Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0707

Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 707/2014 tal- 25 ta' Ġunju 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 690/2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità

ĠU L 186, 26.6.2014, p. 56–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R2072

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/707/oj

26.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 186/56


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 707/2014

tal-25 ta' Ġunju 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 690/2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1)(h) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talbiet ippreżentati minn Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 (2) ċerti Stati Membri jew ċerti żoni fi Stati Membri ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward ta' ċerti organiżmi ta' ħsara. F'ċerti każijiet ingħata rikonoxximent għal perjodu ta' żmien limitat biex jippermetti lill-Istat Membru kkonċernat jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa biex juri li l-organiżmi ta' ħsara inkwistjoni ma kinux jeżistu fl-Istat Membru jew fiż-żona kkonċernata jew biex itemm l-isforzi biex jeqred l-organiżmu inkwistjoni.

(2)

Ċerti partijiet tat-territorju tal-Portugall ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Bemisia tabaci Genn. (Popolazzjonijiet Ewropej). Il-Portugall ressaq informazzjoni li turi li l-Bemisia tabaci issa stabbilixxiet ruħha f'Madeira. Il-miżuri li ttieħdu fl-2013 bl-għan li dan l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. B'hekk il-Madeira m'għandhiex tibqa' tiġi rikonoxxuta bħala parti miż-żona protetta tal-Portugall fir-rigward tal-Bemisia tabaci.

(3)

Minn informazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Greċja, jidher li t-territorju tal-Greċja għadu ħieles mid-Dendroctonus micans Kugelan. Madankollu, huwa meħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-rikonoxximent taż-żona protetta tal-Greċja fir-rigward tad-Dendroctonus micans għandu jiġi estiż sat-30 ta' April 2016.

(4)

L-Irlanda talbet li t-territorju tagħha jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tad-Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar bejn l-2006 u l-2013, l-Irlanda ressqet evidenza li l-organiżmu ta' ħsara kkonċernat mhuwiex preżenti fit-territorju tagħha, minkejja l-kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, l-Irlanda għandha tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tad-Dryocosmus kuriphilus sat-30 ta' April 2016 biss.

(5)

Il-Portugall talab li t-territorju tiegħu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tad-Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar bejn l-2010 u l-2013, il-Portugall ressaq evidenza li l-organiżmu ta' ħsara kkonċernat mhuwiex preżenti fit-territorju tiegħu, minkejja l-kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, il-Portugall għandu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tad-Dryocosmus kuriphilus sat-30 ta' April 2016 biss.

(6)

Ir-Renju Unit talab li t-territorju tiegħu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tad-Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar bejn l-2006 u l-2013, ir-Renju Unit ressaq evidenza li l-organiżmu ta' ħsara kkonċernat mhuwiex preżenti fit-territorju tiegħu, minkejja l-kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, ir-Renju Unit għandu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tad-Dryocosmus kuriphilus sat-30 ta' April 2016 biss.

(7)

Minn informazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Greċja, jidher li t-territorju tal-Greċja għadu ħieles mill-Gilpinia hercyniae (Hartig). Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-rikonoxximent taż-żona protetta tal-Greċja fir-rigward tal-Gilpinia hercyniae għandu jiġi estiż sat-30 ta' April 2016.

(8)

Minn informazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Greċja, jidher li t-territorju tal-Greċja għadu ħieles mill-Gonipterus scutellatus Gyll. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-rikonoxximent taż-żona protetta tal-Greċja fir-rigward tal-Gonipterus scutellatus għandu jiġi estiż sat-30 ta' April 2016.

(9)

It-territorju ta' Korsika (Franza) ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Ips amitinus Eichhof. Franza talbet ir-revoka taż-żona protetta tagħha fir-rigward tal-Ips amitinus minħabba n-nuqqas tal-speċi ospitanti ewlenija tiegħu f'Korsika. B'hekk Korsika (Franza) m'għandhiex tibqa' tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tal-Ips amitinus Eichhof.

(10)

Minn informazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Greċja, jidher li t-territorju tal-Greċja għadu ħieles mill-Ips amitinus Eichhof. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-rikonoxximent taż-żona protetta tal-Greċja fir-rigward tal-Ips amitinus għandu jiġi estiż sat-30 ta' April 2016.

(11)

Minn informazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Greċja, jidher li l-Ips cembrae Heer m'għadux preżenti fit-territorju tal-Greċja. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-rikonoxximent taż-żona protetta tal-Greċja fir-rigward tal-Ips cembrae għandu jiġi estiż sat-30 ta' April 2016.

