkunu assenjati bil-għan li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta' u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u r-ritorn ta' persuni rimpatrijati. Dawk l-uffiċjali ta' kollegament għandhom jikkoordinaw mill-qrib mad-delegazzjonijiet tal-Unjoni.
4. Id-deċiżjoni biex jintbagħtu uffiċjali ta' kollegament f'pajjiżi terzi għandha tkun soġġetta għal li tiġi rċevuta l-opinjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat b'dawk l-attivitajiet mingħajr dewmien.
Artikolu 56
Status ġuridiku u sede
1. L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni. Din għandu jkollha personalità ġuridika.
2. F'kull wieħed mill-Istati Membri, l-Aġenzija għandha tgawdi mill-kapaċità ġuridika l-aktar estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġijiet tagħhom. B'mod partikolari, din tista' tikseb jew tiddisponi minn proprjetà mobbli jew immobbli u tista' tkun parti għal proċedimenti legali.
3. L-Aġenzija għandha tkun indipendenti fl-implimentazzjoni tal-mandat tekniku u operazzjonali tagħha.
4. L-Aġenzija għandha tkun rappreżentata mid-direttur eżekuttiv tagħha.
5. Is-sede tal-Aġenzija għandha tkun Varsavja, il-Polonja, soġġett għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 57.
Artikolu 57
Ftehim dwar il-kwartieri ġenerali
1. L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li għandha tiġi pprovduta għall-Aġenzija fl-Istat Membru fejn l-Aġenzija jkollha s-sede tagħha u l-faċilitajiet li għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni minn dak l-Istat Membru, kif ukoll ir-regoli speċifiċi applikabbli għad-direttur eżekuttiv, il-viċi direttur eżekuttiv, il-membri tal-bord amministrattiv, il-persunal tal-Aġenzija u l-membri tal-familji tagħhom, f'dak l-Istat Membru għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar kwartieri ġenerali bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru fejn l-Aġenzija jkollha s-sede tagħha.
2. Il-ftehim dwar kwartieri ġenerali għandu jiġi konkluż wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-bord amministrattiv u mhux aktar tard mis-7 ta' April 2017.
3. L-Istat Membru fejn l-Aġenzija għandha s-sede tagħha għandu jipprovdi l-aqwa kundizzjonijiet possibbli sabiex jiżgura l-funzjonament tajjeb tal-Aġenzija, inkluż edukazzjoni multilingwi orjentata lejn l-Ewropa u konnessjonijiet ta' trasport xierqa.
Artikolu 58
Persunal
1. Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-“Regolamenti tal-Persunal”) u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni (il-“Kondizzjonijiet tal-Impjieg”), stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, ECSC) Nru 259/68 (35), u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jagħtu effett lil dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija.
2. Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikoli 12, 22 u l-Artikolu 32(2), membru tal-persunal tal-Aġenzija soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal jew għat-Titolu II tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg biss jista' jinħatar bħala uffiċjal ta' koordinazzjoni jew uffiċjal ta' kollegament. Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 20(11), gwardji tal-fruntiera ssekondati jew persunal rilevanti ieħor biss jistgħu jinħatru għas-sekondar lit-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-Aġenzija għandha taħtar dawk l-esperti nazzjonali li għandhom ikunu ssekondati mat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta f'konformità ma' dak l-Artikolu.
3. Il-bord amministrattiv għandu jadotta l-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa bi ftehim mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.
4. Il-bord amministrattiv jista' jadotta dispożizzjonijiet biex jippermetti li gwardji tal-fruntiera jew persunal rilevanti ieħor mill-Istati Membri jiġu ssekondati lill-Aġenzija. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jieħdu kont tar-rekwiżiti tal-Artikolu 20(11), b'mod partikolari tal-fatt li l-gwardji tal-fruntiera jew persunal rilevanti ieħor jiġu kkunsidrati bħala membri tat-timijiet u jkollhom il-kompiti u s-setgħat previsti fl-Artikolu 40. Għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kondizzjonijiet tal-istazzjonament.
Artikolu 59
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Aġenzija u l-persunal tagħha.
Artikolu 60
Responsabbiltà
1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ikkonċernat.
2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li tagħti sentenzi f'konformità ma' kwalunkwe klawsola ta' arbitraġġ li tinstab f'kuntratt konkluż mill-Aġenzija.
3. Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, f'konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mid-dipartimenti tagħha jew mill-persunal tagħha fil-kors tat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom.
4. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni f'tilwim relatat ma' kumpens għal dannu msemmi fil-paragrafu 3.
5. Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tal-Aġenzija lejha għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għalihom.
Artikolu 61
Struttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija
L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija għandha tikkonsisti fi:
(a) |
bord amministrattiv; |
(b) |
direttur eżekuttiv; |
(c) |
forum konsultattiv; u |
(d) |
uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. |
Artikolu 62
Funzjonijiet tal-bord amministrattiv
1. Il-bord amministrattiv għandu jkun responsabbli għal teħid tad deċiżjonijiet strateġiċi tal-Aġenzija f'konformita' ma' dan ir-Regolament.
2. Il-bord amministrattiv għandu:
(a) |
jaħtar id-direttur eżekuttiv fuq proposta mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 69; |
(b) |
jaħtar il-viċidirettur eżekuttiv fuq proposta tad-direttur eżekuttiv f'konformità mal-Artikolu 69; |
(c) |
jadotta deċiżjonijiet dwar it-twettiq tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà f'konformità mal-Artikolu 13(1) u (8), bid-deċiżjonijiet li jistabbilixxu l-miżuri adottati taħt l-Artikolu 13(8), jgħaddu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li għandhom dritt jivvutaw; |
(d) |
jadotta deċiżjonijiet dwar l-istabbiliment ta' mudell tal-analiżi tar-riskju komuni u integrat f'konformità mal-Artikolu 11(1); |
(e) |
jadotta deċiżjonijiet dwar in-natura u t-termini tal-istazzjonament ta' uffiċjali ta' kollegament fi Stati Membri f'konformità mal-Artikolu 12(2); |
(f) |
jadotta strateġija teknika u operazzjonali għall-ġestjoni integrata tal-fruntiera Ewropea f'konformità mal-Artikolu 3(2); |
(g) |
jadotta deċiżjoni dwar il-profili u n-numru globali ta' gwardji tal-fruntiera jew persunal rilevanti ieħor li għandhom ikunu disponibbli għat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, f'konformità mal-Artikolu 20(2); |
(h) |
jadotta deċiżjoni dwar il-profili u n-numru minimu ta' gwardji tal-fruntiera jew persunal rilevanti ieħor li jikkorrispondu ma' dawn il-profili li għandhom ikunu disponibbli għar-riżerva ta' reazzjoni rapida tat-timijiet Ewropej ta' Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta, f'konformità mal-Artikolu 20(4) u permezz ta' maġġoranza ta' tliet kwarti tal-membri li għandhom dritt li jivvutaw; |
(i) |
jadotta rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija għas-sena ta' qabel u jibagħtu sa mhux aktar tard mill-1 ta' Lulju lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri; |
(j) |
qabel it-30 ta' Novembru ta' kull sena, u wara li jikkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni, jadotta, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li għandhom dritt li jivvutaw, dokument ta' programmar wieħed li jkun fih il-programmar multiannwali tal-Aġenzija u l-programm ta' ħidma tagħha għas-sena ta' wara u jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni; |
(k) |
jistabbilixxi proċeduri għad-direttur eżekuttiv biex jieħu deċiżjonijiet relatati mal-kompiti tekniċi u operazzjonali tal-Aġenzija; |
(l) |
jadotta, b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri li għandhom dritt li jivvutaw, il-baġit annwali tal-Aġenzija u jeżerċita funzjonijiet oħra relatati mal-baġit tal-Aġenzija skont it-Taqsima 5 ta' dan il-Kapitolu; |
(m) |
jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-direttur eżekuttiv u l-viċi Direttur eżekuttiv, bi ftehim mad-direttur eżekuttiv; |
(n) |
jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu; |
(o) |
jistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija u jadotta l-politika tal-persunal tal-Aġenzija; |
(p) |
jadotta strateġija kontra l-frodi, proporzjonata mar-riskji ta' frodi, filwaqt li jieħu kont tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati; |
(q) |
jadotta regoli interni għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu; |
(r) |
jeżerċita, skont il-paragrafu 8, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat mogħtija bir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali dwar l-Awtorità tal-Ħatra u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg dwar l-Awtorità Awtorizzata li Tikkonkludi Kuntratt ta' Impjieg (“is-setgħat tal-Awtorità tal-Ħatra”); |
(s) |
jadotta regoli ta' implimentazzjoni xierqa sabiex jingħata effett lir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal; |
(t) |
jiżgura s-segwitu adegwat għas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mir-rapporti interni u esterni tal-awditjar u l-evalwazzjonijiet, kif ukoll minn investigazzjonijiet tal-OLAF; |
(u) |
jadotta u jaġġorna b'mod regolari l-pjanijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(3); |
(v) |
jaħtar uffiċjal tal-kontabbiltà, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha; |
(w) |
jiddeċiedi dwar metodoloġija komuni ta' valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, inklużi l-kriterji oġġettivi li kontra tagħhom l-Aġenzija se twettaq il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà, il-frekwenza ta' tali valutazzjonijiet, u kif valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà konsekuttivi għandhom jitwettqu; |
(x) |
jiddeċiedi dwar valutazzjoni monitoraġġ msaħħa ta' Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 13(2); |
(y) |
jaħtar l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali f'konformità mal-Artikolu 71(1); |
(z) |
japprova l-arranġamenti ta' ħidma ma' pajjiżi terzi. |
Ir-rapport ta' attività annwali msemmi fil-punt (i) għandu jsir pubbliku.
