EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D2008

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/2008 tal-10 ta' Novembru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

ĠU L 294, 11.11.2015, p. 69–69 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/2008/oj

11.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 294/69


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/2008

tal-10 ta' Novembru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, u l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (1), li estendiet il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (“EUMM Georgia” jew il-“Missjoni”), stabbilita bl-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK (2).

(2)

Fis-16 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/915/PESK (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK, li estendiet il-Missjoni sal-14 ta' Diċembru 2016 u pprovdiet ammont ta' referenza finanzjarja sal-14 ta' Diċembru 2015.

(3)

Għandu jiġi pprovdut ammont ta' referenza finanzjarja ġdid li jkopri l-perijodu mill-15 ta' Diċembru 2015 sal-14 ta' Diċembru 2016.

(4)

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 14(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta' Diċembru 2015 u l-14 ta' Diċembru 2016 għandu jkun ta' EUR 17 640 000.”;

(2)

fl-Artikolu 14, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti bil-paragrafu li ġej:

“2.   In-nefqa kollha għandha tkun amministrata skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-parteċipazzjoni ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist minn EUMM Georgia għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet. Barra minn hekk, m'għandha tapplika l-ebda regola ta' oriġini għall-prodotti mixtrija minn EUMM Georgia.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-15 ta' Diċembru 2015.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta' Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43).

(2)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta' Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/915/PESK tas-16 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 360, 17.12.2014, p. 56).


Top