Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0877

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/877 tal-4 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/568/UE, 2011/333/UE, 2011/381/UE, 2012/448/UE u 2012/481/UE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti (notifikata bid-dokument C(2015) 3641) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

C/2015/3641

ĠU L 142, 6.6.2015, pp. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/877/oj

6.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/877

tal-4 ta' Ġunju 2015

li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/568/UE, 2011/333/UE, 2011/381/UE, 2012/448/UE u 2012/481/UE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal ċerti prodotti

(notifikata bid-dokument C(2015) 3641)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(3)(c) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Unjoni Ewropea għat-Tikkettar Ekoloġiku,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/568/KE (2) tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2015.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE (3) tiskadi fis-7 ta' Ġunju 2015.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/381/UE (4) tiskadi fl-24 ta' Ġunju 2015.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/448/UE (5) tiskadi fit-12 ta' Lulju 2015.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/481/UE (6) tiskadi fis-16 ta' Awwissu 2015.

(6)

Saret valutazzjoni biex tikkonferma r-rilevanza u l-adegwatezza tal-kriterji ekoloġiċi attwali, kif ukoll tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika, stabbiliti bid-Deċiżjonijiet 2009/568/KE, 2011/333/UE, 2011/381/UE, 2012/448/UE u 2012/481/UE. Billi l-proċessi tar-rieżami tal-kriterji ekoloġiċi attwali u tar-rekwiżiti korrispondenti ta' valutazzjoni u verifika stipulati f'dawk id-Deċiżjonijiet se jibdew fl-2015, jixraq li l-perjodi ta' validità ta' dawn il-kriterji ekoloġiċi u ta' dawn ir-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati jittawlu sal-31 ta' Diċembru 2018.

(7)

Għaldaqstant, id-Deċiżjonijiet 2009/568/KE, 2011/333/UE, 2011/381/UE, 2012/448/UE u 2012/481/UE għandhom jiġu emendati skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2009/568/KE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 3

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘karta assorbenti’, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2018.”

Artikolu 2

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/333/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘karta għall-ikkuppjar u karta grafika’, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2018.”

Artikolu 3

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2011/381/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘lubrikanti’, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2018.”

Artikolu 4

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2012/448/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘karta tal-gazzetti’, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2018.”

Artikolu 5

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2012/481/UE jinbidel b'li ġej:

“Artikolu 4

Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta' prodotti ‘karta stampata’, u r-rekwiżiti ta' valutazzjoni u verifika relatati, għandhom jibqgħu validi sal-31 ta' Diċembru 2018.”

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Karmenu VELLA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/568/KE tad-9 ta' Lulju 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għotja tal-Ekotikketta Komunitarja għall-karta assorbenti (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 87).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/333/UE tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta għall-ikkuppjar u għall-karta grafika (ĠU L 149, 8.6.2011, p. 12).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/381/UE tal-24 ta' Ġunju 2011 dwar l-istabbiliment tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal-lubrikanti (ĠU L 169, 29.6.2011, p. 28).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/448/UE tat-12 ta' Lulju 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta tal-gazzetti (ĠU L 202, 28.7.2012, p. 26).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/481/UE tas-16 ta' Awwissu 2012 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għall-karta stampata (ĠU L 223, 21.8.2012, p. 55).


Top