(12)

Minn informazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Greċja, jidher li t-territorju tal-Greċja għadu ħieles mill-Ips duplicatus Sahlberg. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-rikonoxximent taż-żona protetta tal-Greċja fir-rigward tal-Ips duplicatus għandu jiġi estiż sat-30 ta' April 2016.

(13)

L-Irlanda talbet li t-territorju tagħha jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea processionea L.. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar bejn l-2011 u l-2013, l-Irlanda ressqet evidenza li l-organiżmu ta' ħsara kkonċernat mhuwiex preżenti fit-territorju tagħha, minkejja l-kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, l-Irlanda għandha tiġi rikonoxxuta bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea processionea sat-30 ta' April 2016 biss.

(14)

Ir-Renju Unit talab li t-territorju tiegħu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea processionea L., bl-eċċezzjoni taż-żoni tal-awtoritajiet lokali ta' Brent, Bromley, Camden, City of London, City of Westminster, Croydon, Ealing, Elmbridge District, Epsom and Ewell District, Hackney, Hammersmith & Fulham, Haringey, Harrow, Hillingdon, Hounslow, Islington, Kensington & Chelsea, Kingston upon Thames, Lambeth, Lewisham, Merton, Reading, Richmond Upon Thames, Runnymede District, Slough, South Oxfordshire, Southwark, Spelthorne District, Sutton, Tower Hamlets, Wandsworth u West Berkshire. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar bejn l-2007 u l-2013, ir-Renju Unit ressaq evidenza li l-organiżmu ta' ħsara kkonċernat mhuwiex preżenti fit-territorju tiegħu, bl-eċċezzjoni ta' dawk iż-żoni tal-awtoritajiet lokali, minkejja l-kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-Renju Unit, bl-eċċezzjoni ta' dawk iż-żoni tal-awtoritajiet lokali, għandu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tat-Thaumetopoea processionea sat-30 ta' April 2016 biss.

(15)

Ċerti partijiet tat-territorju ta' Spanja ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. Spanja ressqet informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora issa hija stabbilita fil-komunitajiet awtonomi ta' Aragón, Castilla la Mancha, Murcia, Navarra u La Rioja, il-provinċja ta' Guipuzcoa (il-Pajjiż Bask), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-provinċja ta' Valencia (Comunidad Valenciana). Il-miżuri li ttieħdu fl-2013 bl-għan li dan l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. Għalhekk, il-komunitajiet awtonomi ta' Aragón, Castilla la Mancha, Murcia, Navarra u La Rioja, il-provinċja ta' Guipuzcoa (il-Pajjiż Bask), il-Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-provinċja ta' Valencia (Comunidad Valenciana) m'għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta ta' Spanja fir-rigward tal-Erwinia amylovora.

(16)

Ċerti partijiet tat-territorju tal-Italja ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. L-Italja ressqet informazzjoni li turi li Erwinia amylovora issa stabbilixxiet ruħha fi Friuli-Venezia Guilia u fil-Provinċja ta' Sondrio (il-Lombardija). Il-miżuri li ttieħdu fl-2013 bl-għan li dan l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. Għalhekk, Friuli-Venezia Giulia u l-provinċja ta' Sondrio (il-Lombardija) m'għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta tal-Italja fir-rigward tal-Erwinia amylovora.

(17)

It-territorju kollu tal-Irlanda ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. L-Irlanda ressqet informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora issa stabbilixxiet ruħha fil-belt ta' Galway. Il-miżuri ttieħdu bejn l-2005 u l-2013, bil-għan li jinqered l-organiżmu ta' ħsara, iżda dawn ma kinux effettivi. Għalhekk, il-belt ta' Galway m'għandhiex tibqa' tiġi rikonoxxuta bħala parti miż-żona protetta tal-Irlanda fir-rigward tal-Erwinia amylovora.

(18)

It-territorju kollu tal-Litwanja ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. Il-Litwanja ressqet informazzjoni li turi li Erwinia amylovora issa stabbilixxiet ruħha fil-muniċipalitajiet ta' Kėdainiai u Babtai (ir-reġjun ta' Kaunas). Il-miżuri li ttieħdu għal perjodu ta' sentejn suċċessivi, fl-2012 u l-2013, bl-għan li l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. Għalhekk, il-muniċipalitajiet ta' Kėdainiai u Babtai (ir-reġjun ta' Kaunas) m'għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta tal-Litwanja fir-rigward tal-Erwinia amylovora.

