EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2216

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2216 tat-30 ta' Novembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ĠU L 314, 1.12.2015, p. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2216/oj

1.12.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 314/58


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2216

tat-30 ta' Novembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

(2)

Bis-sentenza tagħha tat-18 ta' Settembru 2015 fil-Kawża T-121/13, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea annullat id-deċiżjoni tal-Kunsill biex tiġi inkluża Oil Industry Pension Fund Investment Company (OPIC) fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(3)

OPIC għandha terġa' tiġi inkluża fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, abbażi ta' dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2015.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.


ANNESS

L-entità elenkata hawn taħt hija mdaħħla fil-lista li tinsab fil-Parti I tal-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK:

I.   Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran

B.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“159.

Oil industry Pension Fund Investment Company (OPIC)

No 234, Taleghani St, Teheran, Iran

OPIC tipprovdi appoġġ sinifikanti lill-Gvern tal-Iran billi tipprovdi riżorsi finanzjarji u servizzi ta' finanzjament għal proġetti ta' żvilupp ta' żejt u gass għal diversi entitajiet marbuta mal-Gvern tal-Iran, inkluż sussidjarji ta' kumpanniji tal-Istat (NIOC). Barra minn hekk, OPIC kellha taħt is-sjieda tagħha IOEC (Iranian Offshore Engineering Construction Co.) li hija ddeżinjata mill-UE li tipprovdi appoġġ loġistiku lill-Gvern tal-Iran.

Is-settur taż-żejt u l-gass jikkostitwixxi sors sinifikanti ta' finanzjament għall-Gvern tal-Iran, u hemm rabta potenzjali bejn id-dħul tal-Iran miż-żejt li ġej mis-settur tal-enerġija tiegħu u l-finanzjament ta' attivitajiet tal-Iran marbutin mal-proliferazzjoni.

Id-Direttur Maniġerjali ta' OPIC huwa Naser Maleki, li huwa individwu ddeżinjat min-Nazzjonijiet Uniti bħala Kap ta' Shahid Hemat Industrial Group (SHIG) u wkoll uffiċjal ta' MODAFL (Ministeru Iranjan għad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati) li jissorvelja l-ħidma marbuta mal-programm tal-missili ballistiċi Shahab 3 (il-missili ballistika ta' medda twila tal-Iran operattiva bħalissa). SHIG huwa entità ddeżinjata min-Nazzjonijiet Uniti għar-raġuni li huwa entità li taqa' taħt l-Aerospaces Industries Organisation (AIO), li hi entità ddeżinjata mill-UE) u peress li hi involuta fil-programm tal-missili ballistiċi tal-Iran. Għaldaqstant, OPIC hi assoċjata direttament mal-attivitajiet nukleari tal-Iran marbutin mal-proliferazzjoni jew l-iżvilupp ta' sistemi ta' kunsinna ta' armi nukleari.

1.12.2015”


Top