Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016B1600

Deċiżjoni (UE) 2016/1600 tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ April 2016 dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014

ĠU L 246, 14.9.2016, p. 432–433 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/1600/oj

14.9.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 246/432


DEĊIŻJONI (UE) 2016/1600 TAL-PARLAMENT EWROPEW

tat-28 ta’ April 2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sas-26 ta’ Ġunju 2014, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 — C8-0058/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC (4),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (5),u b’mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6),

wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta’ Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2016),

1.

Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2014;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Martin SCHULZ

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU C 422, 17.12.2015, p. 25.

(2)  ĠU C 422, 17.12.2015, p. 26.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.

(5)  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(6)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.


Top