(19)

Ċerti partijiet tat-territorju tas-Slovenja ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. Is-Slovenja ressqet informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora issa stabbilixxiet ruħha fid-distretti lokali ta' Renče-Vogrsko (lejn in-Nofsinhar mill-awtostrada H4) u Lendava. Il-miżuri li ttieħdu għal perjodu ta' sentejn suċċessivi, fl-2012 u l-2013, bl-għan li l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. Għalhekk, id-distretti lokali ta' Renče-Vogrsko (lejn in-Nofsinhar mill-awtostrada H4) u Lendava m'għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta tas-Slovenja fir-rigward tal-Erwinia amylovora.

(20)

Ċerti partijiet tat-territorju tas-Slovakkja ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-Erwinia amylovora (Burr.) Winsl. et al.. Is-Slovakkja ressqet informazzjoni li turi li l-Erwinia amylovora issa stabbilixxiet ruħha fid-distretti lokali ta' Čenkovce, Topoľníky u Trhová Hradská (il-Kontea ta' Dunajská Streda). Il-miżuri li ttieħdu għal perjodu ta' sentejn suċċessivi, fl-2012 u l-2013, bl-għan li l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. Għalhekk, id-distretti lokali ta' Čenkovce, Topoľníky u Trhová Hradská (il-Kontea ta' Dunajská Streda) m'għandhomx jibqgħu jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta tas-Slovakkja fir-rigward tal-Erwinia amylovora.

(21)

Ir-Renju Unit talab li t-territorju tiegħu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tas-Ceratocystis platani (J.M. Walter) Engelbr. & T.C. Harr.. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar bejn l-2010 u l-2013, ir-Renju Unit ressaq evidenza li dawn l-organiżmi ta' ħsara kkonċernati mhumiex preżenti fit-territorju tiegħu, minkejja l-kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, ir-Renju Unit għandu jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tas-Ceratocystis platani sat-30 ta' April 2016 biss.

(22)

Ir-Renju Unit talab li t-territorju kollu tiegħu, inkluż il-Gżira ta' Man, jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-organiżmu ta' ħsara Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar bejn l-2006 u l-2013, ir-Renju Unit ressaq evidenza li l-organiżmu ta' ħsara kkonċernat mhuwiex preżenti fil-Gżira ta' Man, minkejja l-kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, iż-żona protetta tar-Renju Unit fir-rigward tas-Cryphonectria parasitica għandha tiġi rikonoxxuta fir-rigward tal-Gżira ta' Man sat-30 ta' April 2016 biss.

(23)

Ċerti partijiet tat-territorju tal-Greċja ġew rikonoxxuti bħala żoni protetti fir-rigward tal-vajrus Citrus tristeza. Il-Greċja ressqet informazzjoni li turi li l-vajrus Citrus tristeza issa stabbilixxa ruħu fl-unità reġjonali ta' Chania. Il-miżuri li ttieħdu fl-2013 bl-għan li dan l-organiżmu ta' ħsara jinqered ma kinux effettivi. Għalhekk, l-unità reġjonali ta' Chania m'għandhiex tibqa' tiġi rikonoxxuta bħala parti miż-żona protetta tal-Greċja fir-rigward tal-vajrus Citrus tristeza.

(24)

It-territorju ta' Korsika (Franza) ġie rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward tal-ġeneri Ewropej tal-vajrus Citrus tristeza. Franza ressqet informazzjoni li turi li ġeneri Ewropej tal-vajrus Citrus tristeza issa huma stabbiliti f'Korsika, u ma jistgħux jinqerdu. Għalhekk, it-territorju ta' Korsika (Franza) m'għandux jibqa' jiġi rikonoxxut bħala żona protetta fir-rigward ta' ġeneri Ewropej tal-vajrus Citrus tristeza.

(25)

Franza talbet li ċerti partijiet tal-“vignoble Champenois”, b'mod aktar speċifiku Picardie (department de l'Aisne) u Ile de France (communes de Citry, Nanteuil-sur-Marne et Saâcy-sur-Marne), jiġu rikonoxxuti bħala parti miż-żona protetta ta' Franza fir-rigward tal-organiżmu ta' ħsara Grapevine flavescence dorée MLO. Dawk il-partijiet kienu koperti mill-istħarriġ fil-“vignoble Champenois” għal Grapevine flavescence dorée MLO mingħajr ma kienu ġew elenkati bħala parti miż-żona protetta, minħabba li ma kenux parti miż-żona amministrattiva ta' Champagne sensu stricto. Għalhekk, iż-żona protetta ta' Franza fir-rigward tal-Grapevine flavescence dorée MLO għandha tiġi rikonoxxuta wkoll fir-rigward ta' Picardie (department de l'Aisne) u Ile de France (communes de Citry, Nanteuil-sur-Marne et Saâcy-sur-Marne).

