Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0945

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 945/2014 tal- 4 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' indiċi diversifikati b'mod xieraq rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU L 265, 5.9.2014, pp. 3–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 17/10/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/945/oj

5.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 265/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 945/2014

tal-4 ta' Settembru 2014

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' indiċi diversifikati b'mod xieraq rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 344(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 344(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-riskju speċifiku ta' futur tal-indiċi tal-borża li jkun trattat bħala ekwità individwali skont dak l-Artikolu jista' jiġi injorat meta l-indiċi tal-borża rilevanti jiġi negozjat fil-borża u jirrappreżenta indiċi diversifikat b'mod xieraq rilevanti.

(2)

Meta futur ta' indiċi tal-borża negozjat fil-borża ikun diversifikat kif xieraq, wieħed jista' jassumi li indiċi tal-borża bħal dan ma jirrappreżenta l-ebda riskju speċifiku. Dan jiġi kkunsidrat bħala l-każ fejn l-indiċi jikkonsisti f'minn tal-inqas 20 ekwità, l-ebda entità waħda inkluża fihom ma tirrappreżenta aktar minn 25 % tal-indiċi totali u 10 % tal-akbar ekwitajiet (in-numru arrotondit ta' ekwitajiet għan-numru naturali superjuri) jirrappreżentaw anqas minn 60 % tal-indiċi totali. Barra minn hekk, l-indiċi jrid jinkludi ekwitajiet minn mill-anqas suq nazzjonali u dawn iridu jikkonsistu f'ekwitajiet minn mill-anqas erba' industriji fosthom taż-żejt u l-gass, materjali bażiċi, titoli industrijali, oġġetti tal-konsum, kura tas-saħħa, servizzi tal-konsumatur, telekomunikazzjonijiet, utilitajiet, finanzi u teknoloġija.

(3)

Minħabba li l-Artikolu 344(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jirreferi għall-indiċi eliġibbli “rilevanti”, unikament dawk l-indiċi tal-borża li huma rilevanti għall-istituzzjonijiet finanzjarji tal-UE ġew ivvalutati skont il-kriterji għall-identifikazzjoni tal-indiċi tal-borża eliġibbli.

(4)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ssottomess mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

(5)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Indiċi tal-borża għall-finijiet tal-Artikolu 344 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Il-lista ta' indiċi tal-borża, li tista' tiġi trattata skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 344(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tinsab fl-Anness.

Artikolu 2

Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)   ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.


ANNESS

Indiċi tal-borża li jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-Artikolu 344 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

Indiċi

Il-pajjiż

1.

S&P All Ords

L-Awstralja

2.

ATX

L-Awstrija

3.

BEL20

Il-Belġju

4.

SaoPaulo — Bovespa

Il-Brażil

5.

TSE35

Il-Kanada

6.

FTSE China A50 Index

Iċ-Ċina

7.

CROBEX

Il-Kroazja

8.

OMX Copenhagen 20 CAP

Id-Danimarka

9.

DJ Euro STOXX 50

L-Ewropa

10.

FTSE Eurofirst 100

L-Ewropa

11.

FTSE Eurofirst 80

L-Ewropa

12.

FTSE Eurotop 100 index

L-Ewropa

13.

MSCI Euro index

L-Ewropa

14.

STOXX Europe 50

L-Ewropa

15.

STOXX Europe 600

L-Ewropa

16.

STOXX Europe Lrg 200

L-Ewropa

17.

STOXX Europe Mid 200

L-Ewropa

18.

STOXX Europe Small 200

L-Ewropa

19.

STOXX Select Dividend 30

L-Ewropa

20.

CAC40

Franza

21.

SBF 120

Franza

22.

DAX

Il-Ġermanja

23.

HDAX

Il-Ġermanja

24.

MDAX

Il-Ġermanja

25.

SDAX

Il-Ġermanja

26.

Athens General

Il-Greċja

27.

Hang Seng

Ħong Kong

28.

Hang Seng China Enterprises

Ħong Kong

29.

NIFTY

L-Indja

30.

FTSE MIB

L-Italja

31.

FTSE Bursa Malaysia

Il-Malasja

32.

MSE Share Index

Malta

33.

Nikkei225

Il-Ġappun

34.

Nikkei300

Il-Ġappun

35.

IPC Index

Il-Messiku

36.

AEX

Il-Pajjiżi l-Baxxi

37.

AMX

Il-Pajjiżi l-Baxxi

38.

WIG20

Il-Polonja

39.

PSI 20

Il-Portugall

40.

Straits Times Index

Singapor

41.

IBEX35

Spanja

42.

OMX Stockholm 30

L-Isvezja

43.

SMI

L-Isvizzera

44.

FTSE nasdaq Dubai 20

L-Emirati Għarab Magħquda

45.

FTSE 100

Ir-Renju Unit

46.

FTSE mid-250

Ir-Renju Unit

47.

S&P 500

L-Istati Uniti tal-Amerika

48.

Dow Jones Ind. Av.

L-Istati Uniti tal-Amerika

49.

NASDAQ 100

L-Istati Uniti tal-Amerika


Top