3. Il-proposti għal deċiżjonijiet tal-bord amministrattiv kif imsemmi fil-paragrafu 2 dwar attivitajiet speċifiċi tal-Aġenzija għandhom jitwettqu fil-fruntieri esterni ta' kwalunkwe Stat Membru partikolari, jew fil-viċinanza immedjata tagħhom, għandhom jeħtieġu vot favur l-adozzjoni tagħhom mill-Membru tal-bord amministrattiv li jirrappreżenta lil dak l-Istat Membru.
4. Il-bord amministrattiv jista' jagħti parir lid-direttur eżekuttiv dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-iżvilupp tal-ġestjoni operazzjonali tal-fruntieri esterni u r-ritorn, inklużi l-attivitajiet relatati mar-riċerka.
5. Jekk l-Irlanda u/jew ir-Renju Unit jitolbu li jipparteċipaw fl-attivitajiet speċifiċi, il-bord amministrattiv għandu jiddeċiedi dwar dan.
Il-bord amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu skont il-każ partikolari b'maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt li jivvutaw. Fid-deċiżjoni tiegħu, il-bord amministrattiv għandu jikkunsidra jekk il-parteċipazzjoni tal-Irlanda u/jew ir-Renju Unit tikkontribwixxix għall-kisba tal-attività konċernata. Id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-kontribut finanzjarju tal-Irlanda u/jew ir-Renju Unit għall-attività li tkun saret talba għall-parteċipazzjoni fiha.
6. Kull sena l-bord amministrattiv għandu jibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (“l-awtorità baġitarja”) kwalunkwe informazzjoni rilevanti għar-riżultati tal-proċeduri ta' evalwazzjoni mwettqa mill-Aġenzija.
7. Il-bord amministrattiv jista' jistabbilixxi bord eżekuttiv ta' daqs żgħir biex jassisti lilu u lid-direttur eżekuttiv fir-rigward tat-tħejjijiet tad-deċiżjonijiet, il-programmi u l-attivitajiet li għandhom jiġu adottati mill-bord amministrattiv u biex jieħu ċerti deċiżjonijiet proviżorji u urġenti f'isem il-bord amministrattiv meta meħtieġ., Il-bord eżekuttiv m'għandux jieħu deċiżjonijiet li għandhom jgħaddu b'maġġoranza ta' żewġ terzi jew ta' tliet kwarti tal-bord amministrattiv. Il-bord amministrattiv jista' jiddelega ċerti kompiti definiti b'mod ċar lill-bord eżekuttiv, b'mod partikolari meta dan ittejjeb l-effiċjenza tal-Aġenzija. M'għandux jiddelega lill-bord eżekuttiv kompiti relatati ma' deċiżjonijiet li li għandhom jgħaddu b'maġġoranza ta' żewġ terzi jew ta' tliet kwarti tal-bord amministrattiv.
8. Il-bord amministrattiv għandu jadotta, f'konformita' mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u fuq l-Artikolu 6 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg, li tiddelega s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra rilevanti lid-direttur eżekuttiv u li tistipula l-kondizzjonijiet li taħthom din id-delega tas-setgħat tista' tiġi sospiża. Id-direttur eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawn is-setgħat.
Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jeħtieġu dan, il-bord amministrattiv jista' permezz ta' deċiżjoni jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra lid-direttur eżekuttiv u dawk is-setgħat sottodelegati minn dan tal-aħħar. Jista' mbagħad jeżerċitahom huwa stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhux id-direttur eżekuttiv.
Artikolu 63
Kompożizzjoni tal-bord amministrattiv
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-bord amministrattiv għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni, kollha bi dritt li jivvutaw. Għal dan il-għan, kull Stat Membru għandu jaħtar membru tal-bord amministrattiv kif ukoll supplent li jkun jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu/tagħha. Il-Kummissjoni għandha taħtar żewġ membri u s-supplenti tagħhom. It-tul tal-mandat għandu jkun ta' erba' snin. Il-mandat jista' jiġi estiż.
2. Il-bord amministrattiv għandu jinħatar abbażi tal-grad ta' esperjenza rilevanti ta' livell għoli u kompetenza fil-qasam tal-kooperazzjoni operazzjonali dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u r-ritorn u l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti tagħhom. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandu jkollhom l-għan li tinkiseb rappreżentanza bilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel fil-bord amministrattiv.
3. Il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen għandhom jipparteċipaw fl-Aġenzija. Huma għandu jkollhom rappreżentant wieħed u supplent wieħed fuq il-bord amministrattiv. L-arranġamenti żviluppati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni tagħhom, li jispeċifikaw in-natura, il-firxa u r-regoli dettaljati tal-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal għandhom japplikaw.
Artikolu 64
Programmar multiannwali u programmi ta' ħidma annwali
1. Il-bord amministrattiv għandu, sat-30 ta' Novembru ta' kull sena, jadotta dokument ta' programmar li jkun fih il-programmar multiannwali tal-Aġenzija u l-programmar annwali għas-sena ta' wara, abbażi ta' abbozz imressaq mid-direttur eżekuttiv, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-Kummissjoni u, fir-rigward tal-programmar multiannwali, wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew. Il-bord amministrattiv għandu jibgħat id-dokument lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
2. Id-dokument imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali. Għandu jiġi aġġustat kif xieraq, meta jkun meħtieġ.
3. Il-programmar multiannwali għandu jistipula programmar strateġiku ġenerali għall-perijodu medju u twil, inklużi għanijiet, riżultati mistennija, indikaturi ta' prestazzjoni u ppjanar tar-riżorsi, inkluż il-baġit multiannwali u l-persunal. Il-programmar multiannwali għandu jistabbilixxi l-oqsma strateġiċi tal-intervent u jispjega dak li jeħtieġ isir biex jintlaħqu l-objettivi. Dan għandu jinkludi strateġija għar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll l-azzjonijiet marbuta ma' dik l-istrateġija.
4. Il-programmar multiannwali għandu jiġi implimentat permezz ta' programmi ta' ħidma annwali u għandu, fejn ikun xieraq, jiġi aġġornat wara r-riżultati tal-evalwazzjonijiet esterni mmexxija skont l-Artikolu 81. Il-konklużjoni ta' dawn l-evalwazzjonijiet għandha tkun riflessa wkoll, meta jkun xieraq, fil-programm ta' ħidma annwali għas-sena ta' wara.
5. Il-programm annwali ta' ħidma għandu jkun fih deskrizzjoni tal-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati, li jinkludi l-objettivi dettaljati u r-riżultati mistennija, fosthom l-indikaturi ta' prestazzjoni. Għandu jkun fih ukoll indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull attività, skont il-prinċipji ta' bbaġitjar u ġestjoni bbażati fuq l-attività. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun konsistenti mal-programmar multiannwali. Huwa għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbla mas-sena finanzjarja ta' qabel.
6. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jiġi adottat skont il-programm leġislattiv tal-Unjoni fl-oqsma rilevanti tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorni;
7. Meta, wara l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali, jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija, il-bord amministrattiv għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali.
8. Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali għandha tiġi adottata bl-istess proċedura bħal dik applikabbli għall-adozzjoni tal-programm ta' ħidma annwali inizjali. Il-bord amministrattiv jista' jiddelega lid-direttur eżekkuttiv is-setgħa biex jagħmel emendi mhux sostanzjali għall-programm ta' ħidma annwali.
Artikolu 65
President tal-bord amministrattiv
1. Il-bord amministrattiv għandu jeleġġi president u viċipresident minn fost il-membri tiegħu bi dritt li jivvutaw. Il-president u l-viċi presidentgħandhom ikunu eletti b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-bordijiet amministrattivi bi dritt li jivvutaw. Il-viċi president għandu jissostitwixxi ex officio lill-president fil-każ li dan tal-aħħar ma jkunx jista' jwettaq id-dmirijiet tiegħu.
2. Il-mandat tal-president u tal-viċi president għandu jiskadi meta ma jibqgħux parti mill-bord amministrattiv. Mingħajr preġudizzju għal din id-dispożizzjoni, il-perijodu tal-mandat tal-president jew tal-viċi president għandu jkun ta' erba' snin. Dawn il-mandati jistgħu jiġu estiżi darba.
Artikolu 66
Laqgħat
1. Il-laqgħat tal-bord amministrattiv għandhom jissejħu mill-president tiegħu.
2. Id-direttur eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, mingħajr dritt li jivvota.
3. Il-bord amministrattiv għandu jorganizza tal-anqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq sejħa tal-president, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq talba ta' mill-anqas terz tal-membri tiegħu.
4. L-Irlanda u r-Renju Unit għandhom jiġu mistiedna jattendu għal-laqgħat tal-bord amministrattiv.
5. Il-bord amministrattiv jista' jistieden rappreżentant tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.
6. Il-bord amministrattiv jista' jistieden, f'konformità mar-regoli ta' proċedura tiegħu, kwalunkwe persuna oħra li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess biex tattendi għal-laqgħat tiegħu bħala osservatur.
7. Il-membri tal-bord amministrattiv jistgħu, soġġett għad-dispożizzjonijiet tar-regoli ta' proċedura tiegħu, ikunu assistiti minn konsulenti jew esperti.