(26)

L-Italja talbet biex Apúlia tiġi rikonoxxuta bħala parti miż-żona protetta tagħha fir-rigward tal-organiżmu ta' ħsara Grapevine flavescence dorée MLO. Fuq il-bażi tal-istħarriġ li sar fl-2013, l-Italja ressqet evidenza li l-organiżmu kkonċernat ta' ħsara ma jeżistix f'Apúlia minkejja kundizzjonijiet favorevoli għal dak l-organiżmu biex jistabbilixxi lilu nnifsu hemm. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, Apúlia għandha tiġi rikonoxxuta bħala parti miż-żona protetta tal-Italja fir-rigward tal-Grapevine flavescence dorée MLO sat-30 ta' April 2016 biss.

(27)

Minn informazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Italja, jidher li t-territorju ta' Sardenja għadu ħieles mill-Grapevine flavescence dorée MLO. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar stħarriġ. Dak l-istħarriġ għandu jiġi mmonitorjat minn esperti taħt l-awtorità tal-Kummissjoni. Għalhekk, ir-rikonoxximent tat-territorju ta' Sardenja bħala parti miż-żona protetta tal-Italja fir-rigward tal-Grapevine flavescence dorée MLO għandu jiġi estiż sat-30 ta' April 2016.

(28)

Ir-Regolament (KE) Nru 690/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(29)

Sabiex tkun żgurata l-kontinwità f'dak li jirrigwarda ż-żoni protetti rikonoxxuti sal-31 ta' Marzu 2014, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' April 2014.

(30)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 690/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-intestatura (a) hija emendata kif ġej:

(a)

Il-punt (2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.

Bemisia tabaci Genn. (Popolazzjonijiet Ewropej)

L-Irlanda, il-Portugall (l-Azores, Beira Interior, Beira Litoral, Entre Douro e Minho, Ribatejo e Oeste (id-distretti lokali ta' Alcobaça, Alenquer, Bombarral, Cadaval, Caldas da Rainha, Lourinhã, Nazaré, Obidos, Peniche u Torres Vedras) u Trás-os-Montes), il-Finlandja, l-Isvezja, ir-Renju Unit”

(b)

Il-punti (4) u (5) huma mibdula b'dan li ġej:

“4.

Dendroctonus micans Kugelan

L-Irlanda, il-Greċja (sat-30 ta' April 2016), ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq, il-Ġżira ta' Man u Jersey)

4.1.

Dryocosmus kuriphilus Yasumatsu

L-Irlanda (sat-30 ta' April 2016), il-Portugall (sat-30 ta' April 2016), ir-Renju Unit (sat-30 ta' April 2016)

5.

Gilpinia hercyniae (Hartig)

L-Irlanda, il-Greċja (sat-30 ta' April 2016), ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq, il-Ġżira ta' Man u Jersey)”

(c)

Il-punti (7) sa (10) huma mibdula b'dan li ġej:

“7.

Gonipterus scutellatus Gyll

Il-Greċja (sat-30 ta' April 2016), il-Portugall (l-Azores)

8.

Ips amitinus Eichhof

L-Irlanda, il-Greċja (sat-30 ta' April 2016), ir-Renju Unit

9.

Ips cembrae Heer

L-Irlanda, il-Greċja (sat-30 ta' April 2016), ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq u l-Ġżira ta' Man)

10.

Ips duplicatus Sahlberg

L-Irlanda, il-Greċja (sat-30 ta' April 2016), ir-Renju Unit”

(d)

Il-punt 16 li ġej jiżdied wara l-punt 15:

“16.

Thaumetopoea processionea L.

