Este documento es un extracto de la web EUR-Lex
Documento 32015R1164
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/1164 of 15 July 2015 fixing the quantitative limit for exports of out-of-quota sugar and isoglucose until the end of the 2015/2016 marketing year
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1164 tal-15 ta' Lulju 2015 li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2015/2016
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1164 tal-15 ta' Lulju 2015 li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2015/2016
ĠU L 188, 16.7.2015, p. 28/29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Ya no está vigente, Fecha de fin de validez: 30/09/2016: Este acto se ha modificado. Versión consolidada actual: 14/02/2016
16.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/28 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1164
tal-15 ta' Lulju 2015
li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2015/2016
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 139(2) u l-punt (g) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 144 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, iz-zokkor jew l-isoglukożju li jiġi prodott b'eċċess mill-kwota msemmija fl-Artikolu 136 ta' dak ir-Regolament jista' jiġi esportat biss fi ħdan il-limitu kwantitattiv li għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni. |
(2) |
Ir-regoli ddettaljati tal-implimentazzjoni għall-esportazzjonijiet barra mill-kwota, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħruġ ta' liċenzji tal-esportazzjoni, huma stipulati permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 (2). Madankollu, għal kull sena tas-suq, il-limitu kwantitattiv għandu jkun iffissat abbażi tal-opportunitajiet possibbli fis-swieq tal-esportazzjoni. |
(3) |
Għal ċerti produtturi taz-zokkor u l-isoglukożju fl-Unjoni, l-esportazzjonijiet mill-Unjoni jirrappreżentaw parti importanti mill-attivitajiet ekonomiċi tagħhom, u dawn stabbilixxew swieq tradizzjonali barra mill-Unjoni. L-esportazzjonijiet taz-zokkor u tal-isoglukożju lil dawk is-swieq jistgħu jkunu ekonomikament vijabbli anke mingħajr l-għoti ta' rifużjonijiet tal-esportazzjoni. Għal dan il-għan jeħtieġ li jiġi ffissat limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u tal-isoglukożju barra mill-kwota sabiex il-produtturi kkonċernati tal-UE jkunu jistgħu jkomplu jfornu lis-swieq tradizzjonali tagħhom. |
(4) |
Għall-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni 2015/2016, huwa stmat li l-iffissar tal-limitu kwantitattiv inizjalment għal 650 000 tunnellata, f'ekwivalenti ta' zokkor abjad, għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota, u għal 70 000 tunnellata, f'materja niexfa, għall-isoglukożju barra mill-kwota, ikun jikkorrispondi mad-domanda tas-suq. |
(5) |
L-esportazzjonijiet taz-zokkor mill-Unjoni lejn ċerti destinazzjonijiet fil-qrib u lejn pajjiżi terzi li jagħtu trattament preferenzjali tal-importazzjoni lill-prodotti tal-Unjoni, attwalment jinsabu f'pożizzjoni kompetittiva partikolarment favorevoli. Fid-dawl tan-nuqqas ta' strumenti xierqa ta' assistenza reċiproka fil-ġlieda kontra l-irregolaritajiet u sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-frodi u biex jiġi evitat kwalunkwe abbuż assoċjat mal-importazzjoni mill-ġdid jew mad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta' zokkor barra mill-kwota, ċerti destinazzjoniet fil-qrib għandhom jiġu eskluzi mid-destinazzjonijiet eliġibbli. |
(6) |
Fid-dawl tal-istima ta' anqas riskji ta' frodi eventwali fir-rigward tal-isoglukożju minħabba n-natura tal-prodott, mhuwiex meħtieġ li jkunu ristretti d-destinazzjonijiet eliġibbli għall-esportazzjoni tal-isokglukożju barra mill-kwota. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-iffissar tal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota
1. Għall-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni 2015/2016, il-limitu kwantitattiv imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jkun ta' 650 000 tunnellata għall-esportazzjonijiet mingħajr rifużjoni ta' zokkor abjad barra mill-kwota kklassifikat fil-kodici NM 1701 99.
2. L-esportazzjonijiet fil-limitu kwantitattiv iffissat fil-paragrafu 1 għandhom ikunu permessi għad-destinazzjonijiet kollha, minbarra:
(a) |
il-pajjiżi terzi: l-Albanija, Andorra, il-Bosnja-Ħerzegovina, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan), il-Kosovo (3), il-Liechtenstein, il-Montenegro, San Marino u s-Serbja; |
(b) |
it-territorji tal-Istati Membri li ma jiffurmawx parti mit-territorju doganali tal-Unjoni: il-Gżejjer Faeroe, Greenland, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-komuni ta' Livigno u Campione d'Italia, u ż-żoni tar-Repubblika ta' Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru ma jeżerċitax kontroll effettiv; |
(c) |
it-territorji Ewropej li għar-relazzjonijiet esterni tagħhom huwa responsabbli Stat Membru, li ma jiffurmawx parti mit-territorju doganali tal-Unjoni: Ġibiltà. |
Artikolu 2
L-iffissar tal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet tal-isoglukożju barra mill-kwota
1. Għall-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni 2015/2016, il-limitu kwantitattiv imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jkun 70 000 tunnellata ta' materja niexfa, għall-esportazzjonijiet mingħajr rifużjoni ta' isoglukożju barra mill-kwota, tal-kodiċijiet tan-NM 1702 40 10, 1702 60 10 u 1702 90 30.
2. L-esportazzjonijiet tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu permessi biss meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Ottubru 2015.
Jiskadi fit-30 ta' Settembru 2016.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24).
(3) Din id-deżinjazzjoni hija mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Kosovo