8. Is-segretarjat tal-bord amministrattiv għandu jiġi pprovdut mill-Aġenzija.
Artikolu 67
Votazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(4), il-punti (c), (j) u (l) tal-Artikolu 62(2), l-Artikolu 65(1) u l-Artikolu 69(2) u (4), il-bord amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza assoluta tal-membri tiegħu bi dritt li jivvutaw.
2. Kull membru għandu jkollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta' membru, is-supplent tiegħu jew tagħha għandu jkun intitolat li jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu jew tagħha. Id-direttur eżekuttiv ma għandux jivvota.
3. Ir-regoli ta' proċedura għandhomjistipulaw l-arranġamenti ta' vot f'aktar dettal. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu l-kondizzjonijiet għal membru li jaġixxi f'isem membru ieħor kif ukoll kwalunkwe ħtieġa għar-rekwiżiti ta' quorum.
4. Rappreżentanti ta' pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen għandhom ikollhom drittijiet tal-vot limitati li jikkorrespondu mal-arranġamenti rispettivi tagħhom. Sabiex tippermetti l-pajjiżi assoċjati jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-vot, l-Aġenzija għandha tħejji l-aġenda b'mod li tidentifika l-punti li għalihom ikun ingħata dritt tal-vot limitat.
Artikolu 68
Funzjonijiet u setgħat tad-direttur eżekuttiv
1. L-Aġenzija għandha tkun immaniġġjata mid-direttur eżekuttiv tagħha, li għandu jkun kompletament indipendenti fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu jew tagħha. Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi rispettivi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u tal-bord amministrattiv, id-direttur eżekuttiv ma għandu la jfittex u lanqas jieħu istruzzjonijiet minn xi gvern jew xi korp ieħor.
2. Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu jistiednu lid-direttur eżekuttiv sabiex jirrapporta dwar it-twettiq tal-kompiti tiegħu jew tagħha. Dan jinkludi rappurtar fuq l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-Istrateġija għad-Drittijiet Fundamentali, ir-rapport tal-attivitajiet annwali tal-Aġenzija għas-sena ta' qabel, il-programm ta' ħidma għas-sena ta' wara u l-programmar multiannwali tal-Aġenzija jew kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-attivitajiet tal-Aġenzija. Id-direttur eżekuttiv għandu wkoll jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-Parlament Ewropew u jirrapporta lilu b'mod regolari, jekk jiġi mitlub jagħmel dan.
3. Id-direttur eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet strateġiċi meħuda mill-bord amministrattiv u għat-teħid ta' deċiżjonijiet relatati mal-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija f'konformità ma' dan ir-Regolament. Id-direttur eżekuttiv għandu jkollu l-funzjonijiet u s-setgħat li ġejjin:
(a) |
li jipproponi, jipprepara u jimplimenta d-deċiżjonijiet strateġiċi u l-programmi u l-attivitajiet adottati mill-bord amministrattiv fil-limiti stipulati b'dan ir-Regolament, tar-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu u ta' kwalunkwe liġi applikabbli; |
(b) |
li jieħu l-passi kollha meħtieġa, inkluż l-adozzjoni ta' struzzjonijiet amministrattivi interni u l-pubblikazzjoni ta' notifiki, sabiex jiżgura l-amministrazzjoni ta' kuljum u l-funzjonament tal-Aġenzija skont dan ir-Regolament; |
(c) |
li jipprepara kull sena d-dokument ta' programmar u li jippreżentah lill-bord amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni; |
(d) |
li jipprepara kull sena rapport ta' attività annwali dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u jippreżentah lill-bord amministrattiv; |
(e) |
li jħejji abbozz ta' prospett dwar l-estimi finanzjarji tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija skont l-Artikolu 75 u jimplimenta l-baġit skont l-Artikolu 76; |
(f) |
li jiddelega s-setgħat tiegħu jew tagħha lil membri oħra tal-persunal tal-Aġenzija soġġetti għal regoli li għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 62(2)(n); |
(g) |
li jadotta rakkomandazzjoni dwar miżuri korrettivi f'konformità mal-Artikolu 13(6), inklużi deċiżjonijiet li jipproponu li l-Istati Membri jibdew u jwettqu operazzjonijiet konġunti, interventi rapidi fil-fruntiera jew azzjoni oħra msemmija fl-Artikolu 14(2); |
(h) |
li jevalwa, japprova u jikkoordina proposti magħmula mill-Istati Membri għal operazzjonijiet konġunti jew interventi rapidi fil-fruntiera skont l-Artikolu 15(3); |
(i) |
li jevalwa, japprova u jikkoordina talbiet magħmula mill-Istati Membri għal operazzjonijiet konġunti ta' ritorn jew interventi ta' ritorn fil-fruntiera f'konformità mal-Artikoli 28 u 33; |
(j) |
li jiżgura l-implimentazzjoni tal-pjanijiet operazzjonali msemmija fl-Artikoli 16, 17 u fl-Artikolu 33(4); |
(k) |
li jivvaluta t-talba għal assistenza ta' Stat Membru għal timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-valutazzjoni tal-bżonnijiet tiegħu, f'koordinazzjoni mal-Aġenziji rilevanti tal-Unjoni f'konformità mal-Artikolu 18(2); |
(l) |
li jiżgura l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 19(1); |
(m) |
li jirtira l-finanzjament tal-attivitajiet f'konformità mal-Artikolu 25; |
(n) |
li jevalwa r-riżultati tal-attivitajiet f'konformità mal-Artikolu 26; |
(o) |
li jidentifika n-numru minimu ta' oġġetti ta' tagħmir tekniku meħtieġa biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-Aġenzija, b'mod partikolari fir-rigward tat-twettiq ta' operazzjonijiet konġunti, stazzjonamenti ta' tim ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, interventi rapidi fil-fruntiera, operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn, f'konformità mal-Artikolu 39(5); |
(p) |
li jħejji pjan ta' azzjoni li jsegwi l-konklużjonijiet tar-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll l-investigazzjonijiet mill-OLAF u li jirrapporta lill-Kummissjoni u lill-bord amministrattiv darbtejn fis-sena dwar il-progress b'mod regolari; |
(q) |
li jħares l-interessi finanzjarji tal-Unjoni billi japplika miżuri ta' prevenzjoni kontra l-frodi, kontra l-korruzzjoni u kontra kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli effettivi u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, billi jirkupra l-ammonti mħallsa b'mod skorrett u fejn ikun xieraq jimponi penali amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi; |
(r) |
li jħejji strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u jippreżentaha lill-bord amministrattiv għall-approvazzjoni. |
4. Id-direttur eżekuttiv għandu jwieġeb għall-azzjonijiet tiegħu jew tagħha lill-bord amministrattiv.
5. Id-direttur eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija.
Artikolu 69
Ħatra tad-direttur eżekuttiv u l-viċi direttur eżekuttiv
1. Il-Kummissjoni għandha tipproponi tal-anqas tliet kandidati għall-pożizzjoni tad-direttur eżekuttiv abbażi ta' lista wara l-pubblikazzjoni tal-pożizzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u, kif opportun, f'ġurnali jew siti tal-Internet oħra.
2. Id-direttur eżekuttiv għandu jinħatar mill-bord amministrattiv għal raġunijiet ta' mertu u ħiliet dokumentati ta' amministrazzjoni u ġestjoni ta' livell għoli, inkluża esperjenza professjonali għolja rilevanti fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn. Qabel il-ħatra, il-kandidati proposti mill-Kummissjoni għandhom jiġu mistiedna jagħmlu dikjarazzjoni quddiem il-kumitat jew kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġbu l-mistoqsijiet mill-membri tiegħu jew tagħhom.
Wara t-tali dikjarazzjoni, il-Parlament Ewropew għandu jadotta opinjoni li tispjega l-fehmiet tiegħu u jista' jindika kandidat preferut.
Il-bord amministrattiv għandu jaħtar id-direttur eżekuttiv filwaqt li jikkunsidra dawk l-opinjonijiet. Il-bord amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom dritt li jivvutaw.
Jekk il-bord amministrattiv jieħu deċiżjoni li jaħtar kandidat ieħor għajr il-kandidat indikat mill-Parlament Ewropew bħala l-kandidat preferut tiegħu, il-bord amministrattiv għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-miktub dwar il-mod kif l-opinjoni tal-Parlament Ewropewġiet ikkunsidrata.
Is-setgħa li jitneħħa d-direttur eżekuttiv għandha tkun tal-bord amministrattiv, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.
3. Id-direttur eżekuttiv għandu jkun assistit minn viċi direttur eżekuttiv. Jekk id-direttur eżekuttiv ikun assenti jew indispost, il-viċi direttur eżekuttiv għandu jieħu postu jew postha.
4. Il-viċi direttur eżekuttiv għandu jinħatar mill-bord amministrattiv fuq il-proposta tad-Direttur Eżekkuttiv. Il-viċi direttur eżekkuttiv għandu jinħatar għal raġunijiet ta' mertu u ħiliet adatti ta' amministrazzjoni u ġestjoni inkluża esperjenza professjonali rilevanti fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni u r-ritorn. Id-direttur eżekuttiv għandu jipproponi tal-anqas tliet kandidati għall-pożizzjoni tal-viċi direttur eżekuttiv. Il-bord amministrattiv għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri kollha li jkollhom dritt li jivvutaw.
Il-bord amministrattiv għandu jkollu s-setgħa li jneħħi l-viċi direttur eżekuttiv skont il-proċedura stipulata fl-ewwel subparagrafu.
5. Il-mandat tad-direttur eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sa tmiem dan il-perijodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tikkunsidra evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-direttur eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.