L-Irlanda (sat-30 ta' April 2016), ir-Renju Unit (bl-eċċezzjoni taż-żoni tal-awtoritajiet lokali ta' Brent, Bromley, Camden, City of London, City of Westminster, Croydon, Ealing, Elmbridge District, Epsom and Ewell District, Hackney, Hammersmith & Fulham, Haringey, Harrow, Hillingdon, Hounslow, Islington, Kensington & Chelsea, Kingston upon Thames, Lambeth, Lewisham, Merton, Reading, Richmond Upon Thames, Runnymede District, Slough, South Oxfordshire, Southwark, Spelthorne District, Sutton, Tower Hamlets, Wandsworth u West Berkshire) (sat-30 ta' April 2016)”

(2)

Fl-intestatura (b), il-punt 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

“2.

Erwinia amylovora (Burrill)Winslow et al.

L-Estonja, Spanja (ħlief il-komunitajiet awtonomi ta' Aragón, Castilla la Mancha, Castilla y León, Extremadura, Murcia, Navarra u La Rioja, il-provinċja ta' Guipuzcoa (il-Pajjiż Bask), Comarcas de L'Alt Vinalopó u El Vinalopó Mitjà fil-provinċja ta' Alicante u l-muniċipalitajiet ta' Alborache u Turís fil-provinċja ta' Valencia (Comunidad Valenciana)), Franza (Korsika), l-Italja (Abruzzo, Basilicata, Calabria, Campania, Lazio, Liguria, Marche, Molise, Piemonte, Sardenja, Sqallija, Toscana, Umbria, Valle d'Aosta), il-Latvja, il-Portugall, il-Finlandja, ir-Renju Unit (l-Irlanda ta' Fuq, il-gżira ta' Man u ċ-Channel Islands),

u, sat-30 ta' April 2016, l-Irlanda (ħlief il-belt ta' Galway), l-Italja (Apúlia, Emilia-Romagna (il-provinċji ta' Parma u Piacenza), il-Lombardija (ħlief il-provinċji ta' Mantua u Sondrio), il-Veneto (ħlief il-provinċji ta' Rovigo u Venezja, id-distretti lokali ta' Barbona, Boara Pisani, Castelbaldo, Masi, Piacenza d'Adige, S. Urbano u Vescovana fil-provinċja ta' Padova u ż-żona li tinsab fin-Nofsinhar tal-awtostrada A4 fil-provinċja ta' Verona)), il-Litwanja (ħlief il-muniċipalitajiet ta' Babtai u Kėdainiai (ir-reġjun ta' Kaunas)), is-Slovenja (ħlief ir-reġjuni ta' Gorenjska, Koroška, Maribor u Notranjska, u d-distretti lokali ta' Lendava u Renče-Vogrsko (lejn in-Nofsinhar mill-awtostrada H4)), is-Slovakkja (ħlief id-distretti lokali ta' Čenkovce, Topoľníky u Trhová Hradská (il-Kontea ta' Dunajská Streda), Hronovce and Hronské Kľačany (il-Kontea ta' Levice), Dvory nad Žitavou (il-kontea ta' Nové Zámky), Málinec (il-Kontea ta' Poltár), Hrhov (il-Kontea ta' Rožňava), Veľké Ripňany (il-Kontea ta' Topoľčany), Kazimír, Luhyňa, Malý Horeš, Svätuše u Zatín (il-Kontea ta' Trebišov))”

(3)

Fl-intestatura (c), il-punt 0.1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“01.

Ceratocystis platani (J.M. Walter) Engelbr. & T.C. Harr.

Ir-Renju Unit (sat-30 ta' April 2016)

02.

Cryphonectria parasitica (Murrill) Barr

Ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, l-Isvezja, ir-Renju Unit (għall-Gżira ta' Man, sat-30 ta' April 2016)”

(4)

Fl-intestatura (d), il-punti (3) u (4) huma mibdula b'dan li ġej:

“3.

Citrus tristeza virus (ġeneri Ewropej)

Il-Greċja (ħlief l-Unitajiet Reġjonali ta' Argolida u Chania), Malta, il-Portugall (ħlief Algarve u Madeira)

4.

Grapevine flavescence dorée MLO

Ir-Repubblika Ċeka, Franza (Alsace, Champagne-Ardenne, Picardie (département de l'Aisne), Ile de France (communes de Citry, Nanteuil-sur-Marne et Saâcy-sur-Marne) u Lorraine), l-Italja (Apúlia (sat-30 ta' April 2016), Sardenja (sat-30 ta' April 2016), u Basilicata)”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' April 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 tal-4 ta' Lulju 2008 li jirrikonoxxi żoni protetti esposti għal riskji partikolari għas-saħħa tal-pjanti fil-Komunità (ĠU L 193, 22.7.2008, p. 1).


Top