Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015D0144

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/144 tat- 28 ta' Jannar 2015 li tistabbilixxi l-proċeduri għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet u talbiet ta' ħlas, u t-tagħrif marbut ma' dawn, fir-rigward tal-miżuri ta' emerġenza kontra l-mard tal-annimali msemmi fir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2015) 250)

ĠU L 24, 30.1.2015, pp. 17–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/11/2015

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2015/144/oj

30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/17


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/144

tat-28 ta' Jannar 2015

li tistabbilixxi l-proċeduri għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet u talbiet ta' ħlas, u t-tagħrif marbut ma' dawn, fir-rigward tal-miżuri ta' emerġenza kontra l-mard tal-annimali msemmi fir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2015) 250)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 jista' jingħata finanzjament lill-Istati Membri għall-miżuri ta' emerġenza li jittieħdu minħabba li tiġi kkonfermata waħda mill-mardiet tal-annimali elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(2)

Biex tkun żgurata ġestjoni finanzjarja tajba, u biex jasal malajr kull tagħrif dwar il-ġestjoni tal-mard, jixraq li jiġu stabbiliti d-dati ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet u talbiet ta' ħlas mingħand l-Istati Membri, u li jiġi speċifikat it-tagħrif li dawn iridu jagħtu. B'mod partikolari, għandhom jingħataw l-ewwel stimi tal-ispejjeż li jġarrbu l-Istati Membri u l-aġġornamenti tagħhom..

(3)

Jeħtieġ li tiġi speċifikata r-rata li għandha tintuża għall-kambju tal-istimi u tat-talbiet għall-ħlas li jippreżentaw dawk l-Istati Membri li ma jużawx l-euro bħala munita nazzjonali.

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Informazzjoni preliminari

Fi żmien 30 jum wara li tiġi kkonfermata uffiċjalment tifqigħa ta' waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jagħtu tagħrif preliminari dwar il-kategoriji ta' annimali u prodotti kkonċernati, u l-valuri tas-suq għal kull waħda minn dawn il-kategoriji, permezz ta' fajl elettroniku mfassal fuq il-mudell stabbilit fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom jagħtu deskrizzjoni tal-azzjonijiet fis-seħħ u dawk ippjanati, u tal-leġiżlazzjoni dwar id-determinazzjoni tal-valuri tal-annimali u tal-prodotti li jridu jiġu kumpensati.

Artikolu 2

It-tagħrif dwar l-ispejjeż stmati

Mhux aktar tard minn xahrejn wara li tiġi kkonfermata uffiċjalment tifqigħa tal-marda, l-Istati Membri għandhom iressqu applikazzjoni għal għotja skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 lill-Kummissjoni, permezz ta' fajl elettroniku mfassal fuq il-mudell tal-“Baġit Preliminari” stabbilit fl-Anness II dwar dawn li ġejjin:

(a)

l-ispejjeż stmati ta' kumpens għas-sidien, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1)(a) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014;

(b)

l-ispejjeż operazzjonali stmati, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1)(b) u (d) sa (g) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014;

(c)

fejn ikun japplika, stima ta' spejjeż oħrajn li jkunu essenzjali għall-qerda tal-marda, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014, bil-ġustifikazzjonijiet rilevanti mhemużin.

Id-deskrizzjoni tal-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 1 titqies bħala parti mill-applikazzjoni għal għotja.

Kull xahrejn wara l-preżentazzjoni tat-tagħrif imsemmi fl-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw tagħrif aġġornat dwar l-ispejjeż imsemmijin f'dak il-paragrafu.

Artikolu 3

It-talbiet ta' ħlas

Fi żmien sitt xhur wara d-data tat-tmiem stabbilita fid-deċiżjoni dwar il-finanzjament jew wara l-konferma tal-qerda tal-marda, skont liema waħda tiġi l-ewwel, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni:

(a)

it-talba ta' ħlas tal-ispejjeż eliġibbli li jkunu ġġarrbu, permezz ta' fajl elettroniku mfassal fuq il-mudell stabbilit fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

id-dettalji tal-ispejjeż li jiġġustifikaw it-talba ta' ħlas, bit-tagħrif iddettaljat dwar in-nefqiet li jkunu saru fil-kategoriji differenti tan-nefqiet eliġibbli, permezz ta' fajl elettroniku mfassal fuq il-mudell stabbilit fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni;

(c)

rapport tekniku bi qbil mal-Anness V ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Ir-rata tal-kambju

Meta l-ammonti tal-ispejjeż stmati jew tan-nefqa mġarrba minn Stat Membru jkunu f'munita differenti mill-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonvertihom għall-euro bl-aktar rata riċenti li tkun stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum ta' dak ix-xahar li fih l-Istat Membru jkun applika għall-għotja.

Artikolu 5

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.


ANNESS I

TAGĦRIF PRELIMINARI DWAR IL-KATEGORIJI TAL-ANNIMALI JEW TAL-PRODOTTI KIF IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

Image 1

Test ta 'immaġni

ANNESS II

BAĠIT PRELIMINARI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

ANNESS III

TALBA TA' ĦLAS KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3(a)

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

INFORMAZZJONI DETTALJATA TAL-ISPEJJEŻ KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(b)

Image 6

Test ta 'immaġni

Image 7

Test ta 'immaġni

Image 8

Test ta 'immaġni

Image 9

Test ta 'immaġni

Image 10

Test ta 'immaġni

ANNESS V

L-KONTENUT TAR-RAPPORT TEKNIKU KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3(c)

Ir-rapport tekniku finali għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

1.

id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-implimentazzjoni tal-miżuri;

2.

deskrizzjoni tal-miżuri tekniċi implimentati, flimkien maċ-ċifri ewlenin;

3.

Mapep epidemjoloġiċi;

4.

il-livell ta' kisba tal-miri u d-diffikultajiet tekniċi;

5.

ir-riżultati tal-inkjesti epidemjoloġiċi;

6.

informazzjoni epidemjoloġika rilevanti oħra: il-mortalità, il-morbidità, id-distribuzzjoni tal-etajiet tal-annimali mejta u r-reatturi pożittivi, il-leżjonijiet li nstabu, il-preżenza ta' vetturi, eċċ.


Top