6. Il-bord amministrattiv, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, jista' jestendi l-mandat tad-direttur eżekuttiv darba, għal perijodu ta' mhux aktar minn ħames snin.
7. Il-mandat tal-viċi direttur eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Dan jista' jiġi estiż darba mill-bord amministrattiv għal perijodu ieħor ta' mhux aktar minn ħames snin.
Artikolu 70
Forum Konsultattiv
1. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi forum konsultattiv sabiex jassisti lid-direttur eżekuttiv u lill-bord amministrattiv permezz ta' parir indipendenti fi kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet fundamentali.
2. L-Aġenzija għandha tistieden lill-EASO, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn sabiex jipparteċipaw fil-forum konsultattiv. Fuq proposta tad-direttur eżekuttiv, il-bord amministrattiv għandu jiddeċiedi dwar il-kompożizzjoni tal-forum konsultattivu t-termini tat-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-forum konsultattiv. Il-forum konsultattiv għandu, wara li jikkonsulta mal-bord amminstrattiv u mad-direttur eżekuttiv, jiddefinixxi l-metodi ta' ħidma tiegħu u jistabbilixxi l-programm ta' ħidma tiegħu.
3. Il-forum konsultattiv għandu jiġi kkonsultat dwar l-iżvilupp ulterjuri u l-implimentazzjoni tal-istrateġija għad-drittijiet fundamentali, dwar l-istabbiliment tal-mekkaniżmu tal-ilmenti, dwar il-Kodiċi tal-Kondotta u l-kurrikuli bażiċi komuni.
4. Il-forum konsultattiv għandu jħejji rapport ta' kull sena dwar l-attivitajiet tiegħu. Dan ir-rapport għandu jsir disponibbli għall-pubbliku.
5. Mingħajr preġudizzju għall-kompiti tal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, il-forum konsultattiv għandu jkollu aċċess effettiv għall-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, inkluż billi jwettaq żjarat fil-post tal-operazzjonijiet konġunti, jew interventi rapidi fil-fruntiera soġġetti għall-qbil tal-Istat Membru ospitanti, u għal żoni hotspot, operazzjonijiet ta' ritorn u interventi ta' ritorn.
Artikolu 71
Uffiċjal għad-drittijiet fundamentali.
1. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali-għandu jinħatar mill-bord amministrattiv. Huwa jew hija għandu/għandha jkollha l-kompiti li jikkontribwixxu għall-istrateġija dwar id-drittijiet fundamentali tal-Aġenzija, jissorvelja l-osservanza tagħha tad-drittijiet fundamentali u jippromwovi r-rispett tagħha għad-drittijiet fundamentali. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali. għandu jkollu l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa fil-qasam tad-drittijiet fundamentali.
2. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jkun indipendenti fit-twettiq tad-dmirijet tiegħu. Hu jew hija għandu/għandha jirrapporta/tirraporta direttament lill-bord amministrattiv u jikkoopera mal-forum konsultattiv. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jirrapporta hekk fuq bażi regolari u bħala tali jikkontribwixxi għall-mekkaniżmu ta' monitoraġġ tad-drittijiet fundamentali.
3. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jiġi kkonsultat dwar il-pjanijiet operazzjonali mfassla skont l-Artikoli 16, 17 u 28 u l-Artikolu 33(4). Hu jew hija għandu/għandha jkollu/jkollha aċċess għall-informazzjoni kollha li tikkonċerna l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali, b'rabta mal-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.
Artikolu 72
Mekkaniżmu tal-ilmenti
1. L-Aġenzija għandha, f'kooperazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, tieħu l-miżuri meħtieġa biex toħloq mekkaniżmu tal-ilmenti skont dan l-Artikolu biex timmonitorja u tiżgura l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali fl-attivitajiet kollha tal-Aġenzija.
2. Kwalunkwe persuna li tkun direttament affettwata mill-azzjonijiet tal-persunal involut f'operazzjoni konġunta, proġett pilota, intervent rapidu fil-fruntiera, stazzjonament ta' timijiet ta' appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni, operazzjoni ta' ritorn jew intervent ta' ritorn u li tqis lilha nnifisha li kienet s-soġġett ta' ksur ta' drittijiet fundamentali tagħha minħabba dawk l-azzjonijiet, jew kwalunkwe parti li tirrappreżenta lil tali persuna, tista' tressaq ilment bil-miktub, lill-Aġenzija.
3. Għandhom ikunu ammissibbli biss ilmenti sostanzjati li jinvolvu ksur konkret tad-drittijiet fundamentali.
4. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jkun responsabbli mill-indirizzar tal-ilmenti li jaslu għand l-Aġenzija skont id-dritt għal amministrazzjoni tajba. Għal dan il-għan, l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jirrevedi l-ammissibbiltà ta' lment, jirreġistra l-ilmenti ammissibbli, jibgħat l-ilmenti rreġistrati kollha lid-direttur eżekuttiv, jibgħat l-ilmenti li jikkonċernaw lil membri tat-timijiet lill-Istat Membru ta' oriġini, jinforma lill-awtorità relevanti jew lill-korp kompetenti għad-drittijiet fundamentali fi Stat Membru, u jirreġistra u jiżgura s-segwitu mill-Aġenzija jew minn dak l-Istat Membru.
5. F'konformità mad-dritt għal amministrazzjoni tajba, jekk ilment ikun ammissibbli, l-ilmentaturi għandhom ikunu informati li lment ġie rreġistrat, li tkun inbdiet valutazzjoni u li tweġiba tista' tkun mistennija malli ssir disponibbli. Jekk ilment jiġi mgħoddi lil awtoritajiet jew korpi nazzjonali, l-ilmentatur għandu jiġi pprovdut bid-dettalji ta' kuntatt tagħhom. Jekk ilment ma jkunx ammissibbli, l-ilmentaturi għandhom ikunu informati bir-raġunijiet u, jekk ikun possibbli, ipprovduti b'aktar possibbiltajiet biex jiġu indirizzati l-problemi tagħhom.
Kwalunkwe deċiżjoni għandha tkun bil-miktub u motivata.
6. Fil-każ ta' lment reġistrat li jikkonċerna membru tal-persunal tal-Aġenzija, id-direttur eżekuttiv għandu jiżgura segwitu xieraq, b'konsultazzjoni mal-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, inklużi miżuri dixxiplinarji kif ikun meħtieġ. Id-direttur eżekuttiv għandu jirrapporta lura f'qafas ta' żmien determinat lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali dwar is-sejbiet u s-segwitu magħmula mill-Aġenzija bi tweġiba għal ilment, inklużi l-miżuri dixxiplinarji kif meħtieġ.
Jekk ilment ikun relatat ma' kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data, id-direttur eżekuttiv għandu jinvolvi lill-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data tal-Aġenzija. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali u l-uffiċjal għall-protezzjoni tad-data għandhom jistabbilixxu, bil-miktub, memorandum ta' qbil li jispeċifika t-tqassim tal-kompiti tagħhom fir-rigward tal-ilmenti milqugħa.
7. Jekk jiġi reġistrat ilment li jikkonċerna gwardja tal-fruntiera ta' Stat Membru ospitanti jew membru tat-timijiet, inkluż membru ssekondat tat-timijiet jew espert nazzjonali ssekondat, l-Istat Membru ta' oriġini għandu jiżgura segwitu xieraq, inkluż miżuri dixxiplinarji kif meħtieġ jew miżuri oħrajn skont il-liġi nazzjonali. L-Istat Membru rilevanti għandu jirrapporta lura lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali dwar is-sejbiet u s-segwitu li jsiru b'reazzjoni għall-ilment f' perijodu ta' żmien determinat, u jekk meħtieġ, f'intervalli regolari minn dak iż-żmien 'il quddiem. L-Aġenzija għandha tagħti segwitu lill-kwistjoni jekk l-ebda rapport ma jasal mill-Istat Membru rilevanti.
8. F'każ li gwardja tal-fruntiera jew espert nazzjonali ssekondat jinstab li kiser id-drittijiet fundamentali jew l-obbligi ta' protezzjoni internazzjonali, l-Aġenzija tista' titlob li l-Istat Membru jneħħi lill-gwardja tal-fruntiera jew lill-espert nazzjonali sekondat immedjatament mill-attività tal-Aġenzija jew mir-riżerva ta' reazzjoni rapida.
9. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jirrapporta lid-direttur eżekuttiv u lill-bord amministrattiv dwar is-sejbiet u s-segwitu li saru bħala reazzjoni għall-ilmenti tal-Aġenzija u l-Istati Membri. L-Aġenzija għandha tinkludi informazzjoni dwar il-mekkaniżmu tal-ilmenti fir-rapport annwali tagħha.
10. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 sa 9 wara konsultazzjoni mal-forum konsultattiv, għandu jfassal formola standardizzata li tkun titlob informazzjoni dettaljata u speċifika dwar l-allegat ksur tad-drittijiet fundamentali. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu wkoll ifassal kwalunkwe regoli dettaljati oħra kif meħtieġ. L-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali għandu jissottometti din il-formola u tali regoli dettaljati oħra lid-direttur eżekuttiv u lill-bord amministrattiv.
L-Aġenzija għandha tiżgura li l-informazzjoni dwar il-possibbiltà u l-proċedura biex isir ilment tkun disponibbli minnufih, inkluż għall-persuni vulnerabbli. Il-formola tal-ilmenti standardizzata għandha tkun disponibbli fis-sit web tal-Aġenzija u f'verżjoni stampata waqt l-attivitajiet kollha tal-Aġenzija, bil-lingwi li ċ-ċittadini ta' pajjiż terz jifhmu jew li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jifhmu. L-ilmenti għandhom jiġu eżaminati mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali anke meta ma jiġux depożitati fil-formola tal-ilment standardizzata.
