This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1389
Council Decision (EU) 2015/1389 of 7 May 2015 on the signing, on behalf of the Union and its Member States, and provisional application of a Protocol amending the Common Aviation Area Agreement between the European Union and its Member States and the Republic of Moldova, to take account of the accession to the European Union of the Republic of Croatia
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1389 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1389 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
ĠU L 215, 14.8.2015, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/1389/oj
14.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 215/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1389
tas-7 ta' Mejju 2015
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati, f'isem l-Unjoni, l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Kroazja, biex tikkonkludi Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova (1), biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll”). |
(2) |
Dawk in-negozjati ngħalqu b'suċċess fis-16 ta' Settembru 2014. |
(3) |
Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard. |
(4) |
Il-Protokoll għandu jiġi applikat b'mod proviżorju, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Repubblika tal-Moldova, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar lill-persuna(i) li jkollhom is-setgħa jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
Artikolu 3
Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja, skont l-Artikolu 3(2) tiegħu, malli jiġi ffirmat mill-partijiet (2), sakemm jidħol fis-seħħ.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Mejju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(1) It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L 292, 20.10.2012, p. 3.
(2) Id-data li minnha l-Protokoll ser jiġi applikat proviżorjament ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.