Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex
Dokument 32014R0284
Council Implementing Regulation (EU) No 284/2014 of 21 March 2014 implementing Regulation (EU) No 269/2014 concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 284/2014 tal- 21 ta’ Marzu 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 284/2014 tal- 21 ta’ Marzu 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
ĠU L 86, 21.3.2014, s. 27–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
I kraft: Denne retsakt er ændret. Nuværende konsoliderede version: 21/03/2014
21.3.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 86/27 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 284/2014
tal-21 ta’ Marzu 2014
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 269/2014. |
(3) |
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2014
Għall-Kunsill
Il-President
D. KOURKOULAS
ANNESS
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1. |
Rogozin, Dmitry Olegovich |
d.t.t. 21.12.1963; f'Moska |
Viċi Prim Ministru tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea. |
21.3.2014 |
2. |
Glazyev, Sergey |
d.t.t. 1.1.1961, Zaporozhye, (RSS Ukraina) |
Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Appella pubblikament għall-annessjoni tal-Krimea. |
21.3.2014 |
3. |
Matviyenko, Valentina Ivanova |
d.t.t. 7.4.1949, Shepetovka, Khmelnitskyi oblast (RSS Ukraina) |
Speaker tal-Kunsill Federali. Fl-1 ta' Marzu 2014, appoġġa pubblikament fil-Kunsill Federali l-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina. |
21.3.2014 |
4. |
Naryshkin, Sergei Evgenevich |
d.t.t. 27.10.1954, San Pietruburgu (qabel kien Leningrad) |
Speaker tal-Istat ta' Duma. Appoġġa pubblikament il-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina. Appoġġa pubblikament it-trattat tar-riunifikazzjoni tar-Russja u l-Krimea u l-liġi kostituzzjonali federali relatata. |
21.3.2014 |
5. |
Kiselyov, Dmitry Konstantinovich |
d.t.t. 26.4.1954 |
Maħtur b'Digriet Presidenzjali fid-9 ta' Diċembru 2013. Kap tal-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Istat Federali Russu "Rossiya Segodnya". Figura ċentrali tal-propaganda tal-gvern li appoġġat il-mobilizzazzjoni tal-forzi Russi fl-Ukraina. |
21.3.2014 |
6. |
Nosatov, Alexander Mihailovich |
d.t.t. 27.3.1963 Sevastopol, (RSS Ukraina) |
Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina. |
21.3.2014 |
7. |
Kulikov, Valery Vladimirovich |
d.t.t. 1.9.1956, Zaporozhye, (RSS Ukraina) |
Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukraina. |
21.3.2014 |
8. |
Surkov, Vladislav Yurievich |
d.t.t. 21.9.1964, Solntsevo, Lipetsk |
Assistent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Huwa kien organizzatur tal-proċess fil-Krimea li bih il-komunitajiet lokali tal-Krimea ġew immobilizzati biex jieħdu azzjonijiet li dgħajfu lill-awtoritajiet Ukraini fil-Krimea. |
21.3.2014 |
9. |
Mikhail Malyshev |
President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea |
Responsabbli mill-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli fis-sistema Russa mill-firma tar-riżultati tar-referendum. |
21.3.2014 |
10. |
Valery Medvedev |
President tal- Kummissjoni Elettorali ta' Sevastopol |
Responsabbli mill-amministrazzjoni tar-referendum tal-Krimea. Responsabbli skont is-sistema Russa mill-firma tar-riżultati tar-referendum. |
21.3.2014 |
11. |
Logutenent Ġeneral Igor Turchenyuk |
Kmandant tal-forzi Russi fil-Krimea |
Il-Kmandant de-facto tat-truppi Russi mobilizzati fuq il-post fil-Krimea (li r-Russja tkompli ssejħilhom uffiċjalment bħala "milizji ta' awtodifiża lokali"). |
21.3.2014 |
12. |
Elena Borisovna Mizulina |
Deputat fl-Istat ta' Duma |
Oriġinatur u ko-sponsor tal-bidliet leġislattivi reċenti fir-Russja li kienu jippermettu lil reġjuni ta' pajjiżi oħrajn jingħaqdu mar-Russja mingħajr qbil minn qabel mill-awtoritajiet ċentrali tagħhom. |
21.3.2014 |