11. Kwalunkwe data personali li jkun hemm f'ilment għandha tintuża u tiġi proċessata mill-Aġenzija inkluż l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u mill-Istati Membri f'konformità mad-Direttiva 95/46/KE u d-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.
Meta ilmentatur jissottometti ilment, dak l-ilmentatur għandu jinftiehem li jagħti kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu jew tagħha mill-Aġenzija u l-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali fi ħdan it-tifsira tal-punt (d) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Sabiex jiġi ssalvagwardjat l-interess tal-ilmentaturi, l-ilmenti għandhom jiġu ttrattati b'mod kunfidenzjali mill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali f'konformità mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni sakemm l-ilmentatur ma jirrinunzjax b'mod espliċitu għad-dritt tiegħu jew tagħha għall-kunfidenzjalità. Meta ilmentaturi jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom għall-kunfidenzjalità, jkun mifhum li huma jagħtu l-kunsens lill-uffiċjal għad-drittijiet fundamentali jew lill-Aġenzija għall-iżvelar tal-identità tagħhom lill-awtoritajiet jew korpi kompetenti fir-rigward tal-kwistjoni li dwarha jkun hemm l-ilment, fejn meħtieġ.
Artikolu 73
Arranġamenti lingwistiċi
1. Id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament Nru 1 (36) għandhom japplikaw għall-Aġenzija.
2. Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda fuq il-bażi tal-Artikolu 342 TFUE, ir-rapport annwali dwar l-attività u l-programm ta' ħidma msemmija fil-punti (i) u (j) tal-Artikolu 62(2), għandhom isiru bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.
3. Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 74
Trasparenza u komunikazzjoni
1. L-Aġenzija għandha tkun soġġetta għar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 meta tittratta applikazzjonijiet għall-aċċess għad-dokumenti tagħha.
2. L-Aġenzija għandha tikkomunika fuq kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan l-ambitu tal-kompiti tagħha fuq l-inizjattiva tagħha stess. Hija għandha tippubblika informazzjoni relevanti inkluż ir-rapport annwali tal-attività msemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 62(2) u għandha tiżgura, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 50, b'mod partikolari li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr informazzjoni oġġettiva, komprensiva, affidabbli u li tinftiehem faċilment fir-rigward tal-ħidma tagħha. Hija għandha tagħmel dan mingħajr ma tiżvela informazzjoni operazzjonali li, jekk tinħareġ fil-pubbliku, tippreġudika l-ilħuq tal-objettiv tal-operazzjonijiet.
3. Il-bord amministrattiv għandu jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2.
4. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun intitolata li tindirizza korrispondenza bil-miktub lill-Aġenzija bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Hi għandha d-dritt li tirċievi tweġiba bl-istess lingwa.
5. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jwasslu għat-tressiq ta' ilment quddiem l-Ombudsman Ewropew jew għal rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 TFUE, rispettivament.
Artikolu 75
Baġit
1. Id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti, mingħajr preġudizzju għal tipi oħra ta' dħul, minn:
(a) |
sussidju mill-Unjoni, li jiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (it-taqsima tal-Kummissjoni); |
(b) |
kontribuzzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen kif stabbilit fl-arranġamenti rispettivi li jispeċifikaw l-kontribuzzjoni finanzjarja; |
(c) |
finanzjament tal-Unjoni fil-forma ta' ftehimiet ta' delega jew għotjiet ad hoc f'konformità mar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 79 u mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġaw il-politiki tal-Unjoni; |
(d) |
tariffi għas-servizzi pprovduti; |
(e) |
kwalunkwe kontribut volontarju mill-Istati Membri. |
2. L-infiq tal-Aġenzija għandu jinkludi l-ispejjeż amministrattivi, infrastrutturali, operazzjonali u relatati mal-persunal tagħha.
3. Id-direttur eżekuttiv għandu jifformula abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u n-nefqa tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja li jmiss, inkluż pjan ta' stabbiliment, u għandu jibagħtu lill-bord amministrattiv.
4. Id-dħul u l-infiq għandhom ikunu bilanċjati.
5. Il-bord amministrattiv, fuq il-bażi tal-abbozz ta' dikjarazzjoni tal-estimi finanzjarji mħejji mid-direttur eżekuttiv, għandu jadotta abbozz proviżorju ta' estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija, inkluż il-pjan proviżorju ta' stabbiliment. Il-bord amministrattiv għandu jgħaddihom lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta' Jannar kull sena, flimkien mal-abbozz ta' dokument ta' programmar wieħed.
6. Il-bord amministrattiv għandu jadotta l-abbozz tal-estimi tad-dħul u tal-infiq, inkluż l-abbozz tal-pjan ta' stabbiliment akkumpanjat mill-programm ta' ħidma preliminari, u jgħaddihom lill-Kummissjoni sal-31 ta' Marzu kull sena.
7. L-estimi għandhom jintbagħtu mill-Kummissjoni lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit tal-Unjoni Ewropea.
8. Abbażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, l-estimi li tqis meħtieġa għall-pjan ta' stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali, li hija għandha tippreżenta lill-awtorità baġitarja skont l-Artikoli 313 u 314 TFUE.
9. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza approprjazzjonijiet għas-sussidju lill-Aġenzija.
L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta' stabbiliment għall-Aġenzija.
10. Il-bord amministrattiv jadotta l-baġit tal-Aġenzija. Dan għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea. Meta jkun xieraq, dan għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.
11. Kwalunkwe modifika għall-baġit, inkluż għall-pjan ta' stabbiliment, għandha ssegwi l-istess proċedura.
12. Għal kwalunkwe proġett ta' bini li x'aktarx ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Aġenzija, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 (37).
13. Biex tiffinanzja l-istazzjonament ta' interventi rapidi fil-fruntiera u interventi ta' ritorn, il-baġit tal-Aġenzija adottat mill-bord amministrattiv għandu jinkludi riżerva operazzjonali finanzjarja li tammonta mill-anqas għal 4 % tal-allokazzjoni prevista għall-attivitajiet operazzjonali. Fl-1 ta' Ottubru ta' kull sena, mill-anqas kwart tar-riżerva għandu jibqa' disponibbli sabiex ikopri l-bżonnijiet li jinqalgħu sal-aħħar tas-sena.
Artikolu 76
Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit
1. Id-direttur eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.
2. Sal-1 ta' Marzu ta' sena finanzjarja N+1, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet proviżorji għas-sena finanzjarja sena N lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet proviżorji tal-istituzzjonijiet u l-korpi deċentralizzati f'konformità mal-Artikolu 147 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38).
3. L-Aġenzija għandha tibgħat rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marzu tas-sena N+1.
4. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija għas-sena N, ikkonsolidati mal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta' Marzu tas-sena N+1.
5. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet proviżorji tal-Aġenzija għas-sena N, skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, id-direttur eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu jew tagħha u jibgħathom/tibgħathom lill-bord amministrattiv għal opinjoni.
6. Il-bord amministrattiv għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija għas-sena N.
7. Sal-1 ta' Lulju tas-sena N+1, id-direttur eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-bord amministrattiv, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.
8. Il-kontijiet finali għas-sena N għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta' Novembru tas-sena N+1.
9. Id-direttur eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sat-30 ta' Settembru tas-sena N+1. Huwa jew hija għandu/għandha wkoll jibgħat/tibgħat din it-tweġiba lill-bord amministrattiv.
10. Id-direttur eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta' dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta' kwittanza għas-sena N, skont l-Artikolu 165(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.
11. Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta' Mejju tas-sena N+2, jagħti kwittanza lid-direttur eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.
Artikolu 77
Ġlieda kontra l-frodi
1. Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet oħra illegali, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 għandhom japplikaw mingħajr restrizzjoni. L-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u għandha tadotta, mingħajr dewmien, id-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija permezz tal-mudell stabbilit fl-Anness ta' dak il-Ftehim.
2. Il-Qorti tal-Awdituri għandha jkollha s-setgħa ta' awditjar, abbażi ta' dokumenti u ta' spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta' għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni mill-Aġenzija.
3. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (39), bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' ftehim ta' għotja jew deċiżjoni ta' għotja jew ma' kuntratt iffinanzjat mill-Aġenzija.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, kuntratti, ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet ta' għotja tal-Aġenzija għandhom b'mod espliċitu jkun fihom dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF biex iwettqu tali awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
Artikolu 78
Evitar ta' kunflitti ta' interess
L-Aġenzija għandha tadotta regoli interni li jesiġu li l-membri tal-organi tagħha u l-membri tal-persunal tagħha jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista' tagħti lok għal kunflitt ta' interess matul l-impjieg jew il-mandat tagħhom u jirrappurtaw tali sitwazzjonijiet.
Artikolu 79
Dispożizzjonijiet finanzjarji
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-bord amministrattiv wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Huma ma għandhomx jiddevjaw mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013 sakemm tali devjazzjoni ma tinħtieġx b'mod speċifiku għall-operazzjoni tal-Aġenzija u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.
KAPITOLU IV
Emendi
Artikolu 80
Emenda għar-Regolament (UE) 2016/399
Fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/399, l-Artikolu 29(1) qed jinbidel b'dan li ġej:
“1. F'ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn il-funzjonament ġenerali taż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni jitqiegħed f'riskju minħabba nuqqasijiet serji persistenti relatati mal-kontrolli fil-fruntieri esterni kif imsemmi fl-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament jew bħala riżultat tan-nuqqas ta' konformità ta' Stat Membru ma' deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), u sa fejn dawk iċ-ċirkostanzi jikkostitwixxu theddida serja għall-ordni pubbliku jew is-sigurtà interna fi ħdan iż-żona mingħajr kontrolli fuq il-fruntieri interni jew f'partijiet minnha, jistgħu jiġu introdotti mill-ġdid il-kontrolli fil-fruntieri interni f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għal perijodu ta' mhux aktar minn sitt xhur. Dak il-perijodu jista' jiġi estiż, mhux aktar minn tliet darbiet, b'perijodu ieħor ta' mhux aktar minn sitt xhur jekk jippersistu ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali.
KAPITOLU V
Dispożizzjonijiet finali
Artikolu 81
Evalwazzjoni
1. Sas-7 ta' Ottubru 2019, u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tikkummissjona evalwazzjoni indipendenti esterna biex tivvaluta b'mod partikolari:
(a) |
ir-riżultati miksuba mill-Aġenzija b'kunsiderazzjoni tal-objettivi, il-mandat u l-kompiti tagħha; |
(b) |
l-impatt, l-effettività u l-effiċjenza tal-prestazzjoni tal-Aġenzija u l-prattiki ta' ħidma tagħha b'rabta mal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tagħha; |
(c) |
l-implimentazzjoni ta' kooperazzjoni Ewropea dwar il-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta; |
(d) |
il-ħtieġa possibbli li jiġi modifikat il-mandat tal-Aġenzija; |
(e) |
l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifiki tali. |
L-evalwazzjoni għandha tinkludi analiżi speċifika dwar kif ġiet osservata l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u leġislazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
2. Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport ta' evalwazzjoni flimkien mal-konklużjonijiet tagħha dwar ir-rapport, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-bord amministrattiv. Il-bord amministrattiv jista' joħroġ rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta' bidliet għal dan ir-Regolament lill-Kummissjoni. Ir-rapport ta' evalwazzjoni u l-konklużjonijiet dwar ir-rapport għandhom isiru pubbliċi.
Artikolu 82
Revoka
1. Ir-Regolamenti (KE) Nru 2007/2004, (KE) Nru 863/2007 u d-Deċiżjoni 2005/267/KE huma mħassra.
2. Ir-referenzi għar-Regolament imħassar (KE) Nru 2007/2004 għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 83
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 20(5) u (6) u l-Artikolu 39(7) għandhom japplikaw mis-7 ta' Diċembru 2016. L-Artikoli 29, 30, 31 u 32 għandhom japplikaw mis-7 ta' Jannar 2017.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
I. KORČOK
(1) ĠU C 303, 19.8.2016, p. 109.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2016 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016.
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta' Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1).
(4) Direttiva tal-Kunsill 2002/90/KE tat-28 ta' Novembru 2002 li tiddefinixxi l-iffaċilitar ta' dħul, transitu u residenza mhux awtorizzati (ĠU L 328, 5.12.2002, p. 17).
(5) Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(6) Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).
(7) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1).
(8) Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).
(9) Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).
(10) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 15.
(11) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).
(12) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(13) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(14) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/977/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta' data personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 60).
(15) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(16) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(17) ĠU L 188, 20.7.2007, p. 19.
(18) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(19) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(20) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(21) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
(22) ĠU L 243, 16.9.2010, p. 4.
(23) Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħu sehem f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(24) Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(25) ĠU C 186, 25.5.2016, p. 10.
(26) Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għall-ħolqien ta' Timijiet ta' Intervent Rapidu fil-Fruntieri u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 fir-rigward ta' dak il-mekkaniżmu u li jirregola l-kompiti u l-poteri ta' uffiċjali mistiedna (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 30).
(27) Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE tas-16 ta' Marzu 2005 li tistabbilixxi Network sigur bbażat fuq il-web dwar l-Informazzjoni u l-Kordinazzjoni għas-Servizzi ta' Amministrazzjoni tal-Migrazzjoni tal-Istati Membri (ĠU L 83, 1.4.2005, p. 48).
(28) Regolament (UE) Nru 656/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi regoli dwar is-sorveljanza tal-fruntieri esterni tal-baħar fil-kuntest tal-kooperazzjoni operazzjonali kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 189, 27.6.2014, p. 93).
(29) Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 11).
(30) Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE tal-14 ta' Mejju 2008 li tistabbilixxi n-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni (ĠU L 131, 21.5.2008, p. 7).
(31) Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
(32) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).
(33) Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-Sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
(34) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar il-ħolqien ta' network bejn l-uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 1).
(36) Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385).
(37) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).
(38) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(39) Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
ANNESS I
TABELLA TA' KONTRIBUTI, LI GĦANDHOM JINGĦATAW MINN KULL STAT MEMBRU, GĦAN-NUMRU TOTALI MINIMU TA' 1 500 GWARDJAN TAL-FRUNTIERA U PERSUNAL RILEVANTI IEĦOR, SKONT L-ARTIKOLU 20(5)
Belġju |
30 |
Bulgarija |
40 |
Repubblika Ċeka |
20 |
Danimarka |
29 |
Ġermanja |
225 |
Estonja |
18 |
Greċja |
50 |
Spanja |
111 |
Franza |
170 |
Kroazja |
65 |
Italja |
125 |
Ċipru |
8 |
Latvja |
30 |
Litwanja |
39 |
Lussemburgu |
8 |
Ungerija |
65 |
Malta |
6 |
Netherlands |
50 |
Awstrija |
34 |
Polonja |
100 |
Portugall |
47 |
Rumanija |
75 |
Slovenja |
35 |
Slovakkja |
35 |
Finlandja |
30 |
Żvezja |
17 |
Żvizzera |
16 |
Iżlanda |
2 |
Liechtenstein |
|
Norveġja |
20 |
Total |
1 500 |
(*) Il-Liechtenstein se jikkontribwixxi permezz ta' appoġġ finanzjarju proporzjonali.
ANNESS II
TABELLA TA' KORRELAZZJONI
Ir-Regolament (KE) Nru 2007/2004 |
Dan ir-Regolament |
— |
Artikolu 1 |
Artikolu 1(1) |
— |
Artikolu 1(2), l-ewwel subparagrafu |
— |
Artikolu 1(2), it-tieni subparagrafu |
Artikoli 6(3), 34(1) u 34(4) |
Artikolu 1(3) |
— |
Artikolu 1a, parti introduttorja |
Artikolu 2, parti introduttorja |
Artikolu 1a, punt (1) |
Artikolu 2, punt (1) |
— |
Artikolu 2, punti (2) u (3) |
Artikolu 1a, punt (1a) |
Artikolu 2, punt (4) |
Artikolu 1a, punt (2) |
Artikolu 2, punt (5) |
Artikolu 1a, punt (3) |
Artikolu 2, punt (6) |
— |
Artikolu 2, punt (7) |
Artikolu 1a, punt (4) |
Artikolu 2, punt (8) |
Artikolu 1a, punt (5) |
— |
Artikolu 1a, punt (6) |
— |
— |
Artikolu 2, punti (9) sa (16) |
— |
Artikoli 3 sa 5 |
— |
Artikolu 6(1) u (2) |
— |
Artikolu 7 |
Artikolu 2(1), parti introduttorja |
Artikolu 8(1), parti introduttorja |
— |
Artikolu 8(1)(a) sa (c) |
Artikolu 2(1)(a) |
— |
Artikolu 2(1)(b) |
Artikolu 8(1)(p) |
Artikolu 2(1)(c) |
— |
Artikolu 2(1)(d) |
Artikolu 8(1)(q) |
Artikolu 2(1)(da) |
Artikolu 8(1)(d) |
Artikolu 2(1)(e) |
Artikolu 8(1)(e) |
— |
Artikolu 8(1)(f) |
Artikolu 2(1)(ea) |
Artikolu 8(1)(g) |
— |
Artikolu 8(1)(h) sa (o) |
Artikolu 2(1)(f) |
— |
Artikolu 2(1)(g) |
— |
Artikolu 2(1)(h) |
Artikolu 8(1)(r) |
Artikolu 2(1)(i) |
Artikolu 8(1)(s) |
— |
Artikolu 8(1)(t) u (u) |
Artikolu 2(1a) |
Artikoli 34(2) u 34(3) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 8(2) |
— |
Artikolu 8(3) |
— |
Artikolu 9 |
— |
Artikolu 10 |
Artikolu 2a |
Artikolu 35 |
Artikolu 3(1), l-ewwel u r-raba' subparagrafu |
Artikolu 15(3) |
Artikolu 3(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 15(4) |
Artikolu 3(1a), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 25(1) |
Artikolu 3(1a), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 25(2) |
Artikolu 3(1a), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 21(5) |
Artikolu 3(1a), ir-raba' subparagrafu |
Artikolu 25(4) |
Artikolu 3(1b) |
— |
Artikolu 3(2) |
— |
Artikolu 3(3) |
Artikolu 26 |
Artikolu 3(4) |
— |
Artikolu 3(5) |
— |
Artikolu 3a(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 16(2) |
Artikolu 3a(1), it-tieni subparagrafu, parti introduttorja |
Artikolu 16(3), parti introduttorja |
Artikolu 3a(1), it-tieni subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 16(3)(a) |
Artikolu 3a(1), it-tieni subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 16(3)(b) |
Artikolu 3a(1), it-tieni subparagrafu, punt (c) |
Artikolu 16(3)(c) |
Artikolu 3a(1), it-tieni subparagrafu, punt (d) |
Artikolu 16(3)(d) |
Artikolu 3a(1), it-tieni subparagrafu, punt (e) |
Artikolu 16(3)(e) |
Artikolu 3a(1), it-tieni subparagrafu, punt (f) |
Artikolu 16(3)(f) |
Artikolu 3a(1), it-tieni subparagrafu, punt (g) |
Artikolu 16(3)(g) |
Artikolu 3a(1), it-tieni subparagrafu, punt (h) |
Artikolu 16(3)(h) |
Artikolu 3a(1), it-tieni subparagrafu, punt (i) |
Artikolu 16(3)(i) |
Artikolu 3a(1), it-tieni subparagrafu, punt (j) |
Artikolu 16(3)(j) |
Artikolu 3a(1), it-tieni subparagrafu, punt (k) |
Artikolu 16(3)(k) |
Artikolu 3a(2) |
Artikolu 16(4) |
Artikolu 3a(3) |
Artikolu 22(1) |
Artikolu 3b(1) |
Artikolu 20(2) |
Artikolu 3b(2) |
Artikolu 20(3) |
Artikolu 3b(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafu |
Artikolu 20(11), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 3b(3), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 20(11), it-tieni u t-tielet subparagrafu |
Artikolu 3b(4) |
Artikolu 21(4) |
Artikolu 3b(5), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 22(2) |
Artikolu 3b(5), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 22(3) |
Artikolu 3b(6) |
— |
Artikolu 3b(7) |
Artikolu 20(12) |
Artikolu 3c(1) |
Artikolu 21(1) |
Artikolu 3c(2) |
Artikolu 21(2) |
Artikolu 3c(3) |
— |
Artikolu 3c(4) |
Artikolu 21(5) |
Artikolu 4, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 4, it-tieni paragrafu |
Artikolu 11(2) |
— |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 4, it-tielet paragrafu |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 4, ir-raba' paragrafu |
Artikolu 11(5) |
Artikolu 4, il-ħames paragrafu |
Artikolu 11(4) |
— |
Artikolu 11(6) |
Artikolu 4, is-sitt paragrafu |
Artikolu 11(7) |
— |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 13(1) sa (3) |
— |
Artikolu 13(5) sa (9) |
Artikolu 5, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 36(1) |
Artikolu 5, it-tieni paragrafu |
Artikolu 36(2) |
— |
Artikolu 36(4) |
Artikolu 5, it-tielet, ir-raba u l-ħames paragrafu |
Artikolu 36(5) |
Artikolu 5, is-sitt paragrafu |
Artikolu 36(6) |
Artikolu 5, is-seba' paragrafu |
Artikolu 36(7) |
Artikolu 5, it-tmien paragrafu |
Artikolu 36(8) |
Artikolu 6 |
Artikolu 37(1) |
Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikoli 38(1), 38(2) u 38(3) |
Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 38(4) |
Artikolu 7(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 38(5) |
Artikolu 7(2) |
Artikoli 39(1) u 39(6) |
Artikolu 7(3) |
Artikolu 39(8) |
Artikolu 7(4) |
Artikolu 39(15) |
Artikolu 7(5), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 39(16) |
Artikolu 7(5), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 39(9) |
Artikolu 7(5), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 39(5), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 7(5), ir-raba' subparagrafu |
Artikolu 39(5), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 7(6) |
Artikolu 39(12) |
Artikolu 7(7) |
Artikolu 39(13) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 14(1) u Artikolu 14(2), parti introduttorja |
Artikolu 8(2), parti introduttorja |
Artikolu 14(2), parti introduttorja |
Artikolu 8(2)(a) |
— |
Artikolu 8(2)(b) |
Artikolu 14(2)(f) |
Artikolu 8(2)(c) |
Artikolu 14(2)(a) u (b) |
— |
Artikolu 14(2)(c) sa (e) u Artikolu 14(2)(g) |
— |
Artikolu 14(3) |
— |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 8(3) |
— |
— |
Artikolu 15(1) |
Artikolu 8a |
Artikolu 15(2) |
Artikolu 8b(1) |
Artikolu 20(8) |
Artikolu 8b(2) |
— |
Artikolu 8c |
Artikolu 36 |
— |
Artikolu 15(5) |
Artikolu 8d(1) |
Artikolu 17(1) |
Artikolu 8d(2) |
Artikolu 17(2) |
Artikolu 8d(3) |
Artikolu 17(3) |
Artikolu 8d(4) |
Artikolu 17(4) |
— |
Artikolu 17(5) |
Artikolu 8d(5) |
Artikolu 17(6) |
Artikolu 8d(6) |
Artikoli 17(7) u 17(8) |
Artikolu 8d(7) |
— |
Artikolu 8d(8) |
Artikolu 17(9) |
Artikolu 8d(9) |
Artikolu 17(10) |
— |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 8e(1), parti introduttorja |
— |
Artikolu 8e(1)(a) |
Artikolu 16(3)(a) |
Artikolu 8e(1)(b) |
Artikolu 16(3)(b) |
Artikolu 8e(1)(c) |
Artikolu 16(3)(c) |
Artikolu 8e(1)(d) |
Artikolu 16(3)(d) |
Artikolu 8e(1)(e) |
Artikolu 16(3)(e) |
Artikolu 8e(1)(f) |
Artikolu 16(3)(f) |
Artikolu 8e(1)(g) |
Artikolu 16(3)(g) |
Artikolu 8e(1)(h) |
Artikolu 16(3)(h) |
Artikolu 8e(1)(i) |
Artikolu 16(3)(i) |
Artikolu 8e(1)(j) |
Artikolu 16(3)(j) |
Artikolu 8e(1)(k) |
Artikolu 16(3)(k) |
— |
Artikolu 16(3)(l) sa (n) |
Artikolu 8e(2) |
Artikolu 16(4) |
— |
Artikolu 17(11) |
— |
Artikolu 18 |
— |
Artikolu 19 |
— |
Artikolu 20(1) |
— |
Artikolu 20(4) |
— |
Artikolu 20(5) sa (7) |
— |
Artikolu 20(9) u (10) |
— |
Artikolu 21(3) |
Artikolu 8f |
Artikolu 23 |
Artikolu 8 g(1) |
Artikolu 22(2) |
Artikolu 8 g(2), parti introduttorja |
Artikolu 22(3), parti introduttorja |
Artikolu 8 g(2)(a) |
Artikolu 22(3)(a) |
Artikolu 8 g(2)(b) |
Artikolu 22(3)(a) |
Artikolu 8 g(2)(c) |
Artikolu 22(3)(b) |
Artikolu 8 g(2)(d) |
Artikolu 22(3)(c) |
|
Artikolu 22(3)(d) |
Artikolu 8 g(3) |
Artikolu 22(4) |
Artikolu 8 g(4) |
— |
Artikolu 8h |
Artikolu 24 |
— |
Artikolu 25(3) |
— |
Artikolu 27(1) sa (3) |
Artikolu 9(1) |
Artikoli 27(4), 28(1) u 28(9) |
Artikolu 9(1a) |
Artikolu 35(2) |
Artikolu 9(1b) |
Artikoli 35(3) u 28(6) |
Artikolu 9(1c) |
Artikolu 28(2) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 54(6) |
— |
Artikolu 28(3) sa (5) |
— |
Artikolu 28(7) u (8) |
— |
Artikolu 29 |
— |
Artikolu 30 |
— |
Artikolu 31 |
— |
Artikolu 32 |
— |
Artikolu 33 |
— |
Artikolu 37(2) |
— |
Artikolu 37(3) |
— |
Artikolu 37(4) |
— |
Artikolu 39(2) sa (5) |
— |
Artikolu 39(7) |
— |
Artikolu 39(10) u (11) |
— |
Artikolu 39(14) |
Artikolu 10(1) |
Artikolu 40(1) |
Artikolu 10(2) |
Artikolu 40(2) |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 40(3) |
Artikolu 10(4) |
Artikolu 40(4) |
Artikolu 10(5) |
Artikolu 40(5) |
Artikolu 10(6) |
Artikolu 40(6) |
Artikolu 10(7) |
Artikolu 40(7) |
Artikolu 10(8) |
Artikolu 40(8), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 10(9) |
Artikolu 40(8), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 10(10) |
Artikolu 40(9) |
Artikolu 10a(1), parti introduttorja |
Artikolu 41(1), parti introduttorja |
Artikolu 10a(1)(a) |
Artikolu 41(1)(a) |
Artikolu 10a(1)(b) |
Artikolu 41(1)(b) |
Artikolu 10a(1)(c) |
Artikolu 41(1)(c) |
— |
Artikolu 41(1)(d) |
Artikolu 10a(2) |
Artikolu 41(2) |
Artikolu 10b |
Artikolu 42 |
Artikolu 10c |
Artikolu 43 |
Artikolu 11, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 44(1) |
Artikolu 11, it-tieni paragrafu |
Artikolu 44(2) |
Artikolu 11a, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 45(1) |
Artikolu 11a, it-tieni paragrafu |
Artikolu 45(2) u (3) |
— |
Artikolu 45(4) |
Artikolu 11b(1) |
Artikolu 48(1) |
Artikolu 11b(2) |
Artikolu 48(2) |
Artikolu 11b(3) |
Artikolu 48(3) |
Artikolu 11b(4) |
Artikolu 48(4) |
Artikolu 11b(5) |
— |
— |
Artikolu 46 |
Artikolu 11c(1) |
Artikolu 47(1) |
Artikolu 11c(2) |
Artikolu 47(1), parti introduttorja u Artikolu 47(1)(a) |
— |
Artikolu 47(1)(b) |
— |
Artikolu 47(1)(c) |
Artikolu 11c(3), parti introduttorja |
Artikolu 47(2), l-ewwel subparagrafu, parti introduttorja |
Artikolu 11c(3)(a) |
Artikolu 47(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
— |
Artikolu 47(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 11c(3)(b) |
Artikolu 47(2), l-ewwel subparagrafu, punt (c) |
— |
Artikolu 47(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 11c(4) |
Artikolu 47(3) |
Artikolu 11c(5) |
— |
Artikolu 11c(6) |
— |
Artikolu 11c(7) |
— |
Artikolu 11ca |
Artikolu 49 |
Artikolu 11d(1) |
Artikolu 50(1) |
Artikolu 11d(2) |
Artikolu 50(2) |
— |
Artikolu 50(3) |
Artikolu 12 |
Artikolu 51 |
Artikolu 13, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 52(1) u (2) |
— |
Artikolu 52(3) |
Artikolu 13, it-tieni paragrafu |
Artikolu 52(4) |
Artikolu 13, it-tielet paragrafu |
Artikolu 52(5) |
— |
Artikolu 53 |
Artikolu 14(1) |
Artikolu 54(1) |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 54(2) |
— |
Artikolu 54(3) |
— |
Artikolu 54(4) |
— |
Artikolu 54(5) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 55(1) u (2) |
Artikolu 14(4) |
Artikolu 55(3) |
Artikolu 14(5) |
Artikolu 54(9) |
Artikolu 14(6) |
Artikolu 54(7) |
— |
Artikolu 54(8) |
Artikolu 14(7) |
Artikolu 54(10) |
Artikolu 14(8) |
Artikolu 54(11) |
— |
Artikolu 55(4) |
Artikolu 15, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 56(1) |
Artikolu 15, it-tieni paragrafu |
Artikolu 56(2) |
Artikolu 15, it-tielet paragrafu |
Artikolu 56(3) |
Artikolu 15, ir-raba' paragrafu |
Artikolu 56(4) |
Artikolu 15, il-ħames paragrafu |
Artikolu 56(5) |
Artikolu 15a |
Artikolu 57 |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 17(1) |
Artikolu 58(1) |
Artikolu 17(2) |
— |
Artikolu 17(3) |
Artikolu 58(2) |
Artikolu 17(4) |
Artikolu 58(3) |
Artikolu 17(5) |
Artikolu 58(4) |
Artikolu 18 |
Artikolu 59 |
Artikolu 19 |
Artikolu 60 |
— |
Artikolu 61 |
Artikolu 20(1) |
— |
— |
Artikolu 62(1) |
Artikolu 20(2), parti introduttorja |
Artikolu 62(2), l-ewwel subparagrafu, parti introduttorja |
Artikolu 20(2)(a) |
Artikolu 62(2), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
— |
Artikolu 62(2), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
— |
Artikolu 62(2), l-ewwel subparagrafu, punti (c) sa (h) |
Artikolu 20(2)(b) |
Artikolu 62(2), l-ewwel subparagrafu, punt (i) u Artikolu 62(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 20(2)(c) |
Artikolu 62(2), l-ewwel subparagrafu, punt (j) |
Artikolu 20(2)(d) |
Artikolu 62(2), l-ewwel subparagrafu, punt (k) |
Artikolu 20(2)(e) |
Artikolu 62(2), l-ewwel subparagrafu, punt (l) |
Artikolu 20(2)(f) |
Artikolu 62(2), l-ewwel subparagrafu, punt (m) |
Artikolu 20(2)(g) |
Artikolu 62(2), l-ewwel subparagrafu, punt (n) |
Artikolu 20(2)(h) |
Artikolu 62(2), l-ewwel subparagrafu, punt (o) |
Artikolu 20(2)(i) |
— |
— |
Artikolu 62(2), l-ewwel subparagrafu, punti (p) sa (z) |
Artikolu 20(3) |
Artikolu 62(3) |
Artikolu 20(4) |
Artikolu 62(4) |
Artikolu 20(5) |
Artikolu 62(5) |
Artikolu 20(6) |
Artikolu 62(6) |
Artikolu 20(7) |
Artikolu 62(7) |
— |
Artikolu 62(8) |
Artikolu 21 |
Artikolu 63 |
— |
Artikolu 64 |
Artikolu 22 |
Artikolu 65 |
Artikolu 23(1) |
Artikolu 66(1) |
Artikolu 23(2) |
Artikolu 66(2) |
Artikolu 23(3) |
Artikolu 66(3) |
Artikolu 23(4) |
Artikolu 66(4) |
— |
Artikolu 66(5) |
Artikolu 23(5) |
Artikolu 66(6) |
Artikolu 23(6) |
Artikolu 66(7) |
Artikolu 23(7) |
Artikolu 66(8) |
Artikolu 24(1) |
Artikolu 67(1) |
Artikolu 24(2) |
Artikolu 67(2) |
Artikolu 24(3) |
Artikolu 67(3) |
— |
Artikolu 67(4) |
Artikolu 25(1) |
Artikolu 68(1) |
Artikolu 25(2) |
Artikolu 68(2) |
Artikolu 25(3), parti introduttorja |
Artikolu 68(3), parti introduttorja |
Artikolu 25(3)(a) |
Artikolu 68(3)(a) |
Artikolu 25(3)(b) |
Artikolu 68(3)(b) |
Artikolu 25(3)(c) |
Artikolu 68(3)(c) |
Artikolu 25(3)(d) |
— |
— |
Artikolu 68(3)(d) |
Artikolu 25(3)(e) |
Artikolu 68(3)(e) |
Artikolu 25(3)(f) |
Artikolu 68(3)(f) |
— |
Artikolu 68(3)(g), (h) u (i) |
Artikolu 25(3)(g) |
Artikolu 68(3)(j) |
— |
Artikolu 68(3)(k) sa (r) |
Artikolu 25(4) |
Artikolu 68(4) |
— |
Artikolu 68(5) |
Artikolu 26(1) |
Artikolu 69(1) |
Artikolu 26(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 69(2), l-ewwel u t-tielet subparagrafu |
— |
Artikolu 69(2), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 69(2), ir-raba' subparagrafu |
Artikolu 26(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 69(2), il-ħames subparagrafu |
Artikolu 26(3) |
Artikolu 69(3) |
Artikolu 26(4) |
Artikolu 69(4) |
Artikolu 26(5) |
Artikolu 69(5) u (7) |
— |
Artikolu 69(6) |
Artikolu 26a(1) |
Artikolu 34(1) |
Artikolu 26a(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 70(1) u (2) |
Artikolu 26a(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 70(3) |
Artikolu 26a(2), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 70(4) |
Artikolu 26a(3) |
Artikolu 71(1) u (2) |
Artikolu 26a(4) |
Artikolu 70(5) u Artikolu 71(3) |
— |
Artikolu 72 |
Artikolu 27 |
Artikolu 73 |
Artikolu 28 |
Artikolu 74 |
Artikolu 29(1), parti introduttorja |
Artikolu 75(1), parti introduttorja |
Artikolu 29(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 75(1)(a) |
Artikolu 29(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 75(1)(b) |
— |
Artikolu 75(1)(c) |
Artikolu 29(1), it-tielet inċiż |
Artikolu 75(1)(d) |
Artikolu 29(1), ir-raba' inċiż |
Artikolu 75(1)(e) |
Artikolu 29(2) |
Artikolu 75(2) |
Artikolu 29(3) |
Artikolu 75(3) |
Artikolu 29(4) |
Artikolu 75(4) |
Artikolu 29(5) |
Artikolu 75(5) u (6) |
Artikolu 29(6) |
Artikolu 75(7) |
Artikolu 29(7) |
Artikolu 75(8) |
Artikolu 29(8) |
Artikolu 75(9) |
Artikolu 29(9) |
Artikolu 75(10) |
Artikolu 29(10) |
Artikolu 75(11) |
Artikolu 29(11), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 75(12) |
Artikolu 29(11), it-tieni subparagrafu |
— |
— |
Artikolu 75(13) |
Artikolu 30(1) |
Artikolu 76(1) |
Artikolu 30(2) |
Artikolu 76(2) |
— |
Artikolu 76(3) |
Artikolu 30(3) |
Artikolu 76(4) |
Artikolu 30(4) |
Artikolu 76(5) |
Artikolu 30(5) |
Artikolu 76(6) |
Artikolu 30(6) |
Artikolu 76(7) |
Artikolu 30(7) |
Artikolu 76(8) |
Artikolu 30(8) |
Artikolu 76(9) |
— |
Artikolu 76(10) |
Artikolu 30(9) |
Artikolu 76(11) |
Artikolu 31(1) u (2) |
Artikolu 77(1) |
— |
Artikolu 77(2) |
Artikolu 31(3) |
Artikolu 77(3) |
— |
Artikolu 77(4) |
— |
Artikolu 78 |
Artikolu 32 |
Artikolu 79 |
— |
Artikolu 80 |
Artikolu 33(1) |
Artikolu 81(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 33(2) |
— |
Artikolu 33(2a) |
— |
Artikolu 33(2b) |
Artikolu 81(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 33(3) |
Artikolu 81(2) |
— |
Artikolu 82 |
Artikolu 34, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 83, l-ewwel paragrafu |
— |
Artikolu 83, it-tieni paragrafu |
Artikolu 34, it-tieni paragrafu |
— |
Artikolu 34, it-tielet paragrafu |
Artikolu 83, it-tielet paragrafu |
— |
Anness I |
— |